52006PC0652

Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2006/0652 finali - COD 2006/0214 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.11.2006

KUMM(2006) 652 finali

2006/0214 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol

(it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara l-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta disposizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi u sikwit b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-personell tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoniet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità.

Peress illi l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissostitwixxi l-atti varji inkorporati fiha[4]; hija żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom biss b’dawk l-emendi formali kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni tfasslet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 89/655/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness IV tad-Direttiva kkodifikata.

89/655/KEE (adatta) (adattat)

2006/0214 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol

(it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjon,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6]

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[7],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)[8] ġiet emendata kemm-il darba[9] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

89/655/KEE Premessa 6

(2) Din id-Direttiva hija direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol[10]. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KE huma applikabbli b’mod sħiħ fil-qasam ta’ l-użu tat-tagħmir tax-xogħol fuq il-post tax-xogħol mill-ħaddiema, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet iktar stretti u/jew speċifiċi misjuba f' din id-Direttiva.

89/655/KEE Premessa 1 (adattat)

(3) L-Artikolu 1 137(2) tat- Trattat jipprovdi illi l-Kunsill jista jadotta, permezz ta' direttivi, il-ħtiġiet minimi li jinkoraġġixxu t-titjib, speċjalment fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiggarantixxu livell aħjar ta' protezzjoni għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema

89/655/KEE Premessa 2

(4) Skond l-Artikolu msemmi, dawn id-Direttivi jenħtieġ li jevitaw milli jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b' manjiera li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.

2001/45/KE Premessa 5

(5) Id-dispożizzjonijiet adottati skond l-Artikolu 137(2) tat-Trattat ma jipprevjenu lil ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi tal-kondizzjonijiet tax-xogħol aktar stretti li jkunu kompatibbli mat-Trattat.

89/655/KEE Premessa 5

(6) Il-konformità mal-ħtiġiet minimi xierqa biex jiggarantixxu standard aħjar ta' sigurtà u ta' saħħa fl-użu ta' tagħmir tax-xogħol hija essenzjali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

2001/45/KE Premessa 3

(7) It-titjib fis-sigurtà, fl-iġjene u fis-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol huwa għan li ma jistax jiġi subordinat għal konsiderazzjonijiet purament ekonomiċi.

2001/45/KE Premessa 6

(8) Ix-xogħol fil-għoli jista’ jesponi lill-ħaddiema għal riskji partikolarment severi għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom notevolment għar-riskji ta’ waqgħat mill-għoli u għal inċidenti serji tax-xogħol oħra, li jammontaw għal proporzjon kbir mill-inċidenti kollha, speċjalment ta’ inċidenti fatali.

89/655/KEE Premessa 7

(9) Din id-Direttiva tikkostitwixxi aspett prattiku fl-isfond tat-twettiq tad-dimensjoni soċjali tas-suq intern.

89/655/KEE Premessa 8 (adattat)

(10) Skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi[11] , l-Istati Membri huma meħtieġa li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b' kull abbozz tar-regolamenti tekniċi li għandhom x' jaqsmu mal-makkinarju, mat-tagħmir u ma' l-istallazzjonijiet.

2001/45/KE Premessa 12

(11) Din id-Direttiva hi l-aktar mezz xieraq sabiex jinkisbu l-għanijiet mixtieqa u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dan l-iskop.

(12) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B,

89/655/KEE

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1. Din id-Direttiva, li hija t-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi dwar is-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol, kif definiti fl-Artikolu 2.

2. Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/EEC huma applikabbli b’mod sħiħ fil-kamp kollu msemmi fil-paragrafu 1, bla ħsara għad-disposizzjonijiet aktar stretti u/jew speċifiċi misjuba f' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, it-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsira li ġejja:

(a) «tagħmir tax-xogħol»: kull magna, apparat jew stallazzjoni użati waqt ix-xogħol;

(b) «użu tat-tagħmir tax-xogħol»: kull attività li tinvolvi t-tagħmir tax-xogħol bħal dak it-tagħmir li tqabbid jew waqfien tat-tagħmir, l-użu tiegħu, it-trasport, it-tiswija, il-modifika, il-manutenzjoni u s- servicing , inkluż, b' mod partikolari, it-tindif;

(ċ) «żona ta' perikolu»: kull żona ġewwa u/jew madwar it-tagħmir tax-xogħol li fiha ħaddiem espost ikun suġġett għal riskju rigward is-saħħa jew is-sigurtà tiegħu;

(d) «ħaddiem espost»: kwalunkwe ħaddiem li jinsab kollu kemm hu jew parzjalment f' żona ta' perikolu;

(e) «operatur»: il-ħaddiem jew il-ħaddiema inkarigati li jużaw it-tagħmir tax-xogħol.

IL-KAPITOLU II

L-OBBLIGI TA' MIN IĦADDEM

Artikolu 3

Obbligi ġenerali

1. Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi t-tagħmir tax-xogħol magħmul disponibbli għall-ħaddiema fl-impriża u/jew l-istabbiliment ikun xieraq għax-xogħol li għandu jitwettaq jew addattat kif jixraq għal dan l-iskop u jista' jintuża mill-ħaddiema mingħajr ħsara għas-sigurtà jew is-saħħa tagħhom.

Fl-għażla tat-tagħmir tax-xogħol li hu biħsiebu juża, min iħaddem għandu jikkunsidra l-kondizzjonijiet u l-karatterstiċi speċifiċi tax-xogħol u l-perikli li jeżistu fl-impriża u/jew fl-istabbiliment, b' mod partikolari fuq il-postijiet tax-xogħol, għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, u/jew kull perikolu possibbli addizzjonali impost bl-użu tat-tagħmir tax-xogħol in kwistjoni.

2. Fejn mhux possibbli li jiġi żgurat għal kollox illi t-tagħmir tax-xogħol jista' jintuża mill-ħaddiema mingħajr riskju għas-sigurtà jew għas-saħħa, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex iċekken ir-riskji.

89/655/KEE (adattat)

95/63/KE Art. 1 pt. 1(a)

Artikolu 4

Ir-Regoli li jirrigwardaw it-tagħmir tax-xogħol

1. Bla ħsara għall-Artikolu 3, min iħaddem għandu jikseb u/jew juża:

(a) it-tagħmir tax-xogħol li, jekk provdut lill-ħaddiema fl-impriża u/jew fl-istabbiliment għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 1992, jikkonforma:

(i) mad-dispożizzjonijiet ta' kull direttiva Komunitarja rilevanti applikabbli;

(ii) mal-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness I , safejn u sakemm l-ebda direttiva oħra Komunitarja ma tapplika jew tapplika biss parzjalment ;

(b) mat-tagħmir tax-xogħol li, jekk diġà provdut lill-ħaddiema fl-impriża u/jew fl-istabbiliment sal-31 ta' Diċembru 1992, jikkonformaw mal-ħtiġiet minimi previstiè1 fl-Anness I sa mhux aktar tard minn erba' snin wara din id-data;

95/63/KE Art. 1 pt. 1(b)

(ċ) mingħajr preġudizzju għall-punt (a)(i), u b'deroga mill-punt (a)(ii) u l-punt (b), tagħmir ta' xogħol speċifiku suġġett għal ħtiġiet tal-punt 3 ta' l-Anness I, jekk diġà provdut għall-ħaddiema fl-impriża u/jew stabbiliment sal-5 ta' Diċembru 1998, li jikkonforma mal-ħtiġiet previsti stabbiliti fl-Anness I, sa mhux aktar tard minn erba' snin wara dik id-data.

