52006PC0668

Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li jemenda mill-1 ta’ Lulju 2006 il-pagi u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li jaffetwaw dawn il-pagi u l-pensjonijiet {SEK(2006) 1422} /* KUMM/2006/0668 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 8.11.2006

KUMM(2006) 668 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

li jemenda mill-1 ta’ Lulju 2006 il-pagi u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li jaffetwaw dawn il-pagi u l-pensjonijiet

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEK(2006) 1422}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Raġunijiet u obbjettivi tal-proposta Bħal kull sena u b’konformità ma’ l-Artikolu 3 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, il-Kunsill għandu jiddeċiedi qabel l-aħħar tas-sena dwar l-aġġustament tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ipproponuti mill-Kummissjoni abbażi tar-rapport tal-Eurostat, b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. Wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007, huwa meħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għar-rimunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej f’dawn l-Istati Membri ġodda. |

Kuntest ġenerali B’konformità ma’ l-Artikolu 3 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, l-aġġustament tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet li jirriżultaw direttament mill-kambjament tal-kapaċità għall-infiq tar-remunerazzjonijiet pubbliċi nazzjonali (indikatur speċifiku), il-kambjament fl-għoli tal-ħajja fi Brussell (indiċi internazzjonali) kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi ddeterminati mill-Eurostat. L-indikatur speċifiku jkejjel il-kambjament mingħajr ma jagħti każ ta’ l-inflazzjoni tar-remunerazzjonijiet netti tal-funzjonarji nazzjonali ta’ l-amminstrazzjonijiet ċentrali ta’ l-Istati Membri. Il-Eurostat iddetermina dan l-indikatur abbażi ta’ l-informazzjoni mogħtija mit-8 Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1.4. ta’ l-Anness XI. L-indiċi internazzjonali ta’ Brussell ikejjel il-kambjament fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-funzjonarji tal-Komunitajiet Ewropej. L-Eurostat iddetermina dan l-indiċi abbażi ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani. Il-paritajiet ekonomiċi għar-remunerazzjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi ta’ kapaċità għall-infiq tar-remunerazzjonijiet bejn Brussell, il-belt ta’ referenza, u l-lokalitajiet l-oħra tax-xogħol jew missjoni. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi ftehim ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika. Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità għall-infiq tal-pensjonijiet bejn il-Belġju, il-pajjiż ta’ referenza, u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi ftehim ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika. Wara t-tkabbir ta’ l-1 ta’ Jannar 2007, il-koeffiċjent korrettiv applikabbli għar-rimunerazzjoni fl-Istati Membri ġodda għandu jiġi kalkolat skond l-Anness XI tar-Regolamenti ta’ l-Istaff. Madankollu l-Artikolu 27(4) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni jippermetti l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni fl-Anness X tar-Regolamenti ta’ l-Istaff għal mhux aktar minn 19-il xahar ieħor wara l-adeżjoni fil-każ ta’ uffiċjali li jibqgħu fis-servizz fl-Istati Membri l-ġodda. Għalhekk il-koeffiċjenti korrettivi għandhom japplikaw għall-uffiċjali u impjegati oħra li jiġu assenjati lill-Istati Membri ġodda mill-1 ta’ Jannar 2007. |

Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Il-proposta hi ppreżentata kull sena biex ikunu adattati r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet. |

Koerenza mal-politiki u l-obbjettivi l-oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U ANALIżIJIET TA’ IMPATT |

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

Metodi użati ta’ konsultazzjoni, setturi prinċipali mmirati u profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-personell skond il-proċedimenti fis-seħħ. |

Sintesi tat-tweġibiet irċevuti u tal-mod kif huma kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. |

Akkwist u użu ta’ kompetenza |

Rikors għal kompetenza esterna ma kienx neċessarju. |

Analiżi ta’ impatt - Il-proposta timmira biex ikunu adattati r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet filwaqt li tkun segwita l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. - Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

