Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni UE-Afrika t’Isfel dwar l-emenda ta’ l-Annessi rilevanti tal-Ftehim ta’ Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni (TDCA) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel min-naħa l-oħra, għat-tneħħija gradwali u l-eliminazzjoni tad-dazji fuq ċerti prodotti awtomobilistiċi fit-TDCA /* KUMM/2006/0561 finali - ACC 2006/0181 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 2.10.2006 KUMM(2006) 561 finali 2006/0181 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni UE-Afrika t’Isfel dwar l-emenda ta’ l-Annessi rilevanti tal-Ftehim ta’ Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni (TDCA) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel min-naħa l-oħra, għat-tneħħija gradwali u l-eliminazzjoni tad-dazji fuq ċerti prodotti awtomobilistiċi fit-TDCA (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta L-Artikolu 106 (1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn l-UE-SA (TDCA) jagħti s-saħħa lill-Kunsill tal-Kooperazzjoni li jemenda t-TDCA sabiex jiġi aċċellerat it-tnaqqis tad-dazju b’mod aktar rapidu milli hu previst fl-Artikolu 11, jew inkella jtejjeb il-kondizzjonijiet ta’ aċċess skond l-Artikolu. F’dan il-kuntest, l-għan tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li qed tiġi pproposta hi li jitneħħew ftit ftit u jiġu eliminati d-dazji fuq xi wħud mill-prodotti awtomotivi. | Kuntest ġenerali L-abbozz ta’ Deċiżjoni jsegwi ftehim dwar l-awtomotivi li kien intlaħaq miż-żewġ partijiet, fil-livell politiku fis-6 ta’ April 2006. Dan il-ftehim ibbilanċjat isegwi perjodu twil ta’ negozjati intensivi li bdew mal-konklużjoni tat-TDCA fl-1999. L-issettiljar ta’ din il-kwistjoni diffiċli mhux biss sinjal pożittiv ħafna għall-operaturi ekonomiċi involuti, li b’mod ħerqan għal tul ta’ żmien kienu qed jistennew soluzzjoni trasparenti u prevedibbli, iżda wkoll għal futur tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE-SA li attwalment qed jingħataw forma ġdida ta’ partenarjat aktar ambizzjuż. | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005. | Konsistenza mal-politika u ma’ l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni Dan l-abbozz ta’ Deċiżjoni hu parti mill-eżerċizzju usa’ ta’ Reviżjoni li ż-żewġ naħat ftehmu li jwettqu skond l-Artikolu 103 tat-TDCA. | KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati | Il-partijiet ġew ikkonsultati, bil-fomm, dwar ir-riżultat tal-ftehim milħuq fis-6 ta’ April 2006. Rappreżentanti mill-industrija awtomotiva ta’ l-UE kienu b’mod regolari infurmati dwar ir-riżultat tat-taħdidiet matul il-perjodu kollu tan-negozjati. | Ġbir u użu ta’ għarfien espert | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. | Valutazzjoni ta’ l-impatt mhux applikabbli | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Din id-Deċiżjoni tikkunsidra l-konsolidazzjoni tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti awtomotivi mogħtija lis-Sudafrika taħt l-iskema Komunitarja tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (GSP) kif ukoll l-eliminazzjoni tad-dazju fuq prodotti awtomotivi. Ġie propost li din l-emenda għat-TDCA għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2006. | Bażi legali L-Artikolu 133 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KE. | Prinċipju tas-sussidjarjetà Din il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant mhuwiex applikabbli. | Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja. | Din il-proposta se tikkonsolida fit-TDCA d-dazji attwali tal-GSP, li diġà qed tibbenefika minnhom is-SA (qabel il-klassifikazzjoni) u għalhekk mhix se tirrappreżenta bidla prinċipali fit-trattament tariffarju u fir-rekwiżit amministrattiv (provi ta’ oriġini). Il-forma ta’ azzjoni proposta (Deċiżjoni tal-Kunsill fi ħdan il-Kunsill tal-Kooperazzjoni bejn l-UE-SA) hi sempliċi kemm jista’ jkun fil-kuntest tal-qafas legali ta’ l-UE-SA (TDCA). | Għażla ta’ strumenti | L-istrument propost: Deċiżjoni tal-Kunsill. | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja. Dan hu l-uniku mezz kif jista’ jiġu emendati d-dispożizzjonijiet kummerċjali tat-TDCA. | IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | Minħabba l-impatt finanzjarju fuq ir-riżorsi proprji ta’ l-KE (id-dħul mid-dazji) il-proposta għandha implikazzjoni għal baġit Komunitarju. Dan l-impatt hu miġbur fil-qosor fid-dikjarazzjoni finanzjarja annessa. | 1. 