89/655/KEE

2. Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi, matul il-ħajja tat-tagħmir tax-xogħol, dan jinżamm, permezz ta' manutenzjoni adegwata, f' livell illi jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) jew (b) skond il-każ.

95/63/KE Art. 1 pt. 1(ċ)

3. L-Istati Membri għandhom, wara konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali u meħud kont ta' leġislazzjoni u/jew il-prattiki nazzjonali jistabilixxu l-miżuri li jippermettu li jintlaħaq livell ta' sigurtà li jikkorrispondi mal-miri msemmija fid-dispożizzjonijiet ta' l-Anness II.

95/63/KE Art. 1 pt. 2

Artikolu 5

Spezzjoni ta' tagħmir ta' xogħol

1. Min jimpjiega għandu jassigura illi fejn is-sigurtà tat-tagħmir tax-xogħol li tiddependi mill-kondizzjonijiet ta' l-installazzjoni, dan ikun soġġett għall-spezzjoni inizjali (wara l-installazzjoni imma qabel ma jibdew jaħdmu) u għal spezzjoni verifika wara kull assemblaġġ f'sit ġdid jew tqegħid f'lokazzjoni oħra, li ssir minn persuni kompetenti fis-sens tal-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali bil-ħsieb li jiġi żgurat l-installazzjoni korretta u l-funzjonament tajjeb ta' dan it-tagħmir tax-xogħol.

2. Biex ikun garantit li l-ħtiġiet tas-saħħa u tas-sigurtà ikunu rispettati, li d-deterjorament li aktarx jista’ ġġib sitwazzjoni ta' perikolu ikun identifikat u rimedjat fil-ħin, min jimpjiega għandu jiżgura li t-tagħmir ta' xogħol li jkun espost għal influwenzi li jikkawża tali deterjorazzjoni ,jkun soġġett għal:

(a) spezzjonijiet perijodiċi u, meta jkun il-każ, provi perijodiċi minn persuni kompetenti fis-sens ta' leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali,

(b) spezzjonijiet speċjali minn persuni kompetenti fis-sens ta' leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali kull darba li sseħħ xi ġrajja eċċezzjonali li tista’ ġġib magħha konsegwenzi ta' ħsara għas-sigurtà tat-tagħmir tax-xogħol bħalma huma xogħol ta’ modifika, inċidenti, fenomeni naturali, perijodi twal ta’ nuqqas ta’ użu,

3. Ir-riżultati ta' spezzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati u miżmuma għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti. Għandhom jinżammu għal perijodu ta' żmien xieraq.

Meta t-tagħmir tax-xogħol hu użat barra l-impriża għandu jkollu miegħu prova materjali li tkun saret l-aħħar spezzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-modalitajiet li bihom għandhom isiru dawn l-ispezzjonijiet.

89/655/KEE

Artikolu 6

It-tagħmir tax-xogħol li jinvolvi riskji speċifiċi

Meta l-użu tat-tagħmir tax-xogħol x'aktarx jista’ jinvolvi riskju speċifiku għas-sigurtà jew għas-saħħa tal-ħaddiema, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi:

(a) l-użu tat-tagħmir tax-xogħol ikun ristrett għal dawk il-ħaddiema inkarigati mill-użu tiegħu;

(b) fil-każ ta' tiswijiet, modifiki, manutenzjoni jew servicing , il-ħaddiema konċernati għandhom jiġu speċifikament awtorizzati biex jagħmlu dan ix-xogħol.

95/63/KE Art. 1 pt. 3

Artikolu 7

L-Ergonomija u s-saħħa fuq ix-xogħol

Il-post tax-xogħol u l-pożizzjoni tal-ħaddiema meta qed jużaw tagħmir tax-xogħol kif ukoll il-prinċipji ta' l-ergonomija għandhom jiġu meħuda in konsiderazzjoni sħiħa minn min jimpjiega meta japplika l-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa.

89/655/KEE

Artikolu 8

It-tagħrif lill-ħaddiema

1. Bla ħsara għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi l-ħaddiema jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tagħrif adegwat u, fejn xieraq, istruzzjonijiet bil-miktub dwar it-tagħmir tax-xogħol użat fuq ix-xogħol.

2. It-tagħrif u l-istruzzjonijiet bil-miktub irid ikun fihom mill-inqas tagħrif adegwat dwar is-sigurtà u s-saħħa li jirrigwarda:

(a) il-kundizzjonijiet ta' l-użu tat-tagħmir tax-xogħol;

(b) is-sitwazzjonijiet anormali li jistgħu jiġu previsti;

(ċ) il-konklużjonijiet miġbura mill-esperjenza akkwistata, fejn xieraq, fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol.

95/63/KE Art. 1 pt. 4 (adattat)

Il-ħaddiema għandhom jiġu magħmulin konxji mir-riskji li jikkonċernawhom, mit-tagħmir tax-xogħol presenti fl-ambjent immedjat tax-xogħol kif ukoll ta' xi modifikazzjonijiet li jikkonċernawhom, sa fejn dawn jeffettwaw it-tagħmir tax-xogħol li jkunu jinsabu fl-ambjent tax-xogħol fil-qrib anke jekk ma jkunux qegħdin jużaw dan it-tagħmir direttament.

3. It-tagħrif u l-istruzzjonijiet bil-miktub iridu jinftiehmu mill-ħaddiema kkonċernati.

89/655/KEE (adattat)

95/63/KE Art. 1 pt. 5

95/63/KE Art. 1 pt.6

Artikolu 9

It-taħriġ tal-ħaddiema

Bla ħsara għall-Artikolu 12 tad- Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi:

(a) il-ħaddiema inkarigati mit-tagħmir tax-xogħol għandhom jirċievu taħriġ adegwat, inkluż it-taħriġ dwar kull riskju li, skond il-każ jista' jkun fih dan l-użu,

(b) il-ħaddiema msemmija fl-Artikolu 6(b) għandhom jirċievu taħriġ speċifiku adegwat.

Artikolu 10

Il-konsultazzjoni mal-ħaddiema u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar il-materji koperti b' din id-Direttiva, inklużi l-Annessi tagħha.

IL-KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 11

Emenda ta' l-Annessi

1. Żidiet għall- Anness I dwar il-ħtiġiet minimi supplimentari applikabbli għat-tagħmir speċifiku tax-xogħol msemmi fil-punt 3 ta’ l-Anness I għandhom jiġu adottati mill- Kunsill skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 137(2) tat-Trattat.

.2. L-adattamenti strettament ta’ natura ta’ l-Annessi: għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 89/391/KEE, , b’riżultat ta’:

(a) l-adozzjoni tad-Direttivi dwar l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir tax-xogħol

u/jew

(b) il-progress tekniku, żviluppi fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali jew fit-tagħrif fil-qasam tat-tagħmir tax-xogħol

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet finali

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jkunu diġà adottaw jew li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport lill-Kummissjoni kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, fejn jindikaw il-fehmiet ta' l-imsieħba soċjali.

Il-Kummissjoni għandha għaldaqstant tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti perjodikament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tieħu in kunsiderazzjoni l-paragrafi 1 sa u 2.