Sommarju tal-miżuri proposti Bi qbil ma’ l-Artikolu 1 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, il-Eurostat ħejja rapport dwar il-kambjament fl-għoli tal-ħajja fi Brussell, il-kambjament fil-kapaċità għall-infiq fis-salarji tas-servizzi ċivili nazzjonali, kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi li minnhom jiġu kkalkulati ż-żidiet fil-pagi. 3.1. AĠĠUSTAMENT TAR-REMUNERAZZJONIJIET U L-PENSJONIJIET FIL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Il-kambjament medju tal-kapaċità għall-infiq tar-remunerazzjonijiet tal-funzjonarji nazzjonali għall-perjodu ta’ referenza mkejjel mill-indikatur speċifiku hu ekwivalenti għal 0,2%. Il-kambjament fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-perjodu ta’ referenza mkejjel mill-indiċi internazzjonali ta’ Brussell ikkalkulat mill-Eurostat huwa ta’ 2,1%. B’konformità ma’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, il-valur ta’ l-aġġustament hu ugwali għall-produtt ta’ l-indikatur speċifiku u ta’ l-indiċi internazzjonali ta’ Brussell iddeterminati mill-Eurostat. L-aġġustament propost fir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu huwa għalhekk ta’ 2,3%. B’konformità ma’ l-Artikolu 3(5) ta’ l-Anness XI, ebda ko-effiċjent korrettur mhu applikabbli fil-Belġju lanqas fil-Lussemburgu. 3.2. AĠĠUSTAMENT TAR-REMUNERAZZJONIJIET U L-PENSJONIJIET ESTERI GĦALL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Barra l-Belġju u l-Lussemburgu, l-aġġustamenti tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni ta’ l-aġġustament fil-Belġju u l-Lussemburgu u tal-bidliet fiż-żidiet u fir-rati tal-kambju. Iż-żidiet applikabbli għar-remunerazzjonijiet, għall-pensjonijiet u għat-trasferimenti ta’ parti mir-remunerazzjoni li jidhru fir-Regolamenti ġew ikkalkulati bil-mod li ġej: - Ko-effiċjenti korretturi għall-FUNZJONARJI li jinstabu barra l-Belġju u l-Lussemburgu: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu fl-1 ta’ Lulju l-ekwivalenzi tal-kapaċità għall-infiq tar-remunerazzjonijiet bejn Brussell u l-postijiet l-oħra tax-xogħol jew missjoni. Il-ko-effiċjenti korretturi applikabbli għar-remunerazzjonijiet imħallsa lill-funzjonarji u lill-aġenti l-oħra li jkunu qed jagħtu servizz fi Stati Membri esteri għall-Belġju u l-Lussemburgu huma ddeterminati skond ir-relazzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. - Il-ko-effiċjenti korretturi għall-PENSJONIJIET esteri għall-Belġju u l-Lussemburgu u l-ko-effiċjenti korretturi għat-TRASFERIMENTI: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika, il-partitajiet ekonomiċi li jistabbilixxu sa l-1 ta’ Lulju l-ekwivalenzi tal-kapaċità għall-infiq tal-pensjonijiet bejn il-Belġju u l-pajjiż l-oħra ta’ residenza. Il-ko-effiċjenti korretturi kkalkulati għall-pensjonijiet ta’ persuni li joqogħdu f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussuburgu fid-diversi pajjiżi huma ddeterminati permezz tar-rapporti bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rata tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. B’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17 ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, dawn il-ko-effiċjenti huma direttament applikabbli għat-trasferimenti tal-funzjonarji u l-aġenti l-oħra. B’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20 ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, dawn il-ko-effiċjenti korretturi japplikaw biss għall-pensjonijiet fuq il-parti li tikkorrispondi mad-drittijiet akkwistati qabel l-1 ta’ Mejju 2004. B’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 2, ta’ dan l-Artikolu, il-ko-effiċjenti korretturi applikabbli għall-pensjonijiet huma riżultat ta’ bilanċ medju bejn il-ko-effiċjenti applikabbli għall-funzjonarji u l-ko-effiċjenti kkalkulati għall-pensjonijiet. - Data ta’ dħul fis-seħħ ta’ ko-effiċjenti korretturi: Id-data ta’ dħul fis-seħħ hi l-1 ta’ Lulju għal-lokalitajiet kollha ħlief il-lokalitajiet li għandhom żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja. Għal dawn ta’ l-aħħar il-ko-effiċjent korrettur jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju jekk iż-żieda ta’ l-għoli tal-ħajja hi aktar minn 6.3 %, jew fl-1 ta’ Mejju jekk din hi aktar minn 12.6%. Il-kambjament fl-għoli tal-ħajja, f’pajjiżi esteri għall-Belġju u l-Lussemburgu, hu mkejjel bl-għajnuna ta’ indiċijiet impliċiti. Dawn l-indiċijiet jikkorrispondu mar-riżultati ta’ l-indiċi internazzjonali ta’ Brussell u l-varjazzjoni tal-parità ekonomika. Għal dan l-aġġustament, id-data ta’ dħul fis-seħħ hi antiċipata għal-lokalitajiet imsemmija fir-Regolament. |

