Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità /* KUMM/2006/0565 finali - COD 2006/0180 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 2.10.2006 KUMM(2006) 565 finali 2006/0180 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Fi Frar 2005, wara r-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar it-tkabbir u l-impjiegi li pproponiet bidu ġdid għall-Istrateġija ta’ Liżbona, b’enfażi mill-ġdid fuq żewġ għanijiet: il-ħolqien ta’ tkabbir sod fit-tul u aktar impjiegi. Din inkludiet reviżjoni sħiħa tat-tmexxija ta’ l-Istrateġija Ewropea ta’ l-Impjiegi sabiex nkabbru kemm jista’ jkun l-effiċjenza u s-sinerġiji bejn il-miżuri nazzjonali u l-azzjoni tal-Kommunità. Is-salarji huma element ċentrali f’dan il-kuntest, li jinfluwenzaw l-ispejjeż globali tal-produzzjoni, il-livell ta’ impjieg u d-dħul, u s-sitwazzjoni soċjali tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom. Informazzjoni dwar il-pagi u d-determinanti tagħhom huma element fundamentali sabiex tissorvelja politiki ta’ l-ekonomija, l-impjiegi, l-edukazzjoni u ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi sabiex tassigura li l-vantaġġi tat-tkabbir u l-imjpiegi tal-UE jilħqu lil kulħadd fis-soċjetà. Din tikkontribwixxi wkoll għall-evalwazzjoni tal-aġenda soċjali l-ġdida 2005-2010. Biex jintlaħqu dawn il-għanijiet, il-Kummisjoni għandha bżonn informazzjoni fuq l-istruttura u d-distribuzzjoni tad-dħul minn karatteristiċi soċjo-ekonomiċi fl-Istati Membri u wkoll f’relazzjoni ma’ forom differenti ta’ impjiegi bi ħlas. Din l-informazzjoni hija essenzjali sabiex tanalizza u tifhem is-suq tax-xogħol u l-bidliet li qegħdin iseħħu fl-istruttura tal-forza tax-xogħol. Il-vantaġġi li jkollok informazzjoni fuq pagi u salarji marbuta ma’ karatteristiċi oħra tax-xogħol huma magħrufa fil-wisa’. L-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol (Labour Force Survey LFS) huwa bażikament l-ewwel u l-aktar sors ta’ referenza awtoritattiva għal informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol u għalhekk il-pagi, bħala varjabbli fundamentali ta’ tifsira ta’ l-imġieba tas-suq tax-xogħol, għandhom ikunu inkluż bħala varjabbli obbligatorja f’dan l-istħarriġ sabiex ikun hemm lok għal analiżi aktar kompleta tas-swieq tax-xogħol. | 120 | Kuntest Ġenerali Fl-1998, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 introduċa d-dħul bħala karatteristika ġdida fl-istħarriġ li trid tiġi provduta informazzjoni fuqu fl-istħarriġ tal-forza tax-xogħol. Madankollu, minħabba s-sensitività ta' din it-tip ta' informazzjoni, ġie introdott biss bħala għażla, biex l-Istati Membri jitħallew jittestjaw kemm il-ġbir ta’ din it-tip ta’ informazzjoni huwa fattibli fl-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol, biex jivverifikaw l-aħjar mod sabiex jagħmlu hekk mingħajr ma jżidu r-rata ġenerali tan-nuqqas ta’ tweġib u sabiex jiċċekjaw il-kwalità ta’ l-informazzjoni miġbura. Inizzjalment, fir-regolament ta’ implimentazzjoni, il-modulu tad-Dħul kien jikkonsisti f’ħames varjabbli: il-paga fix-xahar wara t-taxxa mix-xoghol prinċipali, ħlasijiet addizzjonali mix-xogħol prinċipali, benefiċċji tal-qgħad, ħlasijiet addizzjonali ta’ benefiċċji tal-qgħad u mard, benefiċċji tad-diżabilità jew invalidità. Il-proposta preżenti tirrestrinġi l-informazzjoni mitluba għal “Salarju fix-xahar mix-xogħol prinċipali” L-għan ta’ din il-varjabbli m’huwiex li tinġabar l-informazzjoni fuq il-livelli tas-salarji fl-Istati Membri ta’ l-UE; huwa biex tintuża bħala varjabbli sabiex tispjega l-imġiba tas-suq tax-xogħol. Fl-1998, żewġ Stati Membri biss bdew jiġbru u jipprovdu din l-informazzjoni lill-Eurostat. Minn dak in-nhar, ingħataw għotjiet lil dawk l-Istati Membri li kienu lesti jintroduċu dan il-varjabbli fl-istħarriġ tagħhom jew li jeżaminaw ir-rabta bejn ir-riżultati ta’ l-LFS u s-sorsi amministrattivi. Issa madwar nofs l-Istati Membri qegħdin jiġbru l-pagi fl-LFS, b'riżultati sodisfaċenti u ġew identifikati wkoll l-aħjar prattiċi għal ġbir tad-data. L-importanza tal-ġbir ta' din l-informazzjoni għall-għanijiet ta' politika hija magħrufa sew u hija meħtieġa kopertura sħiħa tal-UE. Madakollu ċerti Stati Membri jesiġu simplifikazzjoni tal-varjabbli preċedenti mhux obbligatorja, sabiex jibdew jiġbru din l-informazzjoni u oħrajn jistgħu biss jinkludu l-varjabbli fil-kwestjonarju regolari fl-LFS jekk teżisti obligazzjoni legali biex tipprovdi din l-informazzjoni. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 skond dan u jiġu introdotti l-pagi mix-xogħol principali bħala varjabbli obbligatorja fl-LFS. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam kopert b’din il-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 introduċa d-dħul bħala karatteristika ġdida mhux obbligatorja ta’ l-istħarriġ li trid tiġi provduta informazzjoni dwarha fl-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol. L-għanijiet tal proposta għal Regolament ippreżentati f’dan il-memorandum huma: li tbiddel l-istatus mhux obbligatorju ta’ din il-karatteristika ta’ l-istħarriġ li tillimita l-informazzjoni li tiġi provduta fuq dħul ta’ “pagi minn xogħol principali” li tippermetti lil dawk l-Istati Membri li jibdew jagħtu din l-informazzjoni bl-użu ta’ sorsi amministrattivi żmien limitu ta’ 18 il-xahar sabiex jgħaddu l-informazzjoni, u b’hekk jitnaqqas il-piż tar-rispons. | 141 | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli | Konsultazzjoni tal-Partijiet interessati u analiżi ta’ l-impatt | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenija fil-mira u l-profil ġenerali ta' min irrisponda Il-membri tal-Grupp ta’ Ħidma fuq l-Istatistika dwar is-Suq ta’ l-Impjiegi u d-Diretturi ta’ l-istatistika soċjali ġew ikkonsultati u l-opinjonijiet tagħhom ġew ikkunsidrati. Il-proposta preżenti kisbet appoġġ qawwi kemm minn naħa tad-Diretturi ta’ l-istatistika soċjali kif ukoll mill-Grupp ta’ Ħidma fuq l-Istatistika dwar is-Suq ta’ l-Impjiegi. | 212 | Sommarju tar-risposti, u kif ingħatatilhom il-kunsiderazzjoni Sabiex jevitaw piż żejjed, ħafna mill-Istati Membri talbu jużaw informazzjoni amministrattiva bħala bażi għall-forniment ta' din l-informazzjoni. L-Użu ta’ informazzjoni amministrattiva jfisser li t-trażmissjoni tad-data ddum iżjed. Il-Kummissjoni qablet ma’ din is-sitwazzjoni, li hija riflessa fil-proposta għal Regolament. Peress li l-pagi huma kwistjoni sensittiva, il-mistoqsijiet dwar pagi għandhom ġeneralment rata għolja ta’ nuqqas ta' tweġib. Madankollu, ir-rata ta’ tweġib tistà titjieb. Xi pajjiżi laħqu rati tat-tweġib ferm tajba għal din il-varjabbli u r-raġunijiet għal dan is-suċċess ġew identifikati u ppreżentati bħala prattiċi tajba. Problema oħra imsemmija ta’ spiss hija d-diffikultà ta’ qbil fuq definizzjoni armonizzata ta’ pagi. Xi pajjiżi jistgħu biss jipprovdu salarji gross, oħrajn salarji netti u oħrajn definizzjonijiet li ma jikkorispondux ma l-ebda waħda minn dawn iż-żewġ kunċetti. Definizzjoni komuni hija essenzjali meta jiġu mkejjla l-livelli jew t-tendenzi fuq il-pagi. Madankollu, l-informazzjoni miġbura mill-LFS dwar il-pagi ser tiġi użata biss bħala sfond ta’ tagħrif biex jinbnew ir-ranking tas-salarji (deciles), sabiex jiġi analizzat l-effett tal-pagi fuq l-imġiba tas-swieq tax-xogħol. F’dan il-każ definizzjoni komuni m’hijiex daqshekk relevanti u mhux ser jkollha impatt sinifikanti fuq ir-ranking. Fl-aħħarnett, x’uħud mill-Istati Membri issuġġerew li KE-SILC tista’ tintuża biex tgħin analiżi msejjsa fuq pagi, billi l-problemi ta’ definizzjoni u r-rata ta’ reazzjoni jidhru