Artikolu 13

Id-Direttiva 89/655/KEE, kif emendata mid-Direttivi msemmija fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

89/655/KEE Art. 11

Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

89/655/KEE

95/63/KE Art. 1 pt. 7 u l-Anness I

L-ANNESS I

IL-ĦTIĠIET MINIMI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 4(1)(a)(ii) u (b)

1. KUMMENT ġENERALI

L-obbligi stabbiliti f' dan l-Anness japplikaw skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u fejn jeżisti riskju li jikkorrispondi mat-tagħmir tax-xogħol in kwistjoni.

95/63/KE Art. 1 pt. 7 u l-Anness I pt. 1

Il-ħtiġiet minimi li ġejjin, sa fejn japplikaw għal tagħmir ta' xogħol fl-użu, mhux neċessarjament jitolbu għall-istess miżuri bħall-ħtiġiet essenzjali li jikkonċernaw it-tagħmir tax-xogħol ġdid.

89/655/KEE

2. IL-ħTIġIJIET MINIMI ġENERALI APPLIKABBLI GħAT-TAGħMIR TAX-XOGħOL

2.1. L-istrumenti li jikkontrollaw it-tagħmir tax-xogħol li jaffettwaw is-sigurtà jridu jkunu jidhru identifikabbli biċ-ċar u, skond il-każ, mmarkati fejn meħtieġ.

Għajr fejn jinħtieġ għal ċerti strumenti tal-kontroll, l-istrumenti tal-kontroll ghandhom jiġu mqiegħda 'l barra miż-żoni ta' perikolu u b’modi li l-operazzjoni tagħhom ma tistax tikkawża perikolu addizzjonali. M’għandhom joħolqu l-ebda perikolu bħala riżultat ta' kull manuvra mhix intenzjonata.

Jekk ikun hemm il-ħtieġa, mill-pożizzjoni prinċipali tal-kontroll, il-ħaddiem irid ikun jista' jiżgura illi l-ebda persuna ma tkun preżenti fiż-żoni ta' perkolu. Jekk dan ma jkunx possibbli, kwalunkwe tħaddim tal-makkinarju għandu jkun ippreċedut awtomatikament minn sistema ta' sigurtà bħal sinjal ta' twissija li jinstama' u/jew li jidher meta l-makkinarju jkun sejjer jitqabbad jaħdem. Ħaddiem espost irid ikollu l-ħin u/jew il-mezz sabiex jaħrab malajr mill-perikli kkawżati mit-tagħmir tax-xogħol huwa u jitqabbad jew jitwaqqaf.

95/63/KE Art. 1 pt. 7 u l-Anness I pt. 2

Is-Sistemi ta' kontroll għandhom ikunu żguri u jintgħażlu wara li tkun ngħatat kunsiderazzjonji għal meta s-sistema tfalli, ikun fiha disturbi jew kondizzjonijiet speċjali li wieħed jista' jipprevedi fil-qafas ta' l-użu maħsub.

89/655/KEE (adattat)

2.2. It-tagħmir tax-xogħol għandu jkun jista’ jitqabbad jaħdem biss b' azzjoni maħsuba fuq strument ta’ kontroll provdut għal dan l-iskop.

L-istess għandu japplika:

- biex jerġa' jitqabbad jaħdem wara waqfien, tkun xi tkun ir-raġuni,

- għall-kontroll ta' bidla sinifikanti fil-kondizzjonijiet ta' l-operazzjoni (eż. il-qawwa, il-pressa, eċċ.),

għajr jekk dan it-tqabbid mill-ġdid għax-xogħol jew il-bidla ma tippreżenta l-ebda periklu lill-ħaddiema esposti.

Din il-ħtieġa ma tapplikax għat-tqabbid mill-ġdid għax-xogħol jew bidla fil-kondizzjonijiet ta' l-operazzjonijiet bħala riżultat tas-sekwenza normali taċ-ċiklu awtomatiku.

2.3. It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun imgħammar b' kontroll sabiex iwaqqaf it-tagħmir kompletament u b' mod żgur.

Kull stazzjon tax-xogħol trid tkun mgħammra b' kontroll li jwaqqaf parti mit-tagħmir tax-xogħol jew kollu, skond it-tip tal-perikolu, sabiex it-tagħmir ikun fi stat ta' sigurtà. Il-kontroll tal-waqfien tat-tagħmir irid ikollu l-prijorità fuq il-kontrolli li jqabbdu t-tagħmir. Meta t-tagħmir tax-xogħol jew il-partijiet perikolużi tiegħu jieqfu, irid jiġi maqtugħ il-forniment ta' l-enerġija minn fejn jiġi azzjonat it-tagħmir.

2.4. Fejn xieraq, u skond il-perikoli li jippreżenta t-tagħmir u l-ħin ta' waqfien normali tiegħu, it-tagħmir tax-xogħol irid jiġi mgħammar b’mezz tal-waqfien f' emerġenza.

2.5. It-tagħmir tax-xogħol li jippreżenta riskju minħabba l-oġġetti li jaqgħu jew il-biċċiet li jisporġu minnu irid ikun imgħammar bil-mezzi xierqa ta' sigurtà li jikkorrispondu ma’ dawn ir-riskji.

It-tagħmir tax-xogħol li jippreżenta perikoli minħabba l-ħruġ ta' gass, fwar, likwidu jew trab irid ikun imgħammr b' mezzi xierqa ta' trażżin jew ta' estrazzjoni maġenb is-sorsi tal-perikolu.

2.6. It-tagħmir tax-xogħol u l-partijiet minn dan it-tagħmir, fejn ikun meħtieġ għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, iridu jiġu mwaħħla bl-ikklampjar jew b' mezzi oħra.

2.7. Fejn ikun hemm ir-riskju ta' ksur jew tad-diżintegrazzjoni ta' partijiet mit-tagħmir tax-xogħol, li x' aktarx jista’ jkun ta' perikolu sinifikanti għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, iridu jittieħdu l-miżuri protettivi xierqa.

2.8. Fejn ikun hemm ir-riskju ta' kuntatt mekkaniku ma' partijiet li jiċċaqilqu tat-tagħmir tax-xogħol li jistgħu jwasslu għal inċidenti, dawn il-partijiet iridu jkunu provduti bi lqugħ jew b' mezzi li jipprevjenu l-aċċess għaż-żoni ta' perikolu jew sabiex iwaqqfu ċ-ċaqliq tal-partijiet perikolużi qabel jintlaħqu ż-żoni tal-perikolu.

L-ilqugħ u l-mezzi ta' protezzjoni jridu:

- ikunu ta' kostruzzjoni b' saħħitha,

- ma jagħtux lok għal periklu addizzjonali,

- ma jkunux jistgħu jiġu mneħħija faċilment jew jinġiebu li ma jistgħux jaħdmu,

- ikunu qiegħda 'l bogħod biżżejjed miż-żona tal-perikolu,

- ma jirrestrinġux aktar milli meħtieġ il-vista taċ-ċiklu operattiv tat-tagħmir,

- iħallu l-operazzjonijiet meħtieġa sabiex jitwaħħlu jew jinbidlu l-partijiet u jsir xogħol ta' manutenzjoni, jirrestrinġu l-aċċess għaż-żona biss fejn irid isir ix-xogħol biss u, jekk possibbli, mingħajr it-tneħħija tal-lqugħ jew il-mezz tal-protezzjoni.

2.9. Iż-żoni u l-postijiet għax-xogħol fuq it-tagħmir tax-xogħol, jew il-manutenzjoni tiegħu, iridu jkunu mdawla biżżejjed skond l-operazzjoni li trid titwettaq.

