52006PC0386




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 13.7.2006

KUMM(2006) 386 finali

2006/0131 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-Linji ta’ Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni {SEC(2006) 929}

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Politika ta’ Koeżjoni bħala Sostenn għat-Tkabbir u għall-Impjiegi: Il-Linji ta’ gwida Strateġiċi tal-Komunità, 2007-2013

“L-Ewropa trid iġġedded il-bażi tal-kompetittività tagħha, iżżid il-potenzjal għat-tkabbir u l-produttività tagħha u ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali, waqt li tqiegħed l-enfażi ewlenija fuq il-konoxxenza, l-innovazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-kapital uman.

Biex tilħaq dawn l-għanijiet, l-Unjoni trid torganizza r-riżorsi nazzjonali u Komunitarji kollha xierqa – inkluża l-politika ta’ koeżjoni – fit-tliet dimensjonijiet ta’ l-Istrateġija (ekonomika, soċjali u ambjentali) sabiex issegwi aħjar is-sinerġija tagħhom f’kuntest ġenerali ta’ żvilupp sostenibbli”[1].

1. L-INTRODUZZJONI

Ir-Raba’ Rapport ta’ Progress dwar il-Koeżjoni[2] ppubblikat reċentement ikkonferma li t-tkabbir ta’ l-Unjoni għal 25 Stat Membru, u iktar tard għal 27 u aktar, jippreżenta opportunità mingħajr preċedenti sabiex issaħħaħ kemm il-kompetittività ekonomika kif ukoll il-koeżjoni interna fl-Ewropa. Filwaqt li t-tkabbir jirrapreżenta tkabbir sostanzjali tad-differenzi reġjonali fl-Unjoni Ewropea, ir-rapport innota li fl-istess ħin xi wħud mill-ifqar partijiet ta’ l-Istati Membri l-ġodda għandhom uħud mill-ogħla rati ta’ tkabbir.

Waqt li jipprovaw jilħqu l-għanijiet stabbiliti fit-Trattat[3], u b’mod partikolari l-għan li titrawwem konverġenza ekonomika reali, l-azzjonijiet sostnuti bir-riżorsi limitati disponibbli għall-politika ta’ koeżjoni għandhom ikunu kkonċentrati fuq l-inkoraġġiment tat-tkabbir sostenibbli[4], tal-kompetittività u tax-xogħol kif imniżżel fl-istrateġija mġedda ta’ Liżbona.

Jidher ukoll b’mod ċar li l-istabbiltà makro-ekonomika u r-riformi strutturali huma prerekwiżit neċessarju għas-suċċess tal-politika ta’ koeżjoni flimkien ma’ firxa ta’ kondizzjonijiet oħra li jiffavorixxu l-investiment (inklużi l-implimentazzjoni effettiva tas-Suq Uniku, ir-riformi amministrattivi, governanza tajba, klima li tiffavorixxi n-negozju, u d-disponibilità ta’ ħaddiema bl-aqwa ħiliet)[5].

Dawn huma wkoll l-ideat li jirfdu l-qafas leġiżlattiv il-ġdid għar-riforma tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2007-2013

Tabilħaqq, il-qafas il-ġdid ifittex titjib f’żewġ oqsma ewlenin. L-ewwelnett, id-dimensjoni strateġika tal-politika ta’ koeżjoni hija msaħħa biex tiżgura li l-prijoritajiet tal-Komunità jkunu integrati aħjar fil-programmi nazzjonali, reġjonali, u lokali ta’ żvilupp. It-tieni, l-isforzi huma msaħħa biex tkun żgurata iktar il-preżenza tal-politika ta’ koeżjoni fost il-poplu. Dan huwa rifless fid-dispożizzjonijiet għal djalogu fis-sħubijiet li għaddeja li jinvolvu l-Kummissjoni, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-ibliet, u bi qsim iktar ċar u iktar deċentralizzat tar-responsabbiltajiet f’oqsma bħall-amministrazzjoni u l-kontroll finanzjarju.

Il-Linji ta’ Gwida Strateġiċi Komunitarji jiffurmaw is-sisien għat-tħejjija ta’ l-istrateġiji nazzjonali, jew oqsfa ta’ referenza strateġiċi nazzjonali, u, fit-tieni stadju, il-programmi ta’ tħaddim individwali. Huma msejsa fuq dawn l-għanijiet u l-prinċipji:

- Il-politika ta’ keożjoni saret strument ewlieni fuq livell Komunitarju biex tingħata l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi kif definita mil-linji ta' gwida integrati għat-tkabbir u l-impjiegi;

- Il-qafas il-ġdid għall-politika ta’ koeżjoni fl-2007-2013 hi msejsa kemm fuq il-konċentrazzjoni tar-riżorsi finanzjarji tar-reġjuni l-anqas żviluppati kif ukoll fuq konċentrazzjoni tematika qawwija fi ħdan il-programmi l-ġodda dwar l-aġenda l-ġdida għat-tkabbir u l-impjiegi;

- l-istrumenti finanzjarji li huma disponibbli għall-politika ta’ koeżjoni huma l-Fondi Strutturali (l-ERDF u l-ESF) u l-Fondi ta’ Koeżjoni. F’dan il-kuntest għandu jiġi nnutat, li l-linji ta’ gwida li ġejjin, deliberatament m’hemm l-ebda analiżi skond il-Fond. Il-kwistjoni ta’ l-istrument xieraq taħt kull intestatura hija kwistjoni li taqa’ taħt il--fażi ta’ programmazzjoni u tiddependi min-natura ta’ l-infiq ippjanat (l-infrastruttura, l-investiment produttiv, l-iżvilupp tar-riżorsi umani, eċċ);

- il-linji ta’ gwida jikkonċernaw biss il-parti ta’ l-investimenti nazzjonali u reġjonali ko-finanzjati mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta’ Koeżjoni;

- jeħtieġ li l-linji ta’ gwida jinqraw flimkien mal-qafas leġiżlattiv. Dawn ta’ l-aħħar jiddefinixxu l-iskop u l-ambitu ta’ assistenza ta’ kull Fond, filwaqt li l-Linji ta’ Gwida Strateġiċi tal-Komunità jfittxu li jidentifikaw fi ħdan dan l-ambitu dawk l-oqsma fejn il-politika ta’ koeżjoni tista’ tikkontribwixxi bl-aktar mod effettiv għat-twettiq tal-prijoritajiet tal-Komunità, b’mod partikolari dawk ta’ l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi;

- Fi ħdan il-linji ta’ gwida, il-governanza hi element trasversali li jirfed l-azzjonijiet kollha fl-interess ta’ tmexxija aktar u aktar effiċjenti tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u t-titjib tal-kwalità tat-tfassil pubbliku tal-politiki .

- Fi ħdan il-qafas il-ġdid għall-politika ta’ koeżjoni fl-2007-2013, id-dimensjoni territorjali tidher bħal element trasversali li jeħtieġ li attenzjoni speċjali tingħata lill-impatt tal-programmi għal dak li għandu x’jaqsam mal-promozzjoni ta’ l-iżvilupp sostenibbli bilanċjat u l-użu ta’ l-opportunitajiet fl-ibliet, fiż-żoni rurali u fiż-żoni b’żvantaġġ naturali.

