52006PC0470

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja /* KUMM/2006/0470 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 30.8.2006

KUMM(2006) 470 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 ('ir-Regolament bażiku') fil-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (PRC), fil-Malażja u fit-Tajlandja. |

Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. |

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Mhemm l-ebda miżura fis-seħħ li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-PRC, fil-Malażja u fit-Tajlandja. |

Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Il-partijiet interessati konċernati mill-proċediment diġà kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

Il-ġbir u l-użu tal-kompetenza |

Ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal kompetenza esterna. |

Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Din il-proposta hija r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni ta’ impatt ġenerali imma jinkludi lista eżawrjenti ta’ kondizzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati. |

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Fit-30 ta’ Ġunju 2005, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-PRC, fil-Malażja u fit-Tajlandja. L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-PRC u fit-Tajlandja saru bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping li kkawżaw ħsara lill-industrija Komunitarja, filwaqt li għall-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja ma nstab l-ebda dumping. Għaldaqstant, il-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja għandu jintemm. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-impożizzjoni tal-miżuri m’għandiex tkun kontra l-interess Komunitarju ġenerali. Għalhekk qed jiġi propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard mid-29 ta’ Settembru 2006. |

Il-bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin: |

Il-forma ta’ azzjoni ġiet deskritta fir-Regolament bażiku msemmi aktar ’il fuq u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. |

Indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq il-Komunità, fuq il-gvernijiet nazzjonali, fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali, fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq iċ-ċittadini huwa minimizzat u proporzjonat għall-għan tal-proposta mhix applikabbli. |

L-għażla ta’ l-istrumenti |

L-istrumenti proposti: ir-regolament. |

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Mezzi oħra ma jkunux adegwati għaliex ir-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi. |

L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit Komunitarju. |

1. Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] (‘ir-Regolament bażiku’) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. IL-PROĊEDURA

2. Il-bidu

3. Fit-30 ta’ Ġunju 2005, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż (‘avviż tal-bidu’) ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea [2] l-bidu ta’ proċediment anti-dumping rigward l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (‘il-PRC’), fil-Malażja u fit-Tajlandja (‘il-pajjiżi konċernati’).

4. Il-proċediment inbeda minħabba lment iddepożitat fis-17 ta’ Mejju 2005 minn 29 produttur Komunitarju ta’ xkejjer u basktijiet tal-plastik, li jirrappreżentaw proporzjon kbir (f’dan il-każ aktar minn 25%) tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ l-ixkejjer u tal-basktijiet tal-plastik. L-ilment kien jinkludi evidenza tad- dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minn dan, li tqies li hija biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment.

5. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

6. Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-produtturi Komunitarji li għamlu l-ilment, lill-assoċjazzjoni tagħhom, lil produtturi Komunitarji oħra, lill-produtturi li jesportaw, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet ta’ l-utenti magħruf li huma konċernati u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi li jesportaw bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien iffissat fl-avviż tal-bidu.

7. Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi li jesportaw magħrufa fil-PRC, fil-Malażja u fit-Tajlandja, kif ukoll in-numru kbir ta’ produtturi u ta’ importaturi Komunitarji magħrufa, fl-avviż tal-bidu kien previst it-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tad- dumping u tal-ħsara, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku (ara aktar ’l isfel għal aktar dettalji rigward it-teħid ta’ kampjuni).

8. Sabiex il-produtturi li jesportaw fil-PRC jitħallew iressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (‘MET’) jew trattament individwali (‘IT’), jekk jixtiequ dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi li jesportaw li huwa magħruf li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tal-PRC. 108 kumpanija u grupp talbu l-MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Il-kumpaniji u l-gruppi kolha t’aktar ’il fuq talbu wkoll l-IT jekk l-investigazzjoni tkun stabbiliet li ma ssodisfawx il-kondizzjonijiet għall-MET. Tliet kumpaniji talbu l-IT biss.

9. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li huwa magħruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ppreżentaw irwieħhom fi ħdan l-iskadenzi taż-żmien stabbiliti fl-avviż tal-bidu. Minbarra r-risposti għall-kwestjonarju li waslu mill-partijiet magħżula fil-kampjuni ta’ l-esportaturi, ta’ l-importaturi u ta’ l-industrija Komunitarja, ir-risposti għall-kwestjonarji waslu wkoll mingħand żewġ bejjiegħa bl-imnut Komunitarji.

10. Numru ta’ partijiet wkoll ressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li talbu li jinstemgħu fil-limitu taż-żmien iffissat u li indikaw li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu ġew mismugħa.

11. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li hija meħtieġa għall-fini tad-determinazzjoni preliminari tad- dumping , tal-ħsara li tirriżulta u ta’ l-interess Komunitarju u wettqet investigazzjonijiet fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

Il-produtturi Komunitarji

- SP Metal, Pariġi, Franza u l-kumpaniji relatata tagħha SP Metal Biel, Żaragoża, Spanja ud Jet Sac SA, Auchel, Franza

- Groupe Barbier SA, Ste Sigolene, Franza

- Plasticos Romero SA, Murcia, Spanja

- Plasbel SA, Murcia, Spanja

- Alplast SA, Ste Marie aux Mines, Franza

L-importaturi li mhumiex relatati fil-Komunità

- FIPP GmbH & Co KG u l-kumpanija relatata tagħha DEISS GmbH & Co KG, Hamburg, il-Ġermanja

Il-produtturi li jesportaw u l-kumpaniji relatati fil-pajjiżi li jesportaw

PRC

- Cedo Shanghai Ltd., Shanghai

- Chun Yip Plastics (Shenzhen) Ltd., Shenzhen

- Huizhou Jun Yang Plastics Co., Ltd., Huizhou

- Suzhou Guoxin Group Co., Ltd., Taicang

- Wuxi Jiayihe Packaging Co., Ltd. u Wuxi Bestpac Packaging Co., Ltd., Wuxi

- Zhongshan Qi Yu Plastic Products Co., Ltd., Zhongshan

- Weifang Lefu Plastic Products Co., Ltd., Weifang

- Jinguan (Longhai) Plastics Packing Co., Ltd., Longhai

- Sunway Kordis (Shanghai) Ltd. u Shanghai Sunway Polysell Ltd., Shanghai

- Nantong Huasheng Plastic Products Co.,Ltd., Nantong

Il-Malażja

- Dragonpak Industries (M) S/B, Johor Bahru

- Europlastics Malaysia S/B, Shah Alam

- Hond Tat Industries S/B, Klang

- Plastic V S/B, Klang

- Poly Carrier Industries S/B, Klang

- Sido Bangun S/B, Negri Sembilan

It-Tajlandja

- King Pac Industrial Company Limited, Chonburi

- Multibax Public Co., Ltd., Chonburi

- Naraipak Co., Ltd., Bangkok

- Sahachit Watana Plastic Industry Co., Ltd., Bangkok

- Thai Plastic Bags Industries Co., Ltd., Nakornpathorn

L-importaturi relatati fil-Komunità

- Cedo Limited UK, Telford, ir-Renju Unit

- Cedo GmbH, Mönchengladbach, il-Ġermanja

- Europackaging plc, Birmingham, ir-Renju Unit

- 3S’s Limited, Upton-upon-Severn, ir-Renju Unit

- Kordis Limited u Kordis BV, Stratford-upon-Avon, ir-Renju Unit

- Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni

- L-investigazzjoni tad- dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005 (‘il-perjodu ta’ l-investigazzjoni’ jew l-‘IP’). L-eżami tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sal-31 ta’ Marzu 2005 (‘il-perjodu meqjus’).

B. IT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

12. It-teħid ta’ kampjuni għall-produtturi li jesportaw fil-PRC, fil-Malażja u fit-Tajlandja

13. Kif ġie ddikjarat aktar ’il fuq, minħabba n-numru kbir ta’ produtturi li jesportaw fil-PRC, fil-Malażja u fit-Tajlandja, fl-avviż tal-bidu kien propost it-teħid ta’ kampjuni, skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

14. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni għandux ikun meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi li jesportaw intalbu li jippreżentaw irwieħhom fi 15-il jum mid-data tal-bidu ta’ l-investigazzjoni u biex jipprovdu informazzjoni bażika dwar il-bejgħ mill-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku tagħhom, u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati kollha tagħhom li huma involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott imsemmi. Kienu kkonsultati wkoll l-awtoritajiet fil-PRC, fil-Malażja u fit-Tajlandja.

15. 108 kumpanija u grupp fil-PRC, 36 kumpanija mill-Malażja u 17 mit-Tajlandja ppreżentaw irwieħhom u provdew l-informazzjoni mitluba fl-iskadenza taż-żmien mogħtija. Madanakollu, 104 kumpanija u grupp biss mill-PRC, 31 kumpanija mill-Malażja u 14 mit-Tajlandja rrappurtaw esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni.

16. Dawk il-produtturi li jesportaw li esportaw il-prodott imsemmi lejn il-Komunità matul il-perjodu ta’ l-invetigazzjoni u wrew xewqa li jipparteċipaw fil-kampjun, tqiesu bħala kumpaniji li kkooperaw u tqiesu fl-għażla tal-kampjuni.

17. Il-produtturi li jesportaw li kkooperaw irrappreżentaw madwar 95% ta’ l-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat mill-PRC lejn il-Komunità, 96% ta’ dawk tal-Malażja u 88% ta’ l-esportazzjonijiet totali tat-Tajlandja.

18. Il-kumpaniji li fadal kienu jew kummerċjanti jew produtturi li jesportaw mingħajr esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni. Għalhekk, għal dawk il-kumpaniji mhux se jiġi ddeterminat il-marġni tad- dumping .

19. Il-produtturi li jesportaw li ma ppreżentawx irwieħhom fil-perjodu msemmi aktar ’il fuq tqiesu bħala li ma kinux qed jikkooperaw ma’ l-investigazzjoni.

20. Skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, fl-għażla tal-kampjun tqiesu l-kriterji li ġejjin: id-daqs tal-produttur li jesporta rigward il-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità kif ukoll id-daqs tal-produttur li jesporta rigward il-bejgħ domestiku. Tqis li għar-raġunijiet stabbiliti aktar ’l isfel, il-kampjun għandu jinkludi numru biżżejjed ta’ kumpaniji li jbiegħu fis-suq domestiku. Għalhekk, numru ta’ kumpaniji li jesportaw ewlenin li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv kienu inklużi fil-kampjun.

21. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni oriġinarjament għażlet kampjuni ta’ għaxar produtturi li jesportaw Ċiniżi, sitt produtturi li jesportaw Malażja ni u sitt produtturi li jesportaw Tajlandiżi. Il-kumpaniji magħżula rrapreżentaw madwar 52%, 62% u 71% ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodott imsemmi lejn il-Komunità mill-PRC, mill-Malażja u mit-Tajlandja rispettivament.

22. Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi li jesportaw li kkooperaw u l-awtoritajiet tal-pajjiżi konċernati ngħataw l-opportunità li jikkumentaw dwar l-għażla tal-kampjun.

23. Numru ta’ esportaturi Ċiniżi argumentaw li kellhom jiġu inklużi fil-kampjun, minħabba ċirkostanzi partikolari rigward il-kumpaniji tagħhom bħal: it-tipi ta’ prodott, il-mudell tan-negozju, l-istruttura tal-ispejjeż, jew l-affiljazzjoni ma’ gruppi bbażati f’Ħong Kong jew fl-UE. Madanakollu, ma kienx ikun prattiku u ma kienx meħtieġ mir-Regolament bażiku, li fil-mira jkun hemm kampjun li jirrifletti l-fatturi kollha t’aktar ’il fuq, meta jitqiesu l-ammont ta’ informazzjoni u l-ħin disponibbli għall-għażla tal-kampjun. Barra minn hekk, ir-Regolament bażiku jippermetti li tiġi limitata l-investigazzjoni għall-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet li jista’ jiġi raġonevolament investigat fiż-żmien disponibbli.

24. Esportatur Ċiniż argumenta li l-Kummissjoni, skond il-Ftehim dwar l- Anti-dumping (‘ADA’) tad-WTO, sempliċement għażlu l-esportaturi bl-akbar volum ta’ bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità, mingħajr ma tqies il-volum tal-bejgħ domestiku. L-Artikolu 6.10 ADA jipprovdi, inter alia , li kampjun ta’ esportaturi jista’ jintgħażel fuq il-bażi ta’ “l-akbar perċentwali tal-volum ta’ l-esportazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat li jista’ raġonevolment jiġi investigat”. Din l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 6.10 ADA trid tiġi rifjutata. L-ewwelnett, mhemm xejn fil-kliem ta’ l-Artikolu 6.10 ADA li jipprekludi li l-esportaturi b’bejgħ domestiku rappreżentattiv jiġu inklużi wkoll fil-kampjun. It-tieni, il-fini ta’ l-għażla ta’ kampjun ta’ produtturi li jesportaw huwa li tinġabar l-aktar data rappreżentattiva possibbli li fuq il-bażi tagħha seta’ jiġi kkalkulat marġni tad- dumping . F’dan ir-rigward, huwa essenzjali li l-kumpaniji b’bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat jiġu inklużi fil-kampjun sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat il-valur normali u l-SG&A u l-profitt skond l-Artikoli 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku. Għall-kumpaniji li jinsab li jissodisfaw il-kriterji tal-MET, għandu jkun problematiku li jiġi stabbilit valur normali mingħajr biżżejjed informazzjoni dwar SG&A u profitt ta’ din ix-xorta. L-akbar volum ta’ l-esportazzjonijiet li jista’ jiġi raġonevolment investigat għalhekk għandu jinkludi wkoll għall-inqas numru biżżejjed ta’ kumpaniji b’bejgħ domestiku fl-IP. Għaldaqstant, skond l-Artikolu 6.10 ADA u l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, intgħażlu biss il-kumpaniji li jesportaw ewlenin li kienu jirrappreżentaw ukoll parti ewlenija tal-bejgħ domestiku.

25. Matul l-investigazzjoni, instab li Wuxi Jiayihe Packaging Co., Ltd u Wuxi Bestpac Packaging Co., Ltd bi żball kienu ddikjaraw ammonti kbar ta’ esportazzjonijiet lejn il-KE tal-prodott imsemmi li huma stess ma kinux ipproduċew, imma li fil-fatt kienu pproċessaw għal produtturi li jesportaw oħrajn. Minħabba l-ammont żgħir tal-bejgħ effettiv tagħhom tal-prodott imsemmi magħmul minnhom, il-kumpanija tneħħiet mill-kampjun Ċiniż, li issa jikkonsisti minn disa’ kumpaniji. Madankollu, minħabba li l-kumpanija diġà kienet spezzjonata, fil-fatt ser tirċievi eżami individwali.

26. L-Assoċjazzjoni Malażjana tal-Manifatturi tal-Plastik ġibdet l-attenzjoni li waħda mill-kumpaniji li ma ntgħażlitx fil-kampjun ma kinitx irrappurtat il-bejgħ lokali tagħha tal-basktijiet tal-plastik ta’ kumpanija relatata, u kellha tingħażel għall-kampjun. Minħabba li l-informazzjoni dwar dan l-iżball fir-rappurtaġġ wasal fil-ħin, il-Kummissjoni qablet li tinkludi lill-kumpanija fil-kampjun, billi tissostitwixxi lil waħda mill-kumpaniji li kienet intgħażlet qabel li kellha volum iżgħar ta’ bejgħ mill-esportazzjoni.

27. Il-kwestjonarji ntbagħtu biex jimtlew lit-22 kumpanija li oriġinarjament ttieħdu bħala kampjun u r-risposti minnhom ilkoll waslu fl-iskadenzi taż-żmien mogħtija, bl-eċċezzjoni ta’ kumpanija Tajlandiża li ntgħażlet għall-kampjun imma li wara waqfet tikkoopera.

28. Minħabba n-numru kbir ta’ pajjiżi u ta’ partijiet involuti u minħabba l-limiti ta’ żmien, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma seta’ jingħata l-ebda eżami individwali tal-produtturi li jesportaw, meta titqies l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 9(6) u 17(3) tar-Regolament bażiku, għaliex dan kieku jkun wisq ta’ kedda u ma jħallix li l-investigazzjoni tiġi kompluta fi żmien xieraq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni informat lill-produtturi li jesportaw li kkooperaw kollha li ma kinitx biħsiebha tagħti eżamijiet individwali jekk tintalab tagħmel dan. Barra minn hekk, l-ebda talba ta’ din ix-xorta ma waslet sa l-iskadenza ta’ 40 jum stipulata fl-avviż tal-bidu.

29. Ta’ min jinnota li kumpanija waħda fiċ-Ċina li ma ttiħditx bħala kampjun, imma li kkooperat ma’ l-investigazzjoni, ressqet talba għal bidla fl-isem minn Jiangmen Xiefeng Plastic Co., Ltd. għal Jiangmen Toptype Plastic Products Co., Ltd. Tressqet evidenza li din kienet bidla fl-isem ta’ l-istess entità legali u għalhekk ma saret l-ebda bidla b’mod ieħor lill-istatus, lill-istruttura jew lis-sjieda tal-kumpanija. Bħala tali, l-isem tal-kumpanija kien emendat għall-isem il-ġdid fl-Anness għar-Regolament.

30. It-teħid ta’ kampjuni tal-produtturi Komunitarji

31. Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi Komunitarji, fl-avviż tal-bidu kien propost it-teħid ta’ kampjun skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Minħabba dan, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi Komunitarji biex jipprovdu informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili.

32. 34 produttur Komunitarju ppreżentaw irwieħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu. Total ta’ ħames kumpanija (tlieta fi Franza u tnejn fi Spanja) ntgħażlu għall-kampjun għaliex kienu jirrappreżentaw l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni fil-Komunità (madwar 18%), li seta’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, kienet ikkonsultata l-assoċjazzjoni tal-produtturi Komunitarji u ma kellha l-ebda oġġezzjoni. Il-produtturi Komunitarji kollha li ttieħdu bħala kampjun kkooperaw u bagħtu r-risposti għall-kwestjonarju fl-iskadenzi taż-żmien. Minbarra dan, il-produtturi li fadal li għamlu l-ilment u l-produtturi li appoġġjaw l-investigazzjoni, li jinsabu fil-Belġju, fid-Danimarka, fi Franza, fl-Olanda, fil-Polonja, fil-Portugall, fi Spanja u fir-Renju Unit, ipprovdew b’mod xieraq ċerta data ġenerali għall-analiżi tal-ħsara.

33. It-teħid ta’ kampjuni ta’ l-importaturi

34. Minħabba n-numru kbir ta’ importaturi fil-Komunità, fl-avviż tal-bidu kien previst it-teħid ta’ kampjun skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Minħabba dan, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi biex jipprovdu informazzjoni dwar l-importazzjonijiet u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat.

35. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjon li waslet, il-Kummissjoni għażlet ħames importaturi fi tliet Stati Membri, tnejn fi Franza, wieħed fil-Ġermanja u tnejn fir-Renju Unit. Kienu kkonsultati żewġ assoċjazzjonijiet ta’ l-importaturi magħrufa. Dawn l-importaturi kienu jirrappreżentaw l-akbar volum rappreżentattiv tal-bejgħ ta’ l-importaturi magħrufa fil-Komunità (madwar 9%), li raġonevolment seta’ jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Fl-aħħarnett, ikkooperaw żewġ importaturi u bagħtu r-risposti għall-kwestjonarju.

36. L-iżvelar

37. Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-PRC u fit-Tajlandja u li jintemm il-proċediment rigward l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Malażja. Ingħataw ukoll perjodu li fih jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kienu imposti l-miżuri definittivi.

38. Il-kummenti orali u bil-miktub imressqa mill-partijiet interessati tqiesu, u fejn kien xieraq, is-sejbiet ġew modifikati skond dan.

C. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

39. Ġenerali

40. L-ixkejjer u l-basktijiet tal-plastik magħmula mill-polietelin ġeneralment jitqassmu permezz ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumaturi, li jużawhom prinċipalment biex iġorru l-oġġetti mixtrija, għall-ippakkjar ta’ l-ikel jew għar-rimi ta’ l-iskart domestiku.