2.10. Il-partijiet tat-tagħmir tax-xogħol f' temperatura għolja jew f' temperatura baxxa ħafna jridu, fejn xieraq, ikunu protetti sabiex jevitaw ir-riskju li l-ħaddiema jiġu f' kuntatt miegħu jew qrib wisq.

2.11. Il-mezzi tat-twissija fuq it-tagħmir tax-xogħol ma jridux ikunu ambigwi u jridu jidhru u jiġu mifhuma faċilment.

2.12. It-tagħmir tax-xogħol ma jistax jintuża għall-operazzjonijiet u f’kondizzjonijiet li għalihom m’huwiex xieraq.

2.13. Irid ikun possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta' manutenzjoni meta t-tagħmir ikun mitfi. Jekk dan ma jkunx possibbli, irid ikun possibbli li jittieħdu l-miżuri xierqa ta' protezzjoni sabiex isiru dawn l-operazzjonijiet jew sabiex dawn l-operazzjonijiet isiru barra miż-żoni tal-perikolu.

Jekk magna jkollha reġistru tal-manutenzjoni, dan irid jinżamm aġġornat.

2.14. It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikollu fuqu mezzi identifikabbli b’mod ċar sabiex ikun jista’ jiġi iżolat mis-sorsi kollha ta' l-enerġija tiegħu.

Għandu jkun preżunt illi t-twaħħil mill-ġdid (mas-sorsi ta' l-enerġija) ma jippreżenta l-ebda riskju għall-ħaddiema involuti.

2.15. It-tagħmir tax-xogħol irid iġorr miegħu it-twissijiet u l-marki essenzjali sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-ħaddiema.

2.16. Il-ħaddiema jrid ikollhom mezzi żguri ta' aċċess għaż-żoni kollha ta' l-operazzjonijiet ta' produzzjoni, ta' aġġustament u ta' manutenzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u jridu jkunu kapaċi jibqgħu fihom fis-sigurtà.

2.17. It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipproteġi lill-ħaddiema kontra r-riskju li t-tagħmir tax-xogħol jieħu n-nar jew jisħon iżżejjed, jew li minnu joħorġu gassijiet, trab, likwidu, fwar jew sustanzi oħra prodotti, użati jew maħżuna fit-tagħmir tax-xogħol.

2.18. It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipprevjeni r-riskju li jisplodi t-tagħmir tax-xogħol jew li jisplodu is-sustanzi prodotti, użati jew maħżuna fit-tagħmir tax-xogħol.

2.19. It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipproteġi lill-ħaddiema esposti mir-riskju ta' kuntatt dirett jew indirett ma' l-elettriku.

95/63/KE Art. 1 pt. 7 u l-Anness I pt .3 (adattat)

3. IL-ĦTIġIET MINIMI ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GħAL TIPI SPEċIFIċI TA' TAGħMIR TA' XOGħOL

3.1. Il-Ħtiġiet minimi għal tagħmir ta' xogħol mobbli, kemm jekk jimxi waħdu kemm le

3.1.1 . It-tagħmir ta' xogħol li jkollhom ħaddiema fuqhom għandhom jiġu magħmulin b'tali mod li jitnaqqsu ir-riskji għal ħaddiema meta jiċċaqalqu.

Dawk il-perikoli għandhom jinkludu r-riskji ta' kuntatt tal-ħaddiema mar-roti jew mal-linji jew li jinqabdu minnhom.

3.1.2. It-tagħmir tax-xogħol għandu jkun mogħti tagħmir speċjali jew magħmul b'mod li ma jkunx jista' jkun hemm imblokk mhux maħsub bejn l-elementi ta' trazzjoni u l-aċċessorji u/jew l-oġġetti irmunkati miegħu.

Meta dan l-imblokk ma jistax jiġi evitat, għandha tittieħed kull miżura possibbli biex jiġu evitati xi konsegwenzi ta’ ħsara għall-ħaddiema.

3.1.3. Meta elementi ta' trasmissjoni ta' emerġija bejn tagħmir tax-xogħol mobbli jistgħu jitħassru jew tiġrilhom il-ħsara bit-tkaxkir fuq l-art, għandu jkun hemm faċilitajiet għall-irbit.

3.1.4. It-tagħmir ta' xogħol mobbli li iġorr ħaddiema għandu jkun maħsub b'mod li inaqqas kemm jista' jkun il-kondizzjonijiet ta' użu attwali, ir-riskji li joħorġu mir-reġgħa lura jew mill-qlib ta' tagħmir tax-xogħol:

- sew bi struttura ta' protezzjoni li timpedixxi lil tagħmir tax-xogħol milli jmur lura iktar minn kwart ta' dawra,

- jew bi struttura li tiggarantixxi spazju biżżejjed madwar il-ħaddiema li jkollu fuqu jekk il-moviment ikompli għal iktar minn kwart ta' dawra,

- jew b'xi dispożsittiv ieħor b'effett ekwivalenti.

Dawn l-istrutturi ta' protezzjoni jistgħu jkunu parti integrali tat-tagħmir ta' xogħol.

Dawn l-istrutturi ta' protezzjoni mhumiex meħtieġa meta t-tagħmir ta' xogħol ikun fiss matul l-operazzjoni jew meta ir-raġgħa lura jew il-qlib ikunu impossibbli minħabba l-mod kif ikun iddisinjat it-tagħmir.

Meta jkun hemm riskju li l-ħaddiema ta' fuqu jistgħu jitgħaffġu bejn it-tagħmir tax-xogħol u l-art meta t-tagħmir imur lura jew jinqaleb għandha ssir sistema biex jinżammu milli jaqgħu.

3.1.5. Trukkijiet bil- forklifts li jkollhom ħaddiema fuqhom għandhom jiġu addattati jew mgħammra biex inaqqsu ir-riskji tat-truck tal- fork lift milli jinqaleb, e.ż.:

- bl-installazzjoni ta' xi kaxxa għal min isuq, jew

- bi struttura li tipprevjeni t-truck tal-fork lift milli jinqaleb, jew

- bi struttura li tiżgura li, jekk it-truck tal-fork lift jinqaleb, jibqa' biżżejjed vojt bejn l-art u ċerti partijiet tat-truck tal-forklift għall-ħaddiema li jkunu fuqu, jew

- bi struttura li tirrestrinġi lill-ħaddiema fuq is-sedil ta' sewqan biex tipprevenihom milli jiġu mgħaffġa minn partijiet tat-truck tal-forklift li jinqaleb.