2. IL-KOEŻJONI, IT-TKABBIR, L-IMPJIEGI

2.1. L-aġenda mġedda ta’ Liżbona

Fl-2005, il-Kummissjoni ppropniet Sħubija ġdida għat-Tkabbir u l-Impjiegi [6] tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2005, il-Kunsill ikkonferma l-għanijiet ta’ politika stabbiliti mill-Kummissjoni u enfasizza l-ħtieġa li l-Istrateġija ta’ Liżbona titneda mill-ġdid.

Dan l-isforz imġedded jeħtieġ li “l-Unjoni trid tinvolvi r-riżorsi nazzjonali u Komunitarji kollha xierqa – inkluża l-politika ta’ koeżjoni” [7] . Barra minn hekk, ikkonkludiet li hija neċessarja preżenza akbar ta’ l-għanijiet ta’ Liżbona fost il-poplu, li tinvolvi l-atturi reġjonali u lokali u s-sħab soċjali. Dan għandu importanza partikolari f’oqsma fejn viċinanza akbar hi essenzjali, bħal fl-innovazzjoni u fl-ekonomija ta’ l-għarfien, fl-impjiegi, fil-kapital uman, fl-intraprendenza, fis-sostenn għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jew l-aċċess għall-finanzjament.

Sabiex isir progress fix-xogħol, il-Linji ta’ Gwida Integrati għall-aġenda tat-Tkabbir u l-Impjieg kienu żviluppati sabiex jgħinu lill-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi nazzjonali ta’ riforma[8].Taħt dans iċ-ċiklu ta’ governanza ġdida għall-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Impjiegi, l-Istati Membri kellhom iressqu Programmi Nazzjonali ta’ Riforma fl-2005 segwiti mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ dawn l-istrateġiji nazzjonali fis-sura ta’ Rapport Annwali tal-Progress adottat f’Jannar 2006[9].

L-ewwel Rapport ta’ Progress Annwali (APR) għamel bosta rakkomandazzjonijiet relevanti għall-politika ta’ koeżjoni. L-ewwel, irrakkomanda li l-Istati Membri jiżguraw li l-koeżjoni Komunitarja u l-investiment ta’ żvilupp rurali huma mmirat lejn l-appoġġ ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona b’mod ġenerali. Fi kliem ieħor, l-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni għandhom jiġu armonizzati mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. B’mod partikolari, l-APR irrakkomandat li fil-kuntest tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi tal-politika ta’ koeżjoni, l-Istati l-Membri l-ġodda għandhom jitħeġġu sabiex jirriżervaw ir-riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni għall-miżuri skond l-għanijiet ta’ Liżbona, kif diġà ġie miftiehem għall-EU-15 sal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2005.

It-tieni, l-APR enfasizza l-bżonn għal sforzi akbar għall-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni bejn dawk responsabbli għall-programmi nazzjonali ta’ riforma u dawk li qegħdin iħejju l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni, 2007-2013. Dawn ir-rabtiet għandhom jiġu stabbiliti minnufih aktar mat-tħejjija ta’ dawn il-progremmi tkun profonda, ibda mill-adozzjoni ta’ l-Oqsfa ta’ Referenza Strateġiċi Nazzjonali. It-tielet, l-APR saħaq li l-Istati Membri għandhom iqisu l-impatt makro-ekonomiku tat-trasferimenti mill-għejun tal-politika ta’ koeżjoni. Fl-aħħar, l-APR irrakkomandat li l-ġenerazzjoni l-ġdida tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jindirzzaw l-4 azzjonijiet ta’ prijorità. 1) investiment akbar fl-għarfien u fl-innovazzjoni; 2) il-ħelsien tal-potenzjal tan-negozju; b’mod partikolari ta’ l-SMEs; 3) rispons għall-globalizzazzjoni u x-xjuħija; u 4) il-mixja lejn politika ta’ enerġija effiċjenti u integrata għall-UE. Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006 ikkonferma r-rakkomandazzjonijiet ta' l-APR u kkonkluda li l-Istati Membri għandhom iqisu l-prijoritajiet fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom meta jfasslu l-Oqsfa ta’ Referenza Strateġiċi Nazzjonali (NSRFs). Identifika wkoll il-prijoritajiet speċifiċi fi ħdan il-Linji ta’ Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi, li jikkonċernaw l-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni; fil-potenzjal tan-negozju, b’mod partikolari ta’ l-SMEs; l-impjiegi; u l-politika ta’ l-enerġija.

2.2. Il-kontribuzzjoni tal-politika ta’ koeżjoni għat-tkabbir u għall-impjiegi

Il-politika ta’ koeżjoni diġà tikkontribwixxi għall-istrateġija ta’ Liżbona. Valutazzjoni jiet indipendenti juru li l-politika kellha impatt makro-ekonomiku sostanzjali, b’mod speċjali fir-reġjuni li huma l-inqas żviluppati, b’effetti li jkabbru u jkattru fl-UE kollha[10]. Bil-mobilizzazzjoni tal-potenzjal għat-tkabbir li jeżisti fir-reġjuni kollha, il-politika ta’ koeżjoni ttejbet il-bilanċ ġeografiku ta’ l-iżvilupp ekonomiku u żiedet ir-rata potenzjali tat-tkabbir fl-Unjoni kollha. Jekk l-UE trid tilħaq l-għanijiet tagħha ta’ Liżbona, ir-reġjuni kollha – b’mod speċjali dawk fejn hemm l-ogħla potenzjal fil-produttività u fix-xogħol – għandhom il-parti tagħhom x'jaqdu.

Barra minn hekk, il-politika ta’ koeżjoni tikkontribwixxi biex issaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika u politika billi, pereżempju, tiżviluppa netwerks ta’ infrastruttura u aċċess għal servizzi ta’ interess ġenerali, iżżid il-ħiliet taċ-ċittadini tal-Komunità, tkabbar l-aċċessibilità tar-reġjuni mbiegħda u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni.

Il-politika ta’ koeżjoni fil-ġejjieni tista’ tkompli tipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti għall-prijoritajiet ta’ Liżbona billi tenfasizza aktar fuq l-:

- Investiment f’żoni b’potenzjal kbir ta’ tkabbir . Redditi għolja huma disponibbli meta jsiru investimenti f’reġjuni li għandhom il-potenzjal li jlaħħqu malajr mal-bqija ta’ l-UE, imma fejn il-fondi domestiċi jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet kollha disponibbli.

- Investiment f’min imexxi t-tkabbir u x-xogħol. Il-politika ta’ koeżjoni hija ffokata fuq investimenti fil-kapital uman u f’dak fiżiku li huma essenzjali għall-potenzjal ta’ tkabbir u ta’ impjiegi, li jinkludu l-infrastruttura fiżika u ta’ l-ICT, il-ħila fir-riċerka u fl-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-addattabilità tal-ħaddiema.