41. Il-prodott ikkonċernat

42. Il-prodott ikkonċernat huwa l-ixkejjer u l-basktijiet tal-plastik, li fihom mill-inqas 20% tal-polietelin u ta’ ħxuna li ma teċċedix il-100 mikrometru (‘basktijiet tal-plastik’) li joriġinaw fil-PRC, fil-Malażja u fit-Tajlandja. Il-prodott ikkonċernat jaqa’ fil-kodiċijiet NM ex 3923 21 00, ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90.

43. Il-basktijiet tal-plastik huma prodotti mill-polimeri tal-polietelin permezz ta’ l-estrużjoni f’forma tubulari kontinwa, permezz ta’ l-injezzjoni ta’ l-arja, segwit mill-qtugħ, u fejn applikabbli mis-saldjar, mill-istampar u miż-żjieda ta’ mqabad u/jew ta’ sistemi ta’ għeluq. Il-basktijiet jistgħu jsiru minn diversi densitajiet ta’ polietelin u jiġu mħallta ma’ reżini jew addittivi oħra. Il-kompożizzjoni materjali se taffetwa l-proprjetajiet tal-basket bħas-saħħa, kemm idum iservi jew id-degradabilità li tista’ tkun meħtieġa għal diversi applikazzjonijiet.

44. Matul l-investigazzjoni, l-awtoritajiet tal-PRC u diversi esportaturi u importaturi argumentaw li l-ambitu ta’ l-investigazzjoni kien wiesa’ wisq għaliex inkluda oġġetti bħal boroż tal-plastik għall-ġarr tax-xirja, basktjiet għaż-żibel, boroż għall-friżer, basktijiet għall-frott u għall-ħaxix u oġġetti oħra li huma lkoll differenti f’termini ta’ karatteristiċi fiżiċi, prezz, kanali tal-bejgħ, użi aħħarija u ta’ perċezzjoni min-naħa tal-konsumatur. B’mod partikolari, esportatur wieħed u diversi importaturi talbu li l-basktijiet biż-żippijiet (basktijiet tal-politin b’funzjoni ta’ ssiġġilar permezz ta’ żip) għandhom jiġu esklużi mill-firxa ta’ l-investigazzjoni, minħabba l-allegati differenzi fil-materja prima, fil-proċess tal-produzzjoni, fid-dehra, fl-użu, fit-tqassim, fil-perċezzjoni tal-konsumatur u fil-prezz. Importatur ieħor għamel l-istess argument fir-rigward tal-basktijiet tal-flus, li allegatament għandhom xi karatteristiċi tekniċi u fiżiċi uniċi u huma manifatturati biss minn numru limitat ta’ kumpaniji.

45. Esportatur Malażjan argumenta wkoll li l-karatteristiċi brevettati tal-mekkaniżmu tat-tqassim ta’ wħud mill-basktijiet tal-ġarr tagħhom fisser li għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ l-investigazzjoni, ladarba l-basktijiet b’dawn il-karatteristiċi allegatament ma jistgħux jiġu prodotti mill-industrija Komunitarja. Madankollu din il-karatteristika brevettata, filwaqt li hija maħsuba biex tipprovdi vantaġġ funzjonali fil-konfront ta’ basktijiet oħra tal-ġarr, ma tirrapreżentax differenza suffiċjenti fil-karatteristiċi fiżiċi sabiex il-basktijiet konċernati jiġu meqjusa bħala prodott separat. Tabilħaqq, huma jibqgħu jistgħu jintużaw minflok basktijiet oħra tal-ġarr, kemm bis-sistemi brevettati simili jew mingħajrhom.

46. Filwaqt li huwa rikonoxxut li hemm tipi differenti ta’ basktijiet tal-plastik li huma mfassla għal applikazzjonijiet differenti, inklużi dawk li ssemmew aktar ’il fuq, l-investigazzjoni wriet li dawn it-tipi kollha ta’ basktijiet tal-plastik, inklużi dawk b’karatteristiċi brevettati, jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi: bażikament huma kontenituri flessibbli magħmula minn film tal-polietelin użat għall-ippakkjar u t-trasport ta’ l-oġġetti. L-użu tal-boroż tal-plastik huwa dejjem l-istess, għalkemm l-“oġġetti” li jkunu qed jiġu trasportati jew ippakkjati jistgħu jvarjaw (oġġetti tal-bejgħ bl-imnut, oġġetti ta’ l-ikel, skart). F’dan ir-rigward, għandu jingħad li r-Regolament bażiku ma jeħtieġx li l-investigazzjonijiet ikopru prodotti li huma identiċi fl-aspetti kollha, pereżempju f’termini ta’ proċess ta’ produzzjoni, prezz, kanali ta’ bejgħ, użi u perċezzjoni tal-konsumatur. Minflok, kienet il-prattika konsistenti tal-Kummissjoni li teħtieġ li biex it-tipi ta’ prodott jitqiesu bħala prodott uniku huwa biżżejjed li jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi bażiċi

47. Għaldaqstant, it-tipi differenti kollha ta’ basktijiet tal-plastik, li jaqgħu fil-kodiċijiet NM ex 3923 21 00, ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90 li joriġinaw fil-PRC, fil-Malażja u fit-Tajlandja jitqiesu bħala prodott uniku wieħed għall-fini ta’ l-investigazzjoni preżenti.

48. Il-prodott simili

49. Il-Kummissjoni sabet li l-basktijiet tal-plastik prodotti u mibjugħa fis-swieq domestiċi rispettiv fil-PRC, fil-Malażja (li anki serviet bħala pajjiż analogu) u fit-Tajlandja u dawk esportati lejn il-Komunità mill-pajjiżi konċernati, kif ukoll dawk prodotti u mibjugħa fil-Komunità mill-industrija Komunitarja, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-istess użi. Għalhekk qed jiġi konkluż li lkoll huma prodotti simili fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

D. ID- DUMPING

50. Il-metodoloġija ġenerali

51. Il-metodoloġija ġenerali stabbilita aktar ’l isfel ġiet applikata għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw kollha fil-Malażja u fit-Tajlandja, kif ukoll għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw Ċiniżi li ngħatalhom l-MET. Il-preżentazzjoni tas-sejbiet dwar id- dumping għal kull wieħed mill-pajjiżi konċernati għalhekk tiddeskrivi biss dak li huwa speċifiku għal pajjiż li jesporta.

52. Il-valur normali

53. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, għal kull produttur li jesporta, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ bejgħ ta’ din ix-xorta kienx daqs jew akbar minn 5% tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni korrispondenti lejn il-Komunità.

54. Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodott mibjugħa fis-suq domestiku mill-kumpaniji li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv b’mod ġenerali, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-kriterji użati kienu dawn li ġejjin: it-tip ta’ materja prima użata, id-dimensjonijiet, il-kuluri, l-istampar, l-għeluq, l-imqabad u l-preżentazzjoni tal-basktijiet tal-plastik.

55. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ prodott tqiesu bħala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni rrappreżenta 5% jew aktar tal-volum totali tat-tip ta’ prodott komparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

56. Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ basket tal-plastik mibjugħ fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi minn kull kumpanija f’kull pajjiż li jesporta setax jitqies bħala li sar tul il-kors ordinarju tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ domestiku profitabbli lill-klijenti indipendenti, ta’ kull tip ta’ prodott esportat, fis-suq domestiku matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni:

57. Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ’il fuq mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80% tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip,u fejn il-prezz medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) ta’ dak it-tip kien daqs jew ’il fuq mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv. Dan il-prezz kien ikkalkulat bħala l-medja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul l-IP, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx profitabbli jew le.

58. Fejn il-volum tal-bejgħ profitabbli ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80% jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) ta’ dak it-tip kien taħt l-ispża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala l-medja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-bejgħ profitabbli ta’ dak it-tip biss, sakemm dan il-bejgħ kien jirrappreżenta 10% jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip.

59. Fejn il-volum tal-bejgħ profitabbli ta’ kwalunkwe tip ta’ prodott kien jirrappreżenta inqas minn 10% tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, tqies li dan it-tip partikolari nbiegħ fi kwantitajiet biżżejjed biex il-prezz domestiku jipprovdi bażi xierqa għall-istabbiliment tal-valur normali.

60. Kulfejn il-prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur li jesporta ma setgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat valur normali mibni, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

61. Il-valur normali kien mibni billi jiġi miżjud ma’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati ta’ kull esportatur, aġġustati fejn ikun meħtieġ, ammont raġonevoli għall-bejgħ, għal infiq ġenerali u amministrattiv (‘SG&A’) u għal marġni raġonevoli ta’ profitt.

62. Fil-każijiet kollha, l-SG&A u l-profitt kienu stabbiliti skond il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-SG&A li sar u l-profitt imwettaq minn kull wieħed mill-produtturi li jesportaw ikkonċernati fis-suq domestiku kinux jikkostitwixxu data ta’ min jistrieħ fuqha.

63. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

64. Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu.

65. Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni sar permezz ta’ importaturi relatati bbażati fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien mibni, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati nbiegħu mill-ġdid għall-ewwel darba lil xerrej indipendenti, aġġustat b’mod xieraq għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll marġni raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti. F’dan ir-rigward, intużaw l-ispejjeż SG&A ta’ l-importaturi relatati stess. Il-marġni tal-profitt kien stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli mill-importaturi li mhumiex relatati li kkooperaw.

66. Il-paragun

67. Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

68. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffetwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għall-produtturi li jesportaw kollha li ġew investigati, fejn kien japplika u kien iġġustifikat ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, fit-trasport tal-merkanzija fuq l-oċean u fl-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, fl-immaniġġjar, fit-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, fl-ispejjeż ta’ l-ippakkjar, fl-ispejjeż tal-kreditu u fil-kummissjonijiet.

69. Il-marġnijiet tad- dumping

70. Skond l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad- dumping ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ paragun ta’ valur normali medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) skond it-tip ta’ prodott ma’ prezz ta’ l-esportazzjoni medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) skond it-tip ta’ prodott kif ġie stabbilit aktar ’il fuq.

71. Il-marġni tad- dumping għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw, li ppreżentaw irwieħhom skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, imma li ma kinux parti mill-kampjun, ġie stabbilit fuq il-bażi tal-medja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-marġnijiet tad- dumping tal-kumpaniji fil-kampjun skond l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

72. Kienet prattika konsistenti tal-Kummissjoni li tqis lill-produtturi li jesportaw relatati jew lill-produtturi li jesportaw li jappartjenu lill-istess grupp bħala entità waħda għad-determinazzjoni tal-marġni tad- dumping u b’hekk jiġi stabbilit marġni tad- dumping wieħed għalihom. B’mod partikolari, dan huwa minħabba li l-kalkolu ta’ marġnijiet tad- dumping individwali jista’ jinkoraġixxi l-elużjoni tal-miżuri anti-dumping , biex b’hekk isiru ineffettivi, billi l-produtturi li jesportaw relatati jkunu jistgħu jiggwidaw l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità permezz tal-kumapnija bil-marġni tad- dumping individwali l-aktar baxx.

73. Skond din il-prattika, il-produtturi li jesportaw relatati li jappartjenu lill-istess gruppi tqiesu bħala entità waħda u ġie attribwit lilhom marġni tad- dumping wieħed li kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-medja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-marġnijiet tad- dumping tal-produtturi li kkooperaw fil-gruppi rispettivi.

74. Sabiex jiġi ddeterminat il-marġni tad- dumping għall-produtturi li jesportaw li ma kkooperawx, l-ewwel ġie stabbilit il-livell ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni. Għal dan il-għan, il-volum ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità rrappurtat mill-produtturi li jesportaw li kkooperaw ġie pparagunat ma’ l-istatistiċi dwar l-importazzjonijiet ekwivalenti ta’ l-Eurostat.

75. Peress li l-livell ta’ kooperazzjoni fil-Malażja u t-Tajlandja kien għoli (’il fuq minn 85%), tqies li kien xieraq li jiġi ffissat il-marġni tad- dumping residwali għal kwalunkwe produttur li jesporta li ma kkooperax f’kull wieħed mill-pajjiżi konċernati fil-livell ta’ l-ogħla dazju impost fuq esportatur li kkoopera.

76. Fir-rigward taċ-Ċina, għandu jingħad li għalkemm il-kooperazzjoni kienet ġeneralment għolja, tliet produtturi esportaturi pprovdew tagħrif falz u qarrieq u għalhekk kienu ddikjarati li ma kkooperawx skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kif deskritt hawn taħt. Ladarba dawn il-kumpaniji deliberatament naqsu milli jikkooperaw, il-marġni ta' dumping li jifdal għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx fil-PRC ġie bbażat fuq il-fatti disponibbli. Għalhekk ġie kkunsidrat xieraq li l-marġni ta’ dumping li jifdal għandu jiġu stabbilit fil-livell ta’ l-ogħla marġni stabbiliti għal tipi rappreżentattivi imposti fuq esportaturi li jikkoperaw u li ma ngħatawx il-MET jew l-IT. Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-produtturi esportaturi li ma kkooperawx iddumpjaw il-prodott tagħhom f’livell inqas.

77. Il-Malażja

78. Il-valur normali

79. Tliet kumpaniji kellhom bejgħ domestiku rappreżentattiv. Madanakollu, minħabba n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tat-tipi domestiċi u dawk esportati, għal dawn il-kumpaniji kellu jinbena l-valur normali skond il-metodoloġija stabbilita aktar ’il fuq. Għat-tliet kumpaniji mingħajr bejgħ domestiku rappreżentattiv, il-valur normali wkoll kellu jinbena skond il-metodoloġija stabbilita aktar ’il fuq.

80. Għat-tliet kumpaniji b’bejgħ domestiku rapreżentattiv, il-profitt tagħhom li sar matul il-kors ordinarju tal-kummerċ intuża biex jinbena l-valur normali tagħhom, kif ukoll l-SG&A domestiku bbażat fuq il-bejgħ domestiku tagħhom.

81. Għat-tliet kumpaniji mingħajr bejgħ domestiku rappreżentattiv, ammont għal infiq SG&A ġie ddeterminat fuq il-bażi ta’ l-SG&A medju tat-tliet kumpaniji b’bejgħ domestiku.

82. Ladarba esportatur Malażja n wieħed biss kellu bejgħ domestiku tal-prodott simili li kien profitabbli b’mod ġenerali, il-livell medju tal-profitt miksub fuq il-bejgħ domestiku ta’ l-istess kategorija ġenerali tal-prodotti, 5.5%, intuża biex jinbena valur normali għat-tliet kumpanija bla ebda bejgħ domestiku, skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku.

83. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

84. Is-sitt produtturi li jesportaw għamlu bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu fil-Komunità u fl-Indoneżja. Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni sar permezz ta’ importaturi relatati bbażati fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien mibni, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, kif ġie stabbilit fil-premessa 53 t’aktar ’il fuq.

85. Il-paragun

86. Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu pparaguniti qabel ma ġew inklużi x-xogħlijiet, kif ġie deskritt fil-premessi 54 u 55 t’aktar ’il fuq, b’aġġustamenti, fejn ikun xieraq, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

87. Għall-bejgħ iggwidat mill-Indoneżja, ġie applikat aġġustament ta’ 3.3% għall-kummissjonijiet skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. L-ammont għall-kummissjonijiet kien ibbażat fuq il-bejgħ, fuq l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi tal-kumpanija Indoneżjana flimkien ma’ marġni ta’ profitt ta’ 3%. Meta jitqies li l-profitt tal-kumpanija Indoneżjana kien influwenzat mill-bejgħ bejn il-kumpaniji relatati, il-marġni tal-profitt ta’ 3% kien iddeterminat fuq il-bażi ta’ dak miksub minn kummerċjant mhux relatat.

88. Esportatur ieħor qal li mal-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom fil-Komunità għandu jiġi miżjud aġġustament sabiex jiġi spjegat il-fatt li l-kuntratt aħħari tagħhom (wara l-IP) mal-klijenti aħħari jagħti lok għal żjieda fil-prezz, allegatament biex jikkumpensa lill-esportatur għat-telf li ġarrab matul l-IP minħabba ż-żjieda fil-materja prima. Minħabba li ma sar l-ebda aġġustament fil-prezz matul l-IP u mhemm l-ebda evidenza ta’ relazzjoni bejn il-kuntratt il-ġdid u l-evoluzzjoni mgħoddija ta’ l-ispejjeż, dan ma jistax jingħata.

89. Il-marġnijiet tad- dumping

90. Il-marġnijiet tad- dumping , espressi bħala perċentwali tal-prezz ta’ l-importazzjoni tas-CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Dragonpak Industries (M) S/B, Johor Bahru | 0 % |

Europlastics Malaysia S/B, Shah Alam | 0 % |

Hond Tat Industries S/B, Klang | 4,0 % |

Plastic V S/B, Klang | 0 % |

Poly Carrier Industries S/B, Klang | 0 % |

Sido Bangun S/B, Negri Sembilan | 9,1 % |

Il-produtturi li jesportaw li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun | 7,3 % |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 9,1 % |

91. Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-livell tad- dumping mal-pajjiż kollu għall-Malażja jistax jintwera li huwa ’l fuq mil-livell de minimis ta’ 2% kif provdut fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Tqies li kien xieraq għal dan il-fini li r-riżultati tal-kampjun jiġu estrapolati, inklużi l-kumpaniji bla ebda dumping , biex jiġi stmat il-livell tad- dumping tal-kumpaniji li ma ttieħdux bħala kampjun. L-ammont tad- dumping fil-kampjun, espress bħala perċentwali tal-valur CIF ta’ l-esportazzjonijiet tal-kampjun, kien taħt it-2%. Għalhekk, il-marġni tad- dumping ġenerali, li kien stabbilit għall-Malażja kien taħt il-livell de minimis . F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-proċediment għandu jintemm rigward l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fil-Malażja u m’għandu jkun impost l-ebda dazju.

92. L-industrija Komunitarja argumentat li l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku ma jipprovdix għad-determinazzjoni ta’ marġni tad- dumping de minimis mal-pajjiż kollu.

93. L-interpretazzjoni ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni. L-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku jiddikjara b’mod ċar li proċediment irid jintemm fejn il-marġni tad- dumping huwa inqas minn 2%. Peress li proċediment jinfetaħ kontra pajjiż, dan jirreferi speċifikatament għal marġni mal-pajjiż kollu.

94. L-industrija Komunitarja argumentat ukoll li l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku jipprovdi li marġnijiet żero u dawk de minimis m’għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkulat id-dazju tad- dumping applikabbli għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw li huma barra mill-kampjun. Madanakollu, dan l-artikolu jistabbilixxi sempliċement dazju massimu applikabbli għal dawk il-produtturi li jesportaw, meta għandhom jiġu applikati d-dazji. Minħabba li l-produtturi li jesportaw Malażjani sabu li d- dumping jirrappreżenta biss sehem minuri mill-esportazzjonijiet totali mill-Malażja, tqies li kien xieraq, kif jissemma fil-premessa 72 t’aktar ’il fuq, li l-kalkolu ta’ mal-pajjiż kollu jiġi bbażat fuq l-estrapolazzjoni tar-riżultati tal-kampjun kollu.

95. It-Tajlandja

96. Il-valur normali

97. Tliet kumpaniji kellhom bejgħ domestiku rappreżentattiv b’mod globali. Madanakollu, minħabba n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tat-tipi domestiċi u ta’ dawk esportati, il-valur normali għal dawn il-kumpaniji kellu jinbena skond il-metodoloġija ffissata aktar ’il fuq. Għall-kumpaniji mingħajr bejgħ domestiku rappreżentattiv, il-valur normali wkoll kellu jinbena skond il-metodoloġija stabbilita aktar ’il fuq.

98. Għal dawk it-tliet kumpaniji, intuża l-SG&A domestiku bbażat fuq il-bejgħ domestiku tagħhom stess. Għaż-żewġ kumpaniji mingħajr bejgħ domestiku rappreżentattiv, ġie ddeterminat ammont għall-infiq SG&A fuq il-bażi ta’ l-SG&A medju tat-tliet kumpaniji b’bejgħ domestiku.

