[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 11.7.2006 KUMM(2006) 393 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003 (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar il-Liberja jimplimenta projbizzjoni fuq il-forniment ta’ ċerti servizzi marbuta ma’ armamenti u tagħmir militari, projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ zkuk tondi u prodotti ta’ l-injam u projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ djamanti mhux maqtugħa, skond il-Pożizzjonijiet Komuni 2004/137/CFSPu 2006/31/CFSP, u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1521 (2003) u Riżoluzzjonijiet relevanti oħra tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. 2. Permezz tar-Riżoluzzjonijiet 1683(2006) tat-13 ta’ Ġunju 2006 u 1689(2006) ta’ l-20 ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda li jipprovdi għal deroga oħra għall-projbizzjoni fuq il-forniment ta' ċerti servizzi marbuta ma' l-armamamenti u t-tagħmir militari u sabiex jissospendi projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' zkuk tas-siġar tondi għal perjodu ta' disgħin jum. Wara dan il-perjodu, il-Kunsill ta’ Sigurtà għandu jiddeċiedi jekk il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ zkuk tas-siġar tondi tkunx revokata, filwaqt li sa l-20 ta’ Diċembru 2006 għandu jirrevedi l-ħtieġa għall-miżuri restrittivi kollha li jibqa’ fir-rigward tal-Liberja. 3. Il-Kunsill qed iħejji Pożizzjoni Komuni tas-CFSP LI TIPPREVEDI L-IMPLIMENTAZZJONI TA’ DAWN ID-DEĊIŻJONIJIET. 4. Fid-dawl ta’ dawn il-fatti, il-Kummissjoni tipproponi li r-Regolament (KE) Nru 234/2004 jkun emendat kif xieraq. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Pożizzjonijiet Komuni 2006/31/CFSP li jġeddu l-miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja[1]u l-Pożizzjoni Komuni 2006/.../CFSP li timmodifika u ġġedded ċerti miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja[2], Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[3], Billi: (1) Sabiex ikunu implimentati l-miżuri imposti kontra l-Liberja bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1521(2003), il-Pożizzjoni Komuni dwar miżuri restrittivi kontra l-Liberja[4] provdiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-UNSCR 1521(2003) dwar il-Liberja, u projbizzjoni fuq il-forniment ta' assistenza finanzjarja lil-Liberja li tkun marbuta ma' attivitajiet militari. Fit-23 ta’ Jannar 2006, il-Pożizzjoni Komuni 2006/31/CFSP li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja kkonfermat il-miżuri restrittivi tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/CFSP għal aktar żmien, skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1647(2005). (2) Ir-Regolament (KE) Nru 234/2004[5]jipprojbixxi l-forniment ta’ assistenza teknika u finanzjarja lil-Liberja li tkun marbuta ma’ attivitajiet militari, l-importazzjoni ta’ djamanti mhux maqtugħa mil-Liberja u l-importazzjoni ta’ zkuk tas-siġġar tondi u prodotti ta’ l-injam li joriġinaw minnn dak il-pajjiż. (3) Fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-Liberja, il-Kunsill ta’ Sigurtà tan-NU adotta, fit-13 ta’ Ġunju 2006, UNSCR 1683(2006) fejn ġew introdotti xi eżenzjonijiet fuq il-projbizzjoni ta' assistenza teknika marbuta ma' attivitajiet militari imposti mill-paragrafu 2(b) tal-UNSC” 1521(2003). (4) Fl-20 ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 1689(2006). Iddeċieda li jġedded il-projbizzjoni kontra l-importazzjonijiet ta’ djamanti, imma mhux li jġedded il-projbizzjoni kontra l-importazzjonijiet tal-prodotti kollha ta' zkuk tondi u injam li joriġinaw fil-Liberja, li kienet imposta mill-paragrafu 10 ta' l-UNSCR 1521(2003) u, wara diversi estensjonijiet, skadiet fl-20 ta' Ġunju 2006. Il-Kunsill ta’ Sigurtà esprima d-determinazzjoni tiegħu li jerġa jdaħħal dik il-projbizzjoni jekk, f’perjodi ta’ 90 jum, il-Liberja ma jirnexxilhiex tgħaddi l-leġiżlazzjoni dwar il-forestrija proposta mill-Kumitat ta’ Sorveljanza għar-Riforma tal-Foresti maħluq mill-Gvern tal-Liberja. (5) Meqjusa dawn ir-Riżoluzzjonijiet u Pożizzjonijiet Komuni 2006/31/CFSP u 2006/.../CFSP, hu meħtieġ li tkun sospiża l-projbizzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ zkuk tas-siġar tondi u prodotti ta’ l-injam li joriġinaw fil-Liberja, stabbilita fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru234/2004, u li jkunu emendati l-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, notevolment sabiex ikun permess il-forniment ta’ assistenza lill-pulizija u l-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja taħt ċerti kundizzjonijiet. (6) Huwa xieraq li dawn l-emendi jingħatalhom effett retroattiv għad-data li fiha ġiet adottata l-UNSCR 1689(2006), ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 huwa emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 3 1. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness 1, ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz huwa stabbilit, tista' tawtorizza l-proviżjoni ta': (a) assistenza teknika, assistenza finanzjarja u ta’ ffinanzjar marbuta ma’ (i) armamenti u materjal relatat, fejn tali assistenza jew servizzi jkunu intiżi biss għall-appoġġ ta’ u l-użu mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja, jew (ii) armamenti u munizzjon li jibqgħu fil-kustodja tas-Servizz Speċjali ta’ Sigurtà għal użu operazzjonali mhux ostakolat, u li jkunu fornuti, skond l-approvazzjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1521 (2003), lill-membri ta' dak is-Servizz għal skopijiet ta' taħriġ qabel it-13 ta' Ġunju 2006; (b) iffinanzjar u assistenza finanzjarja marbuta ma’: (i) armamenti u materjal relatat intiż biss għall-appoġġ ta’ u l-użu fi programm internazzjonali ta’ taħriġ u riforma għall-forzi armati u l-pulizija Liberjana, jekk kemm-il darba l-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) jkun approva l-esportazzjoni, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ l-armamenti jew materjal relatat konċernati, (ii) tagħmir militari li mhux letali u intiż biss għal użu protettiv jew umanitarju, jekk kemm-il darba l-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) jkun approva l-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment tat-tagħmir in kwistjoni, jew (iii) armamenti u munizzjon intiżi għall-użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi armati tal-Gvern tal-Liberja li ġew eżaminati u mħarrġa sa mill-bidu tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja fl-2003, jekk kemm-il darba l-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) jkun approva l-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ l-armamenti jew il-munizzjon konċernati. 2. L-ebda awtorizzazzjonijiet ma għandhom jingħataw għall-attivitajiet li diġa' seħħew.” (2) L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 4 3. Fejn attivitajiet ta' dan it-tip ġew approvati minn qabel mill-Kumitat stabbilit permezz tal-paragrafu 21 tar-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003), u permezz ta' deroga mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness 1, ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi huwa stabbilit, tista' tawtorizza l-proviżjoni ta' assistenza teknika relatata ma': (a) (a) l-armi u materjal relatat maħsub unikament għall-appoġġ ta' u l-użu fi programm internazzjonali ta' taħriġ u riforma għall-forzi armati u pulizija Liberjani, jew għal (b) (b) tagħmir militari mhux letali maħsub unikament għall-użu umanitarju jew protettiv, jew (c) armamenti u munizzjoni intiżi għall-użu minn membri tal-forzi armati u l-pulizija tal-Gvern tal-Liberja li ġew eżminati u mħarrġa sa mill-bidu tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja f'Ottubru 2003. L-approvazzjoni tal-Kumitat stabbilita bil-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kumitat tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) għandha tintalab permezz ta' l-awtorità kompetenti, kif imniżżla fl-Anness 1, ta' l-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizz. Il-Gvern ta’ l-Istat Membru konċernat u l-Gvern tal-Liberja għandhom jagħmlu talba konġunta għall-approvazzjoni ta’ assistenza teknika marbuta ma’ l-armamenti u l-munizzjon imsemmija fil-punt (c), lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003). 4. L-ebda awtorizzazzjonijiet m'għandhom jingħataw għall-attivitajiet li diġa' seħħew. ” (3) L-Artikolu 6(2) m'għandux japplika qabel it-18 ta’ Settembru 2006. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Għandu japplika mill-20 Ġunju 2006. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 19, 24.1.2006, p. 38. [2] ĠU L .., .7.2006, p. ... [3] ĠU C [...], [...], p. [...]. [4] ĠU L 40, 12.2.2004, p. 35. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata mill-Pożizzjoni Komuni 2004/902/CFSP (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 113) [5] ĠU L 40, 12.2.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1452/2005 (ĠU L 230, 7.9.2005, p. 11).