- Sostenn ta’ l-implimentazzjoni ta’ strateġiji koerenti li jvarjaw tul perjodu medju sa perjodu twil. Il-politika ta’ koeżjoni hija l-unika politika li tipprovdi qafas stabbli ta’ seba’ snin ta’ investiment.

- Żvilupp tas-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma’ politika oħra tal-Komunità. Il-politika ta’ koeżjoni taġixxi bħala lieva b’saħħitha għall-implimentazzjoni ta’ politika oħra tal-Komunità. Pereżempju, il-proġetti tan-Netwerk Transewropew huma finanzjati direttament mill-Fond ta’ Koeżjoni fil-pajjiżi tal-koeżjoni, li jwassal għal titjib sostanzjali fl-aċċessibilità għall-bqija ta’ l-Ewropa; il-konformità ma’ l-acquis ambjentali u ma’ l-għanijiet iktar wesgħin ta’ żvilupp sostenibbli hija appoġġjata bis-sħiħ mill-politika ta’ koeżjoni; il-politika ta’ l-RTD u l-interessi tagħha, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ l-infrastrutturi tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp tar-riżorsi umani fir-riċerka huma wkoll appoġġjati mill-politika ta’ koeżjoni, bħalma hija l-politika ta’ l-innovazzjoni tal-Komunità u ta’ l-SMEs u ta’ l-azzjonijiet.

- Organizzazzjoni ta’ riżorsi supplimentari. L-attivitajiet ko-finanzjati mill-politika ta’ koeżjoni jiżguraw grad għoli ta’ żjieda għall-fondi ta’ l-UE, b’mod partikolari billi jċaqilqu r-riżorsi għall-investiment f’żoni fejn l-infiq jista’ jkollu l-ikbar impatt u valur addizzjonali. Huma għandhom il-qawwa li jċaqilqu riżorsi nazzjonali addizzjonali, kemm pubbliċi u kemm privati, biex jintużaw fi strateġiji ta’ żvilupp koerenti fuq livell nazzjonali u reġjonali. Kull euro li jintefaq fuq il-livell ta’ l-UE mill-politika ta’ koeżjoni jwassal għal iktar infiq, b’medja ta’ 0.9 euro, f’reġjuni inqas żviluppati (L-objettiv kurrenti 1) u 3 euro fir-reġjuni li għaddejjin minn fażi ta’ ristrutturar (L-Objettiv kurrenti 2).

- Titjib tal-governanza. Is-sistema unika biex iseħħul-programmi ta’ koeżjoni tiffavorixxi t-titjib fil-kapaċitajiet istituzzjonali marbuta mat-tfassil tal-politika u ma’ l-implimentazzjoni; mat-tixrid ta’ kultura ta’ valutazzjoni ; ma’ l-arranġamenti ta’ sħubija bejn il-pubbliku u l-privat; mat-trasparenza; mal-kooperazzjoni reġjonali u min-naħa għall-oħra tal-fruntiera; u ma’ l-iskambju ta’ l-aħjar prattika. Tikkontribwixxi wkoll għal governanza aħjar fuq il-livelli kollha billi ttejjeb ir-responsabbiltà u l-preżenza ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona fuq livell sub-nazzjonali u billi tisfrutta s-sinerġiji bejn il-livelli differenti ta’ governanza.

- Ħeġġa għall-strateġija integrata favur koeżjoni territorjali. Il-politika ta’ koeżjoni tista’ tgħin biex toħloq kommunitajiet sostenibbli, billi tiżgura li tittieħed azzjoni rigward il-kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali permezz ta’ strateġiji integrati għal tiġdid, riġenerazzjoni u żvilupp kemm fiż-żoni ta’ l-ibliet kif ukoll f’dawk rurali.

- Tqarrib ta’ l - aġenda ta’ Liżbona maċ-ċittadini ta’ l-UE. Il-politika ta’ koeżjoni ppermettiet lill-aġneda ta’ l-UE li ssir aktar viżibbli u tinftiehem aktar miċ1-ċittadini tagħha. L-armonizzazzjoni tal-prijoritajiet ta’ Liżbona mal-politika ta’ koeżjoni ser żżied l-legittimità ta’ l-istrateġija għat-Tkabbir u l-Impjiegi u tinvolvi liċ-ċittadini aktar mill-qrib sabiex tikseb l-għanijiet tagħha.

Il-politika ta’ koeżjoni għandha żżomm approċċ bilanċjat skond l-għanijiet ta’ “tkabbir” u “impjieg” u tikkontribwixxi għal żvilupp ekonomiku, soċjali u sostenibbli bilanċjat. It-taqsima li ġejja tistabbilixxi l-aspetti ewlenin tal-qafas il-ġdid għall-politika ta’ koeżjoni 2007-2013, fid-dawl tal-modi differenti kif il-politika ta’ koeżjoni tista’ tikkontribwixxi għall-aġenda ta’ Liżbona.

3. IL-QAFAS GĦAL POLITIKA TA’ KOEŻJONI 2007-2013

3.1. Il-konċentrazzjoni

F’din it-taqsima, se jiġi diskuss il-qafas il-ġdid għal politika ta’ koeżjoni f’relazzjoni mal-ħtieġa għal konċentrazzjoni tematika u ġeografika. Peress li l-konċentrazzjoni tar-riżorsi hija wkoll kwistjoni ta’ proċess, id-dimensjoni tal-governanza hija diskussa wkoll.

It-tkabbir fil-produzzjoni ekonomika huwa essenzjalment magħmul minn żewġ muturi: it-tkabbir fl-impjiegi u fil-produttività. Dawn huma relatati mill-qrib u jridu jissaħħu b’mod simultanju biex jinkiseb l-impatt massimu. Sabiex titħeġġeġ mogħdija ta’ żvilupp sostenibbli, taħt il-programmi ta’ l-iżvilupp nazzjonali u reġjonali, 2007-2013, u tissaħħaħ il-kompetittività f’ekonomija bbażata fuq l-għarfien, huwa essenzjali li r-riżorsi jkunu kkonċentrati fuq infrastrutturi bażiċi, il-kapital uman, u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż l-aċċess għal u l-użu strateġiku tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs). Kemm l-assi tanġibbli u kemm dawk intanġibbli huma meħtieġa.

It-taħlita politika maħsuba sabiex Stat Membru jew reġjun jikseb taħlita xierqa ta’ investimenti għat-tkabbir jiddependi mill-karatteristiċi speċifiċi, mill-istruttura ta’ l-attività ekonomika u min-natura u l-firxa ta’ l-iżbilanċi strutturali, u miż-żoni potenzjali tiegħu li jistgħu joffru vantaġġ komparattiv. It-taħlita politika b’mod inevitabbli tevolvi maż-żmien, u ġġib bidla fit-tip ta’ politika u ta’ strumenti użati. Kull Stat Membru u kull reġjun għandu jsib l-aħjar taħlita ta’ politika għall-iżvilupp tiegħu fid-dawl tal-kondizzjonijiet ekonomiċi, soċjali, ambjentali, kulturali u istituzzjonali partikolari tiegħu.