99. Għal żewġ kumpaniji b’bejgħ domestiku rappreżentativ, intuża l-profitt li sar tul il-kors ordinarju tal-kummerċ Għat-tielet kumpanija b’bejgħ domestiku rappreżentativ, ma setax jintuża l-profitt tagħha stess minħabba li inqas minn 10% tal-bejgħ sar tul il-kors ordinarju tal-kummerċ.

100. Ladarba l-ebda esportatur Tajlandiż ma kellu bejgħ domestiku profitabbli b’mod ġenerali, intuża marġni tal-profitt raġonevoli, ibbażat fuq il-profitt ta’ kumpanija Tajlandiża fuq il-bejgħ fis-suq domestiku ta’ l-istess kategorija ġenerali tal-prodotti, biex jinbena valur normali għaż-żewġ kumpanija bla ebda bejgħ domestiku, u għall-kumpanija waħdanija li għandha inqas minn 10% tal-bejgħ domestiku li sar tul il-kors ordinarju tal-kummerċ, skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku.

101. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

102. L-esportazzjonijiet tal-ħames produtturi li jesportaw li kkooperaw saru direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità. Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni għalhekk kienu bbażati fuq il-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

103. Il-paragun

104. Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu pparagunati qabel ma ġew inklużi x-xogħlijiet, kif ġie deskritt aktar ’il fuq, b’aġġustamenti, fejn kien xieraq, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

105. Il-marġnijiet tad- dumping

106. Il-marġnijiet tad- dumping , espressi bħala perċentwali tal-prezz ta’ l-importazzjoni tas-CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

King Pac Industrial Co Ltd., Chonburi u Dpac Industrial Co., Ltd., Bangkok | 14,3 % |

Multibax Public Co., Ltd., Chonburi | 5,1 % |

Naraipak Co., Ltd. u Narai Packaging (Thailand) Ltd., Bangkok | 10,4 % |

Sahachit Watana Plastic Industry Co., Ltd., Bangkok | 6,8 % |

Thai Plastic Bags Industries Co., Ltd., Nakhonpathom | 5,8 % |

Il-produtturi li jesportaw li kkoooperaw li mhumiex fil-kampjun | 7,9 % |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 14,3 % |

107. Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

108. It-trattament ta’ ekonomija tas-suq (MET) u t-trattament individwali

109. Fl-investigazzjonijiet anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fil-PRC, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku għal dawk il-produtturi li jesportaw li nstab li kienu jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c). Fil-qosor, u għal referenza aktar faċli biss, dawn il-kriterji huma miġbura fil-qosor hawn isfel:

110. id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kondizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa ta’ l-Istat;

111. ir-rekords tal-kontabilità jiġu vverifikati b’mod indipendenti, skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u jiġu applikati għall-finijiet kollha;

112. mhemm l-ebda tgħawwiġ sinifikanti li nżamm mis-sistema ta’ qabel li mhix ta’ ekonomija tas-suq;

113. iċ-ċertezza u l-istabbiltà legali jiġu provduti mil-liġijiet dwar il-falliment u dwar il-proprjetà; u

114. il-kambji tal-munita jsiru skond ir-rata tas-suq.

115. Mill-produtturi li jesportaw li kkooperaw fil-PRC meqjusa għat-teħid ta’ kampjuni, 108 talbu MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u rrispondew għall-formola tat-talba għall-MET għall-produtturi li jesportaw fl-iskadenzi taż-żmien mogħtija. 3 kumpaniji talbu l-IT biss u rritornaw il-formola tat-talba għall-MET parzjalment mimlija kif kien mitlub. Għall-għaxar kumpaniji investigati, il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni mressqa fit-talbiet għall-MET fl-uffiċċji tal-kumpaniji konċernati.

116. Ġie konkluż li mill-għaxar produtturi li jesportaw Ċiniżi li kienu investigati, disgħa wrew li jissodisfaw il-ħames kriterji ta’ l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, u għalhekk għandhom jingħataw l-MET, filwaqt li l-produttur esportat li fadal m’għandux jingħata l-MET.

117. Barra minn hekk, għaż-żewġ produtturi li jesportaw Ċiniżi investigati li jifdal u għall-produttur wieħed li jesporta mhux magħżul fil-kampjun, instab li dawn ipprovdew informazzjoni falza u li tiżvija fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

118. Żewġ produtturi li jesportaw ma ddikjarawx ir-relazzjoni ta’ bejniethom fit-tweġibiet rispettivi tagħhom għall-formola tat-talba ta’ l-ekonomija tas-suq u fit-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ l- anti-dumping u wieħed minnhom ressaq evidenza falza sabiex parzjalment jaħbi r-relazzjoni eżistenti.

119. F’dan il-kuntest għandu jingħad li hija prattika konsistenti tal-Kummissjoni li teżamina jekk grupp ta’ kumpaniji relatati, b’mod sħiħ, jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-MET. Dan huwa meħtieġ biex jiġi evitat l-iggwidar tal-bejgħ ta’ grupp ta’ kumpaniji permezz ta’ waħda mill-kumpaniji relatati fil-grupp b’rata ta’ dazju individwali u bi status tal-MET individwali, jekk jiġu imposti l-miżuri. Għalhekk, f’każijiet fejn kumpanija sussidjarja jew kwalunkwe kumpanija relatata oħra tkun il-produttriċi u/jew il-bejjiegħa tal-prodott ikkonċernat, il-kumpaniji l-oħra kollha relatati għandhom ikunu dikjarati bħala relatati sabiex ikun żgurat li l-kumpaniji relatati jirċievu marġni wieħed ta’ dumping , jekk jiġu imposti l-miżuri. Barra minn hekk, il-kumpaniji relatati kollha involuti fil-produzzjoni jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat għandhom jipprovdu tweġiba għall-formola tat-talba għall-MET sabiex tkun tista’ ssir verifika ta’ jekk huma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi kollha relatati ikollhom ukoll iwieġbu għall-kwestjonarju.

120. Fil-każ preżenti, għalkemm iż-żewġ kumpaniji wettqu b’mod individwali l-obbligu tagħhom li jissottomettu formola għat-talba tal-MET, il-kumpaniji relatati ppruvaw jaħbu r-relazzjoni tagħhom. Peress li r-relazzjoni ma kinitx żvelata, waħda miż-żewġ kumpaniji relatati ma kinitx investigata flimkien ma’ l-oħra li kienet magħżula fil-kampjun, kif normalment ikun il-każ. L-informazzjoni mressqa lill-Kummissjoni għalhekk ma ppermettietx investigazzjoni xierqa tal-kumpaniji kollha relatati fil-grupp. Dan wassal biex ma setax ikun stabbilit jekk il-grupp, b’mod sħiħ, issodisfax il-kundizzjonijiet għall-MET.

121. B’dan il-mod, kemm il-produttur li jesporta investigat u l-kumpanija relatata tiegħu, produttur involut fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, kienu ddikjarati bħala produtturi li jesportaw li ma kkooperawx.

122. Għall-kumpanija l-oħra li jifdal, instabet evidenza li din kienet konxjament ressqet informazzjoni żbaljata fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju f’dak li kellu x’jaqsam mal-bejgħ għall-esportazzjoni kif ukoll ressqet fatturi ta’ l-esportazzjoni falsifikati matul iż-żjara ta’ verifika, kif stabbilit fil-premessa (112) ta’ hawn taħt. Ġie meqjus li peress li din il-kumpanija kienet ġiet dikjarata bħala esportatur li ma kkooperax, ma kienet relevanti l-ebda determinazzjoni fir-rigward tat-talba tagħha għall-MET, ladarba ma seta’ jiġi kkalkolat l-ebda marġni għal din il-kumpanija fiċ-ċirkostanzi preżenti.

123. Il-prodotturi li jesporataw ikkonċernati u l-industrija Komunitarja ngħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar is-sejbiet ta’ hawn fuq.

124. Il-produttur li jesporta Ċiniż li fadal u li ġie msemmi fil-premessa (85) ma setax juri li ssodisfa l-kriterji 1, 2 u 3 t’aktar ’il fuq u għalhekk ġie rrifjutat l-MET. L-investigazzjoni ta’ din il-kumpanija u tal-kumpaniji relatati tagħha wriet li dan il-grupp jinkludi żewġ entitatijiet li jipproduċu, b’waħda tkun il-kumpanija Ċiniża u l-oħra tkun fergħa fiċ-Ċina tal-kumpanija parent ta’ Ħong Kong. Il-kumpanija ma setgħetx turi li l-ġestjoni ta’ din il-fergħa mhix influwenzata mill-Istat Ċiniż. Barra minn hekk, il-liċenzja tan-negozju tal-kumpanija li tipproduċi Ċiniża tiddikjara li perċentwali minima tal-produzzjoni għandha tiġi esportata. Il-kumpanija qalet li setgħet tikseb il-permess li tbiegħ fis-suq domestiku mill-awtoritajiet lokali, jiġifieri tikseb liċenzja ta’ negozju mhux ristrett. Madanakollu, ma ssostanzjatx din l-allegazzjoni u lanqas ma talbet għat-tneħħija tar-restrizzjoni appartenti mil-liċenzja tan-negozju tagħha, lanqas ma bidlet l-Artikoli ta’ l-Assoċjazzjoni tagħha fejn ir-rekwiżit għall-esportazzjoni ma kienx inkluż. Għaldaqstant, qed jiġi konkluż li l-kumpanija ma pprovdietx biżżejjed evidenza li tista’ tbigħ bil-libertà kollha u b’mod flessibbli skond is-sinjali tas-suq, li kieku jinkludi li tista’ tbiegħ fis-suq domestiku. Din ir-restrizzjoni ġejja minn interferenza sinifikanti min-naħa ta’ l-Istat, jiġifieri liċenzja tan-negozju li tillimita l-ambitu ta’ l-attività tal-kumpanija rigward is-suq ta’ l-esportazzjonijiet.

125. Dak li ntqal aktar ’il fuq ifisser li t-talba tal-kumpanija għal trattament individwali (‘IT’) ġiet irrifjutat ukoll għaliex il-kumpanija ma ssodisfatx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5)(b), jiġifieri li l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni kienu ddeterminati bil-libertà kollha.

126. Rigward il-kriterju 2, meta jitqies li l-fergħa tal-kumpanija parent ta’ Ħong Kong tiġi ġestita fuq bażi ta’ flus kontanti, jitqies li l-kontijiet tagħha ma jikkonformawx mal-prinċipju ta’ l-akkumulazzjoni skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (‘IAS’). Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ separazzjoni fl-operazzjonijiet ta’ din il-fergħa minn dawk tal-kumpanija li tipproduċi l-oħra jixħet dubji serji fuq kemm huma eżatti l-kontijiet taż-żewġ entitajiet, b’mod partikolari fejn għandhom x’jaqsmu l-ispejjeż. Għalhekk, it-tieni kriterju għall-MET ma jistax jitqies li ġie sodisfatt.

127. Fejn għandhom x’jaqsmu d-drittijiet għall-użu ta’ l-art u għall-bini ta’ fabbrika ta’ din il-fergħa, il-kumpanija ma wrietx b’mod ċar kif kienu akkwistati, jew jekk humiex soġġetti għal deprezzament. Għalhekk, it-tielet kriterju għall-MET ma jistax jitqies li ġie sodisfatt jekk jitqies li l-kumpanija ma wrietx li l-ebda tgħawwiġ ma nżamm mis-sistema ta’ qabel li mhix ta’ ekonomija tas-suq f’relazzjoni mad-drittijiet għall-użu ta’ l-art u ta’ l-akkwist tal-bini tal-fabbrika.

128. Produttur li jesporta Ċiniż ieħor fil-liċenzja tan-negozju u fl-Artikoli ta’ l-Assoċjazzjoni tiegħu, kellu dispożizzjoni li tiddikjara li 100% tal-produzzjoni tal-kumpanija għandha tkun esportata. Bħala tali, il-kumpanija kienet soġġetta għal obbligu ta’ esportazzjoni matul l-IP u l-Kummissjoni għall-bidu kkonkludiet li ma kinitx ħielsa li tieħdu deċiżjonijiet dwar negozju skond is-sinjali tas-suq u għalhekk, l-ewwel kriterju għall-MET ma kienx sodisfatt. Madanakollu, din il-kumpanija ressqet evidenza li dawn ir-restrizzjonjiet tneħħew f’Marzu 2006. Il-kumpanija ssostanzjat ukoll id-deċiżjoni tagħha li ma tbigħx fis-suq domestiku fil-perjodu sa u li jinkludi l-IP billi pprovdiet evidenza li din id-deċiżjoni ttieħdet esklużivament minħabba s-sitwazzjoni tal-kumpanija u tal-prospetti tas-suq tagħha, u għalhekk minkejja r-rekwiżit tal-bejgħ mill-esportazzjoni fil-liċenzja tan-negozju, tabilħaqq, kienet ħielsa mill-interferenza min-naħa ta’ l-Istat. Minħabba li l-liċenzja tan-negozju tal-kumpanija m’għadiex tinkludi r-rekwiżit tal-bejgħ mill-esportazzjoni, u li l-kumpanija ssostanzjat il-pretensjoni tagħha li r-restrizzjoni apparenti diġà ma kinitx tapplika aktar qabel ma tneħħiet, il-kumpanija tissodisfa l-ewwel kriterju għall-MET.

129. Il-gvern Ċiniż u diversi esportaturi argumentaw li l-Kummissjoni ħadet deċiżjoni biss dwar l-istatus tal-MET tal-kumpaniji li ntgħażlu fil-kampjun, u għalhekk naqset milli tindirizza t-talbiet għall-MET ta’ madwar 100 kumpanija li ma ntgħażlux fil-kampjun. Skond it-talba tagħhom, il-Kummissjoni hija obbligata li tieħu deċiżjonijiet individwali fir-rigward tat-talbiet mressqa għall-MET irrispettivament minn jekk l-esportatur ikunx magħżul fil-kampjun jew le.

130. Għandu jingħad li f’dan il-proċediment il-Kummissjoni kienet iffaċċjata b’numru mingħajr preċedenti ta’ esportaturi li kkooperaw, jiġifieri aktar minn 100. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni kellha tiżgura li l-investigazzjoni tkun tista’ titwettaq bir-riżorsi disponibbli, fil-qafas legali ta’ żmien u mingħajr ma tikkomprometti l-istandards ta’ valutazzjoni tat-talbiet għall-MET.

131. Il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjoni eżistenti dwar it-teħid ta’ kampjuni (l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku) tinkludi b’mod sħiħ is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jitolbu MET. Tabilħaqq, bin-natura ta’ l-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni l-esportaturi huma mċaħħda l-valutazzjoni individwali kemm fil-pajjiżi ta’ l-ekonomija tas-suq u kemm f’ekonomija tranżitorji, u l-konklużjonijiet milħuqa għall-kampjun huma estiżi għalihom.

132. L-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku jistabbilixxi metodu ġenerali biex ikunu trattati sitwazzjonijiet fejn eżaminazzjoni individwali ma tkunx aktar possibbli minħabba n-numru kbir ta’ kumpaniji involuti, jiġifieri l-użu tal-kampjun rappreżentattiv. M’hemm l-ebda raġuni għala dan il-metodu ma jistax ikun applikat bl-istess mod fejn in-numru kbir ta’ kumpaniji involuti jinkludu numru kbir ta’ kumpaniji li jitolbu MET.

133. Tabilħaqq, il-kwistjoni ta’ jekk kumpanija magħżula fil-kampjun applikatx għal jew irċivietx MET/IT jew le hija kwistjoni teknika u hija rilevanti biss għall-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-marġni tad- dumping . Din teffettwa biss id- data użata għall-kalkolazzjoni tad- dumping , jiġifieri jekk tintużax id- data tal-kumpanija nnifisha jew id- data analoga tal-pajjiż. Bħal fi kwalunkwe każ ieħor ta’ teħid ta’ kampjuni, jiġi stabbilit medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-kumpaniji kollha magħżula fil-kampjun, irrispettivament mill-metodoloġija applikata għall-kalkolu tad- dumping fir-rigward ta’ kull kumpanija bħala riżultat tal-valutazzjoni MET/IT. Il-MET/IT għalhekk m’għandux iċaħħad l-applikazzjoni tat-tekniki normali ta’ teħid ta’ kampjuni.

134. Il-prinċipju ewlieni tat-teħid ta’ kampjuni huwa li jibbilanċja l-ħtiġijiet amministrattivi sabiex jippermetti valutazzjoni tal-każ f’perjodu xieraq ta’ żmien u fi ħdan il-marġni ta’ dati mandatorji ta’ skadenza, b’analiżi individwalizzata bl-aħjar possibbli. In-numru ta’ talbiet għall-MET f’dan il-każ kien tant kbir li l-eżaminazzjoni individwali tat-talbiet – kif ġieli jiġri f’każi oħra – kienet amministrattivament impossibbli. Għalhekk, tqis raġonevoli li jkun applikat bl-istess mod lill-kumpaniji kollha mhux magħżula fil-kampjun il-medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ mejda ta’ fatturi) tal-marġni li rriżulta mill-kumpaniji kollha magħżula fil-kampjun, skond il-kriterji stabbiliti fil-premessa (17), mingħajr ma ssir l-ebda distinzjoni bejn il-kumpaniji li jiksbu l-MET/IT jew le.

135. L-industrija Komunitarja kkontestat l-għoti tal-MET lil 5 mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw aktar ’il fuq.

136. L-industrija Komunitarja argumentat li waħda mill-kumpaniji li ngħatat l-MET titqies b’mod wiesa’ bħala kumpanija Statali, u li billi sa ftit ilu kienet waħda mill-gruppi kummerċjali ewlenin proprjetà ta’ l-Istat, għadu probabbli li tibbenefika minn pożizzjoni ta’ favur rigward l-Istat Ċiniż, u li tkun influwenzata minnu. L-industrija Komunitarja ġibdet ukoll l-attenzjoni għall-fatt li t-trasferiment ta’ l-assi mill-kumpanija li qabel kienet proprjetà ta’ l-Istat għall-kumpanija korrenti għandha effetti pontenzali li ġejjin mill-imgħoddi. Il-Kummissjoni vverifikat l-istrutturi ta’ sjieda u ta’ kontroll ta’ din il-kumpanija u kkonkludiet li sa mill-2002 ġiet ġestita minn investituri privati, ħielsa mill-kontroll ta’ l-Istat. Il-Kummissjoni eżaminat ukoll it-trasferiment ta’ l-assi mill-kumpanija proprjetà ta’ l-Istat u hija sodisfatta li sar f’kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq. Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li għandha tisfida dawn il-konklużjonijiet. L-industrija Komunitarja argumentat ukoll li minħabba li l-kumpanija bbenefikat minn sussidju fuq l-esportazzjoni, m’għandiex tingħata l-MET. Madanakollu, l-ammont u n-natura ta’ dan is-sussidju ma jiġġustifikawx li l-MET ikun irrifjutat.

137. Dwar kumpanija oħra li ngħatat l-MET, l-industrija Komunitarja qalet li ladarba l-esportazzjonijiet tagħha huma fil-biċċa l-kbira manifatturati permezz ta’ arranġamenti għal ħlas għal servizz mal-kumpanija msemmija aktar ’il fuq, għandha wkoll tkun irifjutata l-MET. Madanakollu, jekk jitqies li nstab li l-kumpanija msemmija l-ewwel tissodisfa l-kriterji għall-MET, mhemm l-ebda raġuni biex jitqies li din il-kumpanija ma tissodisfax il-kriterji minħabba l-arranġament ta’ ħlas minħabba servizzi bejn iż-żewġ kumpaniji.