li huma anqas relevanti meta jintuża dan is-sors. Filwaqt li l-LFS jista’ ma jkunx l-aħjar sors ta’ tagħrif dwar il-pagi, xorta jippermetti rabta ma’ firxa usa’ ta’ varjabbli soċjo-ekonomiċi oħra u għandu daqs ta’ kampjun ferm akbar. Dan ta' l-aħħar jippermetti klassifikazzjoni (cross-classification) ferm aktar dettaljata. Dawn iż-żewġ aspetti huma meqjusa bħala biżżejjed biex jiġġustifikaw l-użu ta’ l-LFS f’dan il-kuntest | Ġbir u użu ta’ kompetenza | 221 | Oqsma xjentifiċi ta’ kompetenza Ir-rappreżentanti nazzjonali tal-Grupp ta’ Ħidma Eurostat dwar “L-Istatistika tas-Suq tax-Xoghol” huma esperti b’għarfien fil-fond dwar il-qliegħ u stħarriġ dwar il-forza tax-xogħol. | 222 | Metodoloġija Użata Diskussjonijiet miftuħa bejn esperti fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma dwar “l-Istatistika tas-Suq tax-Xogħol”, bil-konklużżjonijiet jitniżżlu fil-minuti u bi studji pilota mwettqa fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Ingħataw għotjiet lil Stati Membri li kienu lesti jippruvaw id-dħul ta' din il-varjabbli fl-istħarriġ tagħhom jew biex jeżaminaw ir-rabta bejn ir-riżultat tal-LFS u sorsi amministrattivi.. L-aħjar prattiċi biex jinġabar dan it-tagħrif ġew identifikati minn rapporti tekniċi li saru minn Stati Membri fil-qafas ta’ dawn l-għotjiet. | 223 | Organiżazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati L-esperti kienu mill-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika. | 2249 | Sommarju tal-parir mogħti u użat Ma ssemmew l-ebda riskji potenzjali serji eżistenti b’konsegwenza irriversibbli. | 225 | L-aħjar prattiċi għal ġabra ta’ tagħrif dwar il-pagi fl-LFS ġew identifikati u mxerrda. Eżempji ta’ prattiċi tajba jinkludu li ġejjien: Mistoqsijiet għandhom ikunu faċli biex jitwieġbu u limitati fl-għadd; l-intervistaturi għandhom ikunu lesti jipprovdu l-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa dwar l-inklużjoni jew l-esklużjoni ta’ konċessjonijiet speċifiċi. Huwa aħjar tibda’ b’mistoqsija dwar is-salarju eżatt, fejn hu possibli wieħed jiċċekkja mas-slip tal-paga, u jekk il-persuna mhix kapaċi twieġeb, għandhom jiġu proposti faxex ta’ qligħ. Ittra ta’ introduzzjoni jew tifsira mill-intervistatur għandha tendenza li tagħti riżultati tajba biex tħajjar lil dak li jkun iwieġeb mistoqsijiet dwar dan is-suġġett. Barra minnhekk, f’għadd ta’ pajjiżi, nuqqas ta’ tweġiba tista’ tirranġha permezz ta’ azzjoni ta’ imput bl-użu ta’ sorsi oħra, bħal reġistri amministrattivi jew stħarriġ ieħor (ezempju Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ). Dan ġie ppruvat minn diversi pajjiżi b’riżultati pożittivi. | 226 | Azzoni użata biex pariri ta’ esperti jsiru pubbliċi Ir-rapporti aħħarin magħmula mill-għotjiet li ngħataw biex jittestjaw mistoqsijiet dwar pagi fl-LFS jew biex jorbtu sorsi amministrattivi ma’ l-informazzjoni ta’ l-LFS ittellgħu fuq il-website tac-Circa. L-istess se jsir bl-informazzjoni dwar l-azzjoni ta’ imput. Analiżi ta’ l-effetti u konsegwenzi Ikkunsidrajna dawn it-tliet għażliet: Għażla A: Jinżamm l-istatus ta’ l-għażla dwar id-dħul varjabbli u l-użu ta’ l-EU-SILC biex tinġabar informazzjoni dwar l-istruttura u d-distribuzzjoni tal-qligħ fl-Istati Membri skond karatteristiċi soċjo-ekonomiċi. Għażla B: L-għazla ta’ l-istatus “tad-dħul” fil-varjabbli ta’ l-LFS (kif speċifikat fir-Regolament Nru 577/98) issir obbligatorja, billi tiġi imposta definizzjoni komuni ta’ pagi u bl-istess skadenza għat-tqassim ta’ informazzjoni bħal varjabbli l-oħra ta’ l-LFS (12-il ġimgħa wara tmiem iż-żmien ta’ referenza) Għażla Ċ: L-istatus tal-varjabbli ta’ l-LFS “pagi mill-impjieg ewlieni” jinbidel għal wieħed obbligatorju, ikun aktar flessibbli fid-definizzjoni użata u jingħata żmien itwal ta’ 18-il xhar biex titqassam