Madankollu, filwaqt li t-taħlita tista’ tvarja skond il-kuntest, fuq il-livell ta’ programmi u proġetti se tkun żgurata l-konċentrazzjoni billi l-ewwel nett ikunu inklużi dawk l-elementi li jistgħu jikkontribwixxu għall-Istrateġija għat-Tkabbir u ta’ l-Impjiegi. Dan se jkun il-prinċipju regolatorju li l-Kummissjoni se tuża meta tkun qed tinnegozja l-programmi nazzjonali u reġjonali differenti.

Allokazzjoni ta’ l-infiq ta’ Liżbona

Wara li qablu dwar perspettiva finanzjarja għall-2007-2013, l-Istati Membri ddeċidew ukoll li ċertu proporzjon tar-riżorsi għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi għandu jkun allokat għall-investiment f’żoni marbuta direttament ma’ l-aġenda ta’ tkabbir u l-impjiegi kif ukoll lista speċifika ta’ kategoriji allokati għall-infiq. "L-allokazzjoni” f'dan il-mod ġiet ikkonfermata għaldaqstant fl-abbozz tar-Regolament. L-abbozz tar-Regolament jistabbilixxi miri allokati ta’ 60% ta’ l-infiq għall-għan tal-Konverġenza u 75% ta’ l-infiq għall-kompetittività Reġjonali u l-għan ta’ l-Impjieg, applikat bħala medja tul il-perjodu kollu ta’ prgoammazzjoni ta’ l-Istati Membri kollha ta’ l-Unjoni kif ikkostitwit qabel l-1 ta’ Mejju 2004. Filwaqt li l-miri għal kull Stat Membru se jqisu l-punt ta’ bidu bbażat fuq id- data għall-2000-2006, l-għan hu li l-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jiksbu l-mira allokata bħala medja tul il-perjodu. Għalkemm l-Istati Membri l-ġodda u l-pajjiżi aderenti mhumiex koperti mill-allokazzjoni, huma mħeġġa wkoll sabiex jistabbilixxu miri u jżiedu l-isforzi tagħhom relatati mal-qagħda ta’ tluq fil-perjodi 2000-2006. Il-miri ta’ l-allokazzjoni se jiġu applikati b’mod flessibbli, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi speċifiċi nazzjonali u l-prijoritajiet identifikati fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma.

Iż-żmien hu importanti wkoll għal dak li għandu x’jaqsam mal-politika ta’ koeżjoni fl-Istati Membri fejn it-trasferimenti mill-Unjoni jieħdu dimensjoni makro-ekonomika. Fil-medda ta’ żmien qasira, dawn it-trasferimenti jistgħu joħolqu pressjoni inflazzjonarja f’ċerti setturi (pereżempju fis-settur tal-bini) u tista’ taffetwa l-kont kurrenti (pereżempju bħala riżultat ta’ l-importazzjonijiet tat-tagħmir kapitali) filwaqt li ammonti sinifikanti għandhom ikunu previsti fil-baġits nazzjonali pubbliċi sabiex jikkofinanzjnaw it-trasferimenti mill-UE. Huwa għalhekk importanti li l-Istati Membri u r-reġjuni jorganizzaw il-programmi ta’ l-investimenti tagħhom b’tali mod li jindirizzaw l-ostakli marbuta mas- supply-side (politika ta’ tassazzjoni baxxa li tinkoraġġixxi l-produzzjoni u l-investiment) u jkabbru l-produttività sabiex jikkumpensaw għall-pressjonijiet tad- demand-side fuq l-ekonomija nominali.

Għandhom jitqiesu wkoll il-prijoritajiet l-oħra tal-politika tal-Komunità, l-ewwelnett minħabba l-potenzjal tagħhom biex jikkontribwixxu għat-tkabbir u għall-impjiegi fi ħdan il-qafas tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u, t-tieni, sabiex jitrawmu s-sinerġiji ma’ strateġiji politiċi oħra ta’ l-EU fost il-poplu.

3.2. Il-konverġenza

Għar-reġjuni u għall-Istati Membri li huma eliġibbli għall-appoġġ tal-politika ta’ koeżjoni taħt l-għan il-ġdid ta’ Konverġenza, l-għan ewlieni se jkun li jingħata stimolu lill-potenzjal tat-tkabbir sabiex jinżammu u jinkisbu rati għolja ta’ tkabbir. Dan l-għan għandu jitqies fid-dawl taż-żjieda mingħajr preċedenti fid-disparità fi ħdan l-Unjoni mkabbra, in-natura ta’ l-isforzi tul perjodu twil ta’ żmien li se jkunu meħtieġa biex dan jitnaqqas u l-kontribuzzjoni għall-kompetittività ta’ l-Unjoni kollha.

L-istrateġiji għall-2007-2013 għandhom jiffokaw fuq l-investimenti u s-servizzi kollettivi li huma meħtieġa biex tiżdied il-kompetittività fuq medda twila ta’ żmien, jinħolqu aktar impjiegi u jitkabbar l-iżvilupp sostenibbli. Se jinħtieġ li jinħolqu, jkunu aġġornati u jitwessgħu l-infrastrutturi u s-servizzi bażiċi, sabiex jinfetħu l-ekonomiji reġjonali u lokali, ikun stabbilit qafas ta’ appoġġ għan-negozju effettiv u jintużaw l-opportunitajiet offruti mis-Suq Uniku. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun hemm sforzi sostanzjali biex jinfirex l-investiment fil-kapital uman; jiżdied l-aċċess għall-impjiegi, tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali; u tkun introdotta u implimentata riforma fis-sistemi edukattivi u tat-taħriġ.

Flimkien ma’ l-isforzi indirizzati lejn l-infrastruttura bażika, jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex tkun immodernizzata u rristrutturata l-kapaċità produttiva tar-reġjuni billi jkunu provduti servizzi lill-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs; billi jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament; billi jkunu inkoraġġiti l-RTD u l-innovazzjoni; billi jkunu żviluppati r-riżorsi umani; u billi jkunu inkoraġġiti l-introduzzjoni, it-tixrid u l-użu ta’ l-ICTs.

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali u ta’ l-ordni istituzzjonali huwa essenzjali biex titfassal u titwassal politika effettiva.

3.3. Il-kompetittività reġjonali u l-impjiegi

Il-ħtieġa li jkun hemm konċentrazzjoni fuq numru limitat ta’ prijoritajiet ewlenin, u b’mod partikolari fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-aċċessibilità u l-ħolqien ta’ l-impjiegi, hija waħda obbligatorja taħt dan l-għan sabiex ikun żgurat l-aħjar użu ta’ riżorsi finanzjarji limitati. L-investiment fil-kapital uman jista’ jkollu rwol importanti sabiex ikun żgurat adattament bla għawġ wara bidla ekonomika u ristrutturar.