138. Dwar it-tielet kumpanija li ngħatat l-MET, l-industrija Komunitarja qieset li l-fatt li l-kumpanija għad trid tagħmel profitt ifisser li ma jistax ikun li qed topera skond kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq. Madanakollu, il-Kummissjoni qieset li dan mhux anormali matul il-fażi tal-bidu u huwa kompatibbli mal-kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq. L-industrija Komunitarja argumentat ukoll li l-fatt li l-liċenzja tan-negozju tal-kumpanija matul l-IP inkludiet rekwiżit ta’ esportazzjoni minima mhux kompatibbli ma’ l-ewwel kriterju għall-MET. Il-Kummissjoni madanakollu tqis li dan ma jammontax għal restrizzjoni effettiva matul l-IP. L-ewwelnett, peress li r-restrizzjoni tneħħiet fil-liċenzja tan-negozju ta’ l-2005, u t-tieni minħabba li l-perċentwali tal-bejgħ mill-esportazzjoni kien dejjem ferm ’il fuq mil-limitu stipulat fil-liċenzja tan-negozju l-antika, li jindika li r-restrizzjoni fil-liċenzja tan-negozju diġà ma kinitx tapplika aktar. Fl-aħħarnett, l-industrija Komunitarja argumentat li rimarka ta’ awditur dwar il-valutazzjoni tal-materja prima minn din it-tielet kumpanija tfisser li l-kontijiet tagħha mhumiex ta’ min jistrieħ fuqhom. Il-Kummissjoni madanakollu tqis li l-fatt li l-awditur għamel din ir-rimarka, u li l-kumpanija ħadet miżuri biex tirrettifika s-sitwazzjoni, tikkonferma li l-kontijiet jiġu verifikati b’mod indipendenti u huma ta’ min jistrieħ fuqhom.

139. Dwar ir-raba’ kumpanija li ngħatat l-MET, l-industrija Komunitarja qalet li kien hemm interferenza min-naħa ta’ l-Istat fil-politika dwar ix-xogħol tal-kumpanija minħabba li l-amministrazzjoni lokali approvat il-kuntratt tax-xogħol użat. Madanakollu, din l-approvazzjoni kienet għall-istruttura tal-kuntratt mudell, u mhux għat-termini speċifiċi tiegħu. Bħala tali, dan ma tqiesx bħala interferenza min-naħa ta’ l-Istat.

140. Fl-aħħarnett, l-industrija Komunitarja ma qablitx ma’ l-għoti ta’ l-MET lill-ħames kumpanija li l-Artikoli ta’ l-Assoċjazzjoni tagħha, matul l-IP, kienu jinkludu dispożizzjoni li l-produzzjoni kollha għandha tkun esportata. Madanakollu, din il-kumpanija biegħet il-prodott ikkonċernat fis-suq domestiku Ċiniż kemm qabel kif ukoll matul l-IP. Fl-2005, il-kumpanija neħħiet kwalunkwe restrizzjoni mill-Artikoli ta’ l-Assoċjazzjoni tagħha u f’dawn iċ-ċirkostanzi mhemm l-ebda raġuni biex ma tingħatax l-MET.

141. Iż-żewġ produtturi li jesportaw Ċiniżi msemmija fil-premessi (87) sa (90) li kienu ddikjarati bħala li ma kkooperawx, ma qablux mal-konklużjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-fatt li huma għandhom jiġu ttrattati bħala li ma kkooperawx u li għalhekk għandhom jiġu miċħuda l-MET. Madankollu, il-kumpaniji ma pprovdewx spjegazzjoni jew element konvinċenti li seta’ jċaħħad l-evidenza li għandha l-Kummissjoni u li nġabret matul iż-żjajjar ta’ verifika fuq il-post fil-bini ta’ waħda mill-kumpaniji. Għalhekk ġie kkonfermat li dawn għandhom jiġu ttrattati bħala produtturi li ma kkooperawx fil-proċediment u għalhekk ġew miċħuda l-MET.

142. Il-Kumitat Konsultattiv kien ikkonsultat u l-partijiet direttament ikkonċernati kienu informati b’dan. L-argumenti ewlenin imqajma mill-esportaturi u mill-industrija Komunitarja diġà ġew diskussi aktar ’il fuq.

143. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni ma’ l-investigazzjoni min-naħa tal-kumpaniji

144. Il-Kummissjoni rċiviet diversi allegazzjonijiet fir-rigward tal-kumpanija deskritta fl-aħħar parti tal-premessa (86) li esprimiet dubju dwar il-validità ta’ l-informazzjoni riċevuta mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni fuq il-post, fit-talbiet għall-MET u fit-tweġibiet għall-kwestjonarju. Dawn l-allegazzjoni ġew verifikati u fil-fatt instab li l-fatturi ta’ l-esportazzjoni sottomessi waqt il-verifika fuq il-post setgħu ġew manipolati sabiex jidher ammont ferm għola fil-prezz għall-esportazzjoni.

145. L-evidenza kienet ippreżentata lill-kumpanija, li kkontestat l-opinjoni li dan kien biżżejjed biex il-kumpanija titqies bħala li ma kkooperatx fl-investigazzjoni taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Madankollu, ma setgħetx tispjega d-differenza bejn dawn id-dokumenti, u għalhekk ġie konfermat li din għandha tkun ittrattata bħala kumpanija li ma kkooperatx fil-proċediment. Tabilħaqq, minħabba n-natura tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni, jiġifieri s-sottomissjoni ta’ informazzjoni żbaljata u l-falsifikazzjoni ta’ dokumenti, kif ukoll iż-żmien meta dan ġie żvelat, jiġifieri qrib it-tmiem ta’ l-investigazzjoni, l-informazzjoni mressqa minn din il-kumpanija għandha tiġi miċħuda kompletament peress li ma jistax jiġi eskluż li informazzjoni u dokumenti oħra huma effettwati bl-istess mod b’imġiba ta’ dan it-tip.

146. Il-valur normali

147. Id-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ngħataw l-MET

148. Tliet kumpaniji mis-sebgħa li ngħataw l-MET kellhom bejgħ domestiku li kien rappreżentattiv b’mod globali. Madanakollu, minħabba n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tat-tipi domestiċi u dawk esportati, għal dawn il-kumpaniji il-valur normali kellu jinbena skond il-metodoloġija stabbilità aktar ’il fuq. Għall-erba’ kumpaniji mingħajr bejgħ domestiku rappreżentattiv li fadal, il-valur normali wkoll kellu jinbena skond il-metodoloġija stabbilita aktar ’il fuq.

149. Għat-tliet kumpaniji b’bejgħ domestiku rappreżentattiv, intuża l-profitt tagħhom li sar tul il-kors ordinarju tal-kummerċ, kif ukoll l-SG&A domestiku bbażat fuq il-bejgħ domestiku tagħhom.

150. Għall-erba’ kumpaniji li fadal li ngħataw l-MET u li ma kellhomx bejgħ domestiku rappreżentattiv, ammont għall-infiq SG&A kien iddeterminat fuq il-bażi ta’ l-SG&A medju tat-tliet kumpaniji b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

151. Peress li produttur li jesporta Ċiniż wieħed biss li ngħata l-MET kellu bejgħ domestiku ġenerali bi qligħ tal-prodott simili, intuża marġni raġonevoli ta’ profitt ibbażat fuq il-profitt ta’ din il-kumpanija waħda fuq il-bejgħ fis-suq domestiku ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti sabiex jinbena valur normali għall-erba’ kumpaniji li ma kellhomx bejgħ domestiku, skond l-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku.

152. Id-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatawx l-MET

153. Il-pajjiż analogu

154. Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, f’ekonomiji fi tranżizzjoni, il-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatawx l-MET irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur mibni f’pajjiż analogu.

155. Fl-avviż tal-bidu, l-Istati Uniti kienu proposti bħala pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit valur normali għall-PRC. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jikkumentaw dwar dan.

156. Diversi partijiet interessati ressqu kummenti fejn ġew proposti l-Malażja , it-Tajlandja, l-Indoneżja jew l-Indja bħala pajjiż analogu. Diġà kienet disponibbli informazzjoni li tirrelata mal-produtturi fil-Malażja u fit-Tajlandja permezz tal-kooperazzjoni tagħhom f’din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, ġew ikkuntattjati kumpaniji magħrufa oħra fl-Istati Uniti, fl-Indoneżja u fl-Indja sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn il-pajjiżi jistgħux jintużaw bħala pajjiżi analogi. Kumpanija waħda biss fl-Istati Uniti u żewġ kumpaniji fl-Indja indikaw li kienu lesti li jikkooperaw, imma ma waslet l-ebda risposta għall-kwestjonarju minn kwalunkwe wieħed minn dawn il-produtturi.

157. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-kumpaniji fil-pajjiżi analogi possibbli l-oħra, kienet eżaminata kemm kienet adattata l-Malażja. Instab li l-Malażja għandha suq domestiku rappreżentattiv, fejn medda wiesgħa ta’ tipi tal-prodott ikkonċernat jiġu prodotti u mibjugħa u numru kbir ta’ fornituri żguraw livell biżżejjed ta’ kompetizzjoni. L-investigazzjoni stabbiliet li sar bejgħ domestiku sinfikanti tul il-kors ordinarju tal-kummerċ minn tliet produtturi li jesportaw li kkooperaw li ttieħdu bħala kampjun fil-Malażja.

158. Wara l-iżvelar tad-dokument ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni li ppropona lill-Malażja bħala pajjiż analogu, l-industrija Komunitarja argumentat li l-Kummissjoni għandha tuża lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika bħala pajjiż analogu, minħabba s-suq domestiku żgħir fil-Malażja u d-dazji fuq l-importazzjoni għoljin li hemm fis-seħħ meta jiġu pparagunati ma’ dawk ta’ l-Istati Uniti.

159. Dan l-argument kien irrifjutat minħabba l-bejgħ domestiku sinfikanti fil-Malażja tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, instab li filwaqt li d-dazji fuq l-importazzjoni fil-Malażja kienu għoljin (30%), l-importazzjonijiet mill-pajjiżi ASEAN, li kienu sinifikanti, ibbenefikaw minn rata preferenzjali (5%) li kienet skond id-dazji fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Ta’ min jinnota wkoll li minkejja l-aħjar sforzi tal-Kummissjoni, ma waslet l-ebda kooperazzjoni minn kwalunkwe produttur ta’ l-Istati Uniti tal-prodott ikkonċernat.

160. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-kumpaniji fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, fl-Indja u fl-Indoneżja, u s-sejba ta’ l-ebda dumping mill-Malażja, kien deċiż li l-Malażja tintuża bħala pajjiż analogu għall-PRC.

161. Il-valur normali

162. Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produttur li jesporta li ma ngħatax l-MET kien stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni verifikata li waslet mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew li jistgħu jitħallsu fis-suq domestiku tal-Malażja , għat-tipi ta’ prodott li nstab li jsiru tul il-kors ordinarju tal-kummerċ, skond il-metodoloġija stabbilita aktar ’il fuq. Fejn kien meħtieġ, dawk il-prezzijiet kienu aġġustati sabiex ikun żgurat paragun ġust ma’ dawk it-tipi ta’ prodott esportati lejn il-Komunità mill-produttur Ċiniż ikkonċernat.

163. Għaldaqstant, il-valur normali kien stabbilit bħala l-prezz tal-bejgħ domestiku medju mgħobbi (bil-komponenti tal-medja ta’ fatturi), tul il-kors ordinarju tal-kummerċ, lil klijenti li mhumiex relatati mill-produtturi li kkooperaw fil-Malażja li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv.

164. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

165. Il-produtturi li jesportaw Ċiniżi għamlu l-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji kummerċjali li jinsabu f’Ħong Kong u fil-Komunità. Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu ddeterminati billi ntużat il-metodoloġija ġenerali stabbilita aktar ’il fuq. Għall-bejgħ iggwidat permezz ta’ kumpaniji tal-bejgħ relatati f’Ħong Kong, kien applikat aġġustament għall-kummissjonijiet skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. L-ammont għall-kummissjoni kien ibbażat fuq l-infiq tal-SG&A tal-kumpanija tal-bejgħ u kien użat marġni ta’ profitt ta’ 3% ibbażat fuq l-informazzjoni miġbura mill-kummerċjanti li mhumiex relatati f’ĦK.

166. Il-paragun

167. Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu pparagunati qabel ma ġew inklużi x-xogħlijiet, kif ġie deskritt aktar ’il fuq, b’aġġustamenti, fejn kien xieraq, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

168. Produttur li jesporta Ċiniż talab aġġustament skond l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku, li jikkorrispondi għall-valur tas-suq tad-differenza fil-livelli tal-kummerċ bejn il-bejgħ mill-esportazzjoni u wħud mill-bejgħ fis-suq domestiku. Madanakollu, l-ammonti mitluba mill-kumpanija ma setgħxu jiġu appoġġjati permezz tad-differenza korrispondenti fil-livelli tal-prezzijiet fis-suq domestiku u għalhekk l-aġġustament ma ngħatax.

169. Il-marġnijiet ta’ dumping

170. Il-marġnijiet tad- dumping , espressi bħala perċentwali tal-prezz ta’ l-importazzjoni tas-CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Cedo (Shanghai) Limited u Cedo (Shanghai) Household Wrappings Co., Ltd., Shanghai | 7,4 % |

Chun Yip Plastics (Shenzhen) Ltd., Shenzhen | 14,8 % |

Huizhou Jun Yang Plastics Co., Ltd., Huizhou | 4,8 % |

Jinguan (Longhai) Plastics Packing Co., Ltd., Longhai | 5,1 % |

Sunway Kordis (Shanghai) Ltd. u Shanghai Sunway Polysell Ltd, Shanghai | 4,8 % |

Suzhou Guoxin Group Co. Ltd, Suzhou Guoxin Group Taicang Yihe Import & Export Co., Ltd, Taicang Dongyuan Plastic Co., Ltd. u Suzhou Guoxin Group Taicang Giant Packaging Co., Ltd., Taicang | 7,8 % |

Zhong Shan Qi Yu Plastic Products Co., Ltd., Zhongshan | 5,7 % |

Il-produtturi li jesportaw li kkooperaw li ttieħdu bħala kampjun u li ma ngħatawx l-IT, u l-produtturi li jesportaw li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun | 8,4 % |

Wuxi Jiayihe Packaging Co., Ltd. u Wuxi Bestpac Packaging Co., Ltd., Wuxi (mhumiex parti mill-kampjun) | 12,8 % |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 28,8 % |

171. Ġie kkalkulat marġni ta’ dumping għall-kumpanija fil-kampjun li kkooperat u li ma kinitx mogħtija MET jew IT, kif muri hawn fuq, bil-għan li jiġi kkalkulat marġni medju ta’ dumping għall-kampjun sħiħ. Madankollu, dik il-kumpanija mhux se tirċievi rata ta’ dazju individwali, kif deskritt fil-premessa (227), peress li ma ngħatatx MET jew IT.

E. IL-ĦSARA

172. Il-produzzjoni Komunitarja

173. Il-prodott ikkonċernat huwa manifatturat fil-Komunità minn mijiet ta’ produtturi. L-industrija hija ferm ifframmentata u tinkludi b’mod predominanti lil kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju.

174. Fil-kalkolu tal-produzzjoni Komunitarja, matul l-IP, il-konsum Komunitarju stmat li kien stmat kif ġie spjegat fil-premessi (158) sa (159) aktar ’l isfel, ittieħed bħala l-punt tat-tluq. L-importazzjonjiet fil-Komunità, kif irreġistrati mill-Eurostat, tnaqqsu mill-figura tal-konsum. Il-figura tal-produzzjoni li rriżultat kienet aġġustat, fejn kien meħtieġ, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mressqa mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-produtturi. Sussegwentement, din il-kwantità kienet imnaqqsa bil-kwantitajiet tal-produzzjoni tal-kumpanija li ma ġewx inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kif imsemmija fil-premessa 153 t’aktar ’l isfel. Il-kalkolu rriżulta fi produzzjoni Komunitarja totali ta’ 1 175 000 tunnellata metrika.

175. Ċerti produtturi li jesportaw, importaturi u bejjiegħa bl-imnut argumentaw li l-perċentwali tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja f’relazzjoni mal-produzzjoni Komunitarja totali kienet taħt il-25%, u għalhekk il-proċediment għandu jintemm minħabba nuqqas ta’ appoġġ għall-każ. Din is-sottomissjoni kienet ibbażata fuq l-argument li skond fornitur kummerċjali ewlieni ta’ l-informazzjoni dwar is-suq, l-AMI[3], il-kwantità stmata tal-film tal-polietelin estruż li ntuża għall-produzzjoni tal-prodott investigat għandha tammonta għal aktar mill-figura tal-produzzjoni Komunitarja użata fil-valutazzjoni ta’ l-appoġġ.

176. L-AMI jipprovdi ċerta informazzjoni dwar l-industrija tal-film tal-polietelin fiż-żewġ rapport tiegħu li ġejjin li ssemmew minn ċerti partijiet:

177. Polyethylene film extruders, 6th edition [L-estrużuri tal-film tal-polietelin, is-sitt edizzjoni] (ISBN 1 904188 12 5), u

178. Polyethylene film industry in Europe, 7th edition [L-industrija tal-film tal-polietelin fl-Ewropa, is-seba’ edizzjoni] (u ISBN 1 904188 17 6)

179. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-AMI ta permess biex ikunu riprodotti siltiet mir-rapporti msemmija aktar ’il fuq. Ta’ min jinnota li fl-“Avviż tal-pubblikatur” għal dawn ir-rapport, l-AMI jsemmi b’mod ċar li “mhi aċċettata l-ebda responsabbiltà legali għal kwalunkwe żball jew omissjoni f’dik l-informazzjoni, kemm jekk żbalji jew omissjonijiet ta’ din ix-xorta jirriżultaw minn traskuraġni, aċċident jew minn kwalunkwe każwa oħra, u mhi aċċettata l-ebda responsabbiltà rigward il-pożizzjoni ta’ kwalunkwe ditta u kumpanija msemmija”. Barra minn dan, il-permess biex tkun riprodotta l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti msemmija aktar ’il fuq inkiseb biss bla ħsara għad-dikjarazzjoni ta’ ċaħda speċifika li ġejja: “[L-AMI] mhumiex responsibbli għal kwalunkwe interpretazzjoni ħażina ta’ l-informazzjoni tagħna min-naħa ta’ kwalunkwe wieħed mill-kuntatti ta’ l-industrija li kkomunikaw ma’ [il-Kummissjoni] jew tabilħaqq għall-interpretazzjoni li ssir tad-data [ta’ l-AMI] mill-Kummissjoni Ewropea”.

180. Ta’ min jinnota wkoll li, filwaqt li l-AMI jipprovdi ċerta informazzjoni dwar l-industrija tal-film tal-polietelin fiż-żewġ rapport msemmija aktar ’il fuq, ma jippreżenta l-ebda stima tad-daqs tas-suq tal-prodott investigat fil-Komunità bħala tali. Ir-rapporti ta’ l-AMI jistmaw l-applikazzjonijiet ta’ l-użu aħħari tal-film tal-polietelin estruż kif ġej[4]:

Il-grupp tal-prodotti | % ta’ l-applikazzjonijiet ta’ l-użu aħħari tal-film tal-polietelin |

(i) Coex/film tal-laminar | 8,2 % |

(ii) Film ieħor | 6,8 % |

(iii) Shrink film (film tal-plastik li jiqsar xi ftit u jintrass) | 13,8 % |

(iv) Stretch film (film tal-plastik li jiġġebbed) | 14,4 % |

(v) Agrikoltura/bini | 8,0 % |

(vi) Film fuq il-bobina | 15,3 % |

(vii) Xkejjer li jifilħu l-istrapazz | 7,5 % |

(ix) Xkejjer għaż-żibel | 5,8 % |

(x) Xerrejja | 8,3 % |

(xi) Basktijiet/xkejjer oħra | 11,9 % |

TOTAL | 100 % |

181. Ir-rapporti ta’ l-AMI[5] ma jiddefinixxux il-metodi preċiżi għall-kalkolu tal-figuri tal-produzzjoni jew tal-konsum tal-materja prima. Fir-rapporti huwa stmat li l-konsum tal-polietelin għall-estrużjoni tal-film fl-Ewropa, kif iddefinit fil-premessa 139 t’aktar ’l isfel, kellha tkun ta’ 7 699 000 tunnellata metrika fl-2004. Meta jsemmi l-produzzjoni, l-AMI jirreferi għall-figuri ta’ l-ammont ipproċessat fl-impjanti, li kif jintwera mill-investigazzjoni, is-soltu jirrappreżenta l-kwantità ta’ polietelin ipproċessata permezz ta’ estrużur. Rigward il-produzzjoni ta’ l-ixkejjer u tal-basktijiet, din il-figura ta’ l-ammont ipproċessat għandha tinkludi l-kwantitajiet ta’ skart industrijali (l-iskart tal-qtugħ, l-iskart tal-bidu u film estruż ta’ kwalità inferjuri ieħor) li effettivament jiġi riċiklat fil-proċess. Għalhekk, ir-riċiklaġġ ta’ dan l-iskart għandu jirriżulta f’għadd doppju għaliex ċerti kwantitajiet tal-materja prima oriġinarjament mhux mimsusa jiġu mgħoddija mill-proċess ta’ estrużjoni aktar minn darba.