2006/0181 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni UE-Afrika t’Isfel dwar l-emenda ta’ l-Annessi rilevanti tal-Ftehim ta’ Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni (TDCA) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel min-naħa l-oħra, għat-tneħħija gradwali u l-eliminazzjoni tad-dazji fuq ċerti prodotti awtomobilistiċi fit-TDCA IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza, il-prevedibilità ekonomika fit-tul u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, qiegħed jitqies xieraq li l-bqija tal-preferenzi tariffarji li għadhom jingħataw lill-Afrika t’Isfel mill-iskema Komunitarja tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (GSP) fuq il-prodotti awtomobilistiċi, kif ukoll l-eliminazzjoni tad-dazju fuq ċerti prodotti awtomobilistiċi, u li għadhom mhumiex previsti mill-konċessjonijiet tariffarji tal-Komunità elenkati fl-Annessi rilevanti tat-TDCA, jiġu kkonsolidati fil-Ftehim ta' Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel min-naħa l-oħra (TDCA)[1]. (2) L-Afrika t’Isfel, bħala pajjiż li bħalissa huwa benefiċjarju skond l-iskema Komunitarja tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati, se tibbenefika, permezz tad-Deċiżjoni mehmuża tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Konġunt, minn ftehim kummerċjali li jagħti trattament preferenzjali inklużi l-preferenzi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti awtomobilistiċi previsti mill-iskema tariffarja li tinsab fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati[2], IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Konġunta dwar l-emenda ta’ l-Annessi rilevanti tal-Ftehim ta’ Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel min-naħa l-oħra, biex titqies il-konsolidazzjoni tal-preferenzi tariffarji fuq prodotti awtomobilistiċi mogħtija lill-Afrika t’Isfel mill-iskema Komunitarja tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (GSP), għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni annessa ma’ din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI Nru .../2006 TAL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI UE-AFRIKA T’ISFEL dwar dwar l-emenda ta’ l-Anness II, Lista 4 tal-Ftehim ta’ Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni (TDCA) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel min-naħa l-oħra, għat-tneħħija gradwali u l-eliminazzjoni tad-dazji fuq ċerti prodotti awtomobilistiċi fit-TDCA Il-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI, Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra (TDCA), iffirmat fi Pretoria fil-11 ta' Ottubru 1999 u b’mod partikolari l-Artikolu 106(1) tiegħu, Billi: (1) Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza, il-prevedibilità ekonomika fit-tul u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, il-partijiet qablu li jikkonsolidaw fit-TDCA l-bqija tal-preferenzi tariffarji mogħtija lill-Afrika t’Isfel fuq prodotti awtomobilistiċi, mill-iskema Komunitarja ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (GSP) u li għadhom mhumiex previsti mill-konċessjonijiet tariffarji tal-Komunità elenkati fl-Anness II Lista 4 tat-TDCA. (2) L-Artikolu 106(1) tat-TDCA jagħti s-saħħa lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni li jemenda t-TDCA sabiex iħaffef it-tnaqqis tad-dazji doganali aktar minn kif previst fl-Artikolu 11, jew inkella jtejjeb il-kondizzjonijiet ta’ aċċess taħt