52006PC0427




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.7.2006

KUMM(2006) 427 finali

2006/0147 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru. 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE {SEC(2006) 1042}{SEC(2006) 1043}

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

( Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Id-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE, tistabbilixxi d-definizzjoni ta’ ħwawar, ir-regoli ġenerali għall-użu tagħhom, ir-rekwiżiti għall-ittikkettar u l-livelli massimi għas-sustanzi li jqajmu tħassib għas-saħħa tal-bniedem. Tipprevedi li l-Leġiżlazzjoni Komunitarja li għandha x’taqsam mal-ħwawar għandha tqis prinċipalment ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-bniedem. Id-Direttiva jeħtieġ li tiġi emendata b’mod sostanzjali, sabiex tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi fil-qasam tal-ħwawar. Barra dan, minħabba l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sikurezza ta’ l-ikel, hemm il-ħtieġa li ċerti dispożizzjonijiet jiġu adattati u oħrajn jeħtieġ li jiġu introdotti b’mod ġdid. Fl-interess taċ-ċarezza u ta’ l-effiċjenza, id-Direttiva 88/388/KEE qiegħda tiġi sostitwita bil-proposta preżenti. Proposta għal Regolament ġdid dwar Ħwawar u ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir, bħala parti mill-pakkett dwar l-Aġenti għat-Titjib ta’ l-Ikel, hija inkluża fil-Programm ta’ Ħidma Leġiżlattiv tal-Kummissjoni ta’ l-2005. |

( Il-kuntest ġenerali L-Artikolu 1 tad-Direttiva 88/388/KEE jillimita l-ambitu tagħha għall-ħwawar. Madankollu, permezz ta’ l-Artikolu 4 (c), jiġu stabbiliti livelli massimi għal ċerti sustanzi mhux mixtieqa fl-ikel li fih il-ħwawar u l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir. L-Istati Membri japplikaw dawn il-livelli massimi b’mod differenti: uħud japplikawhom għal ikel li fih ħwawar biss; oħrajn japplikawhom għal ikel li fih kemm ħwawar kif ukoll ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir. Il-livelli massimi għandhom ukoll jiġu adattati biex iqisu l-opinjonijiet xjentifiċi reċenti ta’ l-EFSA. Il-Kumitat ta’ l-Esperti tas-Sustanzi tat-Taħwir tal-Kunsill ta’ l-Ewropa ppropona kondizzjonijiet għall-produzzjoni ta’ ħwawar għall-ipproċessar u l-livelli massimi għal ċerti sustanzi li mhumiex mixtieqa. L-użu tat-terminu 'naturali-identiku' jitqies mill-konsumatur bħala li joħloq konfużjoni. Barra dan, il-konsumaturi jitolbu li jkunu informati dwar is-sors tal-ħwawar naturali. L-użu tat-terminu 'naturali' għandu jkun ristrett għall-ħwawar li jinkisbu b’mod esklużiv minn sustanzi ta’ taħwir naturali u/jew preparazzjonijiet ta’ taħwir. Il-konsumaturi jridu jkunu informati jekk it-togħma ta’ affumikat ta’ l-ikel hiex minħabba l-preżenza ta’ ħwawar bl-affumikazzjoni. Il-proposta ġiet ippreżentata f’pakkett ta’ "Aġenti għat-Titjib ta’ l-Ikel", flimkien ma’ Regolamenti dwar l-addittivi ta’ l-ikel, l-enzimi ta’ l-ikel u dwar proċedura uniformi għall-awtorizzazzjoni tagħhom. |

( Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, li għandhom x’jaqsmu mat-taħwir għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel u mal-materjali mis-sors għall-produzzjoni tagħhom, tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li huma applikabbli għall-ħwawar li jintużaw fl-ikel: Tipprovdi definizzjonijiet għall-ħwawar, għas-sustanzi ta’ taħwir, għall- preparazzjonijiet ta’ taħwir, għall-ħwawar għall-ipproċessar u għall-ħwawar bl-affumikazzjoni; Tirrestrinġi ż-żieda u l-preżenza ta’ ċerti sustanzi, li huma rilevanti mill-aspett tossikoloġiku, fi ħwawar u/jew ikel li ġew miżjuda miegħu il-ħwawar u l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir; Tipprovdi regoli għall-ittikkettar tal-ħwawar li huma maħsuba għall-bejgħ bħala tali lill-manifatturi ta’ l-ikel u għall-bejgħ bħala tali lill- konsumaturi finali. Titlob l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet iktar speċifiċi dwar sorsi ta’ taħwir, sustanzi ta’ taħwir, ħwawar għall-ipproċessar, ħwawar bl-affumikazzjoni u metodi ta’ produzzjoni kif ukoll dwar addittivi, solventi u għajnuniet għall-ipproċessar li jintużaw għall-ħwawar, metodi ta’ analiżi u ta’ teħid ta’ kampjuni kif ukoll kriterji ta’ purità u kriterji mikrobijoloġiċi. Bħala konsegwenza ta’ l-aħħar inċiż, ġiet adottata l-leġiżlazzjoni li ġejja: 1. Ġiet adottata proċedura biex tkun stabbilita lista pożittiva ta’ sustanzi ta’ taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel bħala r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 2232/96. Il-lista pożittiva għandha tiġi adottata sa Lulju 2005. 2. Ir-Regolament (KE) Nru. 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Novembru dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel. 3. Id-Direttiva 2003/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar addittivi ta’ l-ikel minbarra kuluri u ħlewwiet. |

( Il-konsistenza ma’ politiki oħra L-għanijiet tal-politika li jridu jintlaħqu huma: il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-interessi tal-konsumaturi li jinħoloq qafas ċar li jippermetti l-innovazzjoni u jagħti l-possibbiltà li jkun hemm żviluppi teknoloġiċi ġodda, sabiex l-industrija Ewropea tkun tista’ żżomm il-pożizzjoni tagħha ta’ tmexxija fil-qasam tal-ħwawar Konsegwentement, dawn l-għanijiet se jikkontribwixxu għall-għanijiet strateġiċi tal-Kummissjoni kif inhuma stabbiliti fl-Istrateġija ta’ Liżbona, fil-pjan ta’ ħames snin tal-Kummissjoni u fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar is-Sikurezza fl-Ikel li ġiet ippubblikata fl-2000. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT |

( Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi prinċipali mmirati u profil ġenerali ta’ min wieġeb L-opinjoni ta’ l-Istati Membri u tal-partijiet interessati kienet ivvalutata permezz ta’ konsultazzjonijiet fi gruppi ta’ ħidma differenti u waqt kuntatti bilaterali fejn ġew diskussi d-dokumenti tax-xogħol. Barra dan, kien iċċirkolat kwestjonarju biex isiru mistoqsijiet lil partijiet interessati differenti Fost l-organizzazzjonijiet interessati involuti kien hemm: Il-BEUC (L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi) Iċ-CAOBISCO (L-Assoċjazzjoni ta’ l-Industriji taċ-Ċikkulata, tal-Gallettini u tal-Ħelu ta’ l-UE) Iċ-CEPS (Comité Vins, Confédération Européenne des Producteurs de Spiritueux – L-Organizzazzjoni Ewropea ta’ l-Ispirti) Is-CIAA (Il-Konfederazzjoni ta’ l-Industriji ta’ l-Ikel u tax-Xorb ta’ l-UE) L-EACGI (L-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Industrija taċ-Ċjuwing-gamm) L-EDA (L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Prodotti tal-Ħalib) L-EFFA (L-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Taħwir u l-Fwejjaħ) L-EHGA (L-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Min Ikabbar il-Ħxejjex) L-EHIA (L-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Infużjoni tal-Ħxejjex) L-ESA (L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ħwawar) Il-FIC Ewropa (L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kondimenti) L-SFMA (L-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tal-Ħwawar bl-Affumikazzjoni) |

Sommarju tar-risponsi u kif tqiesu. Wara kull konsultazzjoni, tqiesu l-kummenti u ġew adattati t-testi. Jeżisti kunsens ġenerali dwar il-proposta. Ir-risponsi wara l-konsultazzjonijiet finali nġabru fil-qosor: 1. Il-kjarifika ta’ l-ambitu. Hemm qbil ġenerali li d-diskrepanzi bejn l-Istati Membri se jiġu evitati. 2. Id-definizzjonijiet tal-ħwawar 2.1 Ir-restrizzjoni fl-użu tat-terminu naturali M’hemm l-ebda unanimità dwar l-impatt tad-definizzjoni l-ġdida ta’ sustanzi ta’ taħwir li m’għadx tagħmel iktar distinzjoni bejn sustanzi ta’ taħwir naturali identiċi u dawk artifiċjali. L-argumenti favur huma li: tevita l-konfużjoni; tirriserva t-terminu naturali għall-prodotti li huma tassew naturali; m’hemm l-ebda bażi tossikoloġika biex issir din id-differenza, u hija piż amministrattiv żejjed. It-tħassir ta’ dan it-terminu se jissemplifika l-leġiżlazzjoni. L-argumenti li mhumiex favur għandhom x’jaqsmu, b’mod speċjali, mal-fatt li l-leġiżlazzjoni vertikali, li ma tippermettix ħwawar artifiċjali f’ċerti kategoriji ta’ l-ikel, se jkun meħtieġ li tiġi emendata. 2.2 L-introduzzjoni tal-kategorija "Ħwawar oħrajn" Il-kumpaniji li qegħdin jiżviluppaw ħwawar ġodda huma favur din il-kategorija għaliex tagħti l-opportunità li jiġu żviluppati ħwawar ġodda li mhumiex koperti mid-definizzjonijiet l-oħra. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi huma favur peress illi toħloq iktar trasparenza u tiżgura l-ħarsien tas-sikurezza. 3. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda għall-ittikkettar 3.1 L-ispejjeż ta’ l-ittikkettar L-impatt possibbli tad-dispożizzjonijiet il-ġodda jitqies bħala wieħed limitat. L-introduzzjoni ta’ perjodu tranżitorju jista’ jillimita l-ispejjeż possibbli. 3.2 L-informazzjoni għall-konsumatur L-Istati Membri kif ukoll l-organizzazzjonijiet tal-Konsumaturi huma tal-fehma li l-proposta se twassal għal informazzjoni aħjar għall-konsumatur dwar in-natura tal-ħwawar użati. L-industrija ta’ l-ikel, u b’mod speċjali l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, huma inqas entużjasti jew saħansitra kontra din id-dispożizzjoni l-ġdida għall-ittikkettar. 4. Il-livelli massimi għas-sustanzi li jqajmu tħassib tossikoloġiku Il-kontrolli mill-Istati Membri se jkunu iktar effiċjenti għaliex se jiffokaw fuq oġġetti ta’ l-ikel li l-iktar li jikkontribwixxu għall-konsum ta’ sustanzi li jqajmu tħassib tossikoloġiku u mhux iktar għall-oġġetti ta’ l-ikel u għax-xorb b’mod ġenerali 5. Il-monitoraġġ tal-konsum L-Istati Membri huma mħassba li se jkunu meħtieġa riżorsi żejda għall-monitoraġġ tal-konsum tas-sustanzi li huma elenkati fl-Anness II u tas-sustanzi li għalihom ġew stabbiliti restrizzjonijiet fuq l-użu. |