3.1.6. It-tagħmir ta' xogħol illi jkun jimxi waħdu u li meta jiċċaqlaq joħloq riskji għal persuni għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tagħmir għandu jkollu mezzi li jevitaw illi jibda jaħdem mingħajr ma jkun awtorizzat;

(b) għandu jkollu mezzi xierqa biex jiġu minimizzati l-konsegwenzi ta' kolliżjoni meta hemm aktar minn tagħmir ta' xogħol wieħed li qed jiċċaqlaq fuq il-linji fl-istess ħin;

(ċ) għandhom ikollhom mezzi ta’ brejkijiet u waqfien u sa fejn is-sigurtà teħtieġu mezzi ta' emerġenza li jitħaddem minn fejn huwa faċilment aċċessibbli jew b'sistemi awtomatiċi illi jibbrejkjaw u jwaqqfu fil-każ illi jfallu l-mezzi prinċipali;

(d) meta il-vista diretta tax-xufier ma tkunx biżżejjed biex tiżgura sigurtà, għandu jiġi installat apparat awżiljarju biex itejjeb il-vista;

(e) it-tagħmir ta' xogħol maħsub għal użu bil-lejl jew f'postijiet mudlama għandu jkun mgħammar b'dawl xieraq għax-xogħol li jkun irid isir u biex jiżgura biżżejjed sigurtà adegwata għall-ħaddiema;

(f) it-tagħmir ta' xogħol li jista' jkollu perikolu ta' nar, kemm minnu u kemm mill-oġġetti li jkun jirmonka u/jew iġorr u li jista' jipperikola lill-ħaddiema għandu jkun mgħammar b'apparat xieraq tat-tifi tan-nar ħlief meta dak l-apparat ikun disponibbli fil-viċin biżżejjed fil-post ta' l-użu;

(g) it-tagħmir ta' xogħol imħaddem bil-kontroll mid-distanza għandu jkun jieqaf awtomatikament meta joħroġ mid-distanza ta' kontroll;

(h) it-tagħmir ta' xogħol imħaddem bil-kontroll mid-distanza li jista' f'ċirkostanzi normali joħloq perikolu li jolqot jew jgħaffeġ ill-ħaddiema għandu jkollu mezzi ta’ protezzjoni kontra dan il-periklu, sakemm ma jkunx hemm mezzi oħra xierqa biex jikkontrollaw dan il-periklu.

3.2. Ħtiġiet minimi għal tagħmir ta' xogħol li jerfa' t-tagħbija

3.2.1. Meta t-tagħmir ta' xogħol li jerfa' tagħbija huwa installat permanentament, is-saħħa u l-istabbilità tiegħu għandhom ikunu żgurati, billi jingħata kas, b'mod partikolari, għat-tagħbija li għandha tintrefa' u l-istress li jsir fuq il-punt ta' suspensjoni jew ta' l-igganċjar tiegħu ma' l-istrutturi.

3.2.2. Il-makkinarju li jerfa' t-tagħbija għandu jkun immarkat b'mod ċar b'indikazzjonijiet tat-tagħbija nominali tiegħu, u fejn xieraq tabella li turi il-piż nominali għal kull konfigurazzjoni tal-makkinarju.

L-aċċessorji għat-tagħmir ta' tagħbija għandhom ikunu mmarkati b'mod illi jkun possibbli li tidentifika l-karatteristiċi essenzjali ta' użu sigur.

It-tagħmir ta' xogħol li mhux maħsub biex jerfa' persuni imma li jista jiġi wżat hekk b' konfużjoni għandu jkun immarkat b'mod xieraq u li jidher għal dan l-iskop.

3.2.3. It-tagħmir ta' xogħol installat b'mod permanenti għandu jkun installat b'tali mod li jitnaqqas ir-riskju li t-tagħbija:

(a) tolqot lill-ħaddiema;

(b) waħedha, tiċċaqlaq b’mod perikoluż jew taqa';

jew

(ċ) tiġi mitluqa involontarjament.

3.2.4. It-tagħmir ta' xogħol ta' l-irfigħ jew ġarr ta' ħaddiema għandu jkun tali li:

(a) jipprevjeni l-perikolu li taqa' l-kabina, meta teżisti waħda, permeżż ta’ apparat xieraq;

(b) jipprevjeni lill-utent milli jaqa' mill-kabina, meta teżisti waħda;

(ċ) jipprevjeni l-perikolu li l-utent jiġi mgħaffeġ, maqbud jew milqut, b'mod partikolari b'kuntatt involontarju ma’ oġġetti;

(d) jiggarantixxi s-sigurtà ta’ ħaddiema maqbuda fil-kabina fil-każ ta' xi inċident u jippermetti l-ħelsien tagħhom.

Jekk, għal raġunijiet marbutin man-natura tal-post u dislivell, ir-riskji msemmija fil-punt (a) ma jistgħux jiġu evitati b' mezzi ta' sigurtà għandu jiġi installat cable b'koeffiċjent ta' sigurtà miżjud, u għandu li jinżamm fi stat tajjeb u jiġi kkontrollat kull ġurnata ta' xogħol biex jiġi żgurat li qed jinżamm fi stat tajjeb.

_____________

95/63/KE Art. 1 pt. 8 (adattat)

L-ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW L-UŻU TA' TAGĦMIR TAX- XOGĦOL IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(3)

0. KUMMENT PRELIMINARI

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-anness għandhom japplikaw fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u meta r-riskju korrispondenti jeżisti għat-tagħmir tax-xogħol inkwistjoni.

1. DISPOżIZZJONIJIET TA' ORDNI ġENERALI APPLIKABBLI GħAT-TAGħMIR KOLLU TAX- XOGħOL

1.1. It-tagħmir tax-xogħol għandu jiġi installat, imqiegħed u utilizzat b'mod li jippermetti li jitnaqqsu ir-riskji għall-utent tat-tagħmir ta' xogħol u għall-ħaddiema l-oħra per eżempju billi jiġi żgurat li hemm biżżejjed spazju bejn l-elementi li jiċċaqilqu fit-tagħmir tax-xogħol u l-partijiet fl-ambjent ta' madwar li huma mwaħħla jew li jiċċaqilqu u billi l-enerġija u l-materjali użati jew prodotti ikunu jistgħu jinġabu u/jew jitneħħew b'mod sigur.

1.2. Il-muntaġġ u żżarmar tat-tagħmir tax-xogħol għandu jsir fis-sigurtà , partikolarment billi jiġu rrispettati l-istruzzjonijiet tal-fabbrika li jista' jkun hemm.

1.3. It-tagħmir tax-xogħol li sakemm jintużaw jistgħu jintlaqtu mis-sajjetti għandhom ikunu protetti jew b'dispożittivi jew b'miżuri xierqaxierqa kontra l-effetti tas-sajjetti.

2. ID-DISPOżIZZJONIJIET LI JIKKONċERNAW L-UżU TA' TAGħMIR MOBBLI, KEMM JEKK JIMXU WAħEDHOM KEMM JEKK LE

2.1. It-tagħmir ta' xogħol li jimxi waħdu għandu jinsaq biss minn ħaddiema li jkunu tħarrġu b'mod adegwat biex iħaddmu sewwa dak it-tagħmir tax-xogħol.

2.2. Jekk it-tagħmir ta' xogħol jisposta ruħu f'żona ta' xogħol għandu jkun hemm regoli stabbiliti u segwiti ta' ċirkolazzjoni adegwata.

2.3. Għandhom jittieħdu miżuri ta' tqassim tax-xogħol biex jevitaw illi xi ħaddiema mexjin jinsabu f'dik iż-żona tax-xogħol fejn ikun hemm it-tagħmir ta' xogħol li jimxi waħdu.

Meta jkun meħtieġ li l-ħaddiema fuq saqajhom ikunu preżenti biex ix-xogħol isir għandhom jittieħdu miżuri xierqaxierqa biex jiġi evitat li jkunu midruba mit-tagħmir.

2.4. It-trasport ta' ħaddiema fuq tagħmir ta' xogħol mobbli misjuq mekkanikament għandu jkun awtorizzat biss fejn hemm provduti faċilitajiet fis-sigurtà għal dan. Jekk ix-xogħol għandu jsir matul il-vjaġġ, il-veloċità għandha tiġi adattata kif meħtieġ.