L-iskop tal-kompetittività reġjonali l-ġdida u ta’ l-għan tax-xogħol huwa li jantiċipa u jinkoraġġixxi bidla ekonomika billi jkun hemm titjib fil-kompetittività u l-attrattiva tar-reġjuni u bliet ta’ l-UE permezz ta’ investimenti fl-ekonomija ta’ l-għarfien, fl-intraprendenza, fir-riċerka, fil-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi u l-università u fl-innovazzjoni; fl-aċċess għall-infrastruttura tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni, fl-enerġija u fis-saħħa; fl-ambjent u fil-prevenzjoni tar-riskju; fis-sostenn favur l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi; fit-tisħiħ tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol; u fl-inkoraġġiment ta’ l-inklużjoni soċjali u tal-komunitajiet sostenibbli.

Għandhom jitqiesu l-bżonnijiet differenti. Ir-reġjuni industrijali jieħdu forom differenti. Ħafna huma kkaratterizzati mill-preżenza ta’ ditti kbar tal-manifattura, densitajiet għolja ta’ popolazzjoni u rati għoljin ta’ tkabbir ekonomiku filwaqt li oħrajn għandhom taħlita ta’industrija moderna, b’mod speċjali l-SMEs, mas-settur tas-servizzi li qed jikber b’mod relattivament malajr. Dawn iż-żewġ tipi ta’ reġjuni jistgħu, madankollu, ikunu kkonfrontati minn imkejjen f’ibliet li ilhom sejrin lura u fejn ilu jinġema’ l-faqar, mill- konġestjoni, pressjoni ambjentali u mard, minħabba li jridu jirrispondu għall-isfidi tal-globalizzazzjoni u għall-ħtieġa li jadattaw irwiehom għall-bidla ekonomika mgħaġġla. Fl-estrem l-ieħor, ħafna reġjuni industrijali oħra għadhom qed jibdew jadattaw irwieħhom għall-bidla, u l-kriżi tal-bażi industrijali ma ġiext ikkumpensata b’mod suffiċjenti b’attivitajiet ġodda.

Sadanittant, f’żoni kkaratterizzati b’densità baxxa ta’ popolazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku huwa spiss immexxi minn ditti żgħar, imma l-isfidi li dawn qed jiffaċċjaw huma simili. Id-densità baxxa ta’ popolazzjoni tagħmilha iktar diffiċli li jkun hemm rispons għall-isfidi u għalhekk is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ma nbidlitx f’dawn l-aħħar għaxar snin.

Hemm varjazzjoni sħiħa fis-sitwazzjoni ekonomika taż- żoni rurali . X’uħud minnhom għandhom rabtiet tajba maċ-ċentri ta’ l-ibliet u, bl-agrikoltura li tkompli bir-rwol sinifikanti tagħha, qed jesperjenzaw żjieda fid-diversifikazzjoni ekonomika u tkabbir fl-attivitajiet tas-settur tas-servizzi, pereżempju fit-turiżmu. Żoni rurali oħra li huma iktar imbiegħda jridu jħabbtu wiċċhom ma’ popolazzjoni mferrxa ħafna u li qed tixjieħ, infrastrutturi tekniċi u soċjali ta’ livell baxx, servizzi inadegwati, u rabtiet dgħajfa mal-bqija ta’ l-ekonomija.

Li jkunu indirizzati dawn il-problemi differenti, u li r-reġjuni jkunu mgħejjuna biex jirristrutturaw u joħolqu attivitajiet ġodda skond l-aġenda mġedda ta’ Liżbona, huma l-isfidi biex jiġu ġenerati mill-ġdid il-programmi tal-kompetittività reġjonali u ta’ l-impjieg.

Meta t-territorju kkonċernat hu kopert ukoll mill-Fond ta’ Koeżjoni, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw kemm jista’ jkun possibbli li l-proġetti sostnuti jikkontribwixxu għall-aġenda tat-tkabbir u ta’ l-impjiegi.

3.4. Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea

L-iskop ta’ l-għan il-ġdid ta’ kooperazzjoni huwa li jinkoraġġixxi integrazzjoni iktar qawwija tat-territorju ta’ l-Unjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu. B’dan il-mod, il-politika ta’ koeżjoni tappoġġja l-iżvilupp bilanċjat u sostenibbli tat-territorju ta’ l-Unjoni fuq il-livell tal-makro-reġjuni tiegħu u tnaqqas l-“effetti ostaklu” permezz tal-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera, transnazzjonali u inter-reġjonali u ta’ l-iskambju ta’ l-aħjar prattika.

Dawn l-azzjonijiet huma bbażati fuq strateġiji ta’ żvilupp komuni tat-territorji konċernati (nazzjonali, reġjonali, lokali) u fuq in-netwerking tal-partijiet interessati ewlenin. Minħabba f’hekk, għandhom valur miżjud Ewropew ovvju li saħansitra jikber iktar fl-Unjoni ta’ wara t-tkabbir u iktar iddiversifikata.

3.5. Il-Governanza

Tul dawn l-aħħar snin, il-kuntest għall-politika ta’ koeżjoni nbidlet fid-dawl ta’ sfidi ġodda imposti mill-globalizzazzjoni. Illum, jidher ċar li f’ekonomija miftuħa u globalizzata, li tittratta l-aġenda ta’ tkabbir u ta’ l-impjiegi għandha tkunt ankrata fl-istrateġiji ta’ żvilupp reġjonali u saħansitra dawk lokali. Dan hu l-livell fejn bosta min-nerwerks tan-negozju jissawwru u r-rabtiet stabbiliti maċ-ċentri ta’ tagħlim u teknoloġija fejn l-għarfien espert u l-perizja jistgħu jiġi mobilizzati l-aħjar. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati l-oħra għandhom firxa ta’ setgħat, kemm regolatorji kif ukoll imsejsa fuq l-ispejjeż għat-twettiq tal-politki pubbliċi li jgħinu għat-twettiq ta’ l-istrateġija għat-tkabbir u ta’ l-impjiegi.

Fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni, il-kwistjoni tal-governanza għandha diversi dimensjonijiet.

L-ewwel waħda għandha x’taqsam ma’ sett ta’ karatteristiċi ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi relatati mar- rendiment u s-suċċess tal-politika pubblika. Għall-pajjiżi u r-reġjuni, b’mod partikolari dawk li huma eliġibbli taħt l-għan tal-Konverġenza, il-kwalità u l-effiċjenza fis-settur pubbliku huma essenzjali sabiex ikunu aċċettati r-riformi u l-governanza tajba, b’mod speċjali fil-qasam ekonomiku, ta’ l-impjiegi, dak soċjali, edukattiv, ambjentali u ġudizzjarju. Dan se jgħin mhux biss biex itejjeb l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni ta’ l-UE, imma wkoll biex jiżdied ir-rendiment ekonomiku b’mod ġenerali.