182. L-AMI jesprimi l-figuri tal-produzzjoni kollha bħala perċentwali li jirrappreżentaw l-applikazzjonijiet ta’ użu aħħari tal-konsum tal-polietelin għall-estrużjoni tal-film fl-Ewropa. Il-kopertura ġeografika tar-rapport fi Franza, fil-Ġermanja, fl-Italja, fir-Renju Unit, fil-Benelux (il-Belġju u l-Olanda), fl-Iskandinavja (id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvezja), fi Spanja, f’pajjiżi oħra tal-Punent ta’ l-Ewropa (l-Awstrija, l-Irlanda, il-Greġja, il-Portugall, l-Iżvizzera) u fl-Ewropa Ċentrali (il-Polonja, l-Ungerija, ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka u dik Slovakka)[6]. Ir-rapport ma jkoprix lill-Estonja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil Malta u lil Ċipru minn fost l-Istati Membri u ma jkoprix lill-Iżvizzera, lin-Norveġja u lir-Rumanija li ma jaqgħux taħt l-ambitu ta’ din l-investigazzjoni.

183. Peress li l-figuri ta’ l-AMI jkopru reġjun ġeografiku differenti minn dak tal-Komunità, l-ewwel kellu jiġi stabbilit il-konsum tal-polietelin għall-estrużjoni fil-Komunità. F’dan ir-rigward, iż-żewġ fornituri tar-reżina tal-polietelin fil-Komunità qalu li matul l-2004 il-konsum tar-reżina tal-polietelin għall-estrużjoni tal-film varja bejn 6 100 000 u 6 500 000 tunnellata metrika fil-Komunità. Il-kwantitajiet imsemmija aktar ’l isfel, għalhekk, ġew ikkalkulati billi ntużat din il-medda ta’ konsum.

184. Il-partijiet imsemmija fil-premessa 134 argumentaw li l-kategoriji (vi), (ix), (x) u (xi) tal-kategoriji elenkati aktar ’il fuq fil-premessa 137 għandhom jiġu inklużi fil-prodott investigat b’mod parzjali jew b’mod sħiħ.

185. Jidher ċar li l-kategorija “xerrejja” għandha taqa’ fil-prodott investigat ibbażat fuq il-karatteristiċi fiżiċi tagħhom li jirrappreżentaw 8.3% (jiġifieri, minn 506 300 sa 539 500 tunnellata metrika) ta’ użi aħħarija. Madanakollu, huwa wkoll probabbli li parti mill-ixkejjer għaż-żibel, li jirrappreżentaw b’kollox 5.8% (jiġifieri minn 353 800 sa 377 000 tunnellata metrika) ta’ l-użi aħħarija, ma jaqgħux taħt din id-definizzjoni għaliex huwa probabbli li l-ixkejjer għaż-żibel jinkludu xkejjer li huma eħxen minn 100 microns u b’hekk parti minn din il-kategorija għandha tiġi eskluża mid-definizzjoni.

186. Ċerti partijiet allegaw li sa 65% tal-kategorija msejħa “film fuq il-bobina” (li tirrappreżenta 15.3%[7] ta’ l-użi aħħarija totali) għandha taqa’ taħt id-definizzjoni tal-prodott investigat. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-AMT nnifsu jsemmi din il-kategorija bħala li tinkludi użi “bħal film tal-londri, film ta’ l-iġjene, karta assorbenti tat-tgeżwir ( tissue overwrap ) u films għall-ħarsien ġenerali tas-superfiċji”. Ta’ min jinnota li l-applikazzjonijiet ta’ użu aħħari msemmija jiġu ddefiniti bħala “film” u b’hekk ma jaqgħux taħt il-kategorija ta’ basktijiet u xkejjer. Barra minn hekk, verifiki fil-post imwettqa matul l-investigazzjoni fl-uffiċċji ta’ seba’ impjanti ta’ produzzjoni ta’ ħames produtturi Komunitarji f’żewġ pajjiżi wrew li l-film fuq il-bobina, estruż esternament, ma ntużax fil-produzzjoni tal-prodott simili. Barra minn hekk, iż-żjarat ta’ verifika mwettqa fl-uffiċċji ta’ 21 produttur li jesporta fit-tliet pajjiżi konċernati ma taw l-ebda appoġġ lill-pretensjoni li l-film fuq il-bobina, estruż esternament, għandu jintuża fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Ibbażat fuq dak li ntqal aktar ’il fuq, l-argument li parti kbira mill-kategorija “film fuq il-bobina” għandha tiġi inkluża fil-produzzjoni tal-prodott simili fil-Komunità kellu jiġi rifjutat.

187. Intqal ukoll minn uħud mill-partijiet li l-applikazzjoni ta’ użu aħħari ddefinita fir-rapport bħala “basktijiet/xkejjer oħra”, li jirrappreżentaw 11.9%[8] ta’ l-użi aħħarija totali, għandha tkun inkluża fil-figuri tal-produzzjoni Komunitarja. Ta’ min jinnota li dawn il-partijiet ma ssostanzjawx din il-pretensjoni f’termini ta’ kwantitajiet. Din il-kategorija hija rrappurtata bħala “film ieħor”, fil-“Gwida ta’ l-AMI għall-industrija tal-polietelin fl-Ewropa” fil-figuri tal-produzzjoni speċifiċi għall-pajjiż u f’dan il-livell mhix iddefinita bħala basktijiet jew xkejjer. Filwaqt li mhux ċar liema prodotti huma inklużi mill-AMI fil-kategorija “xkejjer u basktijiet oħra”, għall-inqas dawk il-prodotti kollha li ma jaqgħux taħt id-deskrizzjoni tal-prodott għandhom jiġu esklużi minn din l-istima. F’dan ir-rigward, skond ċertu parti, il-kategorija “xkejjer u basktijiet oħra” tinkludi wkoll il-films użat għall-“FFS – ippakkjar” għall-ikel jew “ifformar, mili u ssiġillar – ippakkjar”, li huwa tip ta’ ppakkjar fejn il-basket jiġi ffurmat, mimli u ssiġillat fi proċess integrat. It-tagħmir ta’ l-FFS huwa tipikament għalkollox awtomatiku. Dan il-prodott ma jinbiegħx bħala basktijiet jew bħala xkejjer u l-importazzjonijiet ta’ dan il-prodott lanqas ma jaqgħu fil-kodiċijiet NM 3923 21 00, 3923 29 10 u 3923 29 90. Minħabba li l-istimi tal-partijiet interessati, li jikkonċernaw is-sehem tal-prodott investigat f’dan il-grupp, varjaw bejn il-15% u l-100% u ma kinux issostanzjati, ma kienx possibbli li ssir stima eżatta dwar liema proporzjon ta’ dan il-grupp għandu jkun inkluż fil-prodott investigat. Għalhekk, minħaba l-fatt li kien hemm nuqqas ta’ kwalunke informazzjoni sostanzjata f’dan ir-rigward, tqis raġonevoli li jiġu inklużi 50% ta’ din il-kategorija ta’ prodott għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu. Il-produzzjoni li tirriżulta f’dan il-grupp għalhekk għandha tkun fil-medda bejn 363 000 u 387 000 tunnellata metrika.

188. Ċerti partijiet qalu li għall-produzzjoni tal-prodott simili għandhom jintużaw sa 1 000 tunnellata metrika ta’ materjal riċiklat. Skond l-AMI, madwar 1 000 tunnellata metrika[9] ta’ materjal riċiklat għandu tabilħaqq jintuża fl-estrużjoni tal-polietelin. L-AMI ma jispeċifikax f’liema kategoriji ta’ prodott partikolari jista’ jiġi allokat dan l-użu. Barra minn hekk, il-verifikati fil-post urew li hemm forniment tabilħaqq limitat ta’ materjal riċiklat ta’ wara l-użu mill-konsumatur fis-suq, filwaqt li l-iskart industrijali maħluq fil-proċess ta’ produzzjoni jiġi riċiklat b’mod effiċjenti. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-iskart industrijali diġà huwa inkluż fil-figuri ta’ produzzjoni meta jintuża bħala materjal mhux mimsus u b’hekk kwalunkwe inklużjoni ta’ din il-kwantità fil-produzzjoni għandha tirriżulta f’għadd doppju. L-investigazzjoni wriet li l-materjal riċiklat ta’ wara l-użu mill-konsumatur jintuża prinċipalment għall-produzzjoni ta’ l-ixkejjer għaż-żibel. Ċerti partijiet argumentaw li sa 25% tal-materja prima ta’ din il-kategorija tal-prodott simili għandu jkun materjal riċiklat ta’ wara l-użu mill-konsumatur. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li waslet mingħand il-partijiet interessati dan jista’ jammonta għal 20% tal-produzzjoni ta’ dawn il-basktijiet. Peress li din il-kwantità għadha mhix inkluża fl-istima ta’ l-użu aħħari ta’ l-AMI ta’ dan il-prodott, din il-kwantità għandha tiġi miżjuda flimkien ma’ l-istima tal-produzzjoni. Għalhekk sar aġġustament korrispondenti ta’ 20% fil-kwantità ta’ l-ixkejjer għaż-żibel li rriżulta fi produzzjoni addizzjonali tal-prodott ikkonċernat fil-medda bejn 88 000 u 94 000 tunnellata metrika.

189. Il-kwantità tal-produzzjoni totali li tirriżulta, ibbażata fuq il-konsiderazzjonijiet ippreżentati fil-premessi 135 sa 145, tinsab fil-medda bejn 1 311 000 u 1 398 000 tunnellata metrika ta’ prodott investigat. Din l-istima madanakoll tinkludi l-basktijiet għaż-żibel kollha u ta’ min ifakkar li wħud mill-ixkejjer għaż-żibel jistgħu jkunu ħoxnin aktar minn 100 microns u b’hekk barra mid-definizzjoni tal-prodott. Għalhekk, din il-medda tirrappreżenta pjuttost stima akbar milli hi tal-produzzjoni.

190. Biex wieħed jasal għall-produzzjoni Komunitarja, il-produzzjoni tal-kumpaniji esklużi mill-industrija Komunitarja li tirrappreżenta 119 000 tunnellata metrika ta’ produzzjoni għandha titnaqqas mill-figuri t’aktar ’il fuq. Dan jirriżulta fi produzzjoni Komunitarja fil-medda ta’ bejn 1 193 000 u 1 279 000 tunnellata metrika ta’ produzzjoni tal-prodott investigat. L-istima tal-produzzjoni Komunitarja fil-bidu tal-proċediment ta’ 1 240 000 tunnellata metrika taqa’ fil-medda ta’ dan il-kalkolu u l-limitu ta’ 25% li jikkonċerna l-appoġġ għall-każ jintlaħaq sal-limitu ta’ fuq tal-medda.

191. L-analiżi t’aktar ’il fuq turi biċ-ċar li l-informazzjoni msemmija minn ċerti partijiet li tissemma aktar ’il fuq fil-premessa 134 mhijiex tali li ddgħajjef l-istima tal-produzzjoni Komunitarja tal-prodott investigat ippreparata mill-Kummissjoni li tissemma fil-premessa 150 t’aktar ’l isfel.

192. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, l-argumenti li jikkonċernaw in-nuqqas ta’ appoġġ għall-każ li sar minn dawn il-partijiet kellhom jiġu rifjutati.

193. Id-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

194. Fl-istadju tal-bidu, il-produzzjoni akkumulata tad-29 produttur Komunitarju li għamlu l-ilment kienet tirrappreżenta 331 500 tunnellata metrika, jiġifieri 26.7% f’relazzjoni għall-produzzjoni Komunitarja totali ta’ 1 240 000 tunnellata metrika mkejla fl-istadju tal-bidu. Il-produzzjoni akkumulata tal-prodotturi Komunitarji li jopponu l-proċediment ammontat għal inqas minn nofs l-ammont ta’ appoġġ li ssemma aktar ’il fuq.

195. Barra minn hekk, għandu jingħad li 21 kumpanija oħra bi produzzjoni totali ta’ 302 000 tunnellata appoġġjaw l-ilment fl-istadju tal-bidu. Għalhekk, b’kollox l-ilment kien appoġġjat minn produtturi Komunitarji li jirrapreżentaw iktar minn 50% f’kuntrast mal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ 1 240 000 tunnellata.

196. Matul l-investigazzjoni, ħamsa mill-produtturi Komunitarji li għamlu l-ilment naqsu milli jikkooperaw ma’ l-investigazzjoni. Fl-istess ħin, seba’ produtturi oħra li appoġġjaw il-proċediment, ikkooperaw ma’ l-investigazzjoni.

197. Tliet kumpaniji oħra li kkooperaw kienu esklużi mid-definizjoni ta’ l-industrija Komunitarja u l-produzzjoni tagħhom b’hekk ma kinitx inkluża fil-produzzjoni ta’ l-industrija Komnitarja peress li kumpanija waħda kienet qed timporta kwantitajiet sinifikanti mill-esportatur relatat tagħha fiċ-Ċina u żewġ kumpaniji oħra importaw kwantitajiet sinifikanti f’relazzjoni għall-produzzjoni tagħhom fil-Komunità mill-pajjiżi konċernati. Ir-raba’ kumpanija, li opponiet il-proċediment u li ma kkoperatx ma’ l-investigazzjoni bħala produttur Komunitarju, kienet ukoll eskluża mid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja peress li kellha produttur li jesporta relatat magħha f’wieħed mill-pajjiżi konċernati u importat volumi sinifikanti tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità f’relazzjoni għall-produzzjoni tagħha fil-Komunità.

198. Ċerti partijiet qalu li l-kumpanija li opponiet il-proċediment, il-British Polyethylene Industries plc (‘BPI’), ġiet eskluża mid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja u b’hekk mill-produzzjoni Komunitarja totali, filwaqt li kumpanija oħra li kienet qed tappoġġja lill-proċediment, is-Cedo Ltd, ġiet inkluża, anki jekk iż-żewġ kumpaniji kellhom sitwazzjoni simili billi kellhom produzzjoni kemm fil-Komunità kif ukoll fil-pajjiżi konċernati. Għal dan il-għan, ta’ min jinnota li ż-żewġ kumpaniji kienu ttrattati fuq bażi ugwali u ż-żewġ kumpaniji kienu esklużi fuq il-bażi tar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 153 t’aktar ’il fuq.

199. Ċertu partijiet argumentaw li tnejn mill-produtturi Komunitarji magħżula fil-kampjun għandhom ikunu esklużi mid-definizzjoni ta’ industrija Komunitarja peress li huma impurtaw kwantitajiet konsiderevoli tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-PRC u fit-Tajlandja. F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel jingħad li, filwaqt li tabilħaqq hija prattika antika li l-produtturi Komunitarji li jimpurtaw għandhom ikunu esklużi mill-industrija Komunitarja jekk ikunu jew koperti mid- dumping jew qed jibbenefikaw minnu, huma ma jiġux esklużi jekk jinstab li l-produtturi Komunitarji kienu kostretti li jkollhom riżorsi temporanji u limitati għall-importazzjonijiet, minħabba s-sitwazzjoni tal-prezz deprezzat fis-suq Komunitarju. F’dan il-każ, l-importazzjonijiet totali ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji matul l-IP irrappreżenta 1% u 0,1% tal-produzzjoni totali rispettiva tagħhom. Fid-dawl tal-kwantitajiet żgħar konċernati, iż-żewġ produtturi Komunitarji jistgħu jitqiesu bħala parti mid-definizzjoni ta’ industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi, l-argument ġie miċħud.

200. L-24 produttur Komunitarju li għamlu l-ilment u s-seba’ produtturi l-oħra billi kkooperaw ma’ l-investigazzjonijiet, għalhekk jitqies li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fit-tifsira ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. B’kollox, dawn il-kumpaniji jirrappreżentaw madwar 358,000 tunnellata metrika jew 31% tal-produzzjoni Komunitarja.

201. Ta’ min jinnota li disa’ kumpaniji oħra, li jirrappreżentaw 57 000 tunnellata metrika ta’ produzzjoni esprimew l-appoġġ tagħhom għall-investigazzjoni, madankollu, dawn il-kumpanija ma rnexxielhomx jikkooperaw b’mod sħiħ ma’ l-investigazzjoni u b’hekk ma kinux inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

202. Il-konsum Komunitarju

203. Il-konsum Komunitarju apparenti kien stabbilit fuq il-bażi tad-data rrappurtata fl-ilment li ġie ddepożitat mill-persuna li għamlet l-ilment. L-informazzjoni dwar is-suq ta’ dawk li għamlu l-ilment f’diversi swieq u d-data li ġejja mill-informazzjoni dwar is-suq ipprovduta minn żewġ aġenziji kummerċjali ttieħdu bħala l-bażi. L-informazzjoni miġbura li tikkonċerna s-suq fil-Belġju, fi Franza, fl-Italja, fil-Lussemburgu, fl-Olanda u fi Spanja mbagħad kienet estrapolata għall-konsum komunitarju fl-Istati Membri li fadal.

204. Fuq il-bażi ta’ l-analiżi t’aktar ’il fuq, il-konsum Komunitarju żdied matul il-perjodu meqjus kollu b’6% mill-bidu tal-perjodu meqjus, jiġifieri minn 1 582 000 tunnellata metrika fis-sena 2001 għal 1 674 000 tunnellata metrika fl-IP. Id-data fid-dettall, espressa f’tunnellati metriċi hija kif ġej:

Il-konsum | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

1000 tunnellata | 1 582 | 1 618 | 1 653 | 1 670 | 1 674 |

L-Indiċi | 100 | 102 | 104 | 105 | 106 |

Sors: L-Ilment |

205. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati

206. Il-valutazzjoni kumulattiva ta’ l-effetti ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati

207. Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriginaw mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Dan l-Artikolu jipprovdi li l-effetti ta’ l-importazzjonijiet minn żewġ pajjiżi jew aktar li fl-istess ħin ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet anti-dumping għandhom jiġu vvalutati b’mod kumulattiv biss jekk jiġi ddeterminat li (a) il-marġni tad- dumping stabbilit f’relazzjoni għall-importazzjonijiet minn kull pajjiż huwa aktar minn de minimis kif iddefinit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku u li l-volum ta’ l-importazzjonijiet ta’ kull pajjiż mhux negliġibbli u (b) valutazzjoni kumulattiva hija xierqa fid-dawl tal-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importanti u l-prodott simili Komunitarju.

208. Peress li l-marġni ġenerali tad- dumping għall-Malażja nstab li kien taħt it-2%, jiġifieri taħt id- de minimis, l-importazzjonijiet mill-Malażja kienu esklużi mill-valutazzjoni kumulattiva. F’dak ir-rigward, il-marġnijiet tad- dumping li ġew stabbiliti f’relazzjoni għall-importazzjonijiet mill-PRC u mit-Tajlandja nstab li kienu ’l fuq mil-livell de minimis ta’ 2% stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ladarba matul l-IP l-importazzjonijiet mill-PRC kienu jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 14.4% u l-importazzjonijiet mit-Tajlandja sehem mis-suq ta’ 4%, il-volumi ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC u mit-Tajlandja ma kinux negliġibbli.