( Il-ġbir u l-użu ta’ pariri esperti |

Ma kienux meħtieġa pariri esperti esterni. |

( Il-valutazzjoni ta’ l-impatt L-impatti mistennija fuq l-għażliet differenti jikkonċernaw aspetti Ekonomiċi u Soċjali. Mhumiex mistennija impatti ambjentali mill-għażliet differenti meqjusa. 1. L-ebda azzjoni 1.1 L-impatt ekonomiku Is-sitwazzjoni ekonomika se ssir negattiva: Ma jiġux imħeġġa żviluppi teknoloġiċi ġodda. Huma meħtieġa dispożizzjonijiet ċari li jqisu l-aħħar żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi sabiex jiġu evitati l-ostakli kummerċjali ma’ pajjiżi terzi. L-industrija Ewropea tista’ titlef il-pożizzjoni ta’ tmexxija tagħha fis-suq globali. 1.2 L-impatt soċjali Is-saħħa tal-konsumaturi mhix imħarsa sew għaliex: Il-livelli massimi tas-sustanzi li jqajmu tħassib tossikoloġiku ma jqisux l-aħħar opinjonijiet xjentifiċi. Il-livelli massimi tas-sustanzi li jqajmu tħassib tossikoloġiku fl-ikel u fix-xorb b’mod ġenerali ma jaħsbux għal kontroll imsejjes fuq ir-riskju. It-talba tal-konsumaturi għal ittikkettar li jkun fih iktar informazzjoni ma ġietx sodisfatta. 2. L-azzjoni mhux leġiżlattiva 2.1 L-impatt ekonomiku Bħalissa ninsabu f’sitwazzjoni fejn hemm leġiżlazzjoni dwar il-ħwawar. Il-linji ta’ gwida ma jannullawx il-leġiżlazzjoni eżistenti. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni kontradittorja u konfuża għall-industrija li bħala konsegwenza jkollha impatt ekonomiku negattiv. 2.2 L-impatt soċjali Il-linji ta’ gwida jistgħu jikkontradixxu l-leġiżlazzjoni eżistenti u għalhekk mhumiex l-iktar mod effiċjenti biex tkun imħarsa s-saħħa tal-konsumatur. Sitwazzjoni legali li mhix ċara se tirriżulta f’telf fil-kunfidenza tal-konsumatur dwar l-użu tal-ħwawar. 3. Id-deregolazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħwawar 3.1 L-impatt ekonomiku Dan jista’ jwassal għas-sitwazzjoni fejn kull Stat Membru jagħmel ir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu stess. Billi l-perċezzjoni tar-riskji, bejn l-Istati Membri, tista’ tkun differenti dan għandu jirriżulta f’funzjonament mhux effettiv tas-suq intern. 3.2 L-impatt soċjali Id-differenzi fil-metodu bejn l-Istati Membri għall-valutazzjoni tas-sikurezza se jwasslu għal sitwazzjoni konfuża għall-konsumaturi, b’livelli differenti ta’ ħarsien u nuqqas ta’ kunfidenza f’ċerti Stati Membri u fis-suq intern. 4. L-emendi għad-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE 4.1 L-impatt ekonomiku L-introduzzjoni ta’ l-emendi meħtieġa fid-Direttiva effettiva għandu jkollha impatt ekonomiku ta’ ġid kif jiġi spjegat fil-punt 5. Il-bidliet fl-Annessi I u II u dispożizzjonijiet oħra għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-kummerċ xorta jkunu jridu jiġu introdotti permezz ta’ ko-deċiżjoni. Madankollu hija meħtieġa proċedura ta’ awtorizzazzjoni iktar effiċjenti għall-ġestjoni ta’ lista pożittiva li fiha madwar 2600 sustanza ta’ taħwir biex jintużaw fl-ikel u fuq l-ikel. L-ammont tal-bidliet meħtieġa jista’ jwassal għal leġiżlazzjoni li mhix ċara. 4.2 L-impatt soċjali Huma mistennija impatti pożittivi fuq is-saħħa pubblika minħabba sistema komprensiva għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-ħwawar, minħabba l-adattament tal-livelli massimi tas-sustanzi li jqajmu tħassib tossikoloġiku, minħabba l-aħħar opinjoni xjentifika u billi jitħallew il-kontrolli ta’ dawk is-sustanzi f’ikel bl-ikbar riskju. 5. Il-proposta għal Regolament ġdid. 5.1 L-impatt ekonomiku 5.1.1 L-impatt fuq ir-rekwiżiti amministrattivi li ġew imposti fuq il-kummerċ It-tneħħija tad-distinzjoni bejn sustanzi ta’ taħwir Naturali Identiċi u Artifiċjali, it-tnejn li huma sintetizzati b’mod kimiku, se tirriżulta f’inqas rekwiżiti amministrattivi billi jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri kollha. Se jkunu meħtieġa sforzi addizzjonali biex ikun hemm konformità mal-bidliet proposti għall-ittikkettar tal-ħwawar. Madankollu, dawn se jkunu biss temporanji, sakemm it-tikketti jinġiebu skond ir-rekwiżiti l-ġodda. Barra dan, l-isforzi huma limitati meta mqabbla mat-trasparenza addizzjonali miksuba u meqjusa pożittiva mill-konsumatur. Sabiex ikunu llimitati l-isforzi u l-ispejjeż involuti, qiegħed jiġi propost perjodu tranżitorju biex ikun hemm adattatment għar-rekwiżiti l-ġodda ta’ l-ittikkettar. 5.1.2 L-impatt fuq l-innovazzjoni u r-riċerka Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-awtorizzazzjoni tal-ħwawar jiċċaraw meta jkun hemm il-ħtieġa li tiġi evalwata s-sikurezza tal-ħwawar. Ċerti ħwawar, b’definizzjoni, huma eżenti mill-evalwazzjoni. Dan se jippermetti lill-industrija biex tistma b’mod aktar korrett l-ispejjeż ta’ l-iżvilupp ta’ ħwawar ġodda. Il-proposta tispeċifika wkoll x’tip ta’ preparazzjonijiet jistgħu jiġu aċċettati biex ikunu jistgħu jiġu ttikkettati bħala naturali. Dan huwa importanti biex ikunu żviluppati u prodotti aktar ħwawar naturali ġodda. L-introduzzjoni tal-kategorija "ħwawar oħrajn" titqies bħala pożittiva għall-innovazzjoni u għar-riċerka. Jekk jiġu żviluppati kategoriji ġodda ta’ ħwawar, dawn jistgħu jiġu awtorizzati sakemm is-sikurezza tagħhom tkun ġiet evalwata. 5.1.3 L-impatt fuq il-familji Il-konsumatur se jkun informat aħjar dwar in-natura tal-ħwawar li huma preżenti fl-ikel. Mhux mistenni li r-Regolament propost se jaffettwa l-prezzijiet ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. 5.1.4 L-impatt fuq pajjiżi terzi u r-relazzjonijiet internazzjonali Din il-proposta se tarmonizza aktar il-leġiżlazzjoni dwar il-ħwawar u se toħloq suq uniformi fi ħdan l-UE u previdibbiltà għall-importaturi. L-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħwawar se tpoġġi lill-Unjoni Ewropea f’pożizzjoni aħjar meta tkun qed tinnegozja ma’ pajjiżi terzi dwar l-introduzzjoni tal-ħwawar fis-sistema Codex Alimentarius. Il-Komunità Ewropea se tkun tista’ żżomm il-pożizzjoni tagħha ta’ tmexxija bħala produttur u żviluppatur tal-ħwawar 5.1.5 L-impatt fuq l-Awtoritajiet pubbliċi Il-kontrolli mill-Istati Membri se jkunu iktar effiċjenti minħabba li se jiffokaw fuq oġġetti ta’ l-ikel li l-iktar li jikkontribwixxu għall-konsum ta’ sustanzi li jqajmu tħassib tossikoloġiku. F’dawk il-pajjiżi fejn jeżistu ċerti kategoriji ta’ ikel li magħhom jistgħu jiġu miżjuda biss sustanzi ta’ taħwir naturali jew naturali identiċi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali se jkollha tiġi adattata. Madankollu, din is-semplifikazzjoni se twassal għal inqas rekwiżiti amministrattivi. L-Istati Membri huma mħassba li għall-monitoraġġ tal-konsum tas-sustanzi li ġew elenkati fl-Anness II u tas-sustanzi li għalihom ġew stabbiliti restrizzjonijiet fuq l-użu, se jkunu meħtieġa riżorsi żejda. Madankollu dan huwa essenzjali sabiex ikun żgurat li r-regolament se jkun effettiv għall-ħarsien tas-saħħa tal-konsumaturi. L-Istati Membri ma tawniex l-informazzjoni dwar ir-riżorsi meħtieġa. L-impatt għall-monitoraġġ speċifiku tal-konsum tal-ħwawar jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti billi dan il-monitoraġġ jiġi organizzat flimkien mal-monitoraġġ tal-konsum ta’ l-addittivi li diġà huwa mitlub mil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE. 5.2 L-impatt soċjali Huma mistennija impatti pożittivi fuq is-saħħa pubblika minħabba sistema komprensiva ta’ valutazzjoni tas-sikurezza tal-ħwawar fuq livell Komunitarju. Il-kontroll tal-limiti għas-sustanzi li jqajmu tħassib tossikoloġiku se jiffoka fuq ikel li għandu l-ogħla riskju, li se jirriżulta f’ħarsien iktar effiċjenti tas-saħħa tal-konsumaturi. Il-konklużjonijiet tal-monitoraġġ tal-konsum jistgħu jintużaw biex tiġi adattata l-leġiżlazzjoni meta jkun jidher li l-konsum iqajjem tħassib dwar is-sikurezza. |

