52006PC0410

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati membri biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi ta’ ħidma intensiva skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 28(6), tad-Direttiva 77/388/KEE /* KUMM/2006/0410 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 24.7.2006

KUMM(2006) 410 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza lil ċerti Stati membri biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi ta’ ħidma intensiva skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 28(6), tad-Direttiva 77/388/KEE

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta ta’ deċiżjoni għandha l-għan li timplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/18/KE adottata fl-14 ta’ Frar 2006 (ĠU L 51, 22.02.2006, p. 12) li tikkonċerna, b’mod partikolari, il-proroga, sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-esperiment tar-rati mnaqqsa għas-servizzi ta’ ħidma intensiva u tipprevedi l-possibbiltà għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw taħt l-istess kundizzjonijiet. |

120 | Il-kuntest ġenerali 1. Fl-14 ta’ Frar 2006, il-Kunsill adotta d-Direttiva 2006/18/KE li temenda d-Direttiva 77/388/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mar-rati mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT, b’mod partikolari l-Artikolu 28(6). Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu 6 żdiedu permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/85/KE tat-22 ta’ Ottubru 1999 (ĠU L 277, 28.10.1999, p. 34) u għall-ewwel kienu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2002. Wara ġew prorogati permezz tad-Direttiva 2002/92/KE tat-3 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 331,7.12.2002, p. 27) sal-31 ta’ Diċembru 2003, u tad-Direttiva 2004/15/KE ta' l-10 ta’ Frar 2004 (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 61) sal-31 ta' Diċembru 2005. Biex jiġi apprezzat aħjar l-impatt tar-rati mnaqqsa, il-Kunsill qies li jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel rapport ta’ valutazzjoni dwar l-impatt tar-rati mnaqqsa applikati fuq is-servizzi forniti lokalment, b’mod partikolari f’termini ta’ ħolqien tax-xogħol, ta’ tkabbir ekonomiku u tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern. 2. Waqt li mistenni joħroġ ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni, din id-Direttiva 2006/18/KE għandha l-għan, b'mod partikolari, li tipproroga, sal-31 ta' Diċembru 2010, l-esperiment tar-rati mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT għas-servizzi ta’ ħidma intensiva. Din tipprevedi ukoll il-possibbiltà għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw f’dan l-esperiment taħt l-istess kundizzjonijiet. 3. Id-Deċiżjoni 2000/185/KE tat-28 ta’ Frar 2000 (ĠU L 59, 04.03.2000, p. 10) awtorizzat lil ċerti Stati Membri biex japplikaw, sal-31 ta' Diċembru 2002, rata mnaqqsa fuq is-servizzi ta’ ħidma intensiva speċifikati fl-istess deċiżjoni. Din id-Deċiżjoni 2000/185/KE ġiet prorogata sal-31 ta’ Diċembru 2003 permezz tad-Deċiżjoni 2002/954/KE (ĠU L 331, 7.12.2002, p.28), u sal-31 ta’ Diċembru 2005 permezz tad-Deċiżjoni 2004/161/KE (ĠU L 52, 21.02.2004, p. 62). Dawn l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jagħmlu talba ġdida, sakemm ma jkunux jixtiequ jbiddlu l-lista tas-setturi li għalihom ikunu jridu japplikaw ir-rata mnaqqsa. Għal raġunijiet ta' ċarezza ġuridika, u sabiex ikun hemm att uniku li jkun jikkonċerna l-Istati Membri kollha li jkun qegħdin jieħdu sehem fl-esperiment fuq is-servizzi ta’ ħidma intensiva, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw dawn l-Istati Membri ġew inklużi kompletament f’din il-proposta ta' deċiżjoni. Dawn l-Istati Membri huma l-Belġju, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u r-Renju Unit. 4. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw, għall-ewwel darba, mill-fakultà prevista fl-Artikolu 28(6), tad-Direttiva 77/388/KEE u dawk li jixtiequ jimmodifikaw il-lista tas-servizzi li għalihom applikaw id-dispożizzjoni msemmija fil-passat, kellhom jagħmlu talba lill-Kummissjoni u jagħtu tagħrif utli bil-għan li ssir valutazzjoni qabel il-31 ta’ Marzu 2006. Ma jidhirx li din il-valutazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni kienet meħtieġa, meta l-Istati Membri bbenefikaw minn awtorizzazzjoni fil-passat u għamlu rapport dwar din il-kwistjoni lill-Kummissjoni. 5. Kull Stat Membru li jixtieq idaħħal miżura bħal din għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan qabel il-31 ta’ Marzu 2006, skond il-proċedura u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1, punt (2) tad-Direttiva 2006/18/KE. 6. L-Istati Membri li ressqu talba skond din il-proċedura u taħt dawk il-kundizzjonijiet, b'mod partikolari billi taw it-tagħrif utli għall-valutazzjoni, huma dawn li ġejjin: ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u l-Finlandja. Barra minn hekk, il-Greċja ressqet talba ġdida bil-għan li twessa’ l-ambitu ta' applikazzjoni tat-talba preċedenti. Il-VALUTAZZJONI MILL-KUMMISSJONI Il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li t-talbiet kollha tressqu skond il-proċedura u taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2006/18/KE. Barra minn hekk, kien hemm erba’ talbiet biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata, b’mod eċċezzjonali, ir-rata mnaqqsa fuq is-servizzi fi tliet kategoriji ta’ l-Anness K. F’kull wieħed mill-erba' każijiet, il-Kummissjoni tqis li t-tnaqqis tar-rata fit-tielet settur minn dawk magħżula, sejjer ikollu biss effett ekonomiku insinfikanti. Għalhekk hija ta’ l-opinjoni li tipproponi li tawtorizza lil dawn l-erba' Stati Membri biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fis-setturi li semmew. |