Bażi legali Il-bażi legali huwa r-Regolamenti ta’ l-Istaff u notevolment l-Anness XI tagħhom. |

Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta għandha x’taqsam ma’ qasam li jiddependi mill-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma japplikax. |

Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hi konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

- L-Anness XI tar-Regolamenti ta’ l-Istaff jipprevedi regolament tal-Kunsill. |

- Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament previst fir-Regolamenti ta’ l-Istaff. |

Għażla ta’ l-istrumenti |

Strument(i) propost(i): regolament. |

Strumenti oħrajn mhumiex adegwati minħabba r-raġunijiet li ġejjin: - L-Anness XI tar-Regolamenti ta’ l-Istaff jipprevedi regolament tal-Kunsill. |

IMPATT BAġITARJU |

L-impatt fuq l-ispejjeż amministrattvi u fuq id-dħul minn taxxi ta’ l-aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet hu ddettaljat fil-paġna finanzjarja ta’ l-Anness. |

1. Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

li jemenda mill-1 ta’ Lulju 2006 il-pagi u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li jaffetwaw dawn il-pagi u l-pensjonijiet.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti ta’ l-Istaff tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għall-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], u b’mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65, 82 u l-Annessi VII, XI u XIII tar-Regolamenti msemmija kif ukoll l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 20, l-Artikoli 64 u 92 tal-Kundizzjonijiet imsemmija,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

2. Sabiex jiggarantixxi s-saħħa tax-xiri ta’ l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej tiżviluppa b’mod parallel ma’ dik ta’ l-impjegati taċ-ċivil nazzjonali ta’ l-Istati Membri, il-pagi u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej se jiġu aġġustati skond il-verifika annwali tas-sena 2006.

3. Wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, li għandha tiġi fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jiġu ffissati għal dawk l-Istati Membri skond l-Anness XI tar-Regolamenti ta’ l-Istaff,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, id-data ta’ l-1 ta’ Lulju 2005 imniżżla fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 63 tar-Regolamenti ta’ l-Istaff hi ssostitwita bid-data ta’ l-1 ta’ Lulju 2006.

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta' Lulju 2006, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar li tinsab fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, applikabbli għall-kalkolu tal-pagi u l-pensjonijiet hi ssostitwita bit-tabella li ġejja:

[pic]

Artikolu 3

B'effett mill-16 ta' Mejju 2006, il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni applikabbli għar-rimunerazzjoni ta' l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra li huma mpjegati fil-pajjiżi u l-postijiet imsemmija hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:Slovenja – 86.8.