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni ta’ l-impatt elenkat fil-Programm ta’ Ħidma, li r-rapport tiegħu huwa aċċessibbli minn http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/additives/index_en.htm |

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

( Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Ir-Regolament se jiżgura b’mod aħjar il-funzjonament effettiv tas-suq intern fejn għandhom x’jaqsmu l-ħwawar użati jew li huma maħsuba għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir; se jipprovdi l-bażi biex ikun żgurat livell għoli ta’ ħarsien għas-saħħa tal-bniedem u biex jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi |

( Il-bażi legali L-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea |

( Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin: |

L-azzjoni meħudha mill-Istati Membri biss tista’ twassal għal sitwazzjoni ta’ konfużjoni għall-konsumaturi, b’livelli differenti ta’ ħarsien, u nuqqas ta’ kunfidenza f’ċerti Stati Membri u fis-suq intern. |

Azzjoni Komunitarja se tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(ijiet) li ġejja(ġejjin): |

Jeħtieġ li tkun amministrata lista pożittiva b’madwar 2600 sustanza ta’ taħwir. Huma mistennija madwar 100 applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kull sena. Dan jeħtieġ approċċ armonizzat u ċentralizzat. |

L-effiċjenza tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u l-funzjonament effettiv tas-suq intern se jindikaw li l-għanijiet jintlaħqu aħjar mill-Unjoni. |

Il-funzjonament effettiv tas-suq intern fejn għandhom x’jaqsmu l-ħwawar użati fl-ikel u fuq l-ikel, filwaqt li jiġu mħarsa s-saħħa u l-interessi tal-konsumaturi Ewropej. jista’ jintlaħaq l-aħjar permezz ta’ proċedura għal awtorizzazzjoni ċentralizzata. |

Għalhekk il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

( Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(ijiet) li ġejja(ġejjin). |

Sabiex isir użu aħjar mill-kapaċità ta’ kontroll ta’ l-Istati Membri u mill-kontrolli organizzati bbażati fuq ir-riskju, il-punt fokali se jkun fuq il-ħwawar u s-sustanzi preżenti fl-ikel li l-iktar li jqajmu tħassib |

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-ħwawar hija limitata biss għas-sustanzi ta’ taħwir, għall-preparazzjonijiet li mhumiex tradizzjonali u għas-sors li ġej mill-veġetali jew mill-annimali li mhux ikel. L-ittikkettar obbligatorju huwa limitat għall-"ħwawar", għall-"ħwawar bl-affumikazzjoni” u għas-sors tal-ħwawar naturali. |

( L-għażla ta’ l-istrumenti |

L-istrumenti proposti: ir-regolament. |

Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati għar-raġuni(ijiet) li ġejja(ġejjin). Il-qasam tal-ħwawar kiseb livell għoli ta’ armonizzazzjoni permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE. Sabiex jiġi żgurat funzjonament effettiv kontinwu tas-suq intern waqt li jiġu mħarsa s-saħħa tal-bniedem u l-interessi tal-konsumaturi, regolament jitqies bħala l-iktar għodda xierqa. |

L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

Il-Komunità tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja sabiex jiġu stabbiliti politika u sistema armonizzati fil-qasam tal-ħwawar ta’ l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir, inkluż: l-iżvilupp ta’ bażi tad-data xierqa għall-ġbir u għaż-żamma ta’ l-informazzjoni kollha li għandha x’taqsam mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħwawar, it-tnedija ta’ l-istudji meħtieġa għall-preparazzjoni u għall-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni dwar il-ħwawar ta’ l-ikel, it-tnedija ta’ l-istudji meħtieġa għall-armonizzazzjoni tal-proċeduri, tal-kriterji għat-teħid tad-deċiżjonijiet u għar-rekwiżiti tad-data, biex ikun iffaċilitat il-qsim tax-xogħol bejn l-Istati Membri u biex tiġi żviluppata gwida f’dawn l-oqsma. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

( Ir-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti. |

( Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

1. 2006/0147 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru. 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ,

Billi:

(1) Fid-dawl ta’ l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, jeħtieġ li d-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, li għandhom x’jaqsmu mat-taħwir għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel u mal-materjali mis-sors għall-produzzjoni tagħhom[3] tiġi aġġornata. Fl-interessi tal-ċarezza u ta’ l-effiċjenza d-Direttiva 88/388/KEE għandha tiġi sostitwita bir-Regolament preżenti.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/389/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-istabbiliment,mill-Kummissjoni, ta’ inventarju tal-materjali u s-sustanzi mis-sors użati fil-preparazzjoni ta’ taħwir[4] tipprevedi l-istabbiliment ta’ dak l-inventarju fi żmien 24 xahar mill-adozzjoni tagħha. Dik id-Deċiżjoni issa għadda żmienha u għandha tiġi rrevokata.

(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/71/KEE tas-16 ta’ Jannar 1991 li tikkompleta d-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taħwir għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel u mal-materjali mis-sors għall-produzzjoni tagħhom [5] tistabbilixxi r-regoli dwar l-ittikkettar tal-ħwawar. Dawn ir-regoli qed jiġu ssostitwiti bir-Regolament preżenti u d-Direttiva issa għandha tiġi rrevokata.

(4) Il-moviment liberu ta’ ikel sikur u sustanzjuż huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-saħħa u għall-benesseri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(5) Sabiex tkun imħarsa s-saħħa tal-bniedem, l-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jkopri l-ħwawar, il-materjali mis-sors għall-ħwawar u l-ikel li fih il-ħwawar. Għandu jkopri wkoll ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir li jiġu miżjuda ma’ l-ikel bl-għan prinċipali li tiżdied il-benna u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-preżenza fl-ikel ta’ ċerti sustanzi mhux mixtieqa li jseħħu b’mod naturali (‘ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir’), il-materjal mis-sors tagħhom u l-ikel li jinstabu fih.

(6) Il-ħwawar u l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir jistgħu jintużaw biss jekk jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament. Iridu jkunu mingħajr periklu meta jiġu użati, u għalhekk ċerti ħwawar għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju qabel ma jistgħu jkunu permessi fl-ikel. M’għandhomx jiżgwidaw lill-konsumatur, u għalhekk il-preżenza tagħhom fl-ikel għandha dejjem tkun indikata permezz ta’ tikkettar xieraq.

(7) Sa mill-1999, il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, u sussegwentement l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, esprima opinjonijiet dwar numru ta’ sustanzi li jseħħu b’mod naturali f’materjali mis-sors għall-ħwawar u għall-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir[6] li, skond il-Kumitat ta’ l-Esperti tas-Sustanzi ta’ Taħwir tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, iqajmu tħassib tossikoloġiku. Sustanzi li għalihom kien ikkonfermat it-tħassib tossikoloġiku mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel għandhom jitqiesu bħala sustanzi mhux mixtieqa li bħala tali m’għandhomx jiġu miżjuda ma’ l-ikel.

(8) Minħabba li jseħħu b’mod naturali fil-pjanti, is-sustanzi mhux mixtieqa jistgħu jkunu preżenti fi preparazzjonijiet ta’ taħwir u f’ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir. Tradizzjonalment, il-pjanti jintużaw bħala ikel jew bħala ingredjenti ta’ l-ikel. Għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi xierqa għall-preżenza ta’ dawn is-sustanzi mhux mixtieqa fl-ikel li l-iktar li jikkontribwixxi għall-konsum mill-bniedem ta’ dawn is-sustanzi, fejn jitqiesu kemm il-ħtieġa li tiġi mħarsa s-saħħa tal-bniedem kif ukoll il-preżenza inevitabbli tagħhom fl-ikel tradizzjonali.

(9) Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet fuq livell Komunitarju biex ikun ipprojbit jew ristrett l-użu ta’ ċerti materjali tal-pjanti jew ta’ l-annimali li jqajmu tħassib għas-saħħa tal-bniedem fil-produzzjoni tal-ħwawar u ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir u fl-applikazzjoni tagħhom fil-produzzjoni ta’ l-ikel.

(10) Għandhom isiru valutazzjonijiet tar-riskju mill-Awtorità Europea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, li minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-Awtorità”, li ġiet stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel[7].

(11) Biex tkun żgurata l-armonizzazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-approvazzjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors li jeħtieġ li ssirilhom evalwazzjoni, għandhom jitwettqu skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għall-ħwawar ta’ l-ikel.[8]

(12) Is-sustanzi ta’ taħwir huma sustanzi li huma ddefiniti kimikament bi proprjetajiet ta’ taħwir. Għaddej programm ta’ evalwazzjoni ta’ sustanzi ta’ taħwir skond ir-Regolament (KE) Nru. 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għas-sustanzi tat-taħwir użati jew maħsuba għall-użu fi jew fuq l-oġġetti ta’ l-ikel[9]. Skond dak ir-Regolament għandha tiġi adottata lista ta’ sustanzi ta’ taħwir fi żmien ħames snin mill-adozzjoni ta’ dak il-programm. Għandha tiġi ffissata skadenza ġdida għall-adozzjoni ta’ dik il-lista. Il-lista se tiġi proposta ħalli tkun inkluża fil-lista li tissemma fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru. […].

(13) Il-preparazzjonijiet ta’ taħwir huma ħwawar li mhumiex sustanzi ddefiniti kimikament li jinkisbu minn materjali li ġejjin mill-veġetali, mill-annimali u mill-minerali, permezz ta’ proċessi fiżiċi, enzimatiċi jew mikrobijoloġiċi xierqa, jew fl-istat naturali tal-materjal jew wara li jkun ġie pproċessat għall-konsum mill-bniedem. Il-preparazzjonijiet ta’ taħwir li ġew prodotti mill-ikel mhemmx għalfejn jgħaddu minn proċedura ta’ evalwazzjoni jew approvazzjoni għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel sakemm ma jkunx hemm dubju dwar is-sikurezza tagħhom. Madankollu, is-sikurezza tal-preparazzjonijiet ta’ taħwir li ġew prodotti minn materjal li mhux ikel għandha tiġi evalwata qabel l-approvazzjoni.