Il- | Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta L-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mar-rati mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT applikati għal ċerti servizzi ta’ ħidma intensiva, kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/18/KE. |

140 | Il-konsistenza ma' politika u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Id-Direttiva 1999/85/KE tifforma parti tal-qafas tal-politika ta’ l-impjiegi ta’ l-Unjoni u kellha, b’mod partikolari, l-objettiv li tħeġġeġ it-tkabbir ta' l-impjiegi u t-tnaqqis ta’ l-ekonomija moħbija . Il-problema tal-qgħad diġà kienet tant serja, li kien opportun li l-Istati Membri li xtaqu jaraw il-funzjonament u l-effetti, fir-rigward taż-żieda ta' l-impjiegi, tat-tnaqqis fir-rata tat-taxxa tal-VAT jitħallew jagħmlu dan għas-servizzi ta’ ħidma intensiva mhux elenkati fl-Anness H. Madankollu, l-introduzzjoni ta’ dan it-tnaqqis immirat tar-rati jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għan-newtralità tat-taxxa, kien jaqbel, għaldaqstant, li tiġi adottata miżura sperimentali applikabbli fuq bażi fakultattiva għall-Istati Membri. Kien opportun, barra minn hekk, li tiġi prevista proċedura għall-awtorizzazzjoni speċifika u li tillimita b’mod strett l-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ din il-miżura, sabiex jiġi ssalvagwardjat il-karattru limitat u verifikabbli tagħha. Id-Direttiva 2006/18/KE, li hija t-tielet proroga f'dan l-esperiment, kif ukoll din il-proposta ta' deċiżjoni, jiffurmaw parti ta’ dan il-qafas. |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni ta' l-impatt |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

219 | Id-Direttiva 2006/18/KE hija r-riżultat tan-negozjati fil-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni COM (2003) 397 finali dwar ir-reviżjoni tar-rati mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT. Din il-proposta ta’ deċiżjoni timplimenta din id-Direttiva. Għalhekk, il-partijiet interessati ma ġewx ikkonsultati darb'oħra. |

Il-ġbir u l-użu ta’ l-għarfien espert |

229 | Ma kienx meħtieġ għarfien espert. |

230 | Valutazzjoni ta’ l-impatt Il-proposta ta’ deċiżjoni timplimenta d-Direttiva 2006/18/KE ta’ l-14 ta’ Frar 2006 li tipprevedi b’mod partikolari, il-proroga tad-dispożizzjoni eżistenti. Sabiex jinftiehem aħjar l-impatt tat-tnaqqis fir-rati, din id-Direttiva tipprevedi, barra minn hekk, li, l-aktar tard sat-30 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni tfassal rapport ta’ valutazzjoni, fuq il-bażi ta' studju mmexxi minn grupp ta’ riflessjoni ekonomika indipendenti, dwar l-impatt tar-rati mnaqqsa applikati għas-servizzi forniti lokalment, b'mod partikolari f’termini tal-ħolqien ta' l-impjiegi, tat-tkabbir ekonomiku u tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern. F’dan l-istadju, għalhekk, mhuwiex opportun li jiġu studjati alternattivi oħra. |

ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Sinteżi ta' l-azzjoni proposta Biex l-Istati Membri li jkunu għamlu talba, skond id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE, biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi ta’ ħidma intensi jingħataw permess. |