Artikolu 4

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, skond l-Artikolu 64 tar-Regolamenti ta’ l-Istaff , għall-pagi ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 2 tat-tabella hawn taħt. Madankollu, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-koeffiċjenti korrettivi għall-Bulgarija u r-Rumanija għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2007.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2007, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skond l-Artikolu 17(3) ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella hawn taħt.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijiet skond l-Artikolu 20(2) ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 4 tat-tabella hawn taħt. Madankollu, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-koeffiċjenti korrettivi għall-Bulgarija u r-Rumanija għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2007.

B’effett mill-1 ta’ Mejju 2007, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijet skond l-Artikolu 20(2) ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 5 tat-tabella hawn taħt:

[pic]***

Artikolu 5

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont tas-sussidju għal-leave tal-ġenituri kif imniżżel fl-Artikolu 42bis tar-Regolamenti ta’ l-Istaff huwa stabbilitstabbilit għal 840,97 EUR u għal 1121,28 EUR għal ġenituri, mara jew raġel, li jrabbu t-tfal waħedhom ( single parents ).

Artikolu 6

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont bażiku għals-sussidju għall-familja kif imniżżel fl-Artikolu 1(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti ta' l-Istaff huwa stabbilit għal 157,29 EUR.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont għas-sussidju għat-tfal dipendenti kif imniżżel fl-Artikolu 2(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti ta' l-Istaff huwa stabbilit għal 343,69 EUR.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont għas-sussidju għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti ta' l-Istaff huwa stabbilit għal 233,20 EUR.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont għas-sussidju għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(2) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti ta' l-Istaff huwa stabbilit għal 83,96 EUR.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont minimu tas-sussidju għall-espatrijazzjoni mniżżel fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti ta’ l-Istaff u fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 4(1) ta’ l-Anness VII tiegħu huwa stabbilit għal 466,17 EUR.

Artikolu 7

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2007, is-sussidju għall-kilometraġġ imniżżel fl-Artikolu 8 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti ta' l-Istaff huwa ssostitwit b’dan li ġej:

0 EUR għal kull kilometru bejn 0 u 200 km

0,3496 EUR għal kull kilometru bejn 201 u 1 000 km

0,5826 EUR għal kull kilometru bejn 1 001 u 2 000 km

0,3496 EUR għal kull kilometru bejn 2 001 u 3 000 km

0,1165 EUR għal kull kilometru bejn 3 001 u 4 000 km

0,0561 EUR għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km

0 EUR għal kull kilometru aktar minn 10 000 km

Ammont b’rata fissa supplimentari hu miżjud mas-sussidju għall-kilometraġġ imniżżel hawn fuq :

- 174,77 euro jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tax-xogħol u l-post minn fejn wieħed ikun ġej hija bejn is-725 km u l-1,450 km,

- 349,52 euro jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tax-xogħol u l-post minn fejn wieħed ikun ġej hija ta’ 1,450 km jew aktar,

Artikolu 8

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont għas-sussidju ta' kuljum kif imniżżel fl-Artikolu 10(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti ta' l-Istaff huwa stabbilit għal:

36,12 EUR għall-uffiċjali li għandhom dritt għas-sussidju għall-familja,

29,12 EUR għall-uffiċjali li m’għandhomx dritt għas-sussidju għall-familja,

Artikolu 9

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-inqas limitu għas-sussidju għall-istallazzjoni mniżżel fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għall-impjegati l-oħra huwa ta’:

1028,45 EUR għall-impjegati li għandhom dritt għas-sussidju għall-familja,

611,52 EUR għall-impjegati li m’għandhomx dritt għas-sussidju għall-familja,

Artikolu 10

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, għas-sussidju għall-qgħad imniżżel fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 28bis(3) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għall-Impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, l-inqas limitu huwa stabbilit għal 1233,40 EUR, l-għola limitu huwa stabbilit għal 2466,81 EUR u s-sussidju standard huwa ta’ 1121,28 EUR.