Fejn il-kapaċitajiet istituzzjonali u tal-kontroll jitqiesu bħala dgħajfa, it-tisħiħ tagħhom għandu jkun prijorità ewlenija f’reġjuni inqas żviluppati. Il-kompetittività ekonomika u soċjetà ċivili iktar b’saħħitha jiddependu mhux biss fuq netwerks ta’ infrastruttura effettivi, iżda wkoll fuq l-infurzar tal-liġi b’mod li ma ssirx diskriminazzjoni, li jkun prevedibbli u trasparenti; fuq l-assenjazzjoni u l-infurzar ta’ drittijiet negozjabbli tal-proprjetà, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; fuq sistema miftuħa ta’ l-appalt pubbliku; u fuq amministrazzjoni li tnaqqas kemm tista’ l-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi.

Għalhekk, meta jkunu qed jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom janalizzaw, b’mod sistematiku, sa liema punt amministrazzjoni pubblika iktar effiċjenti, responsabbli u trasparenti tista’ tgħin biex jiżdiedu l-livelli tal-produttività. Għalhekk, it-trawwim tal-kapaċità għall-amministrazzjonijiet pubbliċi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, biex jittejjeb il-qafas amministrattiv għall-attività ekonomika, biex titfassal u tkun implimentata sew il-politika, inkluż li jsiru liġijiet, valutazzjoni u analiżi ta’ l-impatt ta’proposti politiċi b’mod aħjar, u monitoraġġ regolari tal-mekkaniżmi ta’ attwazzjoni, għandhom ikunu appoġġjati mill-Fondi Strutturali.

It-tieni dimensjoni tirreferi għal miżuri u azzjonijiet li huma meħtieġa b’mod speċifiku sabiex tittejjeb il-kapaċità ta’ l-Istati Membri biex jamministraw u jimplimentaw il-politika ta’ koeżjoni. Amministrazzjoni soda u effiċjenti tal-Fondi titlob strutturi xierqa, effettivi u trasparenti f’amministrazzjonijiet ċentrali, reġjonali u lokali li huma kapaċi jwettqu l-kompiti relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-Fondi, bħall-appalt pubbliku, il-kontroll finanzjarju, is-superviżjoni, il-valutazzjoni u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni. L-użu effettiv tal-Fondi huwa wkoll influwenzat mill-kapaċitajiet ta’ dawk li għandhom il-proġetti f’idejhom li jiżviluppaw u jimplimentaw proġetti ta’ kwalità għolja. Fejn ir-riżorsi jkunu użati b’mod effiċjenti u trasparenti, il-viżibilità tagħhom minnha nfisha tinkoraġġixxi l-intraprendituri privati u lis-sħab soċjali, u toħloq l-ambjent fejn ta’ l-ewwel jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom fir-rigward ta’ l-investimenti. Għaldaqstant, jeħtieġ li tittieħed azzjoni f’dan il-qasam ukoll, u din għandha tkun appoġġjata b’assistenza teknika.

Fattur relatat, u importanti ħafna, li jiddetermina l-effikaċja tal-politika ta’ koeżjoni huwa dak tal-kwalità tas- sħubija bejn il-partijiet interessati kollha, inklużi dawk fuq livell reġjonali u lokali, fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-programmi. L-istrateġiji mfassla fuq il-livelli lokali u reġjonali għandhom jiffurmaw parti integrali mill-isforz għall-promozzjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. Ir-rwol ta’ l-SMEs, il-bżonn li t-talbiet għall-ħila lokali jiġu ssodisfatti, l-importanza tal-ġruppi, il-bżonn għal ċentri lokali għall-innovazzjoni huma tali li f’bosta każijiet, l-istrateġiji għandhom jinbnew wkoll mill-qiegħ, fuq livelli reġjonali u lokali. Barra minn hekk, dan ma japplikax biss għall-aġenda ekonomika iżda wkoll għall-isforz usa’ biex jinvolvi ċ-ċittadini li, permezz tas-sħubija u l-arranġamenti fuq bosta livelli tal-governanza li l-politika ta’ koeżjoni hi mmexxija fuqha, jistgħu jkunu involuti direttament fl-istrateġija ta’ tkabbir u ta’ l-impjiegi ta’ l-Unjoni. Sħubija qawwija bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet fl-Istati Membri hija l-bażi għad-definizzjoni ta’ strateġija ta’ koeżjoni li tindirizza l-prijoritajiet Komunitarji f’kuntest nazzjonali u reġjonali, u l-implimentazzjoni tagħha permezz tal-programm operattiv.

L-iżvilupp ta’ proġetti innovattivi bbażati fuq sħubija, u li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni ċivili fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika pubblika, kif ukoll it-titjib ta’ l-azzjoni reċiproka bejn u fi ħdan il-komunitajiet jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ kapital uman u soċjali, li jwassal għal impjiegi, tkabbir, kompetittività u koeżjoni soċjali sostenibbli. F’dan il-kuntest, huwa importanti li l-partijiet interessati ewlenin fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali juru solidarjetà ma’ l-aġenda tar-riforma sabiex ir-riżorsi jkunu k konċentrati b’mod ġenwin fuq il-promozzjoni tat-tkabbir u ta’ l-impjiegi, u n-netwerks tas-sħubija neċessarji għal dan il-għan jitqiegħdu f’posthom. L-isħubija, il-patti u l-inizjattivi msejsa fuq in-netwerking tal-partijiet interessati relevanti, bħall-imsieħba soċjali u l-NGOs għandhom rwol ewlieni fil-qasam ta’ l-impjieg u l-inklussività tas-suq tax-xogħol.

Ir-reġjuni huma mħeġġa sabiex jiżviluppaw strateġiji reġjonali ta’ żvilupp sostenibbli, filwaqt li jibnu kunsens dwar l-għanijiet li għandhom jintlaħqu permezz ta’ djalogu regolari u sistematiku mal-partijiet interessati ewlenin. Is-sħubija hija meħtieġa sabiex tmexxi b’suċċess l-kumplessità u hi essenzjali għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġiji ta’ żvilupp. Tiddependi fuq il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, bħall-awtoritajiet kompetenti, is-sħab ekonomiċi u soċjali, u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governamentali. Is-sħubija tipprovdi bażi għall-mobilizzazzjoni ta’ l-aħjar għarfien lokali u perizja, għall-ftuħ u għat-trasparenza fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-programmi. Dan hu partikolarment importanti għat-titjib ta’ l-għarfien u l-innovazzjoni u għandha tissawwar fuq il-metodi li ġew żviluppati fl-imgħoddi bl-istrateġiji reġjonali għall-innovvazzjoni u l-programmi reġjonali ta’ l-azzjonijiet innovattivi.