(14) Ir-Regolament (KE) Nru. 178/2002 jiddefinixxi l-ikel bħala kwalunkwe sustanza, jew prodott, kemm jekk ipproċessat, ipproċessat b’mod parzjali jew mhux ipproċessat, li huwa maħsub, jew raġonevolment mistenni li jkun, għall-inġestjoni mill-bniedem jew le. Il-materjali ġejjin mill-veġetali, mill-annimali jew li għandhom oriġini mikrobijoloġika, li s’issa hemm evidenza sinifikanti li jintużaw għall-produzzjoni tal-ħwawar, għal dan l-iskop jitqiesu bħala materjali ta’ l-ikel, anki jekk uħud minn dawn il-materjali mis-sors, bħalma huma rose wood , il-laqx mill-injam tal-ballut u l-weraq tal-frawli, jistgħu ma jkunux intużaw għall-ikel bħala tali. M’hemmx għalfejn jiġu evalwati.

(15) Bl-istess mod, il-ħwawar li għaddew minn proċess termali li ġew prodotti mill-ikel f’kondizzjonijiet awtorizzati mhemmx għalfejn jgħaddu minn proċedura ta’ evalwazzjoni jew approvazzjoni għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel sakemm ma jkunx hemm dubju dwar is-sikurezza tagħhom. Madankollu, is-sikurezza tal-ħwawar li għaddew minn proċess termali li ġew prodotti minn materjal li mhux ikel jew li ġew prodotti f’kondizzjonijiet li ma ġewx awtorizzati għandha tiġi evalwata qabel l-approvazzjoni.

(16) Ir-Regolament (KE) Nru. 2065/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Novembru 2003 dwar taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel[10], jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni tas-sikurezza u l-approvazzjoni tal- ħwawar bl-affumikazzjoni u għandu l-għan li jistabbilixxi lista ta’ kondensati primarji ta’ l-affumikazzjoni u frazzjonijiet primarji tad-duħħan tat-tabakk li l-użu tagħhom huwa awtorizzat bl-esklużjoni ta’ l-oħrajn kollha.

(17) Il-prekursuri tal-benna jagħtu l-benna lill-ikel permezz ta’ reazzjonijiet kimiċi li jseħħu waqt l-ipproċessar ta’ l-ikel. Il-prekursuri tal-benna li ġew prodotti mill-ikel mhemmx bżonn għalfejn jgħaddu minn proċedura ta’ evalwazzjoni jew approvazzjoni għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel sakemm ma jkunx hemm dubju dwar is-sikurezza tagħhom. Madankollu, is-sikurezza tal-prekursuri tal-benna li jiġu prodotti minn materjal li mhux ikel għandha tiġi vvalutata qabel l-approvazzjoni.

(18) Ħwawar oħrajn li ma jaqgħux taħt id-definizzjonijiet tal-ħwawar li ssemmew qabel jistgħu jintużaw fl-ikel u fuq l-ikel wara li jkunu għaddew minn proċedura ta’ evalwazzjoni u approvazzjoni.

(19) Il-materjal li ġej mill-veġetali, mill-annimali, li n-natura tiegħu hija mikrobijoloġika jew minerali li mhux ikel jista’ jiġi awtorizzat biss għall-produzzjoni tal-ħwawar wara li s-sikurezza tiegħu ġiet evalwata b’mod xjentifiku. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li jkun awtorizzat l-użu ta’ ċerti partijiet biss tal-materjal jew li jiġu ffissati kondizzjonijiet għall-użu.

(20) Ħwawar jew materjal mis-sors li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru. 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament[11] għandhom ikunu awtorizzati skond dak ir-Regolament, qabel ma jkun approvat taħt dan ir-Regolament.

(21) Is-sustanzi ta’ taħwir jew il-preparazzjonijiet ta’ taħwir għandhom jiġu ttikkettati bħala ‘naturali’ jekk jikkonformaw ma’ ċerti kriterji li jiżguraw li l-konsumaturi ma jiġux żgwidati.

(22) Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-informazzjoni għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux żgwidati dwar il-materjal mis-sors użat għall-produzzjoni tal-ħwawar naturali. Ngħidu aħna, is-sors tal-vanillina miksuba mill-injam se jkollu jissemma.

(23) Il-konsumaturi għandhom ikunu informati jekk it-togħma ta’ affumikat ta’ ikel partikolari hiex minħabba ż-żieda ta’ ħwawar bl-affumikazzjoni. Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel[12], l-isem li bih jinbiegħ il-prodott m’għandux joħloq konfużjoni lill-konsumatur dwar jekk il-prodott huwiex affumikat b’mod konvenzjonali b’affumikazzjoni friska jew jekk huwiex ittrattat bil-ħwawar bl-affumikazzjoni. Din id-Direttiva jeħtieġ li tiġi adattata għad-definizzjonijiet tal-ħwawar, tal-ħwawar bl-affumikazzjoni u tat-terminu ‘naturali’ għad-deskrizzjoni tal-ħwawar li ġew stabbiliti fir-Regolament preżenti.

(24) Għall-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi ta’ taħwir minħabba s-saħħa tal-bniedem, l-informazzjoni dwar il-konsum u l-użu tas-sustanzi ta’ taħwir hija kruċjali. L-ammonti ta’ sustanzi ta’ taħwir miżjuda ma’ l-ikel għandhom għalhekk jiġu kkontrollati fuq bażi regolari.

(25) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni[13].

(26) L-Annessi II sa V għal dan ir-Regolament għandhom jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku.

(27) Sabiex tkun żviluppata u aġġornata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħwawar b’mod proporzjonat u effettiv, huwa meħtieġ li tinġabar id- data , ikun hemm qsim ta’ l-informazzjoni u tiġi kkoordinata l-ħidma bejn l-Istati Membri. Għal dak l-iskop, jista’ jkun utli li jitwettqu studji biex ikunu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi bl-għan li jkun iffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Huwa xieraq li l-Komunità tiffinanzja studji bħal dawn bħala parti mill-proċedura baġitarja tagħha. Il-finanzjament ta’ tali miżuri huwa kopert bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali eżegwiti biex jiżguraw il-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali[14] u għalhekk il-bażi legali għall-finanzjament tal-miżuri ta’ hawn fuq se tkun ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(28) Sakemm titwaqqaf il-lista Komunitarja, għandu jsir provvediment għall-evalwazzjoni u għall-approvazzjoni ta’ sustanzi ta’ taħwir li mhumiex koperti mill-programm ta’ evalwazzjoni previst fir-Regolament (KE) Nru. 2232/96. Għalhekk għandu jiġi stabbilit reġim tranżitorju. Taħt dak ir-reġim, għandhom jiġu evalwati u approvati sustanzi ta’ taħwir bħal dawn skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru. [ir-Regolament proċedurali]. Madankollu m’għandhomx japplikaw il-perjodi taż-żmien previsti f’dak ir-Regolament biex l-Awtorità tadotta l-opinjoni tagħha u biex il-Kummissjoni tissottometti abbozz ta’ Regolament li jaġġorna l-lista Komunitarja mal- Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, għaliex għandha tingħata prijorità lill-programm ta’ evalwazzjoni li jkun għaddej.

(29) Billi l-għan ta’ l-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli Komunitarji dwar l-użu ta’ ħwawar u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir fl-ikel u fuq l-ikel, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-unità tas-suq u l-livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur, jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif ġie stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif ġie stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(30) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż[15] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1601/91 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid[16] jeħtieġ li jiġu adattati għal ċerti definizzjonijiet ġodda li ġew stabbiliti fir-Regolament preżenti.

(31) Ir-Regolamenti (KEE) Nru. 1576/89, (KEE) Nru. 1601/91 u (KE) Nru. 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE għandhom jiġu emendati skond dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

IS-SUĠĠETT, L-AMBITU U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1 Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar ħwawar u ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern u livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ ħarsien tal-konsumatur.

Għal dawk l-għanijiet, dan ir-Regolament jipprevedi:

(a) lista Komunitarja ta’ ħwawar u materjali mis-sors li ġew approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, li ġiet stabbilita fl-Anness I (‘il-lista Komunitarja);

(b) il-kondizzjonijiet ta’ l-użu tal-ħwawar u ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir fl-ikel u fuq l-ikel;

(c) ir-regoli dwar l-ittikkettar tal-ħwawar.

Arti kolu 2 L-ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a) il-ħwawar li jintużaw jew li huma maħsuba għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel, ħlief għall-ħwawar bl-affumikazzjoni li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru. 2065/2003;

(b) l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir;

(c) l-ikel li fih ħwawar u ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir;

(d) il-materjali mis-sors għal ħwawar u ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir.

2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:

(a) sustanzi li għandhom esklużivament togħma ħelwa, qarsa jew mielħa;

(b) ikel nej jew mhux kompost.

3. Fejn ikun meħtieġ, jista’ jiġi deċiż skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 18(2) jekk sustanza jew taħlita ta’ sustanzi, materjal jew tip ta’ ikel partikolari jaqax fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew le.

Art kolu 3 Id-definizzjonijiet

1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġew stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nri. 178/2002 u 1829/2003.

2. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a) 'ħwawar' għandha tfisser prodotti:

(i) li mhumiex maħsuba biex jiġu kkonsmati bħala tali, li jiġu miżjuda ma’ l-ikel sabiex jagħtu riħa u/jew togħma;

(ii) li huma magħmulin jew li jikkonsistu mill-kategoriji li ġejjin: sustanzi ta’ taħwir, preparazzjonijiet ta’ taħwir, ħwawar li għaddew minn proċess termali, ħwawar bl-affumikazzjoni, prekursuri tal-benna jew ħwawar oħra jew taħlitiet tagħhom;

(b) 'sustanza ta’ taħwir' għandha tfisser sustanza ddefinita kimikament bi proprjetajiet ta’ taħwir;

(c) 'sustanza ta’ taħwir naturali' għandha tfisser sustanza ta’ taħwir li tinkiseb permezz ta’ proċessi fiżiċi, enzimatiċi jew mikrobijoloġiċi xierqa minn materjal li ġej mill-veġetali, mill-annimali jew li għandu oriġini mikrobijoloġika jew fl-istat nej jew wara li ġie pproċessat għall-konsum mill-bniedem permezz ta’ wieħed jew iktar mill-proċessi ta’ preparazzjoni ta’ l-ikel tradizzjonali li ġew elenkati fl-Anness II;

(d) 'preparazzjoni ta’ taħwir' għandha tfisser prodott, għajr għal sustanza ta’ taħwir, li nkiseb minn:

(i) ikel permezz ta’ proċessi fiżiċi, enzimatiaċi jew mikrobijoloġiċi xierqa jew fl-istat nej tal-materjal jew wara li ġie pproċessat għall-konsum mill-bniedem permezz ta’ wieħed jew iktar mill-proċessi ta’ preparazzjoni ta’ l-ikel tradizzjonali li ġew elenkati fl-Anness II u/jew mill-proċessi fiżiċi xierqa;

u/jew

(ii) materjal li ġej mill-veġetali, mill-annimali jew li għandu oriġini mikrobijoloġika, li mhux ikel, li nkiseb permezz ta’ wieħed jew iktar mill-proċessi ta’ preparazzjoni ta’ l-ikel tradizzjonali li ġew elenkati fl-Anness II u/jew mill-proċessi fiżiċi, enzimatiċi jew mikrobijoloġiċi xierqa;

(e) ‘ħwawar li għaddew minn proċess termali’ għandha tfisser prodott li nkiseb wara trattament bis-sħana minn taħlita ta’ ingredjenti li mhux bilfors għandhom proprjetajiet ta’ taħwir huma stess, li minnhom għall-inqas wieħed fih in-nitroġenu (amminiku) u ieħor huwa zokkor li jnaqqas aġent ossidanti mhux qawwi (reducing sugar) ; l-ingredjenti għall-produzzjoni tal-ħwawar li għaddew minn proċess termali jistgħu jkunu;

(i) ikel;

u/jew

(ii) materjal mis-sors li mhux ikel;

(f) ‘ħwawar bl-affumikazzjoni’ għandha tfisser prodott li jinkiseb permezz tal-frazzjonament u tal-purifikazzjoni ta’ affumikazzjoni kondensata li tagħti kondensati primarji ta’ l-affumikazzjoni u frazzjonijiet primarji tad-duħħan tat-tabakk u/jew ħwawar bl-affumikazzjoni derivat kif ġie ddefinit fil-punti (1), (2) u (4) ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru. 2065/2003;

(g) ‘prekursur tal-benna’ għandha tfisser prodott, li mhux bilfors ikollu proprjetajiet ta’ taħwir huwa stess, li jiġi miżjud b’mod intenzjonali ma’ l-ikel għall-iskop waħdieni li tiġi prodotta benna billi jitkissru jew ikun hemm reazzjoni ma’ komponenti oħrajn waqt l-ipproċessar ta’ l-ikel; jista’ jinkiseb minn:

(i) ikel;

u/jew

(ii) materjal mis-sors li mhux ikel;

(h) ‘ħwawar oħrajn’ għandha tfisser ħwawar li ġew miżjuda jew kienu maħsuba biex jiġu miżjuda ma’ l-ikel sabiex jagħtu riħa u/jew togħma u li ma jaqgħux taħt id-definizzjonijiet (b) sa (g);

(i) ‘ingredjent ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir’ għandha tfisser ingredjent ta’ l-ikel għajr għall-ħwawar li jistgħu jiġu miżjuda ma’ l-ikel bl-iskop prinċipali li tiżdied il-benna jew tiġi mmodifikata l-benna ta’ l-ikel;

(j) ‘materjal mis-sors’ għandha tfisser materjal li ġej mill-veġetali, mill-annimali jew li għandu oriġini mikrobijoloġika jew minerali li minnu jiġu prodotti ħwawar jew ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir; jista’ jkun:

(i) ikel;

jew

(ii) materjal mis-sors li mhux ikel;

(k) ‘proċess fiżiku xieraq’ għandha tfisser proċess fiżiku li ma jimmodifikax b’mod intenzjonali n-natura kimika tal-komponenti tal-ħwawar u ma jinvolvix l-użu ta’ ossiġnu, ożonu, katilizzaturi inorganiċi, katalizzaturi metalliċi, reaġenti organometalliċi u/jew radjazzjoni UV b’membru wieħed ( singlet ).

3. Għall-iskop tad-definizzjonijiet li ġew elenkati fil-paragrafu 2 (e), (g) u (j), il-materjali mis-sors li sa dak iż-żmien hemm evidenza sinifikanti li ntużaw għall-produzzjoni tal-ħwawar, jitqiesu bħala ikel.

4. Fejn ikun meħtieġ, jista’ jiġi deċiż skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 18(2) jekk sustanza partikolari taqax f’kategorija speċifika li hija elenkata fil-paragrafu 2(b) sa (j) jew le.

KAPITOLU II

IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TAL-ĦWAWAR, TA’ L-INGREDJENTI TA’ L-IKEL BI PROPRJETAJIET TA’ TAĦWIR U TAL-MATERJALI MIS-SORS

Artikolu 4 Il-kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tal-ħwawar jew ta’ l- ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir

Il-ħwawar jew l-ingredjenti ta’ l-ikel bi propjetajiet ta’ taħwir li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin biss jistgħu jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel:

(a) ibbażat fuq l-evidenza xjentifika disponibbli, mhumiex ta’ periklu għas-saħħa tal-konsumatur;

(b) l-użu tagħhom ma jiżgwidax lill-konsumatur.

Arti kolu 5 Il-preżenza ta’ ċerti sustanzi

1. Is-sustanzi li ġew elenkati fil-Parti A ta’ l-Anness III m’għandhomx jiġu miżjuda bħala tali ma’ l-ikel.

2. Il-livelli massimi ta’ ċerti sustanzi, li huma preżenti b’mod naturali fil-ħwawar u fl-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir, fl-ikel kompost li huwa elenkat fil-Parti B ta’ l-Anness III m’għandhomx jinqabżu minħabba l-użu ta’ ħwawar u ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir f’dak l-ikel u fuq dak l-ikel.

Il-livelli massimi għandhom japplikaw għall-ikel kompost kif ikun offrut lest għall-konsum jew kif ikun ippreparat skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

3. Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2 skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 18(2).

Arti kolu 6 L-użu ta’ ċerti materjali mis-sors

1. Il-materjali mis-sors li huma elenkati fil-Parti A ta’ l-Anness IV m’għandhomx jintużaw għall-produzzjoni ta’ ħwawar u ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir.

2. Il-ħwawar u l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir li ġew prodotti mill-materjali mis-sors li ġew elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness IV jistgħu jintużaw biss fil-kondizzjonijiet indikati f’dak l-Anness.

Arti kolu 7 Il-ħwawar li għalihom mhumiex meħtieġa evalwazzjoni u approvazzjoni

1. Il-ħwawar li ġejjin jistgħu jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel mingħajr approvazzjoni taħt dan ir-Regolament, sakemm ikunu konformi ma’ l-Artikolu 4:

(a) il-preparazzjonijiet ta’ taħwir li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(d)(i);

(b) il-ħwawar li għaddew minn proċess termali li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(e)(i) u li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għall-produzzjoni ta’ ħwawar li għaddew minn proċess termali u mal-livelli massimi ta’ ċerti sustanzi fil-ħwawar li għaddew minn proċess termali li ġew stabbiliti fl-Anness V;

(c) il-prekursuri tal-benna li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(g)(i);

(d) l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir.

2. Minkejja l-paragrafu 1, jekk il-Kummissjoni, Stat Membru jew l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (‘l-Aworità’) tesprimi dubji dwar is-sikurezza tal-ħwawar jew ta’ ingredjent ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir li jissemma fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tagħmel valutazzjoni tar-riskju ta’ ħwawar jew ingredjent ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir bħal dan. Imbagħad għandhom japplikaw mutatis mutandis l-Artikoli 4 sa 6 tar-Regolament (KE) Nru. [ir-Regolament proċedurali].

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri skond l-opinjoni ta’ l-Awtorità, skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 18(2). Miżuri bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti fl-Annessi III, IV u/jew V kif jixraq.

KAPITOLU III

IL-LISTA KOMUNITARJA TAL-ĦWAWAR U TAL-MATERJALI MIS-SORS LI ĠEW APPROVATI GĦALL-UŻU FL-IKEL U FUQ L-IKEL

Artikolu 8 Il-ħwawar u l-materjali mis-sors li għalihom huma meħtieġa evalwazzjoni u approvazzjoni

Il-Kapitolu preżenti japplika:

(a) għas-sustanzi ta’ taħwir;

(b) għall-preparazzjonijiet ta’ taħwir li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(d)(ii);

(c) għall-ħwawar li għaddew minn proċess termali li nkisbu billi jissaħħnu l-ingredjenti li jaqgħu, b’mod parzjali jew għalkollox, taħt l-Artikolu 3(2)(e)(ii) jew li għalihom ma ntlaħqux il-kondizzjonijiet għall-produzzjoni ta’ ħwawar li għaddew minn proċess termali u l-livelli massimi għal ċerti sustanzi mhux mixtieqa li ġew stabbiliti fl-Anness V;

(d) għall-prekursuri tal-benna li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(g)(ii);

(e) għal ħwawar oħrajn li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(h);

(f) għall-materjali mis-sors, li mhumiex ikel, li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(j)(ii).

Art ikolu 9 Il-lista Komunitarja tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors

Mill-ħwawar u mill-materjali mis-sors li jissemmew fl-Artikolu 8, dawk biss li huma inklużi fil-lista Komunitarja jistgħu jitqiegħdu fis-suq bħala tali u jistgħu jintużaw fl-ikel u fuq l-ikel.

Art ikolu 10 L-inklużjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors fil-lista Komunitarja

1. Il-ħwawar jew il-materjal mis-sors jistgħu jiġu inklużi fil-lista Komunitarja, skond il-proċedura li ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru.[il-proċedura komuni], biss jekk jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġew stabbiliti fl-Artikolu 4.

2. L-annotazzjoni għall-ħwawar jew għal materjal mis-sors fil-lista Komunitarja għandha tispeċifika:

(a) l-identifikazzjoni tal-ħwawar jew tal-materjal mis-sors approvat;

(b) fejn ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet li fihom jistgħu jiġu użati l-ħwawar.

3. Il-lista Komunitarja għandha tiġi emendata skond il-proċedura li tissemma fir-Regolament (KE) Nru. […] li tistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-additivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għall-ħwawar ta’ l-ikel.

Art ikolu 11 Il-ħwawar jew il-materjali mis-sors li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru. 1829/2003

Il-ħwawar jew il-materjal mis-sors li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru.1829/2003 jistgħu jiġu inklużi fil-lista Komunitarja biss wara li jkunu ġew awtorizzati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru. 1829/2003.

