[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 5.10.2006 KUMM(2006) 569 finali 2006/0182 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-ġestjoni tas-sigurtà fl-infrastruttura tat-toroq (preżentata mill-Kummissjoni){SEG(2006) 1231}{SEG(2006) 1232} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Ir-raġunijiet għall-proposta u għanijietha Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tieħu inizjattiva dwar is-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq fil- White Paper tagħha ta' l-2001 dwar il-Politika Ewropea dwar it-Trasport għall-2010[1] u fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Programm Ewropew ta’ Azzjoni dwar is-Sikurezza fit-Toroq ta’ Ġunju 2003. Il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi linji ta’ gwida għall-awditjar dwar il-ġestjoni taż-żoni ta' riskju għoli u dwar is-sikurezza fit-toroq[2]. Minbarra l-azzjoni rigward is-sewwieq u l-vettura, l-infrastruttura għandha tkun it-tielet pilastru ta’ kwalunkwe programm komprensiv dwar is-sikurezza fit-toroq. Il-karatteristiċi fiżiċi ta’ netwerk tat-toroq flimkien mal-volumi tat-traffiku assoċjati huma fatturi li jikkontribwixxu għall-inċidenti. F'dak li għandu x'jaqsam mas-sikurezza tal-vetturi sar ħafna progress. Il-persuni fil-karozzi għandhom ħafna inqas riskju li jmutu jew iweġġgħu jekk jaħbtu milli għaxar snin ilu. Il-ħtiġijiet ta’ ttestjar u taħriġ żdiedu gradwalment biex jassiguraw li s-sewwieqa Ewropej ikunu jistgħu jifilħu għall-perikli tat-traffiku fit-toroq. Peress li l-veloċità qawwija, li ma jintlibsux iċ-ċinturini tas-sikurezza, u s-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb huma l-kawżi prinċipali tal-mewt fit-toroq Ewropej, żdied l-infurzar tar-regoli tat-traffiku[3]. Madankollu, għall-infrastruttura tas-sikurezza fit-toroq, għadu ma sar l-ebda sforz konġunt fil-livell Ewropew, għalkemm il-leġiżlatur sejjaħ għal livell għoli ta’ sikurezza fit-toroq fil-Linji ta’ Gwida dwar in-netwerk trans-Ewropew ta’ l-1996. Minbarra r-riċerka u l-ħolqien ta’ suq intern għall-prodotti ta’ kostruzzjoni, il-Komunità Ewropea għadha ma ħaditx l-azzjoni neċessarja f’dan il-qasam. Ġew irreġistrati progressi fejn tidħol is-sikurezza fit-toroq għal dawk it-toroq mgħammrin b’sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tat-traffiku bbażati fuq it-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), iżda l-implimentazzjoni ta’ għodod ta’ l-ICT għadha mhijiex sistematika. Waqt li x-xejra ġenerali hija li jnaqqsu l-baġits għall-infrastruttura tat-toroq, il-persuni li jużaw it-toroq qed jagħtu aktar każ tal-kwalità u tal-livell tas-sikurezza fit-toroq. Ħafna awtoritajiet tat-toroq jinsabu f’dilemma għax iridu jipprovdu infrastruttura li taqbel ma’ l-istat tas-sikurezza li jkun minn ta’ l-aħħar iżda skond il-limiti tal-baġit. L-awtoritajiet tat-toroq qed jittellgħu l-qorti minn ċittadini li jkunu weġġħu f'inċidenti tat-toroq. F'dan l-isfond, l-għan tad-direttiva proposta huwa li jassigura li s-sikurezza tiġi integrata fil-fażijiet kollha ta' l-ippjanar, id-disinn u t-tħaddim ta' l-infrastruttura tat-toroq fin-Netwerk Trans-Ewropew (TEN-T). Għandha tassigura li s-sikurezza tiġi meqjusa fuq il-mertu tagħha stess parallelament ma’ l-analiżi ekonomika u ambjentali. Din id-direttiva se tassigura li min ikun inkarigat bl-infrastruttura tat-toroq jingħataw il-linji ta’ gwida, it-taħriġ u l-informazzjoni li jkun hemm bżonn sabiex tiżdied is-sikurezza fin-netwerk tat-toroq għall-aħjar benefiċji tal-persuni li jużaw it-toroq u tal-pubbliku in ġenerali. Hija sejra: - iżżid is-sikurezza tat-toroq ġodda permezz ta’ addattar kontinwu lejn il-ħtiġijiet tas-sikurezza ta' l-aħħar; - iġġib livell għoli komuni għas-sikurezza fit-toroq fl-Istati Membri kollha ta’ l-UE; - toħloq kuxjenza għas-sikurezza sabiex jintlaħqu deċiżjonijiet infurmati dwar l-ippjanar u d-disinn; - tagħmel l-implikazzjonijiet tad-deċiżjonijiet fuq is-sikurezza aktar trasparenti; - tippermetti li jkun hemm ġbir u distribuzzjoni ta’ l-għarfien espert disponibbli sabiex ir-riżultati ta’ riċerka jiġu sfruttati aħjar; - tuża fondi limitati għall-kostruzzjoni u l-manteniment aktar effiċjenti u aktar sikur tat-toroq; - tippermetti li jkun hemm ġbir, trattament u tixrid aħjar ta’ l-informazzjoni dwar is-sikurezza. Il-kuntest ġenerali Fl-2001, l-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nfisha l-għan ambizzjuż li sa l-2010 tnaqqas bin-nofs l-għadd ta’ mwiet fit-toroq Ewropej minn 50,000 għal 25,000. Waqt li qed isir progress (ara r-Reviżjoni ta’ Nofs it-Term tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar is-Sikurezza fit-Toroq[4]), l-inċidenti fit-toroq xorta kkawżaw 41,500 vittma fit-toroq ta’ l-UE fl-2005. Setgħu jiġu salvati ħafna ħajjiet u ħafna inċidenti setgħu jiġu evitati kieku l-infrastruttura eżistenti tat-toroq kienet ġestita skond l-aħjar prattika ta' l-inġinerija tas-sikurezza. Għandha tittieħed azzjoni fuq il-bażi ta' reġistrazzjoniijet ta' inċidenti lokali dwar selezzjoni ta' sezzjonijiet ta’ toroq b’riskju għoli (jew black spots ) . Sfortunatament, illum, id-dejta tas-sigurtà tieħu fit-tul wisq sabiex tilħaq lill-awtoritajiet li jmexxu l-manteniment tan-netwerk tat-toroq u li jieħdu azzjoni ta’ rimedju. Jekk it-toroq ġeneralment huma ddisinjati skond għadd ta' kriterji, bħalma huma l-għanijiet ta' ppjanar urban jew reġjonali, il-ħin ta' l-ivvjaġġar, il-kumdità u l-konvenjenza għall-persuni li jużaw it-toroq, il-konsum tal-fjuwil, l-ispejjeż ta’ kostruzzjoni u l-impatt ambjentali, is-sikurezza ta’ spiss tiġi assumata b’mod impliċitu li tintlaħaq billi sempliċement jinżammu l-istandards preskritti ta' l-allinjament u t-tqassim. L-esperjenza turi li jekk dawn l-istandards jiġu segwiti, mhumiex biżżejjed biex jevitaw karatteristiċi perikolużi. Barra dan, l-istudji tal-każijiet urew li aktar minn nofs tad-defiċjenzi fis-sikurezza rriżultaw minn nuqqas ta’ rispett lejn il-linji ta gwida u n-normi tad-disinn[5]. It-tqassim tat-toroq li hemm bħalissa jirriżulta minn għexieren ta’ snin ta’ kostruzzjoni u manteniment, fi żmien fejn il-kwistjonijiet tas-sikurezza mhux dejjem kienu meqjusa sa l-istess punt. Illum, diversi karatteristiċi tat-toroq m'għadhomx jilħqu l-ħtiġijiet ta' l-aħħar tas-sikurezza. Barra dan, minn meta it-triq kienet iddisinjata u mibnija l-kundizzjonijiet tat-traffiku nbidlu. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta M’hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta. Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni L-għan tad-direttiva preżenti huwa li jiġi assigurat li l-infrastruttura tagħti l-kontribut tagħha għat-titijib fis-sikurezza tat-toroq u t-tnaqqis fl-imwiet u l-inċidenti fin-netwerk trans-Ewropew ta’ l-Unjoni, kif indikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2001 fil- White Paper tagħha dwar il-politika tat-Trasport Ewropew għall-2010 kif ukoll fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Programm ta’ Azzjoni Ewropew dwar is-Sikurezza fit-Toroq fl-2003. 2) IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-EVALWAZZJONI TA’ L-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti Sabiex jipprovdu għall-kontribut ta’ l-esperti fi stadju kmieni u fir-rigward tal-politika ta’ trasparenza, il-Kummissjoni stabbilixxiet grupp ta ’ ħidma dwar is-sikurezza fl-infrastruttura , li ltaqa' diversi drabi fl-2002 u l-2003. Ir-riżultati ta’ dan il-Grupp influwenzaw il-proposta preżenti b’mod konsiderevoli. 