Is-sħubijiet bejn il-Pubbliku u l-Privat

Is-Sħubija bejn il-Pubbliku u l-Privat (SPP) tista’ tkun metodu xieraq biex ikun iffinanzjat l-investiment meta jkun hemm skop sinifikanti biex ikun involut is-settur privat, b’mod speċjali f’żoni fejn mhux possibbli jew xieraq li l-proprjetà pubblika jew il-forniment tas-suq jinqatgħu kompletament. Minbarra s-saħħa finanzjarja li tipprovdi, is-sħubija bejn il-pubbliku u l-privat fuq livell ta’ proġetti ttejjeb ukoll il-kwalità ta’ l-implimentazzjoni u ta’ l-amministrazzjoni sussegwenti tal-proġetti. L-Istati Membri huma għalhekk imħeġġa li jagħżlu sħubijiet bħal dawn meta jkunu disponibbli. Il-benefiċċji ewlenin ta’ skemi ta’ SPP bħal dawn huma li:

- is-settur pubbliku jikseb aċċess għal firxa wiesgħa ta’ ħiliet tas-settur privat li għandhom jippermettulu li jipprovdi servizz iktar effiċjenti u ta’ nefqa effettiva

- is-settur privat iġorr firxa ta’ riskji li bl-appalt pubbliku tradizzjonali kieku jinġarru mis-settur pubbliku

- tista’ tkun iġġenerata iktar effiċjenza meta parti waħda tkun responsabbli għat-tfassil, għall-kostruzzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-finanzjament bħala parti minn pakkett integrat.

Meta jkun qed jitqies jekk għandux isir xi proġett partikolari bħala SPP, huwa importanti li jkunu sodisfatti ċertu kundizzjonijiet qabel ma jkun assenjat il-kuntratt tal-forniment ta’ l-oġġetti u tas-servizzi, b’mod partikolari meta jitqiegħed f’postu qafas legali xieraq.

L-arranġamenti tal-SPP jaħdmu l-aħjar meta jkun hemm impenn politiku espliċitu mill-gvernijiet nazzjonali sabiex jinvolvu s-settur privat fil-proġetti tas-settur pubbliku. Oqfsa ċari u speċifiċi huma meħtieġa għall-SPP f’diversi oqsma tal-politika; se jvarjaw, pereżempju, skond kemm l-ispejjeż ikunu jistgħu jiġu rkuprati permezz tal-ħlasijiet min-naħa ta’ l-utenti u skond kemm huma mifruxa l-għanijiet soċjali. L-għażliet tal-politika differenti huma disponibbli biex jiżguraw il-kompetizzjoni għal PPPs mingħajr ma jillimitaw bla bżonn il-flessibbiltà meħtieġa biex ifasslu proġetti innovattivi u sikwit kumplessi[11].

L-UE se tappoġġja dawn il-SPPs billi tipprovdi l-finanzi, permezz tal-fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni, fejn il-proġetti jkunu jissodisfaw il-kriterji kollha neċessarji. Għal proġetti ikbar, il-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-Istat Membru (MS) biex jinkludi valutazzjoni dwar kemm huwa adattat għal skema ta’ SPP. Huwa previst li l-gwida ta’ tħaddim dwar it-tħejjija tal-PPPs tista’ tiġi prevista fl-istrument ta’ l-għajnuna teknika żviluppat flimkien mal-Bank Ewropew għall-investiment (EIB) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (l-istrument JASPERS).L-EIB u l-EIF jistgħu jipprovdu informazzjoni ta’ siwi f’dan ir-rigward.

4. IL-LINJI TA’ GWIDA GĦALL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI, 2007-2013

Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ’il fuq u fid-dawl ta’ l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona għat-tkabbir u għall-impjiegi, il-programmi ko-finanzjati permezz tal-politika ta’ koeżjoni għandhom ifittxu li jilħqu r-riżorsi konċernati skond it-tliet prijoritajiet li ġejjin[12]:

- itejbu l- attrattiva ta’ l-Istati Membri, tar-reġjuni u ta’ l-ibliet billi jtejbu l-aċċessibilità, jiżguraw kwalità u livell ta’ servizzi adegwati, u jħarsu l-ambjent;

- jinkoraġġixxu l- innovazzjoni, l-intraprendenza u t-tkabbir ta’ l- ekonomija ta’ l-għarfien permezz tal-kapaċitajiet tar-riċerka u ta’ l-innovazzjoni, li jinkludu t-teknoloġiji ġodda ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; u

- joħolqu iktar impjiegi u li jkunu ta’ kwalità aħjar billi jattiraw iktar nies lejn ix-xogħol jew lejn l-attività intraprenditorjali, itejbu l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi u jżidu l-investiment fil-kapital uman.

Fit-taqsimiet li ġejjin, se jkunu eżaminati l-aspetti ewlenin ta’ kull wieħed minn dawn l-oqsma wesgħin permezz ta’ linji ta’ gwida speċifiċi taħt kull titolu. Naturalment, dawn il-linji ta’ gwida aktar dettaljati mhux se jkunu kollha rilevanti għar-reġjuni kollha. L-iktar taħlita ta’ investimenti adattata fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq l-analiżi tal-punti tajbin u tal-punti dgħajfin ta’ kull Stat Membru u reġjun u ċ-ċirkostanzi speċifiċi nazzjonali u reġjonali. Il-linji ta’ gwida pjuttost jirrappreżentaw qafas wieħed li l-Istati Membri u r-reġjuni huma mistiedna li jużaw meta jkunu qed jiżviluppaw programmi nazzjonali, reġjonali u lokali, b’mod partikolari bil-ħsieb li jivvalutaw il-kontribuzzjoni tagħhom għall-għanijiet ta’ l-Unjoni f’termini ta’ koeżjoni, tkabbir u impjiegi. Il-Linji ta’ Gwida huma kondizzjoni neċessarja, imma mhumiex l-unika kondizzjoni biex jinkiseb l-aħjar livell ta’ konċentrazzjoni dwar il-prijoritajiet ewlenin għal kull Stat Membru u reġjun skond l-aġenda mġedda ta’ Liżbona. Permezz ta’ l-inkorporazzjoni ta’ l-aġenda ta’ Liżbona fil-programmi l-ġodda, qed tinġibed l-attenzjoni fuq dawn il-prinċipji:

L-ewwel, skond it-tnedija mill-ġdid ta’ l-aġenda ta’ Liżbona nfisha, il-politika ta’ koeżjoni għandha tiffoka b’mod iktar qawwi fuq l-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u fuq il-kapital uman . Għalhekk, l-isforz finanzjarju totali li jsostni lil dawn l-oqsma ta’ azzjoni għandu jiżdied b’mod sinifikanti, kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet il-ġodda ta’ l-allokazzjonijiet. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu ispirati mill-aħjar prattika meta din tkun tat riżultati pożittivi li jidhru f’termini ta’ tkabbir u impjiegi.

It-tieni, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom isegwu l-għan ta’ l- iżvilupp sostenibbli u jistimulaw is-sinerġiji bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali. L-Istrateġija l-ġdida ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma jenfasizzaw ir-rwol ta’ l-ambjent fit-tkabbir, fil-kompetittività u fl-impjieg. Il-ħarsien ambjentali jeħtieġ li jitqies fit-tħejjija tal-programmi u l-proġetti sabiex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli.

It-tielet, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom ifittxu li jissodisfaw l-għan ta’ l- ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-istadji kollha tal-preparazzjoni u ta’ l-implimentazzjoni tal-programmi u tal-proġetti. Dan jista’ jsir permezz ta’ azzjonijiet speċifiċi li jinkoraġġixxu l-ugwaljanza jew jopponu d-diskriminazzjoni, kif ukoll billi jitqies bir-reqqa l-mod kif il-proġetti u l-amministrazzjoni tal-fondi jistgħu jaffettwaw lin-nisa u lill-irġiel.