l-informazzjoni fil-każ ta’ dawk il-pajjizi li jużaw sorsi amministrattivi. L-għażla waqgħet fuq għażla Ċ, billi hija kompromess tajjeb bejn il-ħtiġijiet tal-politika Komunitarja u hija ta’ toqol relattivament żgħir għall-Istati Membri. L-adozzjoni ta’ mod kif tittratta definizzjoni ta’ pagi tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għal bżonnijiet ta’ politika u tagħti lok għal implimentazzjoni eħfef mill-Stati Membri, billi hemm anqas mistoqsijiet x’jiddaħħlu fil-kwestjonarju ta’ l-LFS. Barra minnhekk dan iħalli lill-Istati Membri jużaw informazzjoni amministrattiva mingħajr effetti koroh. Għażla A xejn mhi sodisfaċenti f’termini ta’ ħtiġijiet ta’ politika, għaliex mhux il-pajjiżi kollha jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni bl-użu ta’ l-LFS, u l-UE SILC ma jipprovdux l-istessrikkezza ta’ informazzjoni. Għażla B hija wisq riġida u ta’ toqol għall-Istati Membri . Ikollha (a) bżonn iż-żieda ta’ bosta mistoqsijiet fil-kwestjonarju ta’ l-LFS, (b) possibbilment tikkomprometti l-kwalità ġenerali ta’ l-LFS minħabba r-riskju għoli ta’ żieda fil-livelli ta’ nuqqas ta’ tweġib u (c) tipprekludi l-użu ta’ informazzjoni amministrattiva. | ASPETTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta L-għan ewlieni huwa li tagħti l-Kummissjoni l-għodda biex tħejji analiżi soċjo-ekonomika bl-irbit tal-pagi mill-impjieg prinċipali mal-karatteristiċi tax-xogħol għall-Istati Membri kollha. Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament li jibdel l-istatus ta’ għażla tal-varjabbli ta’ l-LFS “pagi mill-impjieg prinċipali” għal wieħed obbligatorju, huwa l-istrument biex jintlaħaq dan il-għan. Fl-istess ħin, tħalli aktar zmien għat-trażmissjoni ta’ din l-informazzjoni lill-pajjiżi li huma lesti jużaw sorsi amministrattivi. | 310 | Bażi Legali L-Artikolu 285 jipprovdi l-bażi legali ta’ l-istatistika tal-Komunità. Il-Kunsill, skond il-proċedura ta’ kodeċiżjoni, għandu jadotta miżuri għal produzzjoni ta’ statistika fejn meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ l-attivitajiet tal-Komunità. Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-ħtiġijiet marbuta mal-produzzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunita’ u jitlob konformità mal-livelli ta’ imparzjalità, kredibilità, oġġettività, indipendenza xjentifika, effettività ta’ nfiq u kunfidenzjalita’ statistika. | Prinċipju tal-Proporzjonalità Il-proposta hija skond il-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba din/dawn ir-raġuni(jiet). | 331 | Bil-proposta attwali se jitħalla l-użu ta’ sorsi amministrattivi biex jeħfief it-toqol ta’ min qed iwieġeb. It-triq lejn definizzjoni flessibbli ta’ pagi tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għal bżonnijiet ta’ politika u tagħti lok għal implimentazzjoni eħfef fl-Istati Membri billi anqas mistoqsijiet se jkollhom għalfejn jiġu inklużi fil-kwestjonarju LFS. | 332 | Il-proposta tinvolvi xogħol mill-anqas u mhux se jkollha implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti billi tassumi li mistoqsija waħda jew tnejn biss se jiddaħħlu fil-kwestjonarju nazzjonali dwar il-forza tax-xoġħol jew informazzjoni dwar il-pagi se tkun imputjata minn sorsi amministrattivi. | Għażla ta’ strumenti | 341 | Strumenti proposti: regolament. | 342 | Meżżi oħra mhux se jkunu xierqa minħabba din/dawn ir-raġuni(jiet). L-għażla ta’ kategorja xierqa għal att ta’ PE/Kunsill tiddependi fuq l-għan leġislattiv. Fl-isfond tal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni f’livell Ewropew, it-tendenza fl-istatistika Kommunitarja kienet li tuża regolamenti aktar milli direttivi għal atti bażiċi. Regolament huwa preferut għaliex iqiegħed l-istess liġi fil-Kommunità kollha, li jfisser li l-Istati Membri ma jistgħux japplikawh