Artikolu 11

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, it-tabella tal-pagi bażiċi ta’ kull xahar imniżżla fl-Artikolu 63 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għall-impjegati l-oħra hija sosstiwita bit-tabella li ġejja:

[pic]

Artikolu 12

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, it-tabella tal-pagi bażiċi ta’ kull xahar imniżżla fl-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għall-impjegati l-oħra hija sosstiwita bit-tabella li ġejja:

[pic]

Artikolu 13

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-inqas limitu għas-sussidju għall-istallazzjoni mniżżla fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għall-impjegati l-oħra huwa ta’:

- 773,57 EUR għall-impjegati li għandhom dritt għas-sussidju għall-familja,

- 458,63 EUR għall-impjegati li m’għandhomx dritt għas-sussidju għall-familja,

Artikolu 14

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, għas-sussidju għall-qgħad imniżżel fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għall-impjegati l-oħra, l-inqas limitu huwa stabbilit għal 925,06 EUR, l-għola limitu huwa stabbilit għal 1850,11 EUR u s-sussidju standard huwa ta’ 840,97 EUR.

Artikolu 15

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, is-sussidji għal xogħol bix-xift imniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[2] huma stabbiliti għal 352,51 EUR, 532,06 EUR, 581,74 EUR u 793,10 EUR.

Artikolu 16

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammonti imniżżla fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68[3] huma suġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,088579.

Artikolu 17

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, it-tabella ta’ l-ammonti li għandhom jiġu applikati imniżżla fl-Artikolu 8 ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff hi ssostitwita bit-tabella li ġejja:

[pic]

Artikolu 18

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammonti għas-sussidju għat-tfal dipendenti kif imniżżel fl-Artikolu 14 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti ta' l-Istaff huma stabbiliti kif ġej:

[pic]

Artikolu 19

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammonti għas-sussidju għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 15 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti ta' l-Istaff huma stabbiliti kif ġej:

[pic]

Artikolu 20

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 18 ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, l-ammont tas-sussidju b’rata fissa imniżżel fl-Artikolu 4bis ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff qabel l-1 ta’ Mejju 2004 huwa stabbilit għal:

- 121,61 EUR fix-xahar għall-uffiċjali kklassifikati fil-gradi C4 jew C5,

-186,45 EUR fix-xahar għall-uffiċjali kklassifikati fil-gradi C1, C2 jew C3.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Dan id-dokument hu maħsub biex jittieħed ma’, u jikkumplimenta, il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Bħala tali, meta tkun qed timtela din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva, u mingħajr ħsara għal-leġibbiltà tagħha, jeħtieġ jiġi evitat, safejn hu possibbli, li t-tagħrif fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jiddaħħal darbtejn. Qabel ma timla din il-formula, jekk jogħġbok irreferi għal-Linji ta’ Gwida li ġew imfassla b’mod speċifiku biex ikunu ta’ gwida u biex jiċċaraw dawk il-materji li jinsabu hawn taħt.

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jaddatta mill-1 ta’ Lulju 2005 il-pagi u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-ko-effiċjenti korretturi għal dawn il-pagi u l-pensjonijiet.

2. QAFAS ABM/ABB (TMEXXIJA/STABBILIMENT TAL-BAĠIT SKOND L-ATTIVITAJIET)

Qasam/Oqsma ta’ politika li għandhom x’jaqsmu u attività/jiet assoċjati magħha/hom:

Potenzjalment l-oqsma u l-attivitajiet kollha huma kkonċernati.