11-il Stat Membru pparteċipaw f’dan il-Grupp u taw parir dettaljat dwar is-sitwazzjoni u l-prattiċi f’pajjiżhom. Mit-12 ta’ April 2006 sad-19 ta’ Mejju 2006, is-servizzi tad-direttorat tat-trasport intern tad-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea nidew konsultazzjoni pubblika fuq l-internet sabiex sejħu għal kummenti dwar l-istrateġija tagħhom fil-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq u dwar l-inizjattiva tagħhom biex jippreparaw proposta għal Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill dwar din il-kwistjoni. Il-Kummissjoni rċeviet 51 risposta. Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Il-konklużjonijiet ewlenin tal- grupp ta ’ ħidma dwar is-sikurezza fl-infrastruttura jistgħu jiġu deskritti fil-qosor kif ġej: - Il-proċeduri kollha proposti mill-Kummissjoni f’din id-direttiva wrew li huma effettivi f’aktar minn Stat Membru wieħed; - Diversi minn dawn il-pajjiżi se jkollhom idaħħlu biss bidliet jew żidiet minuri iżda effettivi għal mal-prattiċi preżenti tagħhom sabiex jkunu konformi mal-ħtiġijiet tad-direttiva preżenti; - Hemm defiċit mifrux fil-kummenti dwar l-effettività tas-sistemi ta’ ġestjoni, li jrendi ineffettiv kwalunkwe titjib fuq bażi ta' sempliċement “l-aħjar prattika"; - Għalhekk hemm bżonn ta’ qafas regolatorju aktar koerenti. Il-konklużjonijiet ewlenin tal- konsultazzjoni pubblika bl-internet jistgħu jiġu deskritti fil-qosor kif ġej: - Il-kummenti kollha jaqblu dwar id-definizzjoni tal-problema u dwar il-bżonn li tittieħed azzjoni fil-livell Ewropew; - Il-miżuri u l-istrumenti proposti huma ġeneralment rikonoxxuti bħala effettivi; - Għadd sinifikanti ta’ kummenti jissuġġerixxu li l-provviżjonijiet tad-Direttiva jiġu estiżi wkoll għat-toroq li mhumiex parti min-netwerk trans-Ewropew tat-toroq; - Il-Kummissjoni hija mistennija li tassisti lill-Istati Membri anqas esperjenzati fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, billi tipprovdilhom qafas biex jiżviluppaw il-metodoloġija u l-għarfien; - Il-maġġoranza assoluta tal-kummenti jilqgħu l-istrateġija ppjanata mill-Kummissjoni, li tħalli lill-Istati Membri ħielsa biex jadottaw l-leġiżlazzjoni tagħha fuq sett ta' proċeduri mandatorji; Aktar dettalji tar-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet involuti jinsabu fl-Evalwazzjoni ta' l-Impatt, mehmuża ma’ din il-proposta. Il-kummenti mibgħuta huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/transport/road/index_en.htm. Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert Oqsma xjentifiċi/Oqsma ta’ għarfien espert ikkonċernati Il-gvernijiet nazzjonali, l-istituti u esperti fir-riċerka għas-sikurezza fit-toroq, l-organizzazzjonijiet tas-saħħa, trasport u sikurezza fit-toroq, u l-assoċjazzjonijiet tal-persuni li jużaw it-toroq u l-operaturi tat-toroq. Il-metodoloġija użata Konsultazzjoni pubblika, livell għoli ta' konsultazzjoni ma' esperti, analiżi ta' proċeduri li jeżistu diġà, konferenzi u laqgħat ta' ħidma. L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Ġew milqugħa 51 kumment: - 15 minn gvernijiet nazzjonali; - 11 minn istituzzjonijiet ta’ riċerka u minn esperti fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq; - 10 minn organizzazzjonijiet tas-saħħa, trasport u sikurezza fit-toroq; - 9 minn assoċjazzjonijiet ta’ persuni li jużaw it-toroq; - 6 minn assoċjazzjonijiet ta’ operaturi tat-toroq. Sinteżi tal-pariri li ngħataw u li ntużaw Ma ssemmietx l-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli. - Il-kummenti kollha jaqblu dwar id-definizzjoni tal-problema u dwar il-bżonn li tittieħed azzjoni fil-livell Ewropew; - Il-miżuri u l-istrumenti proposti huma ġeneralment rikonoxxuti bħala effettivi; - Għadd sinifikanti ta’ kummenti jissuġġerixxu li l-provviżjonijiet tad-Direttiva jiġu estiżi wkoll għat-toroq li mhumiex parti min-netwerk trans-Ewropew tat-toroq; - Il-Kummissjoni hija mistennija li tassisti lill-Istati Membri anqas esperjenzati fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, billi tipprovdilhom qafas biex jiżviluppaw il-metodoloġija u l-għarfien; Il-mezzi użati biex il-parir espert ikun disponibbli għall-pubbliku Il-kummenti mibgħuta huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/transport/road/index_en.htm.Impact assessment L-evalwazzjoni ta' l-impatt Fl-2003, in-netwerk tematiku ROSEBUD[6] għamel evalwazzjoni ta’ l-impatt dwar il-proposta preżenti. Sab li huwa realistiku li l-potenzjal ta’ tnaqqis għall-implimentazzjoni tad-Direttiva ta’ l-infrastruttura tas-sikurezza għat-toroq TEN jiġi stmat għal aktar minn 600 inċident fatali u madwar 7,000 b’korriment kull sena. Għat-toroq TEN, dan jikkorrispondi għal 12%-16% ta' inċidenti fatali u 7%-12% ta’ dawk b'korriment. ROSEBUD stima wkoll li kull sena jistgħu jiġu salvati 400 ħajja kieku il-ġestjoni tas-sikurezza kellha tiġi applikata għall-awtostradi, u 900 ħajja oħra jistgħu jiġu salvati kull sena kieku kellha tiġi applikata għan-netwerk tat-toroq prinċipali, jiġifieri, toroq inter-urbani jew toroq nazzjonali (mingħajr awtostradi)[7]. B'riżultat ta' dan, huwa stmat li d-Direttiva tnaqqas l-għadd ta’ fatalitajiet fl-awtostradi u fit-toroq prinċipali b’1,300 kull sena jew 12% mill-imwiet li jsiru f’din il-parti tan-netwerk. 3) ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju ta' l-azzjoni proposta Id-direttiva preżenti tillimita espliċitament il-ħtiġijiet kollha għal sett minimu ta’ elementi neċessarju sabiex jintlaħaq effett ta’ sikurezza u jitqassmu l-proċeduri li wrew li huma effettivi. Din is-sistema komprensiva tal-ġestjoni fis-sikurezza ta’ l-infrastruttura tat-toroq[8] tiffoka fuq l-erba' proċeduri li ġejjin: (1) L- evalwazzjoni tas-sikurezza fit-toroq se tgħin fit-teħid tad-deċiżjonijiet strateġiċi rigward l-implikazzjonijiet tas-sikurezza ta' toroq ġodda jew tibdil prinċipali ta' operazzjonijiet ta' toroq eżistenti, speċjalment fin-netwerk tal-viċin. (2) L-awditjar tas-sikurezza fit-toroq għandu jipprovdi għal kontroll u rakkomandazzjonijiet indipendenti għal verifika teknika tad-disinn jew ta' triq ġdida jew ta' riabilitazzjoni ta' triq. (3) Il-ġestjoni tas-sikurezza fin-netwerk għandha timmira miżuri ta' rimedju lejn partijiet tan-netwerk b'konċentrazzjonijiet qawwija ta' inċidenti (sezzjonijiet ta' toroq b’riskju għoli jew black spots ) u/jew potenzjal għoli biex ikunu evitati fil-futur. (4) Spezzjonijiet ta’ sikurezza bħala parti mill-manteniment regolari tat-toroq se jippermettu li jiġu individwati u mnaqqsa b’mod preventiv ir-riskji ta’ inċidenti permezz ta’ miżuri ekonomikament effiċjenti. Dawn il-proċeduri diġà jeżistu u huma applikati f’livelli varji f’xi Stati Membri. Għalhekk, l-għan ta' din il-proposta għal direttiva huwa li dawn il-miżuri jiġu estiżi għall-UE kollha, mingħajr ma tiddefinixxi l-istandards jew il-ħtiġijiet tekniċi, iżda tħalli lill-Istati Membri ħielsa li jħallu l-proċeduri li diġà jeżistu jew idaħħlu tagħhom infushom. L-applikazzjoni tal-pakkett komprensiv ta’ miżuri se tassigura li s-sikurezza fit-toroq tiġi inkluża u meqjusa fil-ħajja kollha ta' triq ta' importanza Ewropea, mill-ippjanar sa' l-operazzjoni. Il-bażi legali Il-miżura hija proposta fuq il-bażi ta’ Artikolu 71 tat-Trattat tal-KE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin: Id-direttiva se tassigura livell għoli komuni għas-sigurtà fit-toroq