2.5. It-tagħmir ta' xogħol mobbli li jkollu mutur ta' kombustjoni ma jistax jiġi mħaddem fiż-żona tax-xogħol ħlief meta l-arja fi kwantità suffiċjenti tkun tista' tiġi ggarantita u ma jkunx hemm riskji għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

3. DISPOżIZZJONIJIET LI JOLQTU L-UżU TA' TAGħMIR TAX-XOGħOL LI JERFA' T-TAGħBIJA

3.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

3.1.1. It-tagħmir ta' xogħol li jiżżarma jew li hu mobbli li jservi biex jerfa' t-tagħbijiet għandu jkun imħaddem b'mod li jiggarantixxi l-istabilità tat-tagħmir tax-xogħol waqt li jkun qiegħed jiġi mħaddem taħt il-kondizzjonijiet kollha prevedibbli, meħud kont tan-natura ta' l-art.

3.1.2. Il-ħaddiema m'għandhomx jinġarru fuq tagħmir tax-xogħol u aċċessorji tiegħu li mhux maħsub għalhekk.

Bla ħsara għall-Artikolu 5 ta' Direttiva 89/391/KEE, eċċezzjonalment, it-tagħmir ta' xogħol li mhux maħsub għall-ġarr tal-ħaddiema jista' jiġi użat għal dan l-iskop sakemm jittieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw sigurtà skond il-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali li jipprevedu sorveljanza xierqa.

Meta jkun hemm il-ħaddiema fuq tagħmir tax-xogħol li suppost iservi għall-irfigħ tat-tagħbija il-posta tal-kmand għandha tkun okkupata l-ħin kollu. Il-ħaddiema li jinġarru għandhom ikunu jistgħu jiddisponu minn mezz żgur ta' komunikazzjoni. Jenħtieġ li jkun hemm ħsieb għall-mod kif jinħarġu f'każ ta' perikolu.

3.1.3. Sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex ix-xogħol isir sewwa għandhom jittieħdu mezzi biex ma jkunx hemm ħaddiema preżenti taħt it-tagħbijiet imdendla.

M'għandux ikun permess illi tagħbija imdendla tiġi mgħoddija minn postijiet tax-xogħol mhux protetti li fihom abitwalment ikun hemm il-ħaddiema.

F'dan il-każ, jekk ix-xogħol ma jistax isir sewwa mod ieħor għandhom ikunu definiti u applikati proċeduri xierqa.

3.1.4. L-aċċessorji ta' l-irfigħ għandhom jintgħażlu skond it-tagħbija li jerfgħu, skond il-punti ta' qbid, skond il-mezz ta' l-igganċjar u l-kondizzjonijiet atmosferiċi u meħud kont tal-mod u l-konfigurazzjoni ta' l-imbragar. L-assemblaġġ ta' l-aċċessorji ta' l-irfigħ għandu jkun immarkat b'mod ċar biex jippermetti lill-utent li jirrikonoxxu l-karatteristiċi tagħhom, jekk ma jkunux żmantellati wara l-użu.

3.1.5. L-aċċessorji ta' l-irfigħ għandhom jiġu maħżuna b'mod li jiżgura li ma ssirilhomx ħsara jew deterjorament.

3.2. It-tagħmir ta' xogħol li jerfa' tagħbijiet mhux iggwidati

3.2.1. Jekk żewġ biċċiet ta' tagħmir tax-xogħol jew iktar li jservu għall-irfigħ ta' tagħbijiet mhux iggwidati jkunu installati jew imwaqqfa fuq post tax-xogħol b'mod tali illi il-kamp tax-xogħol tagħhom jgħaddi fuq ta' xulxin għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu evitati kolliżjonijiet bejn it-tagħbijiet u/jew elementi tat-tagħmir tax-xogħol stess.

3.2.2. Waqt li jkun qed juża tagħmir tax-xogħol ta' rfigħ ta' tagħbija mhux iggwidata għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi evitat li jitbandlu illi jinqalbu jew jekk ikun il-każ jinqalgħu minn posthom u jiżolqu. Għandu jkun hemm kontroll li dawn il-miżuri ttieħdu.

3.2.3. Jekk min ikun iħaddem it-tagħmir tax-xogħol ta' rfigħ ta' tagħbijiet mhux iggwidati ma jkunx jista' josserva it-traġitt sħiħ tat-tagħbija la direttament u lanqas permezz ta' apparat awżiljarju li jtuh informazzjoni siewja għandu jkun hemm komunikazzjoni ma' l-operatur biex tiggwidah u għandu jiġi organizzat mod kif jiġu evitati il-kolliżjonijiet ta' tagħbija li tista' tkun ta' perikolu għall-ħaddiema.

3.2.4. Ix-xogħlijiet għandhom ikunu organizzati b'mod li meta l-ħaddiema jkunu qegħdin jigganċjaw jew jisganċjaw xi tagħbija bl-idejn dawn l-operazzjoni jkunu jistgħu isiru b'mod sigur u l-ħaddiema jkunu jistgħu jidderieġu direttament jew indirettament l-operazzjoni.

3.2.5. L-operazzjonijiet kollha ta' l-irfigħ għandhom jiġu pprogrammati, issorveljati b’mod xieraq u effettwati b'mod li tiġi mħarsa s-sigurtà tal-ħaddiema.

In partikolari jekk tagħbija tkun trid tintrefa' simultanjament minn żewġ tagħmir tax-xogħol jew iktar li jservu għall-irfigħ ta' tagħbijiet mhux iggwidati għandha tkun stabbilita u applikata proċedura biex tiżgura l-koordinazzjoni tajba bejn l-operaturi.

3.2.6. Jekk xi tagħmir tax-xogħol li jservi għall-irfigħ ta' tagħbija mhux iggwidata ma jkunx jista' jżomm it-tagħbija fil-każ li jmur għal kollox jew inparti il-forniment ta’ l-enerġija, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat li l-ħaddiema jiġu esposti għal perikoli korrispondenti.

It-tagħbija mdendla m'għandhiex tibqa' mingħajr sorveljanza ħlief jekk l-aċċess għaż-żona ta' periklu ikun projbit u jekk it-tagħbija tkun igganċjata b'mod sigur u miżmuma wkoll b'mod sigur.

3.2.7. L-użu ta' tagħmir tax-xogħol ta' l-irfigħ tat-tagħbija mhux iggwidata fl-arja aperta għandu jieqaf meta l-kondizzjonijiet metereoloġiċi jeħżienu sal-punt illi jnaqqsu s-sigurtà tal-funzjonament u jesponu l-ħaddiema għal xi riskji. Miżuri adegwati ta' protezzjoni maħsuba partikolarment biex jimpedixxu li t-tagħmir tax-xogħol jinqaleb għandhom jittieħdu biex jevitaw perikolu għall-ħaddiema.

2001/45/KE Art. 1 (adattat)

4. ID-DISPOżIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW L-UżU TAT-TAGħMIR GħAX-XOGħOL IPPROVDUT GħAX-XOGħOL TEMPORANJU FIL-GħOLI

4.1. Dispożizzjonijiet ġenerali

4.1.1. Jekk, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/391/KEE u l-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva, ma jistax jitwettaq ix-xogħol temporanju fil-għoli fis-sigurtà u skond il-kondizzjonijiet ergonomiċi xierqa minn fuq wiċċ xieraq, għandu jintgħażel it-tagħmir tax-xogħol l-aktar xieraq illi jiżgura u jżomm il-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-sigurtà. Il-miżuri kollettivi ta' protezzjoni jridu jingħataw prijorità fuq il-miżuri protettivi individwali. Id-dimensjonijiet tat-tagħmir tax-xogħol għandhom ikunu xierqa għan-natura tax-xogħol li jrid itwettaq u għat-tensjonijiet previsti u jħallu l-possibiltà ta’ mogħdija minn fuqu mingħajr periklu.