310 | Bażi ġuridika L-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE, kif emendat bid-Direttiva 2006/18/KE ta’ l-14 ta’ Frar 2006. |

329 | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà hawnhekk ma japplikax. |

Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

331 | Id-Deċiżjoni tawtorizza lill-Istati Membri li speċifikament jitolbu li tiġi applikata rata mnaqqsa tal-VAT fuq ċerti servizzi ta’ ħidma intensiva. Din ma timponix ebda obbligu. |

332 | Meta jitqies l-ambitu ta’ l-applikazzjoni ristretta tad-derogi previsti minn din id-deċiżjoni, il-miżura partikolari hija proporzjonata ma’ l-għan li għandu jintlaħaq. Ma tinvolvi ebda spiża finanzjarja għall-Komunità. Jekk it-tnaqqis fil-livell tar-rati tat-taxxa tal-VAT jista' jirriżulta fi tnaqqis fid-dħul għall-Istati Membri, dawk minnhom li ressqu talba jistennew li jikkumpensaw għal dan it-telf permezz ta’ l-effikċja tal-miżura f’termini tal-ħolqien ta’ impjiegi u tal-ġlieda kontra l-ekonomija moħbija. Fejn jidħlu l-operaturi ekonomiċi, it-taxxa tal-VAT mhijiex spiża finanzjarja u ċ-ċittadini għandhom, fil-prinċipju, jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa tal-VAT billi dan ikun rifless fil-prezz finali. |

Għażla ta' l-istrumenti |

341 | L-istrument(i) propost(i): deċiżjoni. |

342 | Strumenti oħra ma kinux ikunu adatti għar-raġunijiet li ġejjin: Skond l-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE tal-Kunsill fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, l-għoti ta' deroga mid-dispożizzjonijiet komuni rigward it-taxxa tal-VAT mhux possibbli ħlief jekk ma tinħariġx deċiżjoni unanima tal-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni. Deċiżjoni tal-Kunsill tikkostitwixxi l-uniku strument adattat. |

IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAġIT |

409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Klawżola ta' eżami/reviżjoni/estinzjoni |

533 | Skond id-Direttiva 2006/18/KE, din il-proposta fiha klawsola ta’ estinzjoni u tipprevedi li l-miżuri jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2010. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta, skond il-kapitolu jew l-artikolu Kapitolu 1 Artikolu 1 L-Artikolu 1 jippevedi li l-Istati Membri li ġew awtorizzati biex japplikaw rata mnaqqsa fuq ċerti servizzi ta’ ħidma intensiva, skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE, permezz tas-Deċiżjoni 2000/185/KE tat-28 ta’ Frar 2000, jistgħu jkomplu jagħmlu dan sal-31 ta’ Diċembru 2010. Artikoli 2 sa 9 L-Artikoli 2 sa 9 għandhom l-għan li jawtorizzaw, skond l-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Istati Membri msemmija fihom, biex japplikaw ir-rati mnaqqsa previsti fl-Artikolu 12(3)(a), it-tielet subparagrafu, fuq is-servizzi li għalihom ressqu talba, skond il-proċedura prevista, u li huma elenkati f’isimhom. Kapitolu 2 Artikolu 10 L-Artikolu 10 jikkonċerna l-Istati Membri li jixtiequ japplikaw, għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 2005, rata mnaqqsa fuq ċeri servizzi ta’ ħidma intensiva skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 28(6), ir-raba' subparagrafu, tad-Direttiva 77/388/KEE. Artikoli 11 sa 19 L-Artikoli 11 sa 19 għandhom l-għan li jawtorizzaw, skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba' subparagrafi tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Isati Membri elenkati fihom, biex japplikaw ir-rati mnaqqsa previsti fl-Artikolu 12(3)(a), it-tielet subparagrafu, fuq is-servizzi li għalihom ressqu talba, skond il-proċedura prevista, u li huma elenkati f'isimhom. Kapitolu 3 Artikoli 20 u 21 Dawn l-Artikoli jikkonċernaw il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE u d-destinatarji tad-Deċiżjoni |

F-7437 |

1. Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza lil ċerti Stati membri biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi ta’ ħidma intensiva skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 28(6), tad-Direttiva 77/388/KEE

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidra s-sitt Direttiva 77/388/KEE tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima[1] u b’mod partikolari, l-Artikolu 28(6),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[2],

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kunsill, b’deċiżjoni unanima dwar il-proposta tal-Kummissjoni, jista’ jawtorizza lil Stat Membru li jressaq talba skond il-proċedura u taħt il-kondizzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu, biex japplika rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi ta’ ħidma intensiva.