fl-Istati Membri kollha ta’ l-UE. L-Istati Membri kollha, iżda speċjalment l-Istati Membri l-ġodda, li huma fil-proċess li jtejbu u jestendu in-netwerks tat-toroq tagħhom, se jingħataw l-opportunità li jiżviluppaw in-netwerks tat-toroq tagħhom bil-kunsiderazzjoni sħiħa tas-sikurezza. L-iskambju ta’ l-aħjar prattiċi bħala soluzzjoni biex itejbu s-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq mhuwiex biżżejjed fih innifsu. Tabilħaqq, l-iskambju ta’ l-aħjar prattiċi permezz ta’ proġetti ta’ riċerka, gruppi ta’ ħidma, konferenzi u laqgħat ta' ħidma issa ilu għaddej għal diversi snin fl-Unjoni Ewropea u fl-arena internazzjonali. Titjib ġenerali fir-rendiment tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq ma setax jiġi reġistrat. Barra dan, l-Istati Membri li għandhom bżonn itejbu r-rekord tagħhom ta’ sikurezza fit-toroq huma pożittivi dwar miżuri regulatorji. Din hija indikazzjoni b’saħħitha li l-aħjar prattiċi ma jsibuhomx biżżejjed sabiex itejbu r-rendiment tagħhom fis-sikurezza. Kif għaraf il-leġiżlatur tal-Komunità nnifsu, in-netwerk trans-Ewropew tat-toroq għandu bżonn standards ta' sikurezza komuni u għolja fl-Unjoni Ewropea kollha. Fejn persuna li tuża t-triq tivvjaġġa fuq in-netwerk, hija intitulata għall-istess livell għoli ta' sikurezza, skond l-Artikolu 2, para. 2, lit. a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Parlament 1692/1996[9]. Mingħajr metodoloġija li torbot u impenn legali fl-Unjoni Ewropea kollha, l-Istati Membri waħidhom m’humiex f’pożizzjoni li jissalvagwardjaw dan il-livell għoli komuni ta’ sikurezza, kif turi d-disparità wiesgħa li hemm bejn ir-rekords ta' kull Stat Membru. L-azzjoni Komunitarja se tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġunijiet li ġejjin: Id-direttiva se toħloq il-bażi għall-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ sikurezza li se jgħinu lill-Ewropa tilħaq l-għan ambizzjuż tagħha li tnaqqas drastikament l-għadd ta’ mwiet fit-toroq tan-netwerk trans-Ewropew. Se tippermetti wkoll li l-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq issir sistema komprensiva bbażata fuq analiżi bir-reqqa ta’ l-inċidenti, l-identifikazzjoni ta’ disinji riskjużi, linji ta’ gwida riveduti u kurrikula ta' taħriġ, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' miżuri rimedjali effettivi. Se ttaffi wkoll ir-riskju ta’ azzjoni ġuridika kontra min imexxi t-toroq. Id-direttiva se ttejjeb l-effettività ta’ l-iskambju ta’ l-aħjar prattika billi ddaħħal sett bażiku komuni ta' ħtiġijiet ta' proċedura u billi tippromwovi u tippermetti l-kodifikazzjoni tagħha permezz tal-komitoloġija. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. Il-proposta preżenti toħloq bilanċ bejn il-proposta ta' metodi ppruvati li jtejbu s-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq u bejn il-limitu fl-ispejjeż amministrattivi u oħrajn ta' implimentazzjoni, waqt li tirrispetta tradizzjonijiet u strumenti differenti fl-Istati Membri. Il-proposta tillimita espliċitament il-ħtiġijiet għal sett minimu ta’ elementi neċessarju sabiex jintlaħaq effett ta’ sikurezza u jitqassmu l-proċeduri li wrew li huma effettivi. Għalhekk, l-għan ta' din il-proposta għal direttiva huwa li dawn il-miżuri jiġu estiżi għall-UE kollha, mingħajr ma tiddefinixxi l-istandards jew il-ħtiġijiet tekniċi, iżda tħalli lill-Istati Membri ħielsa li jħallu l-proċeduri li diġà jeżistu jew idaħħlu tagħhom infushom. L-applikazzjoni tal-pakkett komprensiv ta’ miżuri se tassigura li s-sikurezza fit-toroq tiġi inkluża u meqjusa fil-ħajja kollha ta' triq ta' importanza Ewropea, mill-ippjanar sa' l-operazzjoni. Iż-żieda fl-ispejjeż se tkun marġinali u ta’ spiss titneħħa fi żmien qasir minħabba li ladarba t-toroq ikunu qed joperaw, in-numru ta' inċidenti u l-ispejjeż li jġibu magħhom se jitnaqqsu, u se titnaqqas ukoll it-tiswija għalja tat-toroq. Il-miżuri proposti mhux se joħolqu dewmien addizzjonali fil-proċedura ta’ approvazzjoni u l-proċess ta' l-iddisinjar tat-toroq, għax l- evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza u l-awditjar se jittieħdu b'mod parallel magħhom. Din id-direttiva m’għandhiex bżonn il-ħolqien ta’ xi uffiċċji jew karigi ġodda, iżda sserraħ fuq użu aktar effiċjenti ta’ riżorsi eżistenti. L-għażla ta’ l-istrumenti Strumenti proposti: direttiva li teħtieġ l-adozzjoni ta’ linji ta’ gwida dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura u tħalli d-dettalji ta’ l-implimentazzjoni għall-Istati Membri. Mezzi oħra mhumiex tajba biżżejjed għar-raġunijiet li ġejjin: L-iskambju ta’ l-aħjar prattiċi bħala soluzzjoni biex titjieb is-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq issa ilu għaddej għal diversi snin fl-Unjoni Ewropea u fl-arena internazzjonali. Titjib ġenerali fir-rendiment tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq ma setax jiġi reġistrat. Barra dan, din l-għażla ma toffri l-ebda garanzija li s-sikurezza fit-toroq se tkompli tittejjeb min-naħa ta' l-Istati Membri. L-esperjenza turi li s-serħan biss fuq l-iskambju ta’ l-aħjar prattika ma javvanzax l-għan ta’ sikurezza aktar għolja fl-infrastruttura tat-toroq. L-Istati Membri li għandhom l-aktar bżonn biex jgħollu s-sikurezza tagħhom ta’ l-infrastruttura qed jitolbu għal strateġija legali strutturata tal-KE dwar din il-kwistjoni, li turi li ma bbenefikawx mill-iskambju ta’ l-aħjar prattiċi. L-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri dwar l-evalwazzjoni tas-sikurezza tat-toroq, l-awditjar, il-ġestjoni u l-ispezzjonijiet, kieku tipprovdi strumenti komuni biex isaħħu s-sikurezza, ħalli l-benefiċji għall-persuni li jużaw it-toroq u għall-pubbliku in ġenerali jitkabbru kemm jista' jkun. Madankollu, il-kisba ta' armonizzazzjoni estiża kieku taffaċċja l-oppożiżżjoni ta' l-Istati Membri, li joħolqulhom ħafna ostakli u diffikultajiet: - ħafna mill-Istati Membri jkollhom jorganizzaw mill-ġdid il-prattiċi tagħhom ta' sikurezza fit-toroq u l-leġiżlazzjoni, anke jekk huma diġà adottati u effettivi; - id-differenzi l-kbar bejn l-istrateġiji ta’ sikurezza fit-toroq li diġà jeżistu kieku joħolqu kunflitti politiċi fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni; - il-linji ta’ gwida kieku ma jqisux id-differenzi fl-organizzazzjoni u dawk soċjo-kulturali bejn l-Istati Membri; - il-proċess ta’ armonizzazzjoni kieku jkollu bżonn iż-żmien biex jiġi ffinalizzat; l-għadd ta’ ħajjiet salvati li jsegwi jkun jista’ jiġi apprezzat biss snin wara, u jiġġustifika biss parzjalment l-isforzi u l-ispejjeż il-kbar ta’ l-Istati Membri. 4) IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI Jekk tiġi applikata biss għat-toroq TEN, huwa stmat li d-Direttiva tnaqqas l-għadd ta’ ċittadini ta’ l-UE li jmutu f’din il-parti tan-netwerk b’aktar minn 600 mewt fis-sena u l-inċidenti b'korriment b'madwar 7,000 fis-sena. Skond l-estimi monetarji tal- White Paper , il-benefiċċju soċjali ta’ dan it-tnaqqis jammonta għal aktar minn 2.4 biljun € fis-sena. Jekk id-Direttiva tiġi applikata fl-awtostradi u t-toroq prinċipali, it-tnaqqis fl-imwiet hija stmata li tkun ta' madwar 1,300 fis-sena; dan jikkorrispondi għal aktar minn 5 biljun € fis-sena. Dawn l-estimi se jaqbżu l-ispejjeż b'fattur konsiderevoli. L-istimi ta’ l-implikazzjonijiet baġitarji ta’ l-erba’ proċeduri huma kif ġej: - L-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt tas-Sikurezza fit-Toroq: Stima approssimattiva ta’ l-ispejjeż għall-produzzjoni ta' l- evalwazzjoni tas-sikurezza fit-toroq tista' ssir jekk jitqiesu l-ispejjeż ta' l- evalwazzjoni ta’ l-impatt ambjentali (EIA) analogi. In ġenerali, l-ispejjeż ta' l-EIA jammontaw għal anqas minn 0.5% ta’ l-ispiża kapitali totali ta’ proġett ta’ kostruzzjoni. Spejjeż li jaqbżu l-1% huma l-eċċezzjoni. Għal proġetti bi spejjeż kapitali li jaqbżu 100 miljun €, l-ispejjeż ta’ l-EIA jistgħu jkunu baxxi sa 0.2%, jiġifieri 200,000€. - L-awditjar tas-sikurezza isir b'mod parallel mal-proċess tad-disinn u tal-kostruzzjoni tat-triq, u għalhekk mhux mistenni li jikkawża xi dewmien. L-ispejjeż ta’ l-awditjar ivarjaw minn 600 għal 6,000 € għal kull stadju. In ġenerali, l-istimi fil-pajjiżi differenti jindikaw li l-ispejjeż ta’ l-awditjar, relatati maż-żmien imqatta' biex jitlesta, huma ħafna inqas minn 1% ta' l-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-proġett kollu. - L-ispezzjoni tas-sikurezza tat-toroq : Fejn l-ispezzjonijiet isiru fuq bażi regolari, l-ispejjeż ivarjaw bejn 600 u 1,000 € għal kull km ta’ awtostrada. Jekk jitqiesu t-toroq fejn id-Direttiva se tkun mandatorja, jista' jiġi stmat li għal pajjiż ta' daqs kbir, b'madwar 5,000 km ta' netwerk trans-Ewropew tat-toroq, dan ifisser spejjeż għall-ispezzjonijiet li jvarjaw bejn 3 u 5 miljuni ta' €. - L-ispejjeż għall- ġestjoni tas-sikurezza fin-netwerk jistgħu jiġu stmati bħala komparabbli ma' l-ispejjeż ta' spezzjonijiet regolari tas-sikurezza. 5) TAGĦRIF ADDIZZJONALI Is-simulazzjoni, il-fażi sperimentali u l-perjodu tranżitorju Kien hemm jew se jkun hemm perjodu tranżitorju għall-proposta. 2006/0182 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-ġestjoni tas-sigurtà fl-infrastruttura tat-toroq IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 71(1) (c) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[10], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [11], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[12], Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[13], Billi: 1. In-netwerk trans-Ewropew tat-toroq, kif imfisser fid-Deċiżjoni 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 1996 dwar linji ta' gwida għall-iżvilupp tan-Netwerk Trans-Ewropew[14], huwa ta’ l-akbar importanza fl-appoġġ għall-integrazzjoni u l-koeżjoni Ewropej, kif ukoll biex jiġi assigurat livell għoli ta’ benessri. B'mod partikulari, għandu jkun garantit livell għoli ta' sikurezza. 2. Fil- White Paper tagħha tat-12 ta' Settembru 2001, "Politika għal trasport Ewropew għall-2010: il-waqt li niddeċiedu"[15], il-Kummissjoni esprimiet il-bżonn li tagħmel evalwazzjoni ta' l-impatt tas-sikurezza u awditjar tas-sikurezza fit-toroq, biex tidentifika u tieħu ħsieb is-sezzjonijiet tat-toroq b’riskju għoli madwar il-Komunità. Stabbiliet ukoll il-mira li tnaqqas bin-nofs l-għadd ta’ mwiet fit-toroq Komunitarji bejn l-2001 u l-2010. 3. Fil-Komunikazzjoni tagħħa, "Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq: Innaqqsu bin-nofs in-numru ta' vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni Ewropea sa l-2010: Dmir komuni"[16], il-Kummissjoni identifikat l-infrastruttura tat-toroq bħala t-tielet pilastru tal-politika għas-sikurezza fit-toroq, li għandha tagħti kontribut importanti lejn il-mira Komunitarja tat-tnaqqis ta' l-inċidenti. 4. L-istabbilment ta' proċeduri xierqa huwa għodda essenzjali biex titjieb is-sikurezza ta' l-infrastruttura tat-toroq fin-netwerk trans-Ewropew tat-toroq. L-evalwazzjoni ta' l-impatt tas-sikurezza fit-toroq għandha turi, fuq livell strateġiku, l-implikazzjonijiet fuq is-sikurezza fit-toroq ta' diversi alternattivi ta' tfassil ta' proġett ta' infrastruttura. Barra minn hekk, l-awditjar tas-sikurezza fit-toroq għandu jidentifika b'mod dettaljat il-karatteristiċi mhux sikuri ta' proġett ta' infrastruttura tat-toroq. Għaldaqstant huwa xieraq li jkunu stabbiliti proċeduri li għandhom ikunu segwiti f'dawk iż-żewġ oqsma, bil-għan li tiżdied is-sikurezza fl-infrastrutturi tat-toroq fin-netwerk trans-Ewropew tat-toroq, filwaqt li fl-istess ħin ikunu esklużi l-mini tat-triq li huma koperti minn Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq. [17] 5. Ir-rendiment ta' sikurezza ta’ toroq eżistenti jrid jittejjeb billi jiġu mmirati investimenti fis-sezzjonijiet tat-toroq li jkollhom l-ogħla densità ta' inċidenti jew l-ogħla potenzjal ta' tnaqqis ta’ inċidenti. Sabiex jadattaw l-imġiba tagħhom u jżidu l-konformità mar-regoli tat-traffiku, speċjalment il-limiti tal-veloċità, is-sewwieqa għandhom ikunu konxji qabel ma jidħlu f’sezzjoni ta’ triq b’riskju għoli. 6. Il-ġestjoni ta’ sikurezza fin-netwerk għandha potenzjal għoli immedjatament malli tiġi implimentata. Ladarba s-sezzjonijiet tat-toroq b’riskju għoli jkunu ġew ttrattati u jkunu ttieħdu miżuri rimedjali, l- ispezzjonijiet ta’ sikurezza bħala miżura preventiva għandhom jassumu rwol aktar importanti. L-ispezzjonijiet regolari huma għodda essenzjali biex ikunu evitati perikli possibbli għal kull min juża t-triq, inklużi dawk vulnerabbli, anki fil-każ ta' xogħlijiet fit-triq. 7. It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni għall-ħaddiema ta’ sikurezza permezz ta' kurrikuli ta' taħriġ u għodod għall-kwalifikazzjoni vvalidati mill-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattikanti jiksbu l-aħħar tagħrif meħtieġ. 8. Biex jiżguraw livell għoli ta' sikurezza fit-toroq, l-Istati Membri għandhom japplikaw linji ta' gwida dwar il-ġestjoni tas-sikurezza ta' l-infrastruttura. In-notifika ta' dawk il-linji ta' gwida lill-Kummissjoni, flimkien ma' rappurtaġġ regolari dwar l-implimentazzjoni tagħhom, għandhom iwittu t-triq għal titjib sistematiku tas-sikurezza ta' l-infrastruttura fil-livell Komunitarju, u jipprovdu bażi għall-evoluzzjoni lejn sistema aktar effettiva maż-żmien. Barra minn hekk, ir-rappurtaġġ dwar l-implimentazzjoni tagħhom għandu jippermetti lil Stati Membri oħrajn jidentifikaw l-aktar soluzzjonijiet effettivi, filwaqt li l-ġabra sistematika ta' dejta minn studji ta' tqabbil bejn is-sitwazzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-implimentazzjoni għandha tiffaċilita l-għażla ta' l-aktar miżura effettiva għal azzjoni fil-ġejjieni. 9. Billi l-għanijiet ta' l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri l-istabbiliment ta' proċeduri li jiżguraw livell għoli konsistenti ta' sikurezza fit-toroq fin-netwerk trans-Ewropew tat-toroq kollu, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għaldaqstant jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju bis-saħħa ta' l-effetti ta' l-azzjoni, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imfisser fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE. Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imfisser fl-Artikolu msemmi, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. 10. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[18]. ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Is-suġġett u l-ambitu 11. Din id-Direttiva tistabbilixxi proċeduri marbutin ma' l-evalwazzjoni ta' l-impatt tas-sikurezza fit-toroq, l-awditjar tas-sikurezza fit-toroq u ispezzjonijiet tas-sikurezza. 