209. Rigward il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni, l-investigazzjoni wriet li l-prodotti importati mill-PRC u mit-Tajlandja kienu bħal xulxin fil-karatteristiċi fiżiċi essenzjali tagħhom kollha. Barra minn hekk, fuq dik il-bażi, l-ixkejjer u l-basktijiet tal-plastik importati mill-PRC u mit-Tajlandja setgħu jitbiddlu ma’ xulxin u tqiegħdu fis-suq fil-Komunità matul il-perjodu meqjus permezz ta’ kanali tal-bejgħ komparabbli u f’kondizzjonijiet kummerċjali simili. L-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi wrew tendenzi simili fil-prezzijiet u fil-volumi u t-tnejn urew livelli sinifikanti ta’ bejgħ bi prezzijiet irħas mill-prezzijiet normali. Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li l-prodott importat instab li kien simili għall-ixkejjer u għall-basktijiet tal-plastik prodotti fil-Komunità u bħala tali jikkompeti magħhom fl-istess kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni.

210. Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, tqies li ġew sodisfatti l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku u li l-importazzjonijiet mill-PRC u mit-Tajlandja b’hekk għandhom jiġu eżaminati b’mod kumulattiv.

211. Il-volum ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati u s-sehem mis-suq

212. Il-volum ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fil-PRC u fit-Tajlandja kif ġie rrappurtat mill-Eurostat żdied minn madwar 219 000 tunnellata metrika fl-2001 għal 307 000 tunnellata metrika fl-IP, li jirrappreżenta żjieda ta’ 40%. Iż-żjieda f’daqqa fl-importazzjonijiet matul il-perjodu konċernat assorbiet 96% taż-żjieda fil-konsum li seħħet fis-suq Komunitarju tul l-istess perjodu.

213. L-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat kienu ddikjarati taħt il-kodiċi NM ex 3923 21 00 (xkejjer u basktijiet tal-polimeri ta’ l-etelin). L-importazzjonijiet taħt il-kodiċijiet NM ex 3923 29 10 (xkejjer u basktijiet tal-klorur tal-polivinil) u ex 3923 29 90 (xkejjer u basktijiet ta’ plastik oħra) ma kinux inklużi fil-kalkolu, peress li skond l-informazzjoni disponibbli ma kien hemm l-ebda produzzjoni ta’ xkejjer u ta’ basktijiet fejn il-polietelin ma jippredominax bil-piż, u għaldaqstant, bħalissa mhemm l-ebda importazzjoni tal-prodott ikkonċernat taħt dawn il-kodiċijiet NM.

L-importazzjonijiet akkumulati | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

f’1000 ta’ tunnellati | 219 | 239 | 288 | 299 | 307 |

L-Indiċi | 100 | 109 | 132 | 137 | 140 |

214. Matul il-perjodu meqjus, l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping li joriġinaw fil-PRC u fit-Tajlandja żdiedu s-sehem tagħhom mis-suq Komunitarju bi 33% minn 13.8% fl-2001 għal 18.3% fl-IP.

Is-sehem mis-suq | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

Akkumulati | 13,8 % | 14,8 % | 17,4 % | 18,0 % | 18,3 % |

L-Indiċi | 100 | 107 | 126 | 130 | 133 |

215. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati u t-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezzijiet normali

216. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet mogħtija aktar ’l isfel ġejja mid-data tal-Eurostat ibbażata fuq il-volumi ta’ l-importazzjoni li ġew stabbiliti billi ntużat il-metodoloġija deskritta aktar ’il fuq. Din l-informazzjoni wriet li bejn l-2001 u l-IP, il-prezzijiet tas-CIF medji ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-PRC u fit-Tajlandja naqsu b’14%. Il-prezzijiet laħqu l-qiegħ fl-2003 u żdiedu bi ftit sa l-IP. Madanakollu, ma laħqux il-livell tal-prezzijiet ta’ l-2001 u ta’ l-2002 u baqgħu fuq livell baxx.

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet f’euro/kg | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

Akkumulati | 1,42 | 1,25 | 1,09 | 1,16 | 1,22 |

L-Indiċi | 100 | 88 | 77 | 82 | 86 |

217. Għad-determinazzjoni tal-bejgħ bi prezz irħas mill-prezz normali ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni mressqa matul l-investigazzjoni mill-produtturi li jesportaw li ttieħdu bħala kampjun u mill-produtturi Komunitarji li ttieħdu bħala kampjun. Din l-analiżi pparagunat, skond it-tip ta’ prodott, il-prezzijiet tas-CIF effettivi tal-produtturi li jesportaw fil-livell ta’ fruntiera Komunitarja aġġustat bi kwalunkwe spiża ta’ wara l-importazzjoni mal-prezzijiet tal-bejgħ medji mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) rilevanti lil klijenti indipendenti ta’ l-industrija Komunitarja aġġustati għal livell ta’ qabel ma ġew inklużi x-xogħlijiet.

218. Dan il-paragun wera li matul l-IP, ibbażat fuq it-tipi ta’ prodott kif iddefiniti fil-kwestjonarju u fuq il-bażi ta’ medja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi), il-prodotti konċernati li joriġinaw fil-pajjiżi konċernati nbiegħu fi-Komunità bi prezzijiet li huma irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, meta jiġu espressi bħala perċentwali ta’ dawn ta’ l-aħħar, bejn 4.1% u 37.9% għall-PRC u għat-Tajlandja.

219. Is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

220. Rimarki preliminari

221. Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping fuq l-industrija Komunitarja inkluda evalwazzjoni tal-fatturi u ta’ l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom rilevanza għall-istat ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu meqjus. Din l-analiżi saret għall-kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun kif issemma aktar ’il fuq. Fuq din il-bażi, ir-rendiment ta’ l-industrija kif imkejjel minn fatturi bħall-prezzijiet, il-pagi, l-investimenti, il-profitti, il-qligħ fuq l-investiment, id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-abbiltà li jinġabar kapital ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mill-kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun. Madanakollu, sabiex tkun provduta stampa kompluta tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, għal dawk l-indikaturi li għalihom kienet disponibbli informazzjoni ta’ min jistrieħ fuqha għall-industrija Komunitarja kollha, din l-informazzjoni ġiet provduta wkoll aktar ’l isfel. Għalhekk, il-fatturi tal-ħsara bħas-sehem mis-suq, il-volum ta’ bejgħ, l-impjiegi, il-kapaċità ta’ produzzjoni, l-inventarji u l-produzzjoni ġew stabbiliti għall-industrija Komunitarja sħiħa.

222. Il-kapaċità ta’ produzzjoni, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

223. Il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdiedet matul il-perjodu meqjus b’ 66 000 tunnellata metrika jew bi 17%. Matul l-isess perjodu, il-produzzjoni żdiedet biss b’9%. Għaldaqstant, ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċià ta’ l-industrija Komunitarja naqset b’6%.

Il-produzzjoni f’1000 ta’ tunnellati | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

Il-produzzjoni | 328 | 346 | 353 | 359 | 358 |

L-Indiċi | 100 | 105 | 107 | 109 | 109 |

Il-kapaċità tal-produzzjoni | 399 | 423 | 444 | 463 | 465 |

L-Indiċi | 100 | 106 | 111 | 116 | 117 |

L-użu tal-kapaċità f’% | 82 | 82 | 80 | 78 | 77 |

L-Indiċi | 100 | 99 | 97 | 94 | 94 |

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju ta’ l-industrija Komunitarja. |

224. L-inventarji

225. Sitt produtturi li ma ttieħdux bħala kampjun ma setgħux jipprovdu informazzjoni konsistenti dwar l-inventarji tagħhom minħabba informazzjoni mhux biżżejjed li ġiet ipprovduta mis-sistemi ta’ ġestjoni ta’ l-istokk tagħhom rigward il-prodott simili. Għaldaqstant, id-data minn dawn il-kumpaniji kellha tiġi eskluża meta ssir l-analiżi ta’ l-istokks għall-perjodu meqjus. Din l-analiżi kienet ibbażata fuq l-informazzjoni provduta mill-produtturi li ttieħdu bħala kampjun u mill-20 prodottur li ma ttieħdux bħala kampjun.

L-istokks | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

Tunnellati | 24 110 | 26 446 | 26 757 | 25 016 | 28 994 |

L-Indiċi | 100 | 110 | 111 | 104 | 120 |

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju ta’ l-industrija Komunitarja. |

226. Matul l-IP, l-investnarji tal-prodotti lesti kienu jirrappreżentaw madwar 8% tal-volum tal-produzzjoni totali ta’ l-industrija Komunitarja. Il-livell ta’ l-istokks ta’ l-għeluq ta’ l-industrija Komunitarja għall-ewwel żdiedu bi 11% fl-2003 u mbagħad immarkaw tnaqqis ta’ 7 punti perċentwali fl-2004, qabel ma żdiedu b’mhux aktar minn 20 punt perċentwali fl-IP meta pparagunat ma’ l-2001.

227. Il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir

228. Il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja żdied b’10% matul il-perjodu meqjus. Laħaq quċċata fl-2004, imma mbagħad naqas bi ftit fl-IP. Iż-żjieda proporzjonata totali kienet ogħla miż-żjieda tal-konsum totali li kien ta’ 6%.

Il-volum tal-bejgħ | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

Tunnellati | 308 068 | 330 103 | 334 818 | 341 701 | 338 940 |

L-Indiċi | 100 | 107 | 109 | 111 | 110 |

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju ta’ l-industrija Komunitarja. |

229. Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja żdied b’4% tul il-perjodu meqjus. Wara l-ewwel żjieda ta’ 5% bejn l-2001 u l-2002, baqa’ mhux mibdul sa l-2004 u wera tnaqqis żgħir fl-IP. Fl-istess ħin, il-konsum Komunitarja żdied b’6% tul il-perjodu meqjus. Għalhekk, l-industrija Komunitarja setgħet tieħu vantaġġ mit-tkabbir tas-suq bejn l-2001 u l-IP.

Is-sehem mis-suq | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

% | 19,5 % | 20,4 % | 20,3 % | 20,5 % | 20,2 % |

L-Indiċi | 100 | 105 | 104 | 105 | 104 |

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju ta’ l-industrija Komunitarja. |

230. L-impjiegi, il-produttività u l-pagi

231. Il-livell ta’ impjiegi ta’ l-industrija Komunitarja naqas tul il-perjodu meqjus b’1%. Matul l-istess perjodu, il-produttività tiegħu, imkejla bħala l-produzzjoni għal kull persuna impjegata għal kull sena, żdiedet b’10%.

2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

In-numru ta’ impjegati | 3 325 | 3 353 | 3 381 | 3 338 | 3 302 |

L-Indiċi | 100 | 101 | 102 | 100 | 99 |

Il-produttività: il-produz-zjoni għal kull impjegat | 99 | 103 | 104 | 108 | 108 |

L-Indiċi | 100 | 104 | 105 | 109 | 109 |

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju ta’ l-industrija Komunitarja. |

232. Matul il-perjodu meqjus, l-ispiża totali annwali tax-xogħol għal kull impjegat żdiedet b’7%. Wara żjieda ta’ 8% bejn l-2001 u l-2004, il-paga medja naqset b’1% bejn l-2004 u l-IP.

2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

L-ispiża totali tax-xogħol għal kull impjegat f’euro | 32 801 | 34 507 | 34 794 | 35 533 | 35 217 |

L-Indiċi | 100 | 105 | 106 | 108 | 107 |

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju ta’ l-industrija Komunitarja li ttieħdet bħala kampjun. |

233. Il-prezzijiet tal-bejgħ

234. Il-prezz nett medju tal-bejgħ tal-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja li ttieħdu bħala kampjun naqas minn 1.50 euro għal kull kg fl-2001 għal 1.47 euro għal kull kg fl-IP. Il-prezzijiet għall-ewwel naqsu b’4% fl-2002 u bi 2% oħra fl-2003. Bejn l-2003 u l-2004 urew żjieda żgħira ta’ 0.7% u żdiedu aktar bi 3.5% fl-IP. Dan l-iżvilupp fil-prezzijiet pjuttost stabbli għandu jitqies fid-dawl ta’ l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-materja prima li żdiedu b’mod konsiderevoli, jiġifieri bi 23%.

2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

Il-prezzijiet tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fil-Komunità f’euro/kg | 1,50 | 1,44 | 1,41 | 1,42 | 1,47 |

L-Indiċi | 100 | 96 | 94 | 95 | 98 |

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju ta’ l-industrija Komunitarja li ttieħdet bħala kampjun. |

235. Il-profitabilità

236. Matul il-perjodu meqjus, il-profitabilità tal-bejgħ tal-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja li ttieħdu bħala kampjun fil-Komunità lil klijenti li mhumiex relatati niżlet bi 82%. Fis-snin 2001 sa l-2002 l-industrija Komunitarja li ttieħdet bħala kampjun xorta laħqet livell sostenibbli ta’ profitabilità. Madanakollu, bejn l-2002 u l-IP il-profitabilità wriet tnaqqis qawwi kontinwu, li laħaq biss il-1.1% fl-IP, filwaqt li diversi kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun rreġistraw telf.

2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

Il-profitabilità | 6,3 % | 6,9 % | 4,0 % | 2,5 % | 1,1 % |

L-Indiċi | 100 | 110 | 63 | 40 | 17 |

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju ta’ l-industrija Komunitarja li ttieħdet bħala kampjun. |

237. L-investimenti u l-qligħ fuq l-investimenti

238. L-investiment annwali ta’ l-industrija Komunitarja fil-produzzjoni tal-prodott simili naqas bi 30% matul il-perjodu meqjus minn madwar 16-il miljun euro għal inqas minn 12-il miljun euro.

2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

L-investimenti (1000 euro) | 16 474 | 20 956 | 11 363 | 16 830 | 11 507 |

L-Indiċi | 100 | 127 | 69 | 102 | 70 |

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju ta’ l-industrija Komunitarja li ttieħdet bħala kampjun. |

239. Il-qligħ fuq l-investiment tal-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja li ttieħdu bħala kampjun, li jesprimi r-riżultat ta’ qabel it-taxxa tagħhom bħala perċentwali tal-valur medju nett tal-ftuħ u ta’ l-għeluq ta’ l-assi kif imniżżel fil-kotba użat fil-produzzjoni tal-prodott simili, naqas b’mod drammatiku minħabba l-profitabilità li qed tonqos. Filwaqt li l-qligħ fuq l-investiment baqa’ stabbli bejn l-2001 u l-2002, wara naqas f’daqqa għal 6% fl-IP li jirrappreżenta tnaqqis totali ta’ 84% bejn l-2001 u l-IP.

2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

Il-qligħ fuq l-investiment f’% | 37 % | 37 % | 20 % | 12 % | 6 % |

L-Indiċi | 100 | 100 | 54 | 32 | 16 |

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju ta’ l-industrija Komunitarja li ttieħdet bħala kampjun. |

240. Id-dħul u l-ħruġ tal-flus

241. Il-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja li ttieħdu bħala kampjun irreġistraw influss nett ta’ flus kontanti mill-attivitajiet operattivi matul il-perjodu meqjus. Madanakollu, meta ġie espress bħala perċentwali tad-dħul, l-influss nett ta’ flus kontanti wera tnaqqis immarkat f’termini ta’ perċentwali, speċjalment matul l-IP, skond it-tnaqqis fil-profitabilità.

2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IP |

Id-dħul u l-ħruġ tal-flus (f’1000 euro) | 14 965 | 23 307 | 17 652 | 17 598 | 4 706 |

L-Indiċi | 100 | 156 | 118 | 118 | 31 |

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju ta’ l-industrija Komunitarja li ttieħdet bħala kampjun. |

242. L-abbiltà li jinġabar il-kapital

243. Il-parti l-kbira ta’ l-industrija Komunitarja hija magħmula minn intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju. Għaldaqstant, l-abbiltà ta’ l-industrija Komunitarja li tiġbor kapital tnaqqset sa ċertu punt matul il-perjodu meqjus, speċjalment fl-aħħar parti tiegħu, meta l-profitabilità kienet ferm baxxa.

244. L-irkupru mid- dumping jew mis-sussidjar fl-imgħoddi

245. L-industrija Komunitarja ma kinitx f’sitwazzjoni fejn kellha tirkupra mill-effetti mgħoddija ta’ dumping jew ta’ sussidjar ta’ ħsara.

246. Il-kobor tal-marġni tad- dumping

247. Fejn jikkonċerna l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-kobor tal-marġni effettiv tad- dumping , meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC u mit-Tajlandja, dan l-impatt huwa sostanzjali.

248. Konklużjoni dwar il-ħsara

249. L-eżami tal-fatturi li ssemmew aktar ’il fuq juri li bejn l-2001 u l-IP, l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping żdiedu f’daqqa f’termini ta’ volum u ta’ sehem mis-suq. Fil-fatt, il-volum tagħhom żdied b’40% matul il-perjodu meqjus u kisbu sehem mis-suq ta’ 18.3% fl-IP. Ta’ min jinnota li fl-IP, kienu jammontaw għal madwar 57% ta’ l-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità. Barra minn hekk, fl-IP, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja kienu sostanzjalment irħos mill-prezzijiet normali (minn 4.1% sa 37.9%) minn dawk ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja kienu deprezzati u laħqu qrib il-livell fejn la kien hemm qligħ u lanqas ħlas.

250. Matul il-perjodu meqjus instab deterjorament tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. L-industrija Komunitarja ġarrbet tnaqqis drammatiku ta’ 5.2 punti perċentwali fil-profitabilità biex tilħaq qrib il-livell ta’ fejn la kien hemm qligħ u lanqas ħlas fl-IP. Il-qligħ tagħha fuq l-investiment fl-istess ħin naqas b’31 punt perċentwali u kien hemm tnaqqis sinfikanti ta’ 69% fil-ħruġ u fid-dħul tal-flus tagħha. Barra minn hekk, l-użu tal-kapaċità tagħha naqas b’5%, il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha naqsu bi 2%, l-impjiegi naqsu b’1%, l-istokks ta’ l-għeluq żdiedu b’20%, l-investiment tagħha naqas bi 30% u l-abbiltà tagħha li tiġbor il-kapital gradwalment bdiet tiddeterjora.

251. Il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdiedet sa ċertu punt matul il-perjodu kkonċernat. Madanakollu, dan għandu jitqies fil-kuntest tal-produzzjoni Komunitarja totali li ntlaqtet mill-għeluq ta’ numru ta’ kumpaniji li ekklhom kapaċità ta’ produzzjoni ta’ aktar minn 140 000 tunnellata metrika. L-industrija Komunitarja żiedet il-kapaċità tagħha billi akkwistat assi tal-produzzjoni mill-kumpaniji li kienu soġġetti għal dan l-għeluq.

252. Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja qiegħda f’sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja diffiċli u ġarrbet ħsara materjali, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

F. IL-KAWŻALITÀ

253. Introduzzjoni

254. Skond l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping li joriġinaw fit-Tajlandja u fil-PRC ikkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja sa grad li jista’ jitqies materjali. Fatturi magħrufa li mhumiex l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping , li fl-istess ħin setgħu għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping .

255. L-effett ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping

256. Bejn l-2001 u l-IP, l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping li joriġinaw fil-PRC u fit-Tajlanda żdiedu b’40% fil-volum. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 13.8% fl-2001 għal 18.3% fl-IP. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi naqsu b’mod sostanzjali matul il-perjodu meqjus u kienu irħos mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja fl-IP, bejn 4.1% u 37.9%.

257. Dan il-bejgħ bi prezzijiet irħas mill-prezzijiet normali, fuq bażi medja, qed jirriżulta minn prezzijiet li ma jkoprux l-ispejjeż kollha fil-katina ta’ kummerċjalizzazzjoni.

258. Iż-żjieda sostanzjali fil-volum ta’ l-importazzjonijiet bi prezzijiet tassew baxxi u li kienu soġġetti għal dumping u l-qligħ tagħhom fis-sehem mis-suq tul il-perjodu meqjus ikkoinċida mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja matul l-istess perjodu, b’mod partikolari f’termini ta’ profitabilità, prezzijiet tal-bejgħ, stokks ta’ l-għeluq, investiment, użu tal-kapaċità, dħul u ħruġ tal-flus, abbiltà li jinġabar il-kapital u qligħ fuq l-investiment.

259. Għalhekk, qed jiġi konkluż li l-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet ikkonċernati, kellha rwol determinati fis-sitwazzjoni ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja.