dan l-Artikolu. (3) Din id-Deċiżjoni tieħu post it-termini stipulati fl-Artikolu 11 għall-prodotti kkonċernati. (4) Hija ħaġa mixtieqa li tiġi żgurata tranżizzjoni bla problemi mill-GSP għar-reġim ta’ kummerċ bilaterali preferenzjali stabbilit mit-TDCA billi jippermetti provi ta' oriġini tal-GSP (ċertifikat ta' oriġini tal-Formola A jew dikjarazzjoni tal-fattura) li jintbagħtu għal ċertu perjodu ta’ żmien, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness II Lista 4 tat-TDCA qiegħed b’dan jiġi emendat skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tieħu post it-termini stipulati fl-Artikolu 11 tat-TDCA fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti kkonċernati. Artikolu 3 Provi ta’ orġini maħruġa fl-Afrika t’Isfel fil-qafas ta' l-iskema Komunitarja ta’ preferenzi tarrifarji ġeneralizzati (GSP) għandhom jiġu aċċetati fil-Komunità Ewropea bħala provi validi ta’ oriġini skond ir-reġim ta’ kummerċ bilaterali preferenzjali stabbilit mit-TDCA sakemm: (i) il-prova ta’ oriġini tintbagħat fi żmien għaxar xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni; (ii) il-prova ta' l-oriġini u d-dokumenti tat-trasport inħarġu mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni; (iii) il-prova ta’ oriġini tkun ippreżentata waqt l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea għall-benefiċċju ta’ preferenzi tariffarji mogħtija qabel skond il-GSP li ssaħħu b’din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2006. Magħmula fi Għall-Kunsill ta’ Kooperazzjonil Il-President ANNESS SKEDA TA’ ELIMINAZZJONI TARRIFARJA TAL-KOMUNITÀ (imsemmija fl-Artikolu 11 tat-TDCA) (Ara l-Anness ta' l-Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill) KOFIĊI NM 2006 | 01/10-31/12/2006 | 2007 | 2008 | 8703 10 11 8703 10 18 8703 21 10 8703 21 90 8703 22 10 8703 22 90 8703 23 11 8703 23 19 8703 23 90 8703 24 10 8703 24 90 8703 31 10 8703 31 90 8703 32 11 8703 32 19 8703 32 90 8703 33 11 8703 33 19 8703 33 90 8703 90 10 8703 90 90 | 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 3.5 | 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 1.5 | 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 | 01/10/2006 | 8706 00 11 8706 00 19 8706 00 91 8706 00 99 8707 10 10 8707 10 90 8707 90 10 8707 90 90 8708 10 10 8708 10 90 8708 21 10 8708 21 90 8708 29 10 8708 29 90 8708 31 10 8708 31 91 8708 31 99 8708 39 10 8708 39 90 8708 40 10 8708 40 90 8708 50 10 8708 50 90 8708 60 10 8708 60 91 8708 60 99 8708 70 10 8708 70 50 8708 70 91 8708 70 99 8708 80 10 8708 80 90 8708 91 10 8708 91 90 8708 92 10 8708 92 90 8708 93 10 8708 93 90 8708 94 10 8708 94 90 8708 99 11 8708 99 19 8708 99 30 8708 99 50 8708 99 92 8708 99 98 | 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 | DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT FUQ IL-BAĠIT ESKLUSSIVAMENT LIMITAT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL 1. ISEM IL-PROPOSTA: 2. IL-LINJI TAL-BAĠIT: Kapitolu u Artikolu: Ammont stmat għas-sena kkonċernata: 3. IMPATT FINANZJARJU ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja x Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq, iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej: (€ miljuni sa punt deċimali wieħed) Il-linja tal-baġit | Dħul[3] | Perjodu ta’ 12-il xahar, li jibda jj/xx/ssss | [Sena n] | Artikolu ... | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | - 30.5 | - 7.6 | Artikolu ... | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | Il-qagħda wara l-azzjoni | [n+1] | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] | Artikolu ... | 8 | 6 | Artikolu ... | 4. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI 5. RIMARKI OĦRA [1] ĠU L 311, 4.12.1999, p. 2. [2] ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1. [3] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji fuq l-agrikoltura, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% ta’ l-ispejjeż tal-ġbir.