b’mod mhux sħiħ jew selettiv; regolament huwa applikabbli direttament, li jfisser li ma għandux il-bżonn li jiddaħħal fil-liġi nazzjonali Min-naħa l-oħra, id-direttivi, li l-għan tagħhom huwa l-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali, jorbtu lill-Istati Membri fejn jidħlu l-għanijiet tagħhom, iżda jħallu f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar l-għażla tal-mod u l-metodu biex jilħqu l-għanijiet maqbula f’livell Komunitarju. Id-direttivi iridu jiddaħħlu fil-liġi nazzjonali. L-użu ta’ regolament huwa skond atti legali oħra dwar l-istatistika li ġew addottati mill-1998. | IMPLIKAZZJONI FUQ IL-BAġIT | 409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità’. | TAGħRIF IEħOR; | 560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-Att propost jikkonċerna kwistjoni taż--ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. | 1. 2006/0180 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1] Wara konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ Statistiku (KPS), skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 1989[2] Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl'Artikolu 251 tat-Trattat[3] Billi: (1) Skond l-Istrateġija ta’ Liżbona u skond l-eżami mill-ġdid f’nofs il-mandat fl-2005, l-Ewropa trid tiffoka aktar il-politika fuq tkabbir u impjiegi biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ Liżbona (2) L-iżvilupp tal-komunità u t-tħaddim tas-suq intern iżidu l-bżonn għal informazzjoni komparabbli li tippermetti li l-impatt fuq is-suq tax-xogħol ta’ strutturi u ta’ tqassim ta’ pagi jiġi eżaminat, partikolarment bħala mezz biex jiġi analiżżat il-progress ta’ koeżjoni ekonomika u soċjali. (3) Biex twettaq il-ħidmiet li ngħatat, il-Kummissjoni għandha bżonn informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-pagi skond karatteristiċi soċjo-ekonomici u anke f’rabta ma’ għamliet oħra ta’ impjiegi bi ħlas, li huma essenzjali biex tanalizza u tifhem is-suq tax-xogħol u l-bidliet li jseħħu fl-istruttura tal-forza tax-xogħol.. Minħabba dan, il-vantaġġi li wieħed ikollu informazzjoni dwar pagi b’deciles b’relazzjoni ma’ karatteristiċi oħra ta’ impjieg huma magħrufa sew. (4) L-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol tal-Komunita’ huwa essenzjalment l-ewwel u l-aktar sors ta’ referenza awtorevoli għal informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea, u t-tagħrif dwar pagi, bħala varjabbli fundamentali biex tispjega l-aġir tas-suq tax-xogħol, għandu jkun element standard f’dan l-istħarriġ sabiex jagħti lok għal analiżi sħiħa tas-swieq tax-xoghol. (5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98[4] għalhekk għandu jiġi emendat skond dan, ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 għalhekk għandu jiġi emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 4 sottoartikolu (1) ta’ paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: “(1) pagi mill-impjieg prinċipali;” 2. Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej: Artikolu 6 Tixrid tar-riżultati Fi żmien tnax-il ġimgħa mit-tmiem tal-perijodu ta’ referenza l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Eurostat ir-riżultati ta’ l-istħarriġ mingħajr identifikaturi diretti. Tagħrif li jaqbel mal-karatteristiċi ta’ l-istħarriġ ‘pagi mill-impjieg prinċipali’ jista’ jintbagħat lill-Eurostat fi żmien tmintax-il xhar mit-tmiem tal-perijodu ta’ referenza meta informazzjoni amministrattiva tintuża biex tipprovdi dan it-tagħrif” Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ippubblikat fuq il- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47. [3] ĠU C , , p. . [4] ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2257/2003 tal-Parlament Ewoprew u tal Kunsill (OĠL 336, 23.12.2003, p. 6).