Għandu jintgħażel il-mezz l-aktar xieraq għall-aċċess għall-postijiet tax-xogħol temporanju fil-għoli skond il-frekwenza tal-mogħdija minn fuqu, il-għoli li jrid jintlaħaq u t-tul taż-żmien ta' l-użu. L-għażla magħmula għandha tippermetti l-evakwazzjoni f'każ ta' periklu imminenti. Il-mogħdija f'direzzjoni jew l-oħra bejn il-mezz ta' l-aċċess u l-pjattaformi, il-gverti jew il-passaġġi ma jridux joħolqu riskji addizzjonali ta' waqgħat.

4.1.2. Is-slielem jistgħu jiġu użati bħala stazzjonijiet tax-xogħol għal xogħol fil-għoli biss fiċ-ċirkostanzi li fihom, meħud kont tal-punt 4.1.1, ma jkunx iġġustifikat l-użu ta' tagħmir ieħor tax-xogħol aktar fis-sigurtà minħabba l-livell baxx tar-riskju u jew l-medda qasira taż-żmien ta' l-użu tagħhom jew il-karatteristiċi eżistenti fuq il-post tax-xogħol illi min iħaddem ma jistax jibdel.

4.1.3. It-teknika marbuta ma’ l-aċċess u l-pozizzjonament permezz tal-ħbula jistgħu jintużaw biss fiċ-ċirkostanzi fejn l-istima tar-riskju tindika illi x-xogħol jista' jitwettaq fis-sigurtà u fejn ma jkunx iġġustifikat l-użu ta' tagħmir ieħor tax-xogħol f'iktar sigurtà.

Meta titqies l-istima tar-riskju u b'mod partikolari it-tul taż-żmien tax-xogħolijiet u d-diffikultajiet ergonomiċi, għandu jkun provdut post b'aċċessorji xierqa fejn persuna tista' tpogġi.

4.1.4. Skond it-tip tat-tagħmir magħżul tax-xogħol fuq il-bażi ta' dak li ntqal qabel, iridu jiġu stabbiliti l-miżuri xierqa sabiex jiġu mminimizzati r-riskji għall-ħaddiema inerenti f'dan it-tip ta' tagħmir. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu stallati miżuri tas-sigurtà sabiex jipprevjenu l-waqgħat. Dawn għandhom ikunu ta' konfigurazzjoni xierqa u ta' qawwa suffiċjenti li jipprevjenu jew iwaqqfu l-waqgħat mill-għoli u, fejn hu possibbli, li jipprekludu l-korriment tal-ħaddiema. Is-salvagwardji kollettivi biex jipprevjenu l-waqgħat jistgħu jiġu interrotti biss fuq il-postijiet ta' l-aċċess għas-slielem jew għat-taraġ.

4.1.5. Meta l-qadi ta' xogħol partikolari jeħtieġ li jitneħħa temporanjament is-salvagward kollettiv li jipprevjeni l-waqgħat, iridu jittieħdu miżuri effettivi kompensatorji ta' sigurtà. Ix-xogħol ma jistax jitwettaq sakemm ikunu ttieħdu dawn il-miżuri. Ġaladarba jkun tlesta x-xogħol partikolari, definittivament jew temporanjament, iridu jiġu stallati mill-ġdid is-salvagwardji kollettivi li jipprevjenu l-waqgħat.

4.1.6. Ix-xogħol temporanju fil-għoli jista' jsir biss meta l-kondizzjonijiet tat-temp ma jippreġudikawx is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

4.2. Dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-użu tas-slielem

4.2.1. Is-slielem iridu jitwaqqfu b’mod illi tiġi żgurata l-istabbilità tagħhom matul l-użu. Is-slielem li jinġarru jridu jserrħu fuq bażi immobbli, stabbli, b'saħħtu, ta' daqs xieraq hekk li l-iskaluni jibqgħu orizzontali. Is-slielem imdendla jridu jkunu mqabbda b'mod ta’ sigurtà u, bl-eċċezzjoni tas-slielem tal-ħabel, hekk li ma jkunx jista' jinbidlilhom posthom u hekk li jipprevjenu t-tbandil.

4.2.2. Il-bażijiet tas-slielem li jinġarru jridu jkunu prevenuti milli jiżolqu waqt l-użu billi jiġu marbuta sewwa l-waqqafiet fit-truf ta' fuq jew ta' isfel, jew viċin ta' dawn, b'apparat kontra ż-żliq jew b'kull arranġament ieħor ta' l-istess effettività. Is-slielem użati għall-aċċess għandhom ikunu twal biżżejjed sabiex jisporġu biżżejjed lil hemm mill-pjattaforma ta' l-aċċess, għajr jekk ikunu ttieħdu miżuri sabiex jiżguraw qabda soda. Is-slielem li jidħlu ġo xulxin u s-slielem li jitwalu jridu jiġu użati hekk li s-sezzjonijiet differenti jiġu pprevenuti milli jiċċaqilqu relattivament bejniethom. Is-slielem mobbli jridu jiġu pprevenuti milli jiċċaqilqu qabel l-irfis fuqhom.

4.2.3. Is-slielem għandhom jiġu użati hekk li jkollhom qabda fis-sigurtà u appoġġ fis-sigurtà għall-ħaddiema f'kull ħin. B'mod partikolari, jekk tagħbija trid tinġarr bl-idejn waqt li l-ħaddiem ikun fuq sellum, din ma għandhiex tipprekludi ż-żamma ta’ qabda sigura.

4.3. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw l-użu ta' l-armar

4.3.1. Meta ma tkunx disponibbli nota dwar il-kalkoli għall-armar magħżul jew meta n-nota ma tkoprix l-arranġamenti strutturali kkontemplati, għandhom jitwettqu l-kalkoli tas-saħħa u ta' l-istabbilità għajr jekk l-armar jiġi mibni skond konfigurazzjoni standard rikonoxxuta b'mod ġenerali.

4.3.2. Skond il-komplessità ta' l-armar magħżul, għandu jiġi mfassal pjan ta' l-armar, ta' l-użu u tal-ħatt tiegħu minn persuna kompetenti. Dan jista' jsir fil-għamla ta' pjan ġenerali, ikkompletat b’emendi tal-pjan li jkollhom x'jaqsmu mad-dettalji speċifiċi ta' l-armar in kwistjoni.

4.3.3. Il-komponenti taż-żamm ta’ l-armar għandhom ikunu protetti mill-possibilità ta’ żliq, kemm jekk bit-twaħħil ma' kull wiċċ li jerfa', b’użu ta' mezz kontra ż-żliq jew b'kull mezz ieħor ta' effettività ugwali, u l-wiċċ li jerfa' t-toqol għandu jkun ta' kapaċità suffiċjenti. Għandu jiġi żgurat illi l-armar huwa stabbli. L-armar bir-roti jrid jiġi pprevenut b'mezzi xierqa milli jiċċaqlaq aċċidentalment matul ix-xogħol fil-għoli.

4.3.4. Id-dimensjonijiet, il-għamla u t-tifsila tal-pjattaformi ta' l-armar iridu jkunu xierqa għan-natura tax-xogħol li jrid isir u xierqa għat-toqol li jrid jinġarr u jippermettu x-xogħol u l-mogħdija fis-siġurtà. Il-pjattaformi ta' l-armar iridu jiġu mmontati hekk li l-komponenti tagħhom ma jkunux jistgħu jiċċaqalqu waqt l-użu normali. Ma jridx ikun hemm xquq perikolużi bejn il-komponenti tal-pjattaformi u s-salvagwardji kollettivi vertikali li jipprevjenu l-waqgħat.