Ir-raba’, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, tar-razza u ta’ l-oriġini etnika, tar-reliġjon u tat-twemmin, tad-diżabbiltà, ta’ l-età u ta’ l-orjentazzjoni sesswali tul l-istadji varji ta’ l-implimentazzjoni tal-Fondi. B’mod partikolari, l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà hi waħda mill-kriterji li għandhom jitħarsu fid-definizzjoni tal-ħidmiet kofinanzjati mill-Fondi u meqjusa tul l-istadji varji ta’ l-implimentazzjoni.

4.1. LINJA TA’ GWIDA: Biex l-Ewropa u r-reġjuni tagħha jsiru postijiet aktar attraenti għall-investiment u għax-xogħol

Waħda mill-prerekwiżiti għat-tkabbir u għall-impjiegi hija li jkun żgurat li l-infrastruttura neċessarja (eż. it-trasport, l-ambjent, l-enerġija) tkun disponibbli għall-impriżi. Infrastruttura moderna u sigura hija fattur importanti fir-rendiment ta’ ħafna intrapriżi, li taffetwa l-attrattiva ekonomika u soċjali tar-reġjuni u l-ibliet. L-investiment fl-infrastruttura f’reġjuni li qegħdin lura, b’mod speċjali fl-Istati Membri l-ġodda, se jinkoraġġixxi t-tkabbir u għaldaqstant isaħħaħ il-konverġenza mal-bqija ta’ l-Unjoni kif ukoll itejjeb il-kwalità tal-ħajja. Ir-riżorsi m’għandhomx jiġu biss minn għotjiet iżda anki, fejn possibbli, mis-settur privat u minn self, pereżempju mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment. Għall-perjodu li jmiss, l-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri se jkollhom l-opportunità li jagħmlu użu ikbar mill-kompetenza tal-BEI sabiex iħejju proġetti xierqa biex jingħataw fondi Ewropej taħt l-inizjattiva JASPERS.

JASPERS: Sħubija ġdida għall-għajnuna teknika

JASPERS, “Għajnuna Konġunta fis-Sostenn ta’ Proġetti fir-Reġjuni Ewropej”, hi sħubija ta’ għajnuna teknika ġdida bejn il-Kummissjoni, l-EIB u l-EBRD. Hija strument li hu disponibbli għall-Istati Membri sabiex jgħin fit-tħejjija ta’ proġetti kbar ippreżentati għall-approvazzjoni għal sostenn skond il-Fond ta’ Koeżjoni u l-ERDF. Jissejjes fuq l-esperjenza ta’ l-EIB u l-EBRD fit-tħejjija tal-proġetti l-kbar, u f’oqsma importanti oħra bħall-iżvilupp ta’ sħubiji pubbliċi privati. L-isforzi konġunti tat-tliet istituzzjonijiet huma maħsuba biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni b’suċċess tal-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 billi jżidu sew ir-riżorsi disponibbli għat-tħejjija tal-proġetti. L-għajnuna teknika se tingħata mill-istadji bikrija taċ-ċiklu ta’ l-iżvilupp tasl-proġett. JASPERS għandha tipprovdi għajnuna komprensiva fl-istadji kollha taċ-ċiklu mill-identifikazzjoni inizjali tal-proġett sal-preżentazzjoni ta’ proġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

4.1.1. It-tkabbir u t-titjib ta’ l-infrastrutturi tat-trasport

Li tkun provduta infrastruttura tat-trasport effiċjenti, flessibbli, mingħajr periklu u nadif tista’ titqies bħala prerekwiżit neċessarju għall-iżvilupp ekonomiku peress li tinkoraġġixxi l-produttività u għaldaqstant, il-prospetti ta’ żvilupp tar-reġjuni konċernati billi tiffaċilita ċ-ċaqliq tan-nies u ta’ l-oġġetti. In-netwerks tat-trasport jinkoraġġixxu l-opportunitajiet għall-kummerċ, waqt li jżidu l-effiċjenza. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tat-trasport fl-Ewropa kollha (b’mod partikolari l-partijiet rilevanti tat-tletin proġett prijoritarju għan-Netwerks Transewropej tat-Trasport), b’attenzjoni partikolari fuq proġetti min-naħa għall-oħra tal-fruntieri, huwa essenzjali biex tinkiseb integrazzjoni akbar tas-swieq nazzjonali, b’mod speċjali fi ħdan il-kuntest ta’ Unjoni wara t-tkabbir.

L-investiment fl-infrastruttura jeħtieġ li jkun adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi u għal-livell ta’ żvilupp ekonomiku tar-reġjuni u tal-pajjiżi konċernati. Ġeneralment, dawn il-ħtiġijiet huma l-ogħla fir-reġjuni ta’ Konverġenza u fil-pajjiżi koperti mill-Fondi ta’ Koeżjoni. Tipikament, l-investimenti fl-infrastruttura (kif jiġri f’investimenti oħra) juru li r-rati ta’ qligħ qed jonqsu ’l fuq minn ċertu livell ta’ għoti ta’ fondi. Il-qligħ ekonomiku fuq investimenti bħal dan jkun għoli meta l-infrastruttura tkun skarsa u n-netwerks bażiċi ma jkunux tlestew, imma x’aktarx li jonqos ladarba jkun intlaħaq ċertu livell.

Għalhekk għandhom jitqiesu l-livell ta’ l-iżvilupp ekonomiku reġjonali u l-eżistenza ta’ wirt infrastrutturali kbir. Fir-reġjuni u fil-pajjiżi li huma l-inqas żviluppati, ir-rabtiet internazzjonali u interreġjonali jistgħu joffru qligħ ogħla tul perjodu itwal ta’ żmien f’termini ta’ żjieda fil-kompetittività kummerċjali u wkoll billi jkun iffaċilitat iċ-ċaqliq tal-ħaddiema. Min-naħa l-oħra, għal reġjuni b’bażi ekonomika mferrxa u ta’ daqs żgħir, u b’mudell ta’ urbanizzazzjoni bbażat fuq bliet żgħar, il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ta’ trasport reġjonali tista’ tkun iktar xierqa. F’reġjuni li jkollhom netwerks ta’ toroq inadegwati, il-fondi għandhom ikunu disponibbli wkoll biex jinbnew kollegamenti ta’ toroq li jkunu ekonomikament essenzjali. L-isfidi tal-mobbiltà u l-aċċessibbiltà fiż-żoni urbani għandhom jiġu indirizzati, billi jsostnu is-sistemi integrati ta’ tmexxija u soluzzjonijiet nodfa tat-trasport.

Sabiex jikbru kemm jistgħu l-benefiċċji li jirriżultaw mill-investimenti fit-trasport, l-assistenza mill-Fondi għandha tkun ibbażata fuq numru ta’ prinċipji.

L-ewwelnett, għandhom jintużaw kriterji oġġettivi sabiex jiddeterminaw il-livell u n