12. Din id-Direttiva għandha tapplika għal toroq li huma parti min-Netwerk Trans-Ewropew tat-Toroq, kemm jekk ikunu fl-istadju ta’ disinn, kif ukoll jekk qed jinbnew jew joperaw. Ma għandhiex tapplika għall-mini fit-triq koperti mid-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1) “ netwerk trans-Ewropew tat-toroq ” tfisser in-netwerk tat-toroq identifikat fis-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness I mad-Deċiżjoni 1692/96/KE; (2) “ entità kompetenti ” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata mwaqqfa f’livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, involuta fl-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva minħabba l-kompetenzi tagħha; (3) “ evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza fit-toroq ” tfisser analiżi strateġika komparattiva ta’ l-impatt li jkollhom triq ġdida jew modifika sostanzjali għan-netwerk eżistenti fuq ir-rendiment tas-sikurezza tan-netwerk tat-toroq; (4) “ awditjar tas-sikurezza fit-toroq ” ifisser verifika dettaljata, sistematika u teknika tas-sikurezza tal-karatteristiċi tad-disinn ta’ proġett ta' infrastruttura tat-toroq, li jkopri kull stadju mill-ippjanar sad–dħul fl-operat; (5) “ sezzjoni ta’ triq ta’ riskju għoli ” hija sezzjoni tan-netwerk tat-toroq li ilha topera għal aktar minn sena, u li fiha ġraw għadd kbir ta' inċidenti fatali jew gravi; (6) “ żvilupp tas-sikurezza tan-netwerk tat-toroq li jkun qed jopera ” ifisser it-tnaqqis ta' inċidenti fil-ġejjieni billi t-trattament rimedjali jiġi mmirat għal partijiet tan-netwerk fejn, rispettivament, l-inċidenti saru l-aktar spiss matul is-snin ta' qabel, u l-potenzjal ta' tnaqqis fl-ispejjeż ta' l-inċidenti huwa l-akbar; (7) “spezzjoni tas-sikurezza” tfisser reviżjoni perjodika tas-sikurezza ta' triq li tkun qiegħda topera; (8) “ linji ta' gwida ” huma miżuri adottati mill-Istati Membri jew mill-entitajiet kompetenti rilevanti, li jfasslu l-passi li għandhom ikunu segwiti, kif ukoll l-elementi li għandhom jitqiesu fl-applikazzjoni tal-proċeduri ta' sikurezza stabbiliti f'din id-Direttiva; (9) “ proġett ta' infrastruttura ” ifisser proġett għall-kostruzzjoni ta' infrastruttura ġdida, jew ir-riabbilitazzjoni ta' infrastruttura eżistenti li għandha mnejn ikollha effett sinifikanti fuq is-sikurezza tat-toroq. Artikolu 3 L-evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza fit-toroq 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq evalwazzjoni ta' l-impatt tas-sikurezza fit-toroq għal kull varjant ta' kwalunkwe proġett ta' infrastruttura. 2. L-evalwazzjoni ta' l-impatt tas-sikurezza fit-toroq għandha ssir fl-istadju inizjali ta' l-ippjanar, qabel ma jiġi approvat il-proġett ta' infrastruttura skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness I. 3. L-evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza għandha tindika l-konsiderazzjonijiet tas-sikurezza fit-toroq li wasslu għall-għażla tas-soluzzjoni proposta. Għandha tipprovdi wkoll kull informazzjoni rilevanti meħtieġa għal analiżi dwar ir-relazzjoni bejn in-nefqa u l-benefiċċju tal-varjanti differenti li ġew evalwati. Artikolu 4 L-awditjar tas-sikurezza fit-toroq 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awditjar tas-sikurezza fit-toroq isir għal kull proġett ta' infrastruttura. 2. L-awditjar tas-sikurezza fit-toroq għandu jsir skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħatar awditur biex jivverifika l-karatteristiċi tad-disinn ta' proġett ta' infrastruttura. 3. L-awditjar għandu jifforma parti integrali mill-proċess tad-disinn tal-proġett ta' infrastruttura fl-istadji ta' l-istudju tal-vijabbiltà, ta' l-abbozz tad-disinn, tad-disinn dettaljat, tal-ftuħ minn qabel u ta' l-operazzjoni bikrija. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awditur jindika elementi ta' disinn li jikkompromettu s-sikurezza f'rapport ta' l-awditjar għal kull stadju tal-proġett ta' l-infrastruttura. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awditur iressaq proposti ta' rimedju ta' kull karatteristika mhix sikura li dan ikun identifika. Kull fejn jiġu identifikati karatteristiċi mhux sikuri waqt il-proċess ta' l-awditjar mingħajr ma jitranġa d-disinn qabel tmiem l-istadju li jixraq kif imsemmi fl-Anness II, ir-raġunijiet għandhom ikunu ddikjarati mill-entità kompetenti f'anness ma' dak ir-rapport. Artikolu 5 L-iżvilupp tas-sikurezza fuq in-netwerk tat-toroq li jkun qed jopera 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-iżvilupp tas-sikurezza fuq in-netwerk tat-toroq li jkun qed jopera. Għandhom jiżguraw li l-ġestjoni ta' sezzjonijiet tat-toroq b'riskju għoli u l-ġestjoni tas-sikurezza tan-netwerk isiru abbażi ta' reviżjoni annwali ta' l-operazzjoni tan-netwerk tat-toroq skond l-Anness III. 2. L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw kull sezzjoni ta' triq fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-toroq li tkun fit-territorju tagħhom, skond il-potenzjal għat-tnaqqis fl-ispejjeż ta' l-inċidenti. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sezzjonijiet ta' triq b'riskju għoli, kif ukoll sezzjonijiet bl-akbar potenzjal għat-tnaqqis fl-ispejjeż ta' l-inċidenti, ikunu evalwati minn gruppi ta' spezzjoni. Ta' l-inqas membru wieħed tal-grupp ta' spezzjoni għandu jissodisfa l-rekwiżiti għall-awdituri stabbiliti fl-Artikolu 9. Għal kull sezzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jagħtu stima tal-potenzjal tal-miżuri rimedjali pprovduti fil-punti 3(e) u (f) ta' l-Anness III biex inaqqsu l-korrimenti gravi u l-imwiet għat-tliet snin li ġejjin, kif ukoll l-ispejjeż ta' kull miżura. 4. L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-miżuri msemmijin fil-punt 3(f) ta' l-Anness III abbażi tal-proporzjon bejn l-ispiża u l-benefiċċju. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull min juża t-triq ikun avżat, permezz ta' kull miżura xierqa, dwar l-eżistenza ta' sezzjoni ta' triq b'riskju għoli. Jekk jintużaw sinjali u indikazzjonijiet, dawn għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar is-Sinjali fit-Toroq u Sinjali ta' l-1968. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku lista tal-postijiet fejn jinsabu s-sezzjonijiet ta' triq b'riskju għoli. Artikolu 6 Spezzjonijiet ta’ sikurezza 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru spezzjonijiet ta' sikurezza tat-toroq imsemmijin fl-Artikolu 1(2), bil-għan li jidentifikaw ir-riskji ta' sikurezza fit-toroq u li jipprevjenu l-inċidenti. 2. L-ispezzjonijiet ta’ sikurezza għandhom jikkonsistu fi spezzjonijiet ta' rutina u spezzjonijiet ta' xogħlijiet fit-toroq. Għandhom isiru skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru spezzjonijiet ta' rutina mill-entità kompetenti b'mod regolari. Tali spezzjonijiet għandhom ikunu frekwenti biżżejjed sabiex jissalvagwardjaw livelli xierqa ta' sikurezza għall-infrastruttura tat-toroq ikkonċernata. 4. Bla ħsara għal-linji ta' gwida adottati skond l-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jadottaw linji ta' gwida dwar miżuri temporanji ta' sikurezza li japplikaw għax-xogħlijiet fit-toroq. Għandhom jimplimentaw ukoll skema adegwata ta’ spezzjoni biex jiżguraw li tali linji ta' gwida jiġu applikati kif jixraq. Artikolu 7 Ġestjoni tad-dejta u għodod 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal kull inċident li jinvolvi fatalità waħda jew aktar, jew korrimenti gravi, fi triq imsemmija fl-Artikolu 1(2), jinkiteb rapport ta' inċident komplet mill-entità kompetenti. Dan ir-rapport għandu jinkludi kull element li jinsab elenkat fl-Anness IV. 2. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-ispiża soċjali medja ta’ inċident fatali u l-ispiża soċjali medja ta’ inċident gravi li jsir fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jkomplu jiddifferenzjaw ir-rati ta’ l-ispejjeż, li għandhom jiġu rriveduti mill-anqas kull ħames snin. Artikolu 8 L-adozzjoni u l-komunikazzjoni tal-linji ta’ gwida 1. Biex jgħinu lill-entitajiet kompetenti fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li linji ta' gwida jkunu adottati fi żmien tliet snin minn meta tkun daħlet fis-seħħ. Dawn il-linji ta' gwida għandhom ikunu disponibbli għall-partijiet kollha interessati. 2. L-Istati Membri għandhom jwasslu lill-Kummissjoni l-linji ta' gwida adottati fil-livell nazzjonali, fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni jew emenda tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmilhom disponibbli fuq l-Internet. Artikolu 9 Il-ħatra u t-taħriġ ta' awdituri u spetturi 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kurrikuli ta' taħriġ għal awdituri tas-sikurezza fit-toroq ikunu adottati fi żmien tliet snin minn meta din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull fejn awditur tas-sikurezza fit-toroq jeżerċita funzjoni taħt din id-Direttiva, l-awditur isegwi taħriġ inizjali fi żmien ħames snin minn meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ. Dan it-taħriġ għandhu jwassal għal għotja ta' ċertifikat ta' kompetenza. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awditur isegwi taħriġ mill-ġdid perjodikament, mill-inqas kull seba' snin. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri tas-sikurezza fit-toroq ikollhom ċertifikat ta' kompetenza. Iċ-ċertifikati li jkunu ngħataw qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva għandhom jiġu meqjusa. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri jkunu maħtura b'komformità mar-rekwiżiti li ġejjin: 13. l-awditur għandu jkollu esperjenza fid-disinn tat-toroq, fl-inġinerija fis-sikurezza tat-toroq u l-analiżi ta' l-inċidenti; 14. minn sentejn wara l-adozzjoni mill-Istati Membri tal-linji ta' gwida skond l-Artikolu 8, l-awditjar tas-sikurezza fit-toroq għandu jsir biss minn awdituri li jissodisfaw ir-rekwiżiti pprovduti fil-paragrafi 2 u 3; 15. għall-għan tal-proġett ta' infrastruttura awditjat, l-awditur m’għandux ikun involut fil-ħolqien jew fl-operazzjoni tal-proġett ta’ infrastruttura kkonċernat. Fejn l-awditjar isir minn gruppi ta' spezzjoni, mill-anqas membru wieħed mill-grupp għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. Artikolu 10 Ir-rappurtar dwar l-implimentazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ħames snin wara li tidħol fis-seħħ u mbagħad kull erba’ snin. 2. Dan ir-rapport għandu jinkludi: (a) l-identifikazzjoni ta' l-istrutturi ta' organizzazzjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-linji ta' gwida; (b) evalwazzjoni tal-ħtieġa li jkunu emendati l-linji ta' gwida dwar id-disinn tat-toroq, is-sinjali u l-issinjalar, inklużi lista u deskrizzjoni ta’ disinni ta' toroq li wrew li huma ta’ riskju għoli ħafna jew li għandhom potenzjal kbir li jnaqqsu r-riskju; (c) tagħrif dwar ir-rati, il-proċeduri u l-elementi ta’ spejjeż li jkunu ntużaw biex jiġu kkalkolati skond l-Artikolu 7(2); (d) id-dejta ta' kuntatt ta' l-entitajiet kompetenti. 3. Format komuni għar-rappurtar jista' jkun adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2). 4. Il-Kummissjoni għandha tanalizza r-rapporti u t-tagħrif miksubin, u għandha tipprovdi rapport kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. 5. Fejn meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell għoli konsistenti ta' sikurezza fit-toroq fin-Netwerk Trans-Ewropew tat-Toroq kollu, għandhom jiġu adottati rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-linji ta' gwida msemmijin fl-Artikolu 8(1), skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2). Artikolu 11 Proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat. 2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Artikolu 12 Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-[...]. Għandhom iwasslu lill-Kummissjoni minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożiżżjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza. 2. L-Istati Membri għandhom iwasslu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 13 Id-dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej . Artikolu 14 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President […] […] ANNESS I L-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt tas-Sikurezza fit-Toroq 1. Elementi ta’ evalwazzjoni ta' l-impatt tas-sikurezza fit-toroq: (a) definizzjoni tal-problema; (b) is-sitwazzjoni attwali u x-xenarju li fih “ma jsir xejn”; (c) l-għanijiet tas-sikurezza fit-toroq; (d) l-analiżi ta’ l-impatti ta’ l-alternattivi proposti; (e) it-tqabbil ta’ l-alternattivi, li jinkludi l-analiżi dwar ir-relazzjoni bejn in-nefqa u l-benefiċċju; (f) il-preżentazzjoni ta’ l-aħjar soluzzjoni. 2. Elementi li għandhom jitqiesu: (a) diżgrazzji u inċidenti; il-miri ta’ tnaqqis imqabbel max-xenarju li fih “ma jsir xejn”; (b) ix-xejriet fl-għażla tar-rotta u tat-traffiku; (c) il-preżenza ta’ intersezzjonijiet man-netwerks eżistenti (ħruġ, junctions , passaġġi invelli); (d) persuni vulnerabbli li jużaw it-toroq (il-persuni li jkunu mixjin, iċ-ċiklisti u r-roti bil-mutur); (e) il-flussi tat-traffiku (għadd ta’ vetturi skond it-tip tal-vettura). ANNESS II L-Awditjar tas-Sikurezza fit-Toroq 1. Il-kriterji fl-istadju ta' l-istudju tal-vijabbiltà : (a) il-pożizzjoni ġeografika (l-espożizzjoni għal żerżiq minn ġnub l-għoljiet, għargħar, valangi, eċċ.); (b) it-tipi u d-distanzi ta' junctions ; (c) l-għadd u t-tipi ta' lejns; (d) it-tipi tat-traffiku li t-triq il-ġdida tista' tiflaħ. 2. Il-kriterji fl-istadju ta’ l-abbozz tad-disinn : (a) il-veloċità li t-toroq ikunu ddisinjati għaliha; (b) is-sezzjonijiet (wisa’ tal-karreġġjata, rotot għar-roti, mogħdijiet għall-mixi, eċċ.); (c) il-viżibbiltà; (d) it-tqassim tal- junctions ; (e) stejġijiet tal-karozzi tal-linja u tat- tramway ; (f) il-passaġġi invelli ta’ toroq/ferroviji. 3. Il-kriterji fl-istadju tad-disinn dettaljat : (a) it-tqassim; (b) l-allinjamenti orizzontali u vertikali; (c) is-sinjali u l-marki fit-toroq; (d) dawl; (e) apparat fil-ġenb tat-triq; (f) l-ambjent fil-ġenb tat-triq, inkluża l-veġetazzjoni; (g) l-ostakli mwaħħlin fil-ġenb tat-triq. 4. Il-kriterji għall-istadju ta’ qabel il-ftuħ : (a) il-kumdità ta' l-utenti tat-toroq f'kundizzjonijiet differenti, bħad-dlam u l-maltemp; (b) iċ-ċarezza tas-sinjali u tal-marki fit-toroq; (c) il-qabda tal-wiċċ tal-bankina. 5. Il-kriterji għat-tħaddim bikri : evalwazzjoni tax-xejriet ta' użu fid-dawl ta' l-imġiba attwali ta' l-utenti. Awditjar fi kwalunkwe stadju jista’ jinvolvi l-bżonn li l-istadji ta’ qabel jiġu eżaminati mill-ġdid. ANNESS III Il-ġestjoni ta’ sezzjonijiet ta’ toroq b’riskju għoli, il-ġestjoni tas-sikurezza tan-netwerk u l-ispezzjoni tas-sikurezza 1. L-identifikazzjoni ta’ sezzjonijiet ta’ toroq b’riskju għoli L-identifikazzjoni ta’ sezzjonijiet ta’ toroq b’riskju għoli tqis ta' l-anqas l-għadd ta' l-inċidenti fatali u b'korrimenti serji li saru fl-aħħar snin għal kull unità ta’ tul tat-triq, u, fil-każ ta’ l-intersezzjonijiet, l-għadd ta’ tali inċidenti għal kull pożizzjoni ta’ l-intersezzjonijiet. 