(2) Is-servizzi kkonċernati għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet previsti fid-Direttiva 77/388/KEE min-naħa, u jidhru fl-Anness K ta’ l-istess Direttiva min-naħa l-oħra.

(3) Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/185/KE tat-28 ta’ Frar 2000 [3], il-Belġju, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u r-Renju Unit (fil-każ ta' Isle of Man biss) setgħu japplikaw, sal-31 ta' Diċembru 2005, rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq is-servizzi ta’ ħidma intensiva li għalihom kienu ressqu talba .

(4) Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE ġew emendati mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE ta’ l-14 ta’ Frar 2006[4]; li temenda d-Direttiva 77/388/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mar-rati mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT, bil-għan, minn naħa, li jiġi estiż iż-żmien ta’ l-applikazzjoni tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, min-naħa l-oħra, li tippermetti lill-Istati Membri li jkunu jixtiequ jieħdu dan il-benefiċċju, għall-ewwel darba, lik jkollhom il-fakoltà li hija prevista, kif ukoll dawk li jixtieq jemendaw il-lista tas-servizzi li għalihom ikunu applikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija, biex ressqu t-talba tagħhom lill-Kummissjoni dwar dan.

(5) Bil-għan li l-Istati Membri li ġew awtorizzati bid-Deċiżjoni 2000/185/KE jitħallew ikomplu japplikaw ir-rata mnaqqsa sal-31 ta' Diċembru 2010, u bil-ħsieb li jkun hemm ċarezza ġuridika, ikun jaqbel li l-kontenut ta' din id-deċiżjoni jiġi integrat fil-proposta preżenti għal dawk l-Istati Membri li ma emendaw it-talba li ressqu fil-bidu.

(6) Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 28(6), ir-raba’ subparagrafu, tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Greċja, li diġà għandha l-awtorizzazzjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2000/185/KE, biex tapplika rata mnaqqsa f’żewġ setturi ta’ l-Anness K, ressqet talba ġdida bil-għan li testendi l-ambitu ta’ applikazzjoni tat-talba tagħha ta’ qabel. Din id-Deċiżjoni għalhekk tagħti lill-Greċja awtorizzazzjoni ġdida biex tapplika rata mnaqqsa skond it-talba l-ġdida tagħha.

(7) Ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u l-Finlandja ressqu talba għall-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi ta' ħidma intensiva skond il-proċedura meħtieġa u taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 28(6), ir-raba’ subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE.

(8) Tlieta minn dawn l-Isati Membri, li huma r-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-Polonja, kif ukoll il-Greċja ressqu talba biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata, b’mod eċċezzjonali, ir-rata mnaqqsa għas-servizzi fi tliet kategoriji ta’ l-Anness K. F’kull wieħed mill-erba' każijiet, it-tnaqqis tar-rata fit-tielet settur minn dawk magħżula, sejjer ikollu biss impatt ekonomiku insinfikanti.

(9) Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-perjodu ta’ l-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa li kienu previsti fid-Deċiżjoni 2000/185/KEE, u kif ġie estiż l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2004/161/KE, id-deċiżjoni preżenti għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2006.

(10) Din id-Deċiżjoni ma għandux ikollha impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej ġejjin mit-taxxa tal-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

Artikolu 1

Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Istati Membri msemmija fl-Artikoli 2 sa 9 huma awtorizzati biex japplikaw, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010, ir-rati mnaqqsa previsti fl-Artikolu 12(3)(a), it-tielet subparagrafu, fuq is-servizzi msemmija f’dawk l-Artikoli.

Artikolu 2

Il-Belġju huwa awtorizzat għaż-żewġ servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 1 u 2 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

2. servizzi żgħar tat-tiswija tar-roti, żraben u oġġetti tal-ġilda u ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

3. rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati li għandhom aktar minn ħames snin, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti.

Artikolu 3

Spanja hija awtorizzata għaż-żewġ servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 2 u 5 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

4. xogħol tal-ġebel fit-tiswija ta’ residenzi privati ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

5. arranġament tax-xagħar ( hairdressing ).

Artikolu 4

Franza hija awtorizzata għat-tliet servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 2, 3 u 4 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

6. rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati li għandhom aktar minn sentejn, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

7. servizzi ta’ kura fid-dar;

8. ħasil tat-twieqi u tindif ta’ residenzi privati.