KAPITOLU IV

L-ITTIKKETTAR

TAQSIMA 1

L-ITTIKKETTAR TAL-ĦWAWAR LI MHUMIEX MAĦSUBA GĦALL-BEJGĦ LILL-KONSUMATUR FINALI

Artikolu 12 L-ittikkettar tal-ħwawar li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

Il-ħwawar li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk l-ippakkjar, il-kontenituri jew id-dokumenti mehmuża tagħhom għandu fuqu l-informazzjoni prevista fl-Artikoli 13 u 14, li trid tkun viżibbli faċilment, tinqara b’mod ċar u indelibbli.

Arti kolu 13 Ir-rekwiżiti ġenerali ta’ l-informazzjoni għall-ittikettar tal-ħwawar

1. L-ippakkjar jew il-kontenituri tal-ħwawar li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali għandu jkollu fuqu l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-deskrizzjoni tal-bejgħ: jew it-terminu ‘ħwawar’ jew isem jew deskrizzjoni iktar speċifiku tal-ħwawar;

(b) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indrizz tal-manifattur jew tal-persuna li tippakkja, jew ta’ bejjiegħ;

(c) id-dikjarazzjoni jew ‘għall-użu fl-ikel’ jew id-dikjarazzjoni ‘użu ristrett fl-ikel’ jew referenza iktar speċifika għall-użu maħsub tiegħu fl-ikel;

(d) lista fl-ordni mill-kbir għaż-żgħir tal-piż ta’:

(i) il-kategoriji tal-ħwawar preżenti; u

(ii) l-ismijiet ta’ kull waħda mis-sustanzi l-oħra jew ta’ kull wieħed mill-materjali l-oħrajn li jinsabu fil-prodott jew, fejn ikun xieraq, il-kodiċi E tagħhom;

(e) indikazzjoni tal-kwantità massima ta’ kull komponent jew grupp ta’ komponenti li hija soġġetta għal limitazzjoni kwantitativa fl-ikel u/jew għal informazzjoni xierqa f’termini ċari u li jinftehmu faċilment li jippermettu lix-xerrej li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament jew ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra rilevanti;

(f) jekk ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet speċjali għall-ħażna u għall-użu;

(g) data sakemm l-inqas li jistgħu jżommu;

(h) marka li tidentifika l-grupp jew il-lott;

(i) il-kwantità netta.

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni meħtieġa fil-punti (c) sa (g) ta’ dak il-paragrafu tista’ tidher biss fuq id-dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-konsenja li għandhom ikunu pprovduti ma’ jew qabel il-konsenja, sakemm l-indikazzjoni ‘maħsuba għall-manifattura ta’ ikel u mhux għall-bejgħ bl-imnut’ tidher fuq parti ta’ l-ippakkjar jew tal-kontenitur tal-prodott ikkonċernat li hija viżibbli faċilment.

Arti kolu 14 Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-informazzjoni għad-deskrizzjoni tal-bejgħ tal-ħwawar

1. It-terminu ‘naturali’ jista’ jintuża biss biex ikunu deskritti l-ħwawar fid-deskrizzjoni tal-bejgħ li tissemma fl-Artikolu 13(1)(a) kif previst fil-paragrafi 2 sa 6.

2. It-terminu ‘naturali’ għad-deskrizzjoni tal-ħwawar tista’ tintuża biss jekk il-komponent ta’ taħwir jinkludi biss preparazzjonijiet ta’ taħwir u/jew sustanzi naturali ta’ taħwir.

3. It-terminu “sustanza(i) ta’ taħwir naturali” jista’ jintuża biss għall-ħwawar fejn il-komponent ta’ taħwir fih esklużivament sustanzi naturali ta’ taħwir.

4. It-terminu ‘naturali’ jista’ jintuża biss flimkien ma’ referenza għal ikel, kategorija ta’ ikel jew sors ta’ taħwir ta’ veġetali jew annimali, jekk mill-inqas 90% [w/w] tal-komponent ta’ taħwir inkiseb mill-materjal mis-sors imsemmi.

Il-komponent ta’ taħwir jista’ jkun fih preparazzjonijiet ta’ taħwir u/jew sustanzi ta’ taħwir naturali.

Id-deskrizzjoni għandha taqra “ħwawar <<ikel jew kategorija ta’ l-ikel jew sors(i) ta’ l-ikel>> naturali” .

5. “Ħwawar <<ikel jew kategorija ta’ l-ikel jew sors(i) ta’ l-ikel>> naturali bi ħwawar naturali oħra” tista’ tintuża biss jekk il-komponent ta’ taħwir ġej b’mod parzjali mill-materjal mis-sors imsemmi u li jista’ jingħaraf faċilment.

Il-komponent ta’ taħwir jista jkun fih preparazzjonijiet ta’ taħwir u/jew sustanzi ta’ taħwir naturali.

6. It-terminu “sustanza ta’ taħwir naturali” jista’ jintuża biss jekk il-komponent ta’ taħwir ġej minn materjali mis-sors differenti u fejn referenza għall-materjali mis-sors m’għandiex tirrifletti l-benna jew it-togħma tagħhom.

Il-komponent ta’ taħwir jista’ jkun fih preparazzjonijiet ta’ taħwir u/jew sustanzi ta’ taħwir naturali.

TAQSIMA 2

L-ITTIKKETTAR TAL-ĦWAWAR MAĦSUBA GĦALL-BEJGĦ LILL-KONSUMATUR FINALI

Artikolu 15 L-ittikkettar tal-ħwawar maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, il-ħwawar maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk l-ippakkjar tagħhom fih id-dikjarazzjoni jew ‘għall-użu fl-ikel’ jew id-dikjarazzjoni ‘użu ristrett fl-ikel’ jew referenza iktar speċifika għall-użu maħsub tagħhom fl-ikel, li trid tkun viżibbli faċilment, tinqara b’mod ċar u indelibbli.

2. It-terminu ‘naturali’ għandu jintuża biex jiġu deskritti l-ħwawar fid-deskrizzjoni tal-bejgħ li tissemma fl-Artikolu 13(1)(a) biss kif inhu previst fl-Artikolu 14.

KAPITOLU V

ID-DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI U L-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 16 Ir-rappurtaġġ mill-operaturi tal-kummerċ fl-ikel

1. L-operaturi tal-kummerċ fl-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-ammonti annwali ta’ sustanzi ta’ taħwir li ġew miżjuda ma’ l-ikel fil-Komunità u l-livelli ta’ l-użu għal kull kategorija ta’ l-ikel fil-Komunità.

2. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 18(2).

Arti kolu 17 Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ mill-Istati Membri

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi biex jimmonitorjaw il-konsum u l-użu tal-ħwawar li huma stabbiliti fil-lista Komunitarja u l-konsum tas-sustanzi li huma elenkati fl-Anness III u kull sena għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

2. Wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Awtorità, tista’ tiġi adottata metodoloġija komuni għall-ġbir ta’ l-informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-konsum u l-użu tal-ħwawar li ġew stabbilit fil-lista Komunitarja u tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 18(2).

Arti kolu 18 Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali (minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Kumitat’).

2. Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Arti kolu 19 L-emendi għall-Annessi II sa V

Għandhom jiġu adottati l-emendi għall-Annessi II sa V għal dan ir-Regolament sabiex jirriflettu l-progress xjentifiku u tekniku skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 20 Il-finanzjament Komunitarju ta’ politika armonizzata

Il-bażi legali għall-iffinanzjar ta’ miżuri li jirriżultaw min dan ir-Regolament huwa l-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

KAPITOLU VI

ID-DISPOŻIZZJNIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 21 Ir-revoki

1. Id-Direttiva 88/388/KEE, id-Deċiżjoni 88/389/KEE u d-Direttiva 91/71/KEE huma revokati.

Ir-Regolament (KE) Nru. 2232/96 huwa revokat mid-data ta’ l-applikazzjoni tal-lista li tissemma fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament.

2. Ir-referenzi għall-atti revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Arti kolu 22 L-istabbiliment tal-lista Komunitarja tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors u tar-reġim tranżitorju

1. Il-lista Komunitarja għandha tiġi stabbilita billi titqiegħed il-lista tas-sustanzi ta’ taħwir li tissemma fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru. 2232/96 fl-Anness I għal dan ir-Regolament waqt l-adozzjoni tiegħu.

2. Sakemm tiġi stabbilita l-lista Komunitarja, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru. […] [il-proċedura komuni] għall-evalwazzjoni u għall-approvazzjoni ta’ sustanzi ta’ taħwir li mhumiex koperti mill-programm ta’ evalwazzjoni previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru. 2232/96.

Bħala deroga minn dik il-proċedura, il-perjodi taż-żmien ta’ sitt xhur u ta’ disa’ xhur li jissemmew fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru. […] [il-proċedura komuni] m’għandhomx japplikaw għal evalwazzjoni u approvazzjoni bħal dawn.

3. Tista’ tiġi adottata kwalunkwe miżura tranżitorja xierqa skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 18(2).

Arti kolu 23 L-emenda għar-Regolament (KEE) Nru. 1576/89

Ir-Regolament (KEE) Nru. 1576/89 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(4)(m) huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-punt (1)(a), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Sustanzi ta’ taħwir oħrajn kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru. […], u/jew pjanti aromatiċi jew partijiet minn pjanti aromatiċi jistgħu jintużaw bħala żieda, imma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġnibru jridu jkunu dixxernibbli, anki jekk xi kultant ikunu mdgħajfa.

(b) Il-Punt 2(a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Ix-xarba tista’ tissejjaħ ‘ġinn’ jekk tiġi prodotta billi alkoħol etiliku xieraq ta’ oriġini agrikola jitħawwar b’mod organolettiku b’sustanzi ta’ taħwir kif ġew iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru […] u/jew preparazzjonijiet ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament sabiex it-togħma tkun b’mod predominanti dik ta’ ġnibru.”

(c) Fil-punt 2(b), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Ix-xarba tista’ tissejjaħ ‘ġinn distillat’ jekk tiġi prodotta biss permezz tar-ridistillazzjoni b’mod organolettiku ta’ alkoħol etiliku xieraq ta’ oriġini agrikola ta’ kwalità xierqa b’qawwa alkoħolika inizjali ta’ mill-inqas 96% vol. f’imqatar li tradizzjonalment jintużaw għall-ġinn, fil-preżenza tal-frott tal-ġnibru u ta’ materjali botaniċi naturali oħrajn sakemm it-togħma tal-ġnibru tkun predominanti. It-terminu ‘ġinn iddistillat’ jista’ japplika wkoll għal taħlita tal-prodott ta’ distillazzjoni bħal din u ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola bl-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika. Is-sustanzi ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru. […] u/jew il-preparazzjonijiet ta’ taħwir kif speċifikati fl-(a) jistgħu jintużaw ukoll sabiex iħawwru lill-ġinn iddistillat. Il-ġinn ta’ Londra huwa tip ta’ ġinn distillat.”