4.3.5. Meta partijiet mill-armar ma jkunux lesti għall-użu, bħal per eżempju matul l-immontar, iż-żarmar jew il-bdil, dawn iridu jiġu mmarkati b'sinjali ta' twissija ġenerali skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill[12] 92/58/KEE u jkunu delimitati b'mod xieraq b'mezzi fiżiċi li jipprevjenu l-aċċess għaż-żona tal-perikolu.

4.3.6. L-armar jista' biss jiġi mmontat, żarmat jew mibdul b'mod sinifikanti taħt is-superviżjoni ta' persuna kompetenti u minn ħaddiema li jkunu rċevew taħriġ xieraq u speċifiku fl-operazzjonijiet maħsuba, li jindirizzaw ir-riskji speċifiċi skond l-Artikolu 9, u b'mod aktar partikolari:

(a) li jifhmu l-pjanta ta' l-immontar, taż-żarmar jew tal-bidla ta' l-armar ikkonċernat;

(b) is-sigurtà matul l-immontar, iż-żarmar jew il-bidla ta' l-armar ikkonċernat;

(ċ) il-miżuri li jipprevjenu r-riskju li jaqgħu persuni jew oġġetti;

(d) il-miżuri ta’ sigurtà fil-każ ta' bdil fil-kondizzjonijiet tat-temp li jistgħu jaffettwaw b'mod ħażin is-sigurtà ta' l-armar in kwistjoni;

(e) il-kondizzjonijiet fir-rigward tat-tagħbijiet permissibbli;

(f) kull riskju ieħor li x-xogħol ta' l-immontar, iż-żarmar jew il-bdil imsemmi hawn fuq jista' jeħtieġ.

Il-persuna li tissorvelja u l-ħaddiema konċernati jrid ikollhom disponibbli l-pjanta ta' l-immontar u taż-żarmar kif msemmi fil-punt fl-4.3.2, inkluż kull istruzzjoni li jista' jkun fiha.

4.4. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw it-teknika marbuta ma’ l-aċċess u l-pozizzjonament permezz tal-ħbula

It-teknika marbuta ma’ l-aċċess u l-pożizzjonament permezz tal-ħbula Õirid jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) is-sistema jrid ikun fiha minn ta' l-anqas żewgt iħbula ankrati separatament, wieħed bħala mezz ta' l-aċċess, ta' l-inżul u ta' appoġġ (xogħol bil-ħabel) u l-ieħor bħala riserva (ħabel tas-sigurtà);

(b) il-ħaddiema jridu jiġu pprovduti u jużaw sarġ xieraq u jkunu mqabbda miegħu b'ħabel tas-sigurtà;

(ċ) il-ħabel tax-xogħol għandu jkun imgħammar b'mezzi siguri għat-tlugħ u l-inżul u jkollu sistema li tinqafel waħedha sabiex jipprevjeni lil min jużah milli jaqa' jekk jitlef il-kontroll tal-movimenti tiegħu. Il-ħabel tas-sigurtà jrid ikun imgħammar b'sistema mobbli ta' prevenzjoni mill-waqgħat li ssegwi l-movimenti tal-ħaddiem;

(d) il-għodda u l-aċċessorji l-oħra li jridu jintużaw minn ħaddiem għandhom ikunu mqabbda mas-sarġ jew mal-maqgħad tal-ħaddiem jew ma' xi mezz ieħor xieraq;

(e) ix-xogħol għandu jkun ippjanat u ssorveljat tajjeb, sabiex ħaddiem ikun jista' jiġi salvat immedjatament f'emerġenza;

(f) skond l-Artikolu 9, il-ħaddiema konċernati jenħtieġ li jirċievu taħriġ xieraq u speċifiku għall-operazzjonijiet maħsuba, b'mod partikolari l-proċeduri tas-salvataġġ.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn, bil-ħsieb ta' l-istima tar-riskji, l-użu tat-tieni ħabel jagħmel ix-xogħol aktar perikoluż, l-użu ta' ħabel wieħed jista' jiġi permess, sakemm ikunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw is-sigurtà skond il-liġijiet jew/u l-prattika nazzjonali.

_____________

ANNESS III

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha(imsemmi fl-Artikolu 13)

Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE | (ĠU L 393, 30.12.1989, p.13) |

Direttiva tal-Kunsill 95/63/KE | (ĠU L 335, 30.12.1995, p. 28) |

Direttiva 2001/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill | (ĠU L 195, 19.7.2001, p. 46) |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 13)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

89/655/KEE | 31 ta’ Diċembru 1992 |

95/63/KE | 5 ta’ Diċembru 1998 |

2001/45/KE | 19 ta’ Lulju 2004[13] |

_____________

ANNESS IV

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 89/655/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2 | Artikolu 2 |

Artikolu 3 | Artikolu 3 |

Artikolu 4 | Artikolu 4 |

Artikolu 4a(1) | Artikolu 5(1) |

Artikolu 4a(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi | Artikolu 5(2)(a) u (b) |

Artikolu 4a(3) | Artikolu 5(3) |

Artikolu 4a(4) | Artikolu 5(4) |

Artikolu 5, l-ewwel u t-tieni inċiżi | Artikolu 6(a) u (b) |

Artikolu 5a | Artikolu 7 |

Artikolu 6(1) | Artikolu 8(1) |

Artikolu 6(2) l-ewwel sottto-paragrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi | Artikolu 8(2) l-ewwel sotto-paragrafu (a), (b) u (ċ) |

Artikolu 6(2) it-tieni sotto-paragrafu | Artikolu 8((2) it-tieni sotto-paragrafu |

Artikolu 6(3) | Artikolu 8(3) |

Artikolu 7 l-ewwel inċiż | Artikolu 9(a) |

Artikolu 7 it-tieni inċiż | Artikolu 9(b) |

Artikolu 8 | Artikolu 10 |

Artikolu 9(1) | Artikolu 11(1) |

Artikolu 9(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi | Artikolu 11(2)(a) u (b) |

Artikolu 10(1) | - |

Artikolu 10(2) | Artikolu 12(1) |

Artikolu 10(3) | Artikolu 12(2) |

Artikolu 10(4) | Artikolu 12(3) |

- | Artikolu 13 |

- | Artikolu 14 |

Artikolu 11 | Artikolu 15 |

Anness I | Anness I |

Anness II | Anness II |

- | Anness III |

- | Anness IV |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness III, Parti A ta’ din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...] p. [...].

[6] ĠU C [...], [...] p. [...].

[7] ĠU C [...], [...] p. [...].

[8] ĠU L 393, 30.12.1989, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/45/KE mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 195, 19.7.2001, p. 46).

[9] Ara l-Anness III, Parti A.

[10] ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 ( ĠU L 284, ta’ l-31.10.2003, p. 1).

[11] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni tal-2003

[12] ĠU L 245, 26.8.1992, p. 23.

[13] L-Istati Membri għandu ikollhom id-dritt, rigward l-implimentazzjoni tal-punt 4 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 89/655/KEE, li jagħmlu użu minn perjodu transitorju taż-żmien ta’ mhux aktar minn sentejn mid-19 ta’ Lulju 2004, sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet varji li jistgħu jinħolqu mill-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva 2001/45/KE b’mod partikolari mill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.