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-Baġit (linji ta’ ħidma u linji relatati ta’ assistenza teknika u amministrattiva (ex-linji B.A.)), fosthom l-intestaturi tagħhom:

Infiq : XX.01.01.01 Kummissjoni u Kapitolu 11 Istituzzjonijiet oħra

Dħul 400 – Taxxi fuq il-kuri u pensjonijiet, 404 – Tnaqqis speċjali, 410 Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-finanzjament ta’ l-iskema tal-pensjonijiet

3.2. Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Indefinit

3.3. Karatteristiċi tal-baġit (żid ir-ringieli jekk ikun hemm bżonn):

Linja tal-baġit | Tip ta’ infiq | Ġdid | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

XX.01.01.01 Kapitolu u Artikolu 11 | Mhux komp | Mhux diff.[4] | LE | LE | LE | Nru [5] |

4. ĠABRA FIL-QOSOR TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Ġabra fil-qosor ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

miljuni ta’ euro (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ infiq | Sezzjoni nru | Sena n | n +1 | n + 2 | n +3 | n +4 | n + 5 u ex. wara | Total |

Infiq operattiv [5] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b |

Infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza [6] |

Assistenza teknika u amministrattiva –ATA (SMD) | 8.2.4 | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c |

Infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza [7] |

Riżorsi umani u infiq assoċjati (AMD) | 8.2.5 | d | 50,2 | 100,3 | 100,3 | 100,3 | 100,3 | 100,3 | n.d. |

Spejjeż amministrattivi, għajr riżorsi umani u nfiq relatat, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6 | e |

Nefqa finanzjarja totali indikattiva

TOTAL AI inkluż l-infiq għal riżorsi umani | a+c+d+e | 50,2 | 100,3 | 100,3 | 100,3 | 100,3 | 100,3 | n.d. |

TOTAL AI inkluż l-infiq għal riżorsi umani | b+c+d+e | 50,2 | 100,3 | 100,3 | 100,3 | 100,3 | 100,3 | n.d. |

Dettalji dwar ko-finanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi ko-finanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tingħata stima ta’ kemm hu dan il-ko-finanzjament fit-tabella hawn taħt (tista’ żżid aktar linji jekk ikun meħtieġ jekk taħseb li se jkun hemm entitajiet differenti li jidħlu fil-ko-finanzjament)

miljuni ta’ euro (sa 3 punti deċimali)

Entità ta’ ko-finanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

TOTAL AI inkluż il-ko-finanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Kompatibbiltà ma’ l-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hi kumpatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta teħtieġ programmazzjoni mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettivi finanzjarji.

( Din il-proposta tista’ teħtieġ l-użu tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali [8](li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istrument dwar il-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarji fuq id-dħul

X Impatt finanzjarju - L-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: kull speċifikazzjonijiet u osservazzjonijiet dwar il-mod kif jinħadem l-effett fuq id-dħul għandu jtniżżel f’anness separat.

miljuni ta’ EUR (sa 1 deċimali wieħed)

Qabel l-azzjoni [Sena n] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Numru totali ta’ riżorsi umani |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET <0}

Fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jrid ikun hemm dettalji tal-kuntest tal-proposta Din is-sezzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva għandha tinkludi l-elementi ta’ l-informazzjoni kumplimentari li ġejja:

5.1. Ħtieġa li trid tiġi mwettqa fil-futur qrib jew imbiegħed

Obbligu statutorju

5.2. Valur-miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

mhux disponibbli

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-qafas tat-tmexxija skond l-attività (ABM)

mhux disponibbli

5.4. Metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv)

Hawn taħt uri l-metodu/i magħżul/a [10]għall-implimentazzjoni.

( Tmexxija Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni: il-PMO

- ( indirettament b’delega lil:

- ( aġenziji eżekuttivi

- ( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

- ( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku.