260. L-effett tal-fatturi l-oħra

261. Ir-rendiment tal-produtturi Komunitarji l-oħra

262. Rigward il-volumi tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji l-oħra, naqsu b’7.1% f’termini ta’ volum bejn l-2001 u l-IP u naqsu b’7.8% f’termini ta’ sehem mis-suq matul l-istess perjodu. Ma nstabet l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet tal-produtturi Komunitarji l-oħra kienu aktar baxxi minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja li kkooperat, jew li s-sitwazzjoni ġenerali tagħhom għandha tkun differenti. Għalhekk, qed jiġi konkluż li l-prodotti magħmula u mibjugħa mill-produtturi Komunitarji l-oħra ma kkontribwewx għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

263. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

264. Skond l-informazzjoni li ġejja mill-Eurostat, il-volum ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi oħra (eż. il-Malażja , it-Turkija, l-Indja u l-Indoneżja) żdied bi 22% tul il-perjodu meqjus u laħaq livell ta’ madwar 231 000 tunnellata metrika fl-IP. Dan jikkorrispondi għal sehem mis-suq ta’ 13.8%. Tul l-istess perjodu, il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet naqsu bi 11% (minn 1.66 euro/kg fl-2001 għal 1.48 euro/kg fl-IP). Madanakollu, ta’ min jinnota li l-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet kien ’il fuq minn dak ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-PRC u fit-Tajlandja matul l-IP u saħansitra xi ftit ogħla minn dak ta’ l-Industrija Komunitarja. Għalhekk qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kkontribwewx b’mod materjali għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

265. Il-prezzijiet tal-materja prima

266. Kien allegat minn uħud mill-partijiet li l-prezz tal-polietelin kien storikament aktar baxx fl-Ażja mill-prezz tiegħu fl-UE. Madanakollu, l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-polietelin tiżvela li l-prezzijiet tal-materja prima fl-Ażja varjaw kemm taħt kif ukoll ’il fuq mill-prezzijiet korrispondenti Ewropew matul il-perjodu meqjus. Ibbażat fuq il-figuri ppreżentati minn dawn il-partijiet dwar is-sitwazzjoni fil-PRC, id-differenzjal tal-prezz medju fil-materja prima fil-PRC pparagunat ma’ l-UE naqas minn 20.3% għal 12.3% bejn l-2001 u l-2004 u fl-istess ħin, id-differenzjal tal-prezz medju fil-prodott finali żdied minn 0.7% għal 14.8%. Hekk kif l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-materja prima suppost waslet għal tnaqqis fid-differenzjal tal-prezz tal-prodott finali pjuttost milli għal żjieda f’dan id-differenzjal tal-prezz, l-investigazzjoni wriet li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni loġika bejn l-iżvilupp tal-prezz tal-materja prima u l-prezz tal-prodott finali esportat lejn il-Komunità. Anzi, l-industrija Komunitarja kienet relattivament f’sura tajba fl-2001 għalkemm id-differenzjal tal-prezz kien fl-ogħla livell tiegħu, u wera sitwazzjoni ta’ ħsara fl-2004 u fl-IP meta d-differenzjal tal-prezz kien ferm iżgħar. Għalhekk, irid jiġi konkluż li d-differenzjal fil-prezzijiet tal-materja prima ma jistax jitqies li kkontribwixxa għall-ħsara materjali ta’ l-industrija Komunitarja b’mod sinifikanti.

267. Uħud mill-partijiet allegaw ukoll li l-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja ma kinitx ikkawżata mill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping imma miż-żjieda fil-prezzijiet tal-polietelin matul il-perjodu meqjus fil-Komunità. Għal dan il-għan, ta’ min jinnota li l-prezzijiet tal-polietelin fuq bażi medja tabilħaqq żdiedu matul il-perjodu meqjus. Madanakollu, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ rispettivi tagħhom skond dan. Din in-nuqqas ta’ flessibilità fil-prezzijiet kienet ikkawżata mill-mewġa fl-istess ħin ta’ importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping li joriġinaw fil-PRC u fit-Tajlandja, bi prezzijiet li huma ferm irħas mill-prezzijiet normali ta’ l-industrija Komunitarja u, fuq bażi medja, li lanqas biss ikopru l-ispiża tal-produzzjoni fil-PRC u fit-Tajlandja. F’dawn iċ-ċirkostanzi, għandu jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja ġiet esposta għal pressjoni qawwija tal-prezzijiet minn dawn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u għaldaqstant ma kellha l-ebda possibbiltà li tikkumpensa għaż-żjieda fil-prezzijiet tal-materja prima billi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom rispettivament.

268. Fl-aħħarnett, ta’ min ifakkar li fil-kuntest ta’ l-investigazzjoni ta’ rabta kawżali, għandu jiġi eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping (f’termini ta’ prezzijiet u ta’ volumi) ikkawżawx ħsara materjali lill-industrija Komunitajra jew jekk ħsara materjali ta’ din ix-xorta kinitx minħabba fatturi oħra. F’dan ir-rigward, fejn għandhom x’jaqsmu l-prezzijiet, l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku jirreferi għal dimostrazzjoni li l-livell tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping jikkawża l-ħsara. Għalhekk sempliċement jirreferi għal differenza bejn il-livelli tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u dawk ta’ l-industrija Komunitarja. B’hekk, mhemm l-ebda rekwiżit biex jiġu analizzati l-fatturi li jaffetwaw il-livell tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni, bħalma huwa, pereżempju, il-livell ta’ l-ispejjeż tax-xogħol, il-livell tal-prezzijiet tal-materja prima jew il-livell ta’ l-ispejjeż SG&A.

269. Dak li ntqal aktar ’il fuq huwa wkoll ikkonfermat mill-kliem ta’ l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, li jirreferi għal fatturi magħrufa li mhumiex l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping . Tabilħaqq, il-lista tal-fatturi magħrufa l-oħra f’dan l-Artikolu ma tagħmilx referenza għal kwalunkwe fattur li jaffetwa l-livell tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping . B’kollox, jekk l-esportazzjonijiet jiġu soġġetti għal dumping , u anki jekk ibbenefikaw minn żvilupp favorevoli fil-prezzijiet tal-materja prima, huwa diffiċli li wieħed jara kif l-iżvilupp favorevoli ta’ prezzijiet ta’ l- input ta’ din ix-xorta jista’ jkun fattur ieħor li jikkawża l-ħsara.

270. B’hekk, l-analiżi tal-fatturi li jaffetwaw il-livell tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping , kemm jekk huma d-differenzi fil-prezzijiet tal-materja prima jew xi ħaġa oħra, ma tistax tkun konklużiva u analiżi ta’ din ix-xorta għandha tmur lil hinn mir-rekwiżiti tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod fuq din il-bażi, l-argumenti li jikkonċernaw il-prezzijiet tal-materja prima huma rifjutati.

271. Konklużjoni dwar il-kawżalità

272. Is-sitwazzjoni ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja kkoinċidiet ma’ żjieda f’daqqa fl-importazzjonijiet mill-PRC u mit-Tajlandja u ma’ bejgħ bi prezzijiet sostanzjalment irħas mill-prezzijiet normali ta’ dawn l-importazzjonijiet.

273. Dwar l-importazzjonijiet minn pajjiż terzi oħra, minħabba s-sehem mis-suq aktar baxx tagħhom matul l-IP minn dak ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati, u speċjalment minħabba l-prezz medju ogħla minn dak ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati matul l-IP u, saħansitra aktar importanti, ogħla minn dak ta’ l-industrija Komunitarja, qed jiġi konkluż li l-effett ta’ dawn il-fatturi l-oħra ma setax ikkontribwixxa b’mod materjali għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja. Barra minn hekk, l-effett tad-differenzjal fil-prezzijiet tal-materja prima fil-Komunità u fil-pajjiżi konċernati fuq l-iżviluppi negattivi ta’ l-industrija Komunitarja f’termini ta’ profitabilità, rendiment u tnaqqis fis-sehem mis-suq kien negliġibbli u fil-fatt suppost li kkontribwixxa b’mod pożittivi għas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

274. L-ebda fattur ieħor, li fl-istess ħin seta’ jagħmel ħsara lill-industrija Komunitarja, ma tqajjem mill-partijiet interessati jew ma ġie identifikat matul l-investigazzjoni.

275. Jekk titqies l-analiżi t’aktar ’il fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u sseparat b’mod xieraq l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping , l-investigazzjoni kkonfermat li dawn il-fatturi l-oħra bħala tali ma jdawrux il-fatt li l-ħsara vvalutata trid tkun attribwita lill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping .

276. Għalhekk qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, li joriġinaw fil-PRC u fit-Tajlandja, ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

G. L-INTERESS KOMUNITARJU

277. Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar id- dumping ta’ ħsara, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li mhux fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Tqiesu l-impatt tal-miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti f’dan il-proċediment u anki l-konsegwenzi ta’ li ma jittieħdux miżuri.

278. L-interessi ta’ l-industrija Komunitarja

279. Huwa mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri se tipprevjeni aktar tgħawwiġ u se terġa’ ġġib il-kompetizzjoni ġusta fis-suq. L-industrija Komunitarja hija industrija kompetittiva u vijabbli u dan jintwera biċ-ċar mis-sitwazzjoni tagħha fl-2001 fejn kienet f’sura relattivament tajba minkejja l-kompetizzjoni iebsa madwar id-dinja. B’hekk, l-impożizzjoni tal-miżuri għandha tħalliha żżid is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, u b’hekk tilħaq livelli ta’ profitt raġonevoli li huma meħtieġa biex tittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija. Dan se jħallihom ikomplu bl-investimenti fil-faċiltajiet ta’ produzzjoni tagħhom, biex b’hekk tkun iggarantita s-sopravvivenza ta’ l-industrija Komunitarja.

280. Min-naħa l-oħra, jekk il-miżuri anti-dumping ma jiġux imposti, huwa probabbli li jkompli d-deterjorament tas-sitwazzjoni diġà mwiegħra ta’ l-industrija Komunitarja. Ma tkunx tista’ twettaq l-investimenti meħtieġa sabiex tikkompeti b’mod effettiv ma’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi terzi konċernati. Dan se jġiegħel lil uħud mill-kumpaniji biex fil-futur qrib iwaqqfu l-produzzjoni u jkeċċu lill-impjegati tagħhom. It-3 300 impjieg dirett fl-industrija Komunitarja li kkooperat jitqiegħdu fil-periklu. Il-produzzjoni Komunitarja totali ta’ l-ixkejjer u tal-basktijiet tinvolvi madwar 12 000 impjieg li huma prinċipalment f’kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju. Bl-għeluq tal-produzzjoni Komunitarja, il-Komunità għandha ssir aktar dipendenti fuq il-fornituri barra mill-Komunità.

281. Għaldaqstant, qed jiġi konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping għandha tħalli lill-industrija Komunitarja tirkupra mill-effetti tad- dumping ta’ ħsara li ġarrbet u li għalhekk huwa fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja.

282. L-interess ta’ l-importaturi/tal-kummerċjanti u tal-bejjiegħa bl-imnut li mhumiex relatati

283. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil erba’ importartaturi/kummerċjanti li ttieħdu bħala kampjun li jirrappreżentaw 9% tal-bejgħ totali ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati. Madanakollu, żewġ importaturi/kummerċjanti biss, li jirrappreżentaw 3% ta’ l-importazzjonijiet totali mill-pajjiżi konċernati, irrispondew għall-kwestjonarju. L-importaturi li mhumiex relatati li kkooperaw issottomew li, kieku kellhom jiġu imposti l-miżuri, il-prezz tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat għandu jogħla u l-konsumaturi ikollhom iħallsu aktar għall-prodott ikkonċernat u li l-effett tad-dazju għalhekk jiġi ttrasferit lill-konsumaturi. Għalhekk, ikun hemm impatt negattiv limitat fuq l-imporataturi li mhumiex relatati f’dan ir-rigward.

284. Sa ċertu punt, il-prodott ikkonċernat jitqassam min-negozji tal-bejgħ bl-imnut. F’uħud mill-pajjiżi fil-Komunità, ċerti tipi tal-prodott, bħall-basktijiet tax-xiri u l-basktijiet għall-ġarr tax-xirja jitqassmu b’xejn lill-klijenti individwali, filwaqt li ċerti tipi oħra, bħall-boroz tal-friżer, il-basktijiet għall-ħrieqi u l-basktijiet għal-landa taż-żibel, jinbiegħu lill-klijenti. Ta’ min jinnota li bħalissa, f’ċerti Stati Membri bħar-Renju Unit, il-konsumaturi mhumiex qed jintalbu ħlas għal basktijiet għall-ġarr tax-xirja li jintużaw darba.

285. L-investigazzjoni wriet li l-pretensjonijiet li jikonċernaw l-impatt finanazjarju ta’ dazju anti-dumping fuq operaturi differenti, speċjalment fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut, kienu konsiderevolment esaġerati. Uħud mill-bejjiegħa bl-imnut qalu li dazju ta’ 10% għandu jiġġenera spiża supplimentari ta’ 220 miljun euro fis-sena għas-settur tal-bejgħ bl-imnut biss. Fuq il-bażi ta’ l-investigazzjoni, peress li l-valur doganali totali ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati huwa ta’ madwar 375 miljun euro, l-effett massimu ta’ dazju medju ta’ 10% għandu jkun ta’ 38 miljun euro fuq bażi annwali mal-Komunità kollha. Barra minn hekk, fuq il-bażi taż-żewġ risposti għall-kwestjonarju li waslu mill-bejjiegħa bl-imnut, ix-xiri medju tal-prodott ikkonċernat kien jammonta għal inqas minn 0.1% tad-dħul ta’ dawn il-bejjiegħa bl-imnut. Għalhekk, l-impatt ta’ dazju anti-dumping tal-livell li ssemma aktar ’il fuq għandu jikkontribwixxi biss għal żjieda marġinali fl-ispiża tagħhom. Barra minn hekk, parti minn din l-ispiża supplimentari għandha tkun mifruxa fuq id-diversi livelli tal-katina ta’ forniment. L-argument ta’ dawn il-bejjiegħa bl-imnut għalhekk kien rifjutat.

286. L-istess bejjiegħa bl-imnut allegaw ukoll li mhux biss mhemm l-ebda forniment ta’ ċerti tipi tal-prodott ikkonċernat mill-industrija KE, imma li l-industrija KE wkoll m’għandiex il-kapaċità li tissodisfa d-domanda Komunitarja kollha. F’dan ir-rigward, l-ewwelnett ta’ min jinnota, rigward il-forniment ta’ l-ixkejjer u tal-basktijiet, li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping m’għandiex twaqqaf il-forniment tal-prodott mill-pajjiżi konċernati imma għandha biss trodd lura kondizzjonijiet ugwali għal kulħadd fis-suq. L-importazzjonijiet ta’ l-ixkejjer u tal-basktijiet se tkompli tissodisfa parti mill-forniment fis-suq Komunitarju. Barra minn hekk, l-industrija Komunitarja għandha kapaċità ta’ produzzjoni eżistenti biex tissodisfa kwalunkwe żjieda fid-domanda. Jiġri x’jiġri, aktar forniment tat-tipi kollha ta’ l-ixkejjer u tal-basktijiet tal-plastik tibqa’ wkoll possibbli mill-pajjiżi terzi li mhumiex soġġetti għall-miżuri. Dawn l-argumenti għalhekk kienu rifjutati.

287. Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-bejjiegħa bl-imnut li jakkwistaw finanzjament għal finijiet ta’ karità allegat li kwalunkwe dazju kieku jagħmel ħsara b’mod sproporzjonat lill-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi tagħhom għaliex huma xtraw basktijiet li tqassmu lill-klijenti tagħhom b’xejn. Qalu wkoll li l-basktijiet użati għall-ġbir ta’ l-oġġetti għar-riċiklaġġ għal finijiet ta’ karità jintlaqtu wkoll jekk ikun impost dazju anti-dumping . F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li dan it-tip ta’ ġbir ta’ fondi, anki jekk għal finijiet ta’ karità, isir fuq bażi kummerċjali. Għalhekk huwa soġġett għall-istess riskji bħal kwalunkwe attività kummerċjali u għandu jiġi vvalutat fuq l-istess bażi. L-effett ta’ dazju li jikkonċerna lil dawn il-bejjiegħa bl-imnut m’għandux ikun ferm differenti minn dak ta’ kwalunkwe bejjiegħ bl-imnut ieħor. Għalhekk dan l-argument kien irrifjutat.

288. L-interess tal-konsumaturi

289. L-ebda assoċjazzjoni tal-konsumaturi ma ppreżentat ruħha fil-limitu ta’ żmien iffissat fl-avviż tal-bidu.

290. Uħud mill-importaturi argumentaw li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping għandha twassal għal żjieda fil-prezzijiet mitluba lill-klijent finali peress li l-livell tal-prezzijiet tal-bejgħ jiġu aġġustati skond id-dazji.

291. Madanakollu, kif ġie ddikjarat aktar ’il fuq, uħud mill-bejjiegħa bl-imnut iqassmu partijiet mill-prodott b’xejn lill-klijenti tagħhom. Ħlief jekk dawn il-bejjiegħa bl-imnut ibiddlu l-politika stabbilita sew tagħhom, f’dawn il-każi l-konsumaturi mhux se jħossu l-effett tal-miżuri anti-dumping imposti.

292. Dazju medju ta’ 10% għandu jżid il-prezz ta’ kull basket importat fuq bażi medja ta’ 0.086 ċenteżmi u l-prezz ta’ kull basket mibjugħ fil-Komunità b’0.016 ċenteżmi (jekk wieħed jassumi piż ipotetiku ta’ 7g għal kull basket). Dan l-inkrement huwa negliġibbli anki jekk jinġarr biss mill-konsumaturi. Fil-fatt, l-effett tad-dazju li jinġarr mill-konsumaturi se jkun saħansitra aktar baxx għaliex din l-ispiża se tiġi mifruxa fuq diversi livelli tal-katina ta’ forniment.

293. Il-kompetizzjoni u l-effetti li jgħawġu l-kummerċ

294. Rigward l-effetti tal-miżuri possibbli fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità, il-produtturi li jesportaw ikkonċernati se jkunu jistgħu jkomplu jbiegħu ċerti basktijiet u xkejjer tal-plastik, peress li għandhom pożizzjoni fis-suq b’saħħitha. Dan flimkien man-numru kbir ta’ produtturi fil-Komunità u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra se jiżgura li l-utenti u l-bejjiegħa bl-imnut se jkomplu jkollhom għażla wiesgħa ta’ fornituri diferenti tal-prodott simili bi prezzijiet raġonevoli.

295. B’hekk, se jkun hemm numru importanti ta’ atturi fis-suq, li se jkun jista’ jissodisfa d-domanda. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, għalhekk qed jiġi konkluż li huwa probabbli li l-kompetizzjoni se tibqa’ b’saħħitha wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping .

296. Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

297. L-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja b’mod ċar għandha tkun fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja. Se tħalli lill-industrija Komunitarja tikber u tirkupra mill-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping . Jekk, madanakollu, il-miżuri ma jiġux imposti, huwa probabbli li l-produzzjoni Komunitarja se tkompli tonqos u aktar operaturi mhux se jibqgħu fin-negozju. Barra minn hekk, l-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut mhux se jkunu sostanzjalment affetwati ladarba l-ixkejjer u l-basktijiet li ġew ipprezzati b’mod ġust xorta se jibqgħu disponibbli fis-suq, inklużi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra.

298. Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jiġi konkluż li mhemm l-ebda raġuni konvinċenti biex ma jkunux imposti dazji anti-dumping kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja.

H. IL-MIŻURI DEFINITTIVI

299. Minħabba l-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id- dumping , il-ħsara li tirriżulta u l-interess Komunitarja, u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja sabiex ma jitħalliex li l-importazzjonijiet soġġetti għal dumping jikkawżaw aktar ħsara lill-industrija Komunitarja.