2. Fl-Artikolu 1(4)(n)(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Sustanzi ta’ taħwir oħrajn kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru. […] u/jew preparazzjonijiet ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jintużaw ukoll, imma jrid ikun hemm togħma predominanti ta’ anisi.”

3. Fl-Artikolu 1(4)(p), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Ix-xorb spirituż li b’mod predominanti għandu togħma morra li ġie prodott billi l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola tħawwar b’sustanzi ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru. […] u/jew preparazzjonijiet ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament.”

4. Fl-Artikolu 1(4)(u), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Xarba spirituża li ġiet prodotta billi tħawwar l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola b’togħma ta’ msiemer tal-qronfol u/jew kannella billi ntuża wieħed mill-proċessi li ġejjin: il-maċerazzjoni u/jew id-distillazzjoni, ir-ridistillazzjoni ta’ l-alkoħol fil-preżenza tal-partijiet tal-pjanti li ġew speċifikati iktar ’il fuq, iż-żieda ta’ sustanzi ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru. […] ta’ l-imsiemer tal-qronfol jew tal-kannella jew kombinazzjoni ta’ dawn il-metodi”.

5. Fl-Artikolu 4(5), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, minbarra l-listi fil-punti (a) u (b), għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Is-sustanzi ta’ taħwir naturali u l-preparazzjonijiet ta’ taħwir biss kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru. […] jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tax-xorb spirituż iddefinit fl-Artikolu 1(4), ħlief fil-każ ta’ dawk iddefiniti fl-Artikolu 1 (4) (m), (n) u (p).

Madankollu, is-sustanzi ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru. […] u l-preparazzjonijiet ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu awtorizzati fil-produzzjoni tal-likers ħlief dawk li ssemmew aktar ’l isfel:”

Arti kolu 24 L-emenda għar-Regolament (KEE) Nru. 1601/91

L-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:

1. Fil-punt (a), l-ewwel subinċiż tat-tielet inċiż għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“− sustanzi ta’ taħwir u/jew preparazzjonijiet ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru. […], u/jew”

2. Fil-punt b), l-ewwel subinċiż tat-tieni inċiż għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“− sustanzi ta’ taħwir u/jew preparazzjonijiet ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru. […], u/jew”

3. Fil-punt (c), l-ewwel subinċiż tat-tieni inċiż għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“− sustanzi ta’ taħwir u/jew preparazzjonijiet ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru. […], u/jew”

Arti kolu 25 L-emenda għar-Regolament (KE) Nru. 2232/96

Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru. 2232/96, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1. Għandha tiġi adottata l-lista tas-sustanzi ta’ taħwir li jissemmew fl-Artikolu 2(2) skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 7 sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008.”

Arti kolu 26 L-emenda għad-Direttiva 2000/13/KE

Fid-Direttiva 2000/13/KE, l-Anness III għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-Anness III

L-GĦAŻLA TAL-ĦWAWAR FIL-LISTA TA’ INGREDJENTI

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-ħwawar għandhom ikunu indikati bit-termini

- “ħwawar” jew isem jew deskrizzjoni iktar speċifiku tal-ħwawar, jekk il-komponent ta’ taħwir fih il-ħwawar kif inhuma ddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b), (d), (e), (g) u (h) tar-Regolament (KE) Nru. […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [ir-Regolament dwar il-ħwawar];

- “ħwawar bl-affumikazzjoni” jekk il-komponent ta’ taħwir fih il-ħwawar kif iddefiniti fl-Artikolu 3 (2) (f) tar-Regolament KE Nru […] [ir-Regolament dwar il-ħwawar] u jagħti benna ta’ affumikat lill-ikel.

2. It-terminu ‘naturali’ għad-deskrizzjoni tal-ħwawar għandu jintuża kif stabbilit fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru. […] [ir-Regolament dwar il-ħwawar ].”

* ĠU L […], […], […]

Arti kolu 27 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Għandu japplika mill- [jekk jogħġbok niżżel id-data] [ 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ]. Madankollu, l-Artikoli 9, 23 u 24 għandhom japplikaw mid-data ta’ l-applikazzjoni tal-lista Komunitarja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNE SS I

Il-lista Komunitarja tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel

ANNESS II

Il-lista ta’ proċessi għall-preparazzjoni ta’ l-ikel tradizzjoni li permezz tagħhom jinkisbu sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir naturali

Qtugħ fi bċejjeċ | Kisi |

Tisjir, ħami, qali (sa 240°Ċ) | Tkessiħ |

Qtugħ | Distillazzjoni / rettifikazzjoni |

Tnixxif | Emulsifikazzjoni |

Evaporazzjoni | Estrazzjoni, inkluża l-estrazzjoni tas-solventi |

Fermentazzjoni | Filtrazzjoni |

Tħin | Tisħin |

Infużjoni | Maċerazzjoni |

Proċessi Mikrobijoloġiċi | Taħlit |

Tqaxxir | Perkolazzjoni |

Għafis | Tkessiħ/Iffriżar |

Inkaljar/Iggriljar | Tgħasir |

Tgħaddis |

ANNESS III

Il-preżenza ta’ ċerti sustanzi

Parti A: Is-sustanzi li ma jistgħux jiġu miżjuda bħala tali ma’ l-ikel

L-Aċidu agariku

Il-Kapsajkin

L-Iperiċin

Il-Beta-asarone

L-1-Allyl-4-methoxybenzene

L-Aċidu idroċijaniku

Il-Menthofuran

L-4-Allyl-1,2-dimethoxybenzene

Il-Pulegone

Il-Kassin

L-1-Allyl-3,4-methylene dioxy benzene, safrole

It-Teucrin A

It-Tujone (alfa u beta)

Parti B: Il-livelli massimi ta’ ċerti sustanzi, li jkunu preżenti b’mod naturali fil-ħwawar u fl-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir, f’ċertu ikel kompost li miegħu ġew miżjuda l-ħwawar u/jew l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir

L-isem tas-sustanza | L-ikel kompost li fih il-preżenza tas-sustanza hija ristretta | Il-livell massimu [mg/kg] |

Il-Beta-asarone | Ix-xorb alkoħoliku | 1.0 |

L-1-Allyl-4-methoxybenzene, | Il-prodotti tal-ħalib Il-frott, il-veġetali (inklużi l-faqqiegħ, il-fungi, l-għeruq, it-tuberi, il-pjanti tal-miżwed u tal-legumi ), il-ġewż u ż-żrieragħ Il-prodotti tal-ħut Ix-xorb mhux alkoħoliku | 50 50 50 10 |

L-Aċidu idroċijaniku | Il-qubbajt, il-marżipan jew is-sostituti tiegħu jew prodotti simili Il-frott ta’ l-għadma fil-landi Ix-xorb alkoħoliku | 50 5 35 |

Il-Menthofuran | Il-ħelu li fih il-menta/pepermint, ħlief il-ħelu żgħir li jiffriska n-nifs Il-ħelu żgħir li jiffriska n-nifs[17] Iċ-ċjuwing gamm Ix-xorb alkoħoliku li fih il-menta/pepermint | 500 3000 1000 200 |

L-4-Allyl-1,2-dimethoxybenzene, | Il-prodotti tal-ħalib Il-laħam u l-prodotti tal-laħam, inklużi t-tjur u s-selvaġġina Il-ħut u l-prodotti tal-ħut Is-sopop u z-zlazi L-ikel mhux ħelu lest biex jittiekel. Ix-xorb mhux alkoħoliku | 20 15 10 60 20 1 |

Il-Pulegone | Il-ħelu li fih il-menta/pepermint, ħlief il-ħelu żgħir li jiffriska n-nifs Il-ħelu żgħir li jiffriska n-nifs17 Iċ-ċjuwing gamm Ix-xorb mhux alkoħoliku li fih il-menta/pepermint Ix-xorb alkoħoliku li fih il-menta/pepermint | 250 2000 350 20 100 |

Il-Kassin | Ix-xorb mhux alkoħoliku L-oġġetti tal-bejgħ tal-furnara Ix-xorb alkoħoliku | 0,5 1 1.5 |

L-1-Allyl-3,4-methylene dioxy benzene, safrole | Il-laħam u l-prodotti tal-laħam, inkluż t-tjur u s-selvaġġina Il-ħut u prodotti tal-ħut Is-sopop u z-zlazi Ix-xorb mhux alkoħoliku | 15 15 25 1 |

It-Teucrin A | Ix-xorb alkoħoliku | 2 |

It-Tujone (alfa and beta) | Ix-xorb alkoħoliku, ħlief dak prodott mill-ispeċi Artemisia Ix-xorb alkoħoliku, prodott mill-ispeċi Artemisia | 10 35 |

ANNESS IV

Il-lista tal-materjali mis-sors li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet dwar l-użu tagħhom fil-produzzjoni tal-ħwawar u ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir

Parti A: Il-materjali mis-sors li m’għandhomx jintużaw għall-produzzjoni tal-ħwawar u ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir

Il-materjal mis-sors |

L-isem bil-Latin | L-isem komuni |

Il-forma tetraplojda ta’ Acorus calamus | Il-forma tetraplojda ta’ Calamus |

Parti B: Il-kondizzjonijiet ta’ l-użu għall-ħwawar u għall-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir li ġew prodotti minn ċerti materjali mis-sors

Il-materjal mis-sors | Il-kondizzjonijiet ta’ l-użu |

L-isem bil-Latin | L-isem komuni |

Quassia amara L. u Picrasma excelsa (Sw) | Kwassja | Il-ħwawar u l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir li ġew prodotti mill-materjal mis-sors jistgħu jintużaw biss għall-produzzjoni tax-xorb u ta’ l-oġġetti tal-bejgħ tal-furnara. |

Laricifomes officinalis (Vill.: Fr) Kotl. et Pouz Jew Fomes officinales | Faqqiegħ agariku abjad | Il-ħwawar u l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir li ġew prodotti mill-materjal mis-sors jistgħu jintużaw biss għall-produzzjoni tax-xorb alkoħoliku |

Hypericum perforatum | St Johns wort (xorta ta’ fexfiex) |

Teucrium chamaedrys | Il-ġermandrija |

ANNESS V

Il-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħwawar li għaddew minn proċess termali u l-livelli massimi għal ċerti sustanzi fil-ħwawar li għaddew minn proċess termali

Parti A: Il-kondizzjonijiet għall-produzzjoni:

(a) It-temperatura tal-prodotti waqt l-ipproċessar m’għandhiex taqbeż l-180°C.

(b) It-tul taż-żmien ta’ l-ipproċessar termali m’għandux jaqbeż il-15-il minuta f’temperatura ta’ 180°C b’ħinijiet itwal li jikkorrispondu għal temperaturi iktar baxxi, jiġifieri rduppjar tal-ħin tat-tisħin għal kull tnaqqis fit-temperatura b’10°C, sa massimu ta’ 12-il siegħa.

(c) Matul l-ipproċessar il-pH m’għandux jaqbeż l-valur ta’ 8.0.

Parti B: Il-livelli massimi għal ċerti sustanzi

Is-sustanza | Il-livelli massimi µg / kg |

2-amino-3,4,8-trimethylimidazo [4,5-f] quinoxaline (4,8-DiMeIQx) | 50 |

2-amino-1-methyl-6-phenylimidazol [4,5-b]pyridine (PhIP) | 50 |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta’ l-ikel.

2. IL-QAFAS ABM / EBA

Il-qasam/oqsma ta' politika in kwistjoni: Is-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur

L-attività/attivitajiet: Is-Sikurezza Alimentari, Saħħet l-Annimali, il-Benessri ta’ l-Annimali u Saħħet il-Pjanti

3. IL-LINJI BAĠITARJI

3.1. Linji Baġitarji (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) li jinkludu l-intestaturi :

17.01.04.05: Is-sikurezza ta’ l-għalf u l-ikel u attivitajiet relatati — In-nefqa għall-ġestjoni amministrattiva.

3.2. Tul ta’ zmien ta’ l-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

Terminu miftuħ

3.3. Il-karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ):

Il-linja baġitarja | It-Tip ta' nefqa | Ġdid | Il-kontribut ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

17.01.04.05 | Obblig./ | Diff[18] | LE | LE | LE | Nru 1a |

Jista’ jkun utli li jitwettqu studji biex tinġabar id- data , ikun hemm qsim ta’ informazzjoni u jkun ikkoordinat ix-xogħol bejn l-Istati Membri sabiex tiġi żviluppata u aġġornata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-additivi ta’ l-ikel b’mod proporzjonat u effettiv. Din it-tip ta’ nefqa ta' appoġġ, kif indikat taħt il-punti 4.1 u 8.1, hija koperta bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’l-għalf u l-ikel, fi ħdan l-ammonti previsti għall-implimentazzjoni tagħha matul l-2007/2013.

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

It-tip ta’ nefqa | Sezzjoni Nru. | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

In-nefqa ta’ l-operat[19] |

L-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

In-nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[20] |

L-għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

In-nefqa amministrattiva mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[21] |

Ir-riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d |

L-ispejjeż amministrattivi, barra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e |

In-nefqa finanzjarja totali indikattiva ta’ l-intervenzjoni |

TOTAL ta’ l-AI li jinkludi l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

TOTAL ta’ l-AĦ li jinkludi l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.1 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.35 |

Id-dettalji dwar il-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tkun indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jkunu miżjuda linji addizzjonali jekk huma previsti korpi differenti li jipprovdu l-kofinanzjament):

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

Il-korp ta’ kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

TOTAL ta’ l-AI li jinkludi l-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Il-kompatibilità mal-Programmazzjoni Finanzjarja

( Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[22] (i.e. strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu tal-kalkolu ta’ l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat

Miljuni ta’ EUR (sa l-ewwel punt deċimali)

Qabell-azzjoni[Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

In-numru totali ta’ riżorsi umani | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

Id-dettalji tal-kuntest tal-proposta huma meħtieġa fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din is-sezzjoni tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni speċifika komplementari li ġejja:

5.1. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq f'qasir żmien jew fit-tul

Il-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi ta' l-ikel hija armonizzat fi ħdan l-UE. Bħalissa hemm madwar 330 addittiv ta’ l-ikel permissibbli skond il-leġiżlazzjoni u r-rikjesti sabiex jiġu permessi addittivi addizzjonali jew użi ġodda għall-addittivi qegħdin jitressqu kontinwament. Meta jiġu assessjati l-addittivi l-ġodda u l-użi addizzjonali ta' l-addittivi, id-dejta dwar l-użu hija meħtieġa għad-deċiżjonijiet li jimmaniġġjaw ir-riskju.

Sabiex tiġi assigurata l-proporzjonalità tal-miżuri implimentattivi li se jittieħdu fil-qafas tar-regolament propost u sabiex jiġu ssodisfati l-għanijiet tar-Regolament (KE) 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali ta’ l-għalf u l-ikel, ikunu għaldaqstant meħtieġa l-istrumenti li ġejjin:

• Database adattata għall-ġbir u l-ħażna ta’ l-informazzjoni kollha konnessa mal-leġiżlazzjoni Kommunitarja dwar l-addittivi ta’ l-ikel,

• l-organizzazzjoni ta’ l-istudji neċessarji għat-tħejjija u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi ta’ l-ikel,

• l-organizzazzjoni ta’ l-istudji neċessarji sabiex jiġu armonizzati l-proċeduri, il-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ħtiġijiet ta’ dejta, sabiex jiġi ffaċiltat il-mod kif il-ħidma tinqasam bejn l-Istati Membri u sabiex tiġi żviluppata gwida f'dawn l-oqsma

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

Id-dejta u l-informazzjoni miksuba se jgħinu sabiex jiżguraw l-aħjar protezzjoni ta' saħħet il-konsumatur filwaqt li jippermettu lill-industrija tkompli tiżviluppa u tuża l-addittivi ta’ l-ikel.

Fis-suq armonizzat dan jista' jinkiseb biss permezz ta' strateġija koordinata li tippermetti l-iskambju ta' informazzjoni komparabbli bejn l-Istati Membri.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għan 1: Il-ħolqien u l-manteniment ta’ database u l-organizzazzjoni ta’ l-istudji relatati b'kollaborazzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet esterni li għandhom jintgħażlu permezz ta' proċeduri adatti.

L-għan 2: Li jiġi żgurat li l-użu ta' l-addittivi ta' l-ikel ma jwassalx għal riskji mhux aċċettabbli għall-konsumatur u li fl-istess waqt l- industrija ma tittaqqalx b’piżijiet bla bżonn.

L-għan 3: Li jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-immaniġġjar tar-riskji msejsa fuq estimi xierqa tal-konsum permezz ta’ database ċentralizzata li jkun fiha informazzjoni aġġornata dwar il-kompożizzjoni u l- użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel.

5.4. Metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv)

X Ġestjoni Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korp/i nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni konġunta u deċentralizzata

( ma’ l-Istati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (speċifika liema)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' sorveljanza

Il-kontenut tad- database u l-konklużjonijiet tar-riżultati ta' l-istudji jistgħu jiġu mmonitorjati permezz ta' l-uża tagħhom għall-proponiment ta’ miżuri implimentattivi tajbin. Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali se jservi ta’ strument bażiku.

6.2. L-evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

In-nefqa antiċipata mhijiex sinifikanti u għalhekk id-dejta għal evalwazzjoni ex ante mhijiex preżentement disponibbli.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet miksuba permezz ta’ esperjenzi simili fl-imgħoddi)

6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Jinsabu għaddejjin bħalissa fir-rigward tal-ħtieġa li jsiru proposti għall-miżuri implimentattivi.

7. IL-MIżURI TA’ KONTRA L-FRODI

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew staff temporanju[27] (17 01 01) | A*/AD | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 |

B*, C*/AST | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 |

Staff iffinanzjat[28] taħt l-Artikolu XX 01 02 |

Staff ieħor iffinanzjat[29] taħt l-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

L-eżaminazzjoni tar-rapporti tekniċi u finanzjarji, il-preparazzjoni ta' l-impenji u l-passaġġ għall-ħlas

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

Meta jissemma’ iktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ postijiet li joriġinaw minn kull wieħed minnhom

X Karigi attwalment allokati lill-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jiġu organizzati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (rijallokazzjoni interna)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 –Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva)

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

Il-linja baġitarja (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra: |

intra muros |

extra muros |

It-total ta’ l-għajnuna teknika u amministrattiva |

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

L-uffiċjali u l-istaff temporanju (XX 01 01) |

L-istaff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 (awżiljaru, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) |

L-ispiża totali tar-Riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli |

Kalkolu - Staff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli |

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[31] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ l-Informatika |

2. Total tan-Nefqa ta’ Ġestjoni Oħra(XX 01 02 11) |

3. Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika filwaqt li tindika l-linja baġitarja) |

Nefqa Amministrattiva totali, ħlief tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Spejjeż amministrattivi oħra li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza |

[1] ĠU C […], […], p. […].

[2] ĠU C […], […], p. […].

[3] ĠU L 184, 15.7.1988, p. 61. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[4] ĠU L 184, 15.7.1988, p. 67.

[5] ĠU L 42, 15.2.1991, p. 25.

[6] http://europa.eu.int/comm/food/food/chemicalsafety/flavouring/scientificadvice_en.htm

[7] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).

[8] ĠU L […], […], p. […].

[9] ĠU L 299, 23.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[10] ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1.

[11] ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

[12] ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15).

[13] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[14] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni korretta (ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

[15] ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

[16] ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003.

[17] Konfettura b’togħma qawwija; il-piż ta’ kull konfettura ma jaqbiżx il-1 g.

[18] Approprijazzjonijiet differenzjati.

[19] In-nefqa ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[20] Nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[21] Nefqa skond il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[22] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[23] Kolonni addizzjonali għandhom jiżdiedu jekk meħtieġa i.e. jekk l-azzjoni ddum aktar minn 6 snin.

[24] Kif deskritt fis-Sezzjoni 5.3.

[25] Il-ħolqien tad- database .

[26] L-aġġornament u l-manteniment tad- database , u l-organizzazzjoni ta' l-istudji relatati.

[27] L-ispiża MHIJIEX koperta mis-somma ta’ referenza.

[28] L-ispiża MHIJIEX koperta mis-somma ta’ referenza.

[29] Spiża li hija inkluża fl-ammont ta' referenza.

[30] Għandha ssir riferenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

[31] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.