2. L-identifikazzjoni ta’ sezzjonijiet għal aktar analiżi fil-ġestjoni tas-sikurezza fin-netwerk (a) ir-rati bażiċi ta’ l-ispejjeż ta' l-inċidenti f’sezzjoni ta’ triq bl-aħjar prattika ta’ ċerta kategorija huma kkalkolati skond l-ispejjeż ta’ l-inċidenti għal kull kilometru; (b) għal kull sezzjoni ta’ ċerta kategorija ta’ triq, il-potenzjal ta’ tnaqqis fl-ispejjeż ta' l-inċidenti għal kull kilometru huwa kkalkolat bħala d-differenza ta’ l-ispiża effettiva ta' l-inċidenti għal kull kilometru tas-sezzjoni meqjusa u r-rata bażika ta’ spiża ta' l-inċidenti. 3. Il-kriterji u l-elementi għar-rappurtar mill- grupp ta' spezzjoni u l-miżuri : (a) id-delimitazzjoni tas-sezzjoni ta’ triq; (b) referenza għal rapport preċedenti possibbli dwar l-istess sezzjoni ta' triq; (c) l-analiżi tar-rapporti ta’ l-inċidenti; (d) l-għadd ta’ inċidenti bi mwiet u b’korrimenti gravi fl-aħħar tliet snin; (e) sett ta’ miżuri rimedjali li jridu jitwettqu fi żmien sena, li jqisu per eżempju: - it-tneħħija jew il-ħarsien ta’ ostakli mwaħħlin fil-ġenb tat-triq; - il-limiti ta' veloċità u l-infurzar lokali tagħhom; - il-viżibbiltà f'kundizzjonijiet differenti tat-temp u tad-dawl; - il-kundizzjoni ta' sikurezza ta' apparat fil-ġenb tat-triq, bħal sistemi ta’ trażżin fit-toroq; - il-viżibbiltà, iċ-ċarezza biex jinqraw u l-pożizzjoni ta’ marki fit-toroq (li jinkludu l-applikazzjoni ta' strippi għall-ħsejjes), is-sinjali u senjalazzjonijiet; - blat li jaqa'; - il-qabda / il-ħruxija ta’ wiċċ il-bankini; (f) sett ta’ miżuri rimedjali li jridu jitwettqu fi żmien sena, li jqisu per eżempju: - id-disinn mill-ġdid ta’ sistemi ta’ trażżin fit-toroq; - ħarsien medjan; - it-tqassim għall-qbiż (overtaking) ; - it-titjib tal- junctions , inklużi l-passaġġi invelli tat-toroq/ferroviji; - it-tibdil fl-allinjament; - it-tibdil fil-wisa’ tat-triq, żieda ta’ hard shoulder ; - l-istallazzjoni ta’ sistema għall-ġestjoni u l-kontroll tat-traffiku; - il-kunflitt potenzjali ma' persuni vulnerabbli li jużaw it-triq; - it-tiġdid ta' triq skond l-istandards attwali tad-disinn; - ir-restawr jew it-tibdil ta’ bankini. ANNESS IV Dejta dwar l-inċidenti misjuba fir-rapporti ta’ l-inċidenti Ir-rapporti ta' l-inċidenti jinkludu d-dejta li ġejja: 1) il-pożizzjoni preċiża ta’ l-inċident; 2) l-istampi u d-dijagrammi tal-post ta' l-inċident; 3) id-data u l-ħin ta’ l-inċident; 4) tagħrif dwar it-triq, bħal pereżempju, it-tip taż-żona, it-tip tat-triq, it-tip ta’ junction inklużi s-sinjali, in-numru tal-lejns, il-marki, wiċċ it-triq, il-kundizzjonijiet tad-dawl u tat-temp, il-limitu tal-veloċità, u l-ostakli fil-ġenb tat-triq; 5) is-serjetà ta’ l-inċident, li tinkludi l-għadd ta’ mwiet, persuni li daħlu l-isptar u dawk li weġġgħu ħafif. F’dan il-kuntest, il-persuni maqtula huma dawk kollha li mietu bħala riżultat ta’ l-inċident fi żmien 30 ġurnata mid-data ta’ l-inċident, waqt li l-persuni li daħlu l-isptar huma dawk kollha li daħlu għal mill-anqas 24 siegħa bħala riżultat ta' l-inċident. 6) il-karatteristiċi tal-persuni involuti, bħall-età, is-sess, in-nazzjonalità, il-livell ta’ alkoħol, l-użu jew le ta’ apparat tas-sikurezza; 7) dejta dwar il-vetturi involuti (tip, età, pajjiż, u eventwalment l-apparat tas-sikurezza); 8) dejta dwar l-inċident (tip ta’ inċident, tip ta’ ħabta, manuvri tal-vettura u tas-sewwieq). DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. ISEM IL-PROPOSTA: Proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tas-sikurezza ta' l-infrastruttura tat-toroq 2. IL-QAFAS ABM / ABB Qasam (Oqsma) tal-Politika kkonċernata(i) u Attività/Attivitajiet assoċjati: Trasport fuq l-Art – Sikurezza tat-toroq 3. LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Linji Baġitarji (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) li jinkludu l-intestaturi: BGUE-B2006-06.010211.00.03.C1-TREN.PMO 3.2. It-tul ta' l-azzjoni u l-impatt finanzjarju: 5 snin 3.3. Il-karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ): Linja tal-baġit | It-Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribut ta' l-EFTA | Kontribut mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja | BGUE-B2006-06.010211.00.03.C1-TREN.PMO | Mhux obblig. | Mhux diff.[19] | LE | LE | LE | Nru 5 | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Ir-Riżorsi Finanzjarji 4.1.1. Sommarju ta' l-approprjazzonijiet ta' impenn (AI) u approprjazzjonijiet ta' ħlas (AĦ) EUR miljun (sa 3 postijiet wara l-punt deċimali) It-tip ta’ nefqa | Numru tas-Sezzjoni | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total | Infiq operattiv[20] | Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI) | 8.1. | a | Approprjazzonijiet ta' Ħlas (AĦ) | b | Infamministrattiv fi ħdan l-ammont ta’ referenza[21] | Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | AMMONT TOTALI TA' REFERENZA | Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | Infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza[22] | Ir-riżorsi umani u l-infiq assoċjat (NDA) | 8.2.5. | d | Spejjeż amministrattivi, barra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0 | 0,217 | L-ispiża totali indikattiva ta' l-intervent | TOTAL ta’ l-AI li jinkludi l-ispejjeż fuq ir-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0 | 0,217 | TOTALI ta’ l-AĦ li jinkludi l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0 | 0,217 | Id-dettalji dwar il-kofinanzjament Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk huma previsti korpi differenti li jipprovdu l-kofinanzjament): EUR miljun (sa 3 postijiet wara l-punt deċimali) Il-korp ta’ kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total | LE | f | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | AI totali li jinkludu l-kofinanzjment | a+c+d+e+f | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0 | 0,217 | 4.1.2. Il-kompatibbiltà mal-Programmazzjoni Finanzjarja X Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti. ( Il-proposta ser tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista' tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[23] (jiġifieri l-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li jirrigwardaw il-metodu li bih isir il-kalkolu ta' l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f'anness separat. Miljuni ta’ EUR (sa l-ewwel punt deċimali) Qabell-azzjoni[Sena n-1] | Il-qagħda wara l-azzjoni | Numru totali ta’ riżorsi umani | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET Jeħtieġ li d-dettalji tal-kuntest tal-proposta jingħataw fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Leġiżlattiva Finanzjarja għandha tinkludi t-tagħrif komplementari speċifiku li jmiss: 5.1. Il-ħtieġa li jeħtieġ li tintlaħaq fil-qosor jew fit-tul Kumitat għandu jgħin lill-Kummissjoni fl-adozzjoni tar-rekwiżiti minimi għal-linji ta' gwida li tesiġi din id-Direttiva. Dawn ir-rekwiżiti minimi għandhom jiġu adottati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. 5.2. Il-valur miżjud ta' l-involviment tal-Komunità, u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġiji possibbli Rekwiżiti minimi se jiġu identifikati abbażi tal-linji ta' gwida adottati preċedentement mill-Istati Membri. L-involviment tal-Komunità se jiżgura li l-ħtiġijiet ta' l-Istati Membri individwali jitqiesu u jiġu interpretati kif jixraq. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM. L-Istati Membri se jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva u dwar l-effett fuq it-tnaqqis fin-numru ta' inċidenti fatali. Fl-aħħar se jiġu adottati rekwiżiti minimi għal-linji ta' gwida li tesiġi d-Direttiva. 