300. Il-miżuri għandhom jiġu imposti fuq livell biżżejjed biex tiġi eliminata l-ħsara kkawżata minn dawn l-importazzjonijiet mingħajr ma jinqabeż il-marġni tad- dumping misjub. Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad- dumping ta’ ħsara, tqies li kwalunkwe miżura għandha tħalli lill-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt ġenerali qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni, jiġfieri fl-assenza ta’ importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping , fuq il-bejgħ tal-prodott simili fil-Komunità. Il-marġni ta’ profitt ta’ qabel it-taxxa li ntuża għal dan il-kalkolu kien ta’ 6% mid-dħul tal-bejgħ tal-prodott simili li jirrappreżenta livell ta’ profitt tajjeb li jista’ jiġi attribwit lill-industrija f’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, li nkiseb mill-industrija qabel il-mewġa ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping .

301. Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpanija individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, fejn għandhom x’jaqsmu dawn il-kumpaniji, jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul l-investigazzjoni. Dawn ir-rati tad-dazju għalhekk huma applikabbli b’mod esklużiv għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi konċernati u li ġew prodotti mill-kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija.

302. Fir-rigward tal-produttur li jesporta Ċiniż li ġie mċaħħad l-MET u l-IT, din il-kumpanija m’għandhiex tirċievi rata tad-dazju ta’ anti-dumping individwali, minkejja li ġie kkalkulat marġni ta’ dumping għaliha, kif spjegat fil-premessa (131). L-importazzjonijiet ta’ prodotti manifatturati minn din il-kumpanija, li hija produttur li jesporta u li kkoopera, għandhom għalhekk ikunu soġġetti għar-rata medja ta’ dazju determinata għall-esportaturi li kkooperaw u li ma kinux magħżula fil-kampjun, kif deskritt fil-premessa (228).

303. Ir-rati tad-dazju għall-esportaturi li kkooperaw li ma ntgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun, għal kull pajjiż, huma l-medja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-marġnijiet tad- dumping li nstabu għall-kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun, kif intqal fil-premessa 54 Il-prodotti importati magħmula minn kwalunkwe kumpanija oħra li ma ssemmietx b’mod speċifiku bl-isem u bl-indirizz tagħha fil-parti operattiva jew fl-annessi għal dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet li huma relatati ma’ dawk speċifikatament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għal ‘il-kumpaniji l-oħra kollha’.

304. Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping għal kumpanija individwali (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitatjiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ), għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u mal-bejgħ mill-esportazzjoni assoċjati ma eż. dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skond dan billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn dazji individwali. Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, reviżjoni ġdida ta’ l-esportazzjoni biex tiddetermina l-marġni individwali tad- dumping ma setgħetx tinbeda f’dan il-proċediment, peress li t-teħid ta’ kampjuni kien applikat għall-produtturi li jesportaw tal-PRC, il-Malażja u t-Tajlandja. Madankollu, sabiex ikun żgurat trattament ugwali bejn kwalunkwe produttur ġdid li jesporta u l-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjuni, ġie meqjus li għandha ssir dispożizzjoni biex timponi d-dazju applikabbli għal dawn l-aħħar kumpaniji lil kwalunkwe produttur ġdid li jesporta li jkun jista’ juri li huwa intitolat għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku.

305. Kwalunkwe talba li titolob iż-żjieda ta’ produttur li jesporta ġida fil-PRC jew fit-Tajlandja mal-listi stabbiliti fl-Anness I jew II tar-Regolament, għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari l-evidenza li l-kumpanija konċernata tissodisfa t-tliet kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jkun emendata skond dan billi jiġu aġġornati l-listi fl-Anness I jew II tal-kumpaniji li jibbenefikaw mid-dazju medju tal-kampjun.

306. Fid-dawl tas-sejbiet li ssemmew aktar ’il fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping li huwa maħsub li jiġu proposti huma kif ġej:

Il-pajjiż | Il-produttur li jesporta | Il-marġni tad-dumping | Il-marġni tal-ħsara | Ir-rata tad-dazju AD |

Il-PRC | Cedo (Shanghai) Limited u Cedo (Shanghai) Household Wrappings Co. Ltd., Shanghai | 7,4 % | 39,0 % | 7,4 % |

Jinguan (Longhai) Plastics Packing Co., Ltd., Longhai | 5,1 % | 74,6 % | 5,1 % |

Sunway Kordis Shanghai u Shanghai Sunway Polysell, Shanghai | 4,8 % | 37,4 % | 4,8 % |

Suzhou Guoxin Group Co., Ltd, Suzhou Guoxin Group Taicang Yihe Import & Export Co., Ltd, Taicang Dongyuan Plastic Co., Ltd u Suzhou Guoxin Group Taicang Giant Packaging Co., Ltd, Taicang | 7,8 % | 61,3 % | 7,8 % |

Wuxi Jiayihe Packaging Co., Ltd. u Wuxi Bestpac Packaging Co., Ltd., Wuxi | 12,8 % | 57,8 % | 12,8 % |

Zhong Shan Qi Yu Plastic Products Co Ltd., Zhongshan | 5,7 % | 34,3 % | 5,7 % |

Huizhou Jun Yang Plastics Co, Huizhou | 4,8 % | 30,8 % | 4,8 % |

Il-produtturi li jesportaw li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun | 8,4 % | 49,3 % | 8,4 % |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 28,8 % | 34,3 % | 28,8 % |

It-Tajlandja | King Pac Industrial Co Ltd., Chonburi u Dpac Industrial Co., Ltd., Bangkok | 14,3 % | 37,4 % | 14,3 % |

Multibax Public Co., Ltd., Chonburi | 5,1 % | 10,6 % | 5,1 % |

Naraipak Co., Ltd. u Narai Packaging (Thailand) Ltd., Bangkok | 10,4 % | 29,7 % | 10,4 % |

Sahachit Watana Plastic Industry Co., Ltd., Bangkok | 6,8 % | 23,9 % | 6,8 % |

Thai Plastic Bags Industries Co., Ltd., Nakhonpathom | 5,8 % | 53,5 % | 5,8 % |

Il-produtturi li jesportaw li kooperaw li mhumiex fil-kampjun | 7,9 % | 27,6 % | 7,9 % |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 14,3 % | 37,4 % | 14,3 % |

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. B’dan qed jiġu imposti d-dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ xkejjer u basktijiet tal-plastik, li fihom għall-inqas 20% ta’ polietelein u ta’ ħxuna li ma teċċedix il-100 mikrometru, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja; u li jaqgħu fil-kodiċijiet NM ex 3923 21 00, ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90 (Kodiċijiet TARIC 3923 21 00 20, 3923 29 10 20 u 3923 29 90 20).

2. Ir-rata tad-dazju definittiv applikabbli għall-prezz nett b’xejn fuq il-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għall-prodotti manifatturi mill-kumpaniji elenkati aktar ’l isfel, għandha tkun kif ġej:

Il-pajjiż | Il-kumpanija | Ir-rata tad-dazju AD (%) | Il-Kodiċi addizzjonali TARIC |

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina | Cedo (Shanghai) Limited u Cedo (Shanghai) Household Wrappings Co. Ltd., Shanghai | 7,4 | A757 |

Jinguan (Longhai) Plastics Packing Co., Ltd., Longhai | 5,1 | A758 |

Sunway Kordis (Shanghai) Ltd. u Shanghai Sunway Polysell Ltd., Shanghai | 4,8 | A760 |

Suzhou Guoxin Group Co., Ltd., Suzhou Guoxin Group Taicang Yihe Import & Export Co., Ltd., Taicang Dongyuan Plastic Co., Ltd. u Suzhou Guoxin Group Taicang Giant Packaging Co., Ltd., Taicang | 7,8 | A761 |

Wuxi Jiayihe Packaging Co., Ltd. u Wuxi Bestpac Packaging Co., Ltd., Wuxi | 12,8 | A763 |

Zhong Shan Qi Yu Plastic Products Co Ltd., Zhongshan | 5,7 | A764 |

Huizhou Jun Yang Plastics Co,. Ltd., Huizhou | 4,8 | A765 |

Il-kumpaniji elenkati fl-ANNESS I | 8,4 | A766 |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 28,8 | A999 |

It-Tajlandja | King Pac Industrial Co., Ltd., Chonburi u Dpac Industrial Co., Ltd., Bangkok | 14,3 | A767 |

Multibax Public Co., Ltd., Chonburi | 5,1 | A768 |

Naraipak Co Ltd. u Narai Packaging (Thailand) Ltd., Bangkok | 10,4 | A769 |

Sahachit Watana Plastic Industry Co., Ltd., Bangkok | 6,8 | A770 |

Thai Plastic Bags Industries Co., Ltd., Nakonpathom | 5,8 | A771 |

Il-kumpaniji elenkati fl-ANNESS II | 7,9 | A772 |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 14,3 | A999 |

3. Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Arti kolu 2

Fejn kwalunkwe produttur li jesporta ġdid fil-PRC jew fit-Tajlandja jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li

- ma kienx jesporta lejn il-Komunità l-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni (mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005); u

- mhux relatat ma’ kwalunkwe wieħed mill-esportaturi jew mill-produtturi fil-PRC jew fit-Tajlandja li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti minn dan ir-Regolament; u

- effettivament esporta lejn il-Komunità l-prodotti konċernati wara l-perjodu ta’ l-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinfikanti lejn il-Komunità,

mela l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsutat lill-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda lill-Artikolu 1(3) billi jżid lill-produttur li jesporta l-ġdid mal-listi fl-Anness I jew II.

Arti kolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

[…]

Il-President

ANNESS I: Il-produtturi li jesportaw li kkooperaw Ċiniżi li ma ttieħdux bħala kampjun

Il-Kodiċi Addizjonali TARIC A766

BEIJING LIANBIN PLASTIC & PRINTING CO LTD | Beijing |

CHANGLE BEIHAI PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Zhuliu |

CHANGLE DONGFANG RUBBER PRODUCTS CO., LTD. | Changle |

CHANGLE HUALONG PLASTIC PRODUCTS CO LTD | Changle |

CHANGLE SANDELI PLASTIC PRODUCTS CO LTD | Changle |

CHANGLE SHENGDA RUBBER PRODUCTS CO., LTD. | Changle |

CHANGZHOU HUAGUANG PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Wujin |

CHEONG FAT PLASTIC BAGS (CHINA) PRINTING FACTORY | Shenzhen |

CHUN HING PLASTIC PACKAGING MANUFACTORY LTD | Hong Kong |

CHUN YIP (SHENZHEN) PLASTICS LIMITED | Shenzhen |

CROWN POLYETHYLENE PRODUCTS (INT'L) LTD. | Hong Kong |

DALIAN JINSHIDA PACKING PRODUCTS CO., LTD | Dalian |

DONG GUAN HARBONA PLASTIC & METALS FACTORY CO., LTD. | Dongguan |

DONGGUAN CHERRY PLASTIC INDUSTRIAL, LTD | Dongguan |

DONGGUAN FIRSTWAY PLASTIC PRODUCTS CO., LTD | Dongguan |

DONGGUAN MARUMAN PLASTIC PACKAGING COMPANY LIMITED | Dongguan |

DONGGUAN NAN SING PLASTICS LIMITED | Dongguan |

DONGGUAN NOZAWA PLASTIC PRODUCTS CO. LTD | Dongguan |

DONGGUAN RUI LONG PLASTICS FACTORY | Dongguan |

FOSHAN SHUNDE KANGFU PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Shunde |

FU YUEN ENTERPRISES CO. | Hong Kong |

GOLD MINE PLASTIC INDUSTRIAL LIMITED | Jiangmen |

GOOD-IN HOLDINGS LTD. | Hong Kong |

HANG LUNG PLASTIC FACTORY (SHENZHEN) LTD | Shenzhen |

JIANGMEN CITY XIN HUI HENGLONG PLASTIC LTD. | Jiangmen |

JIANGMEN TOPTYPE PLASTIC PRODUCTS LTD. | Jiangmen |

JIANGMEN XINHUI FENGZE PLASTIC COMPANY LTD. | Jiangmen |

JIANGYIN BRAND POLYTHENE PACKAGING CO., LTD. | Jiangyin |

JINAN BAIHE PLASTIC PRODUCTS COMPANY LIMITED | Jinan |

JINAN CHANGWEI PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Jinan |

JINAN CHENGLIN PLASTIC PRODUCTS COMPANY LTD. | Jinan |

JINAN MINFENG PLASTIC CO., LTD. | Jinan |

JINYANG PACKING PRODUCTS (WEIFANG) CO. LTD | Qingzhou |

JUXIAN HUACHANG PLASTIC CO., LTD | Liuguanzhuang |

JUXIAN HUAYANG PLASTIC PRODUCTS CO., LTD | Liuguanzhuang |

KIN WAI POLY BAG PRINTING LTD. | Hong Kong |

LAIZHOU JINYUAN PLASTICS INDUSTRY & TRADE CO., LTD. | Laizhou |

LAIZHOU YUANXINYIE PLASTIC MACHINERY CO., LTD. | Laizhou |

LICK SAN PLASTIC BAGS (SHENZHEN) CO., LTD. | Shenzhen |

LINQU SHUNXING PLASTIC PRODUCTS CO. LTD | Linqu |

LONGKOU CITY LONGDAN PLASTIC CORPORATION LTD. | Longkou |

NEW CARING PLASTIC MANUFACTORY LTD. | Jiangmen |

NEW WAY POLYPAK DONGYING CO., LTD. | Dongying |

NINGBO HUASEN PLASTHETICS CO., LTD. | Ningbo |

NINGBO MARUMAN PACKAGING PRODUCT CO. LTD. | Ningbo |

POLY POLYETHYLENE BAGS AND PRINTING CO. | Hong Kong |

QINGDAO NEW LEFU PACKAGING CO., LTD. | Qingdao |

RALLY PLASTICS CO., LTD. ZHONGSHAN | Zhongshan |

RIZHAO XINAO PLASTIC PRODUCTS CO., LTD | Liuguanzhuang |

DONGGUAN SEA LAKE PLASTIC PRODUCTS MANUFACTURING CO., LTD. | Dongguan |

SHANGHAI HANHUA PLASTIC PACKAGE PRODUCT CO., LTD. | Shanghai |

SHANGHAI HUAYUE PACKAGING PRODUCTS CO., LTD. | Shanghai |

SHANGHAI LIQIANG PLASTICS INDUSTRY CO., LTD. | Zhangyan |

SHANGHAI MINGYE PLASTICS GOODS COMPANY LIMITED | Shanghai |

SHANGHAI QUTIAN TECHNOLOGY INDUSTRY DEVELOPMENT CO. LTD. | Shanghai |

SHANTOU ULTRA DRAGON PLASTICS LTD. | Shantou |

SHAOXING YUCI PLASTICS AND BAKELITE PRODUCTS CO., LTD. | Shangyu |

SHENG YOUNG INDUSTRIAL (ZHONGSHAN) CO., LTD. | Zhongshan |

SUPREME DEVELOPMENT COMPANY LIMITED | Hong Kong |

TAISHING PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. ZHONGSHAN | Zhongshan |

TIANJIN MINGZE PLASTIC PACKAGING CO., LTD. | Tianjin |

UNIVERSAL PLASTIC & METAL MANUFACTURING LIMITED | Hong Kong |

WAI YUEN INDUSTRIAL AND DEVELOPMENT LTD | Hong Kong |

WEIFANG DESHUN PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Changle |

WEIFANG HENGSHENG RUBBER PRODUCTS CO., LTD. | Changle |

WEIFANG HONGYUAN PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Changle |

WEIFANG HUASHENG PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Changle |

WEIFANG KANGLE PLASTICS CO., LTD. | Changle |

WEIFANG LIFA PLASTIC PACKING CO., LTD. | Weifang |

WEIFANG XINLI PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Weifang |

WEIFANG YUANHUA PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Weifang |

WEIFANG YUJIE PLASTICS PRODUCTS CO., LTD. | Weifang |

WEIHAI WEIQUAN PLASTIC AND RUBBER PRODUCTS CO. LTD. | Weihai |

WINNER BAGS PRODUCT COMPANY (SHENZHEN) LIMITED | Shenzhen |

WUI HING PLASTIC BAGS PRINTING (SHENZHEN) COMPANY LIMITED | Shenzhen |

XIAMEN EGRET PLASTICS CO., LTD. | Gaoqi |

XIAMEN RICHIN PLASTIC CO., LTD | Xiamen |

XIAMEN UNITED OVERSEA ENTERPRISES LTD. | Xiamen |

XIAMEN XINGXIA POLYMERS CO., LTD | Xiamen |

XIAMEN XINYATAI PLASTIC INDUSTRY CO. LTD. | Xiamen |

XINHUI ALIDA POLYTHENE LIMITED | Xinhui |

XINTAI CHUNHUI MODIFIED PLASTIC CO., LTD | Xintai |

YANTAI BAGMART PACKAGING CO., LTD. | Yantai |

YANTAI LONGQUAN PACKAGING MATERIAL CO. LTD. | Yantai |

YAU BONG POLYBAGS PRINTING CO., LTD. | Hong Kong |

YINKOU FUCHANG PLASTIC PRODUCTS. CO., LTD. | Yingkou |

YONGCHANG (CHANGLE) PLASTIC INDUSTRIES CO., LTD. | Weifang |

ZHANGJIAGANG YUANHEYI PAPER & PLASTIC COLOR PRINTING & PACKING CO., LTD | Zhangjiagang |

ZHONGSHAN DONGFENG HUNG WAI PLASTIC BAG MFY | Zhongshan |

ZHONGSHAN HUANGPU TOWN LIHENG METAL & PLASTIC FACTORY | Zhongshan |

ZHUHAI CHINTEC PACKING TECHNOLOGY ENTERPRISE CO. LTD | Zhuhai |

ZIBO WEIJIA PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Zibo |

ANNESS II: Il-produtturi esportaturi Tajlandiżi li kkooperaw li ma ttieħdux bħala kampjun

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC A772

APPLE FILM CO., LTD | Samutprakarn Province |

C P PACKAGING INDUSTRY CO., LTD. | Bangkok |

K. INTERNATIONAL PACKAGING CO., LTD. | Samutsakorn |

POLY WORLD CO., LTD. | Bangkok |

SIAM FLEXIBLE INDUSTRIES CO., LTD | Samutsakorn |

THAI GRIPTECH CO. LTD. u SUPER GRIP CO., LTD. | Bangkok |

THANTAWAN INDUSTRY PUBLIC COMPANY LIMITED | Nakornphathom |

UNITY THAI PRODUCTS CO., LTD. u UNITY THAI PRODUCTS (1999) CO., LTD. | Bangkok |

UNIVERSAL POLYBAG COMPANY LTD. | Chonburi |

ZIPLAS INTERNATIONAL CO LTD | Bangkok |

[1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

[2] ĠU C 159, 30.6.2005, p. 19.

[3] Applied Market Information Ltd, l-indirizz tal-web: www.amiplastic.com.

[4] L-AMI (l-indirizz tal-web: www.amiplastic.com), Polyethylene film extruders, 6th edition [L-estrużuri tal-film tal-polietelin, is-sitt edizzjoni] (ISBN 1 904188 12 5), p 12.

[5] L-AMI (l-indirizz tal-web: www.amiplastic.com), Polyethylene film extruders, 6th edition [L-estrużuri tal-film tal-polietelin, is-sitt edizzjoni] (ISBN 1 904188 12 5), p 10.

[6] L-AMI (indirzz tal-web: www.amiplastic.com), Polyethylene film extruders, 6th edition [L-estrużuri tal-film tal-polietelin, is-sitt edizzjoni] (ISBN 1 904188 12 5), p.7.

[7] L-AMI (indirizz tal-web: www.amiplastic.com), Polyethylene film extruders, 6th edition L-estrużuri tal-film tal-polietelin, is-sitt edizzjoni] (ISBN 1 904188 12 5), p 12.

[8] L-AMI (indirizz tal-web: www.amiplastic.com), Polyethylene film extruders, 6th edition L-estrużuri tal-film tal-polietelin, is-sitt edizzjoni] (ISBN 1 904188 12 5), p. 6.

[9] L-AMI (indirizz tal-web: www.amiplastic.com), Polyethylene film extruders, 6th edition L-estrużuri tal-film tal-polietelin, is-sitt edizzjoni] (ISBN 1 904188 12 5), p. 10.