( Tmexxija mqassma jew deċentralizzata

- ( ma’ Stati Membri

- ( ma’ pajjiżi terzi

( Tmexxija konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika )

Kummenti rilevanti:

6. KONTROLL U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ kontroll

mhux disponibbli

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

mhux disponibbli

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ ex-post (lezzjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat)

mhumiex disponibbli

6.2.3. Kundizzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjonijiet fil-ġejjieni

Evalwazzjoni fl-aħħar tar-raba’ sena minn Lulju 2004

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

mhumiex disponibbli

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta skond kemm jiġu jqumu

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew persunal temporanju [12](XX 0101) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Persunal iffinanzjat[13] bl-Artikolu XX 01 02 |

Persunal ieħor iffinanzjat [14] bl-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li jirriżultaw mill-azzjoni

8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

(Fejn jissemma’ aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ postijiet li joriġinaw minn kull sors)

- ( Postijiet li bħalissa huma allokati għat-tmexxija tal-programm li għandhom jinbidlu jew jittawlu

- ( Postijiet pre-allokati fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

- ( Postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

- ( Postijiet li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (trasferimenti interni)

- ( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux imbassra fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena tal-baġit msemmija

8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq ta’ tmexxija amministrattiva)

miljuni ta’ euro (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

1. 1 Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-infiq relatat tal-persunal relatat) |

Aġenziji eżekuttivi [15] |

Assistenza oħra teknika u amministrattiva |

- intra muros |

- extra muros |

Assistenza totali teknika u amministrattiva |

8.2.5. Nefqa finanzjarja fuq riżorsi umani u nfiq assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta' referenza

miljuni ta’ euro (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali jew persunal temporanju (XX 0101) |

Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Infiq totali fuq riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Uffiċjali u aġenti temporanji

Fejn meħtieġ, għandha ssir referenza għal punt 8.2.1

Kalkolu - Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02

Fejn meħtieġ, għandha ssir referenza għal punt 8.2.1

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta’ euro (sa 3 punti deċimali)

[Sena n] n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 - Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 –Kumitati [16] |

XX 01 02 11 04 - Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 - Sistemi ta’ informazzjoni |

2. 2 Spejjeż oħra totali ta’ tmexxija (XX 01 02 11) |

3. 3 Spejjeż oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tindika r-referenza għal-linja tal-baġit) |

Spejjeż amministrattivi totali, għajr ir-riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

[1] ĠU L 56 ta’ l-4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) nru ...

* Il-koeffiċjenti korrettivi għall-Bulgarija u r-Rumanija indikati fit-tieni kolonna (Pagi) u fir-raba’ kolonna (Pensjoni) għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007.

** il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għas-Slovenja indikat fit-2 kolonna (Pagi) għandu jidħol fis-seħħ mis-16 ta’ Mejju 2006.

[2] Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jiddetermina l-kategoriji ta’ l-uffiċjali li jieħdu l- allowances għal xogħol bix- shift , u r-rati u l-kundizzjonijiet ta’ dawn (ĠU L 38, 13.2.1976, p.1). Ir-Regolament kif komplut bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) nru 1307/87 (ĠU L 124, tat-13.5.1987, p.6), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEFA, KE, Euratom) nru ... (ĠU L ..., 1.1.2004, p.1).

[3] Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jqiegħed il-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, ta’ l-4.3.1968, p.8). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) nru ... (ĠU L ..., tal-..., p. ...).

[4] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[5] Infiq li ma jidħolx taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx li għandu x'jaqsam.

[6] Infiq inkluż fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[7] Infiq inkluż fil-Kapitolu xx 01 minbarra mill-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[8] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[9] Jekk ikun hemm bżonn għandhom jiżdiedu aktar kolonni, jiġifieri jekk l-azzjoni ddum aktar minn 6 snin.

[10] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi aktar dettalji fis-sezzjoni tal-“Kummenti ” f’dan il-punt

[11] Kif deskritt fil-parti 5.3.

[12] Li l-infiq għalih MHUX kopert mill-ammont ta’ referenza.

[13] Li l-infiq għalih MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza.

[14] Li l-infiq għalih hu inkluż fl-ammont ta’ referenza.

[15] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li tirraporta b’mod speċifiku lill-Aġenzija/i Eżekuttiva/i konċernata/i.

[16] Speċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li jkun fih.