5.4. Metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv) Uri hawn taħt il-metodu(i) magħżul(a)[25] għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni. ( Ġestjoni ċċentralizzata ( direttament mill-Kummissjoni ( indirettament b’delega lil: ( Aġenziji eżekuttivi ( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju X korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku ( Ġestjoni konġunta jew deċentralizzata ( ma’ l-Istati Membri ( ma’ Pajjiżi Terzi ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema) Kummenti rilevanti: 6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI 6.1. Sistema ta' sorveljanza Il-Kumitat se jitmexxa u se jkun ippresjedut mill-uffiċjali rilevanti tal-Kummissjoni Għalhekk, l-evoluzzjoni u l-progress tal-Kumitat se jiġu mmonitorjati b'mod kostanti. 6.2. Evalwazzjoni 6.2.1. L-evalwazzjoni ex ante Mhux applikabbli 6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet miksuba permezz ta’ esperjenzi simili fl-imgħoddi) Mhux applikabbli 6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni Il-Kumitat se jiltaqa' darbtejn fis-sena 7. Il-miżuri kontra l-frodi Il-Kumitat se jitmexxa u se jkun ippresjedut mill-uffiċjali rilevanti tal-Kummissjoni Għalhekk, l-evoluzzjoni u l-progress tal-Kumitat se jiġu mmonitorjati b'mod kostanti. 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta fit-termini ta' l-ispiża finanzjarja tagħhom Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali) Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 | Uffiċjali jew staff temporanju[27] (XX 01 01) | A*/AD | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | B*, C*/AST | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Staff iffinanzjat[28] bl-Artikolu XX 01 02 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Staff ieħor[29] iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 04/05 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | TOTAL | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li jidderivaw mill-azzjoni Il-ġestjoni tal-Kumitat 8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji) X Karigi attwalment allokati lill-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss ( Karigi li għandhom jiġu organizzati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (riallokazzjoni interna) ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata 8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa għall-ġestjoni amministrattiva) EUR miljun (sa 3 postijiet wara l-punt deċimali) Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL | Assistenza teknika u amministrattiva oħra | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | - intra muros | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | - extra muros | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Total ta’ l-għajnuna teknika u amministrattiva | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 postijiet wara l-punt deċimali) Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | Uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Staff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 (awżiljaru, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Spiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Kalkolu: - Uffiċjali u Aġenti Temporanji | Mhux applikabbli | Kalkolu – Staff iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 02 | Mhux applikabbli | 8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor li mhuwiex inkluż fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 postijiet wara l-punt deċimali) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | XX 01 02 11 03 – Kumitati[31] | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,217 | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ l-Informatika | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 Total ta’ Nfiq ieħor fuq il-ġestjoni (XX 01 02 11) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Nefqa Amministrattiva totali, għajr tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0,0434 | 0 | 0,217 | Kalkolu – Nefqa oħra amministrattiva li mhijiex inkluża fl-ammont ta’ referenza | Mhux applikabbli | [1] White Paper tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2001. “Politika Ewropea dwar it-Trasport għall-2010: il-waqt li niddeċiedu”, COM (2001) 370 [2] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew A5-0381/2000 tat-18 ta’ Jannar 2001 [3] Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-2003 dwar l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq, ĠU 111 tas-17 ta’ April 2004, p. 75 [4] Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2006: “Reviżjoni ta’ Nofs it-Term tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar is-Sikurezza fit-Toroq” COM(2006) 74 [5] Kunsill Ewropew għas-Sikurezza fit-Trasport, 1997, ‘Awditjar tas-Sikurezza fit-Toroq u l- evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza', p. 11 [6] ROSEBUD huwa akronimu għal Road safety and Environmental Benefit-Cost and Cost-Effectiveness Analysis for Use in Decision-Making. Fost l-imsieħba fir-ROSEBUD hemm istituzzjonijiet ta’ riċerka dwar it-toroq minn 11-il Stat Membru kif ukoll mill-Iżrael u min-Norveġja: http://partnet.vtt.fi/rosebud/ [7] Kalkolu għall-UE25 flimkien mal-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Iżvizzera [8] Il-proċeduri ppreżentati fid-direttiva kurrenti kienu rakkomandati mill-Grupp ta’ Livell Għoli għas-Sikurezza fit-Toroq, li ġew stabbiliti mill-Kummissjoni sabiex jgħinu fl-iżvilupp ta’ Politika Ewropea għas-Sikurezza fit-Toroq u fil-koordinament tal-politika nazzjonali. Ir-Rapport Finali dwar "Il-miżuri ta’ sikurezza rakkomandati għall-applikazzjoni fuq perjodu qasir dwar trunk roads " li l-abbozz tiegħu sar mill-Grupp ta’ Ħidma 4 kien adottat fit-12 ta’ Mejju 1995 [9] Din is-sezzjoni tgħid: « In-netwerk għandu (a) jassigura l-mobilità sostenibbli ta’ persuni u prodotti fi ħdan żona mingħajr fruntieri interni taħt l-aħjar kundizzjonijiet possibbli soċjali u ta’ sikurezza ,... [10] ĠU C […], […], p. […]. [11] ĠU C […], […], p. […]. [12] ĠU C […], […], p. […]. [13] ĠU C […], […], p. […]. [14] ĠU L 228, 9.9. 1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 884/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1). [15] COM (2001) 370 finali [16] COM (2003) 311 finali [17] ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39. [18] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11 ). [19] Minn issa ’l quddiem l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati se jissejħu NDA [20] In-nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat. [21] In-nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [22] In-nefqa skond il-Kapitolu xx 01minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [23] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [24] Additional columns should be added if necessary i.e. if the duration of the action exceeds 6 years [25] Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok agħti dettalji addizzjonali fit-taqsima "Kummenti Rilevanti" ta’ dan il-punt. [26] Kif deskritt fis-Sezzjoni 5.3. [27] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [28] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [29] L-ispiża tiegħu hija inkluża fi ħdan l-ammont ta’ referenza. [30] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i. [31] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.