Artikolu 5

L-Italja hija awtorizzata għaż-żewġ servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 2 u 4 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

9. rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

10. servizzi ta’ kura fid-dar;

Artikolu 6

Il-Lussemburgu huwa awtorizzat għat-tliet servizzi li ġejjin, maħsuba fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

11. servizzi żgħar tat-tiswija tar-roti, żraben u oġġetti tal-ġilda u ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

12. arranġament tax-xagħar ( hairdressing ).

13. ħasil tat-twieqi u tindif ta’ residenzi privati.

Artikolu 7

L-Olanda hija awtorizzata għat-tliet servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 1, 2 u 5 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

14. servizzi żgħar tat-tiswija tar-roti, żraben u oġġetti tal-ġilda u ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

15. arranġament tax-xagħar ( hairdressing ).

16. xogħol ta’ tibjid u ta’ tikħil fir-rinnovament u t-tiswija ta’ residenzi privati li għandhom aktar minn ħmistax-il snin, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti.

Artikolu 8

Il-Portugal huwa awtorizzat għaż-żewġ servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 2 u 4 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

17. rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

18. servizzi ta’ kura fid-dar.

Artikolu 9

Ir-Renju Unit huwa awtorizzat għas-servizzi ta’ rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti, imsemmi fil-punt 2 ta’ l-Anness K tad-Direttiva77/388/KEE, iżda għall-Isle of Man biss.

KAPITOLU 2

Artikolu 10

Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba’ subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Istati Membri fil-mira ta’ l-Artikoli 11 sa 19 huma awtorizzati biex japplikaw, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010, ir-rati mnaqqsa previsti fl-Artikolu 12(3)(a), it-tielet punt, fuq is-servizzi msemmija fl-artikoli msemmija.

Artikolu 11

Ir-Repubblika Ċeka hija awtorizzata għat-tliet servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 2, 3 u 4 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

19. rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

20. ħasil tat-twieqi u tindif ta’ residenzi privati.

21. servizzi ta’ kura fid-dar;

Artikolu 12

Il-Greċja hija awtorizzata għat-tliet servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 1, 2 u 4 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

22. servizzi żgħar tat-tiswija tar-roti, żraben u oġġetti tal-ġilda; ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

23. rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati qodma, (mhux mibnija reċentement) ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

24. servizzi ta’ kura fid-dar;

Artikolu 13

Ċipru huwa awtorizzat għaż-żewġ servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 2 u 5 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

25. rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

26. arranġament tax-xagħar ( hairdressing ).

Artikolu 14

Il-Latvja hija awtorizzata għaż-żewġ servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 2 u 5 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

27. rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

28. arranġament tax-xagħar ( hairdressing ).

Artikolu 15

L-Ungerija hija awtorizzata għat-tliet servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 1, 2 u 4 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

29. servizzi żgħar tat-tiswija tar-roti, żraben u oġġetti tal-ġilda; ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

30. rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

31. servizzi ta’ kura fid-dar;

Artikolu 16

Malta hija awtorizzata għaż-żewġ servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 1 u 4 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

32. servizzi żgħar tat-tiswija tar-roti, żraben u oġġetti tal-ġilda; ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

33. servizzi ta’ kura fid-dar;

Artikolu 17

Il-Polonja hija awtorizzata għat-tliet servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 1, 2 u 5 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

34. servizzi żgħar tat-tiswija tar-roti; żraben u oġġetti tal-ġilda; ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

35. rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti;

36. arranġament tax-xagħar ( hairdressing ).

Artikolu 18

Is-Slovenja hija awtorizzata għas-servizzi ta’ rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti, għas-settur imsemmi fil-punt 2 ta’ l-Anness K tad-Direttiva77/388/KEE.

Artikolu 19

Il-Finlandja hija awtorizzata għaż-żewġ servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 1 u 5 ta’ l-Anness K tad-Direttiva 77/388/KEE:

37. servizzi żgħar tat-tiswija tar-roti, żraben u oġġetti tal-ġilda; ħwejjeġ u bjankerija tad-djar (inklużi x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ tibdil);

38. arranġament tax-xagħar ( hairdressing ).

KAPITOLU 3

Artikolu 20

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2006, u tibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2010.

Artikolu 21

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq huma d-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 145 tat-13.06.1977. p. 1 Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva […].

[2] ĠU C , , p. .

[3] ĠU L 59 ta’ l-04.3.200-, p. 10 Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/161/KE (ĠU L 52 tal-21/02/2004, p. 62)

[4] ĠU L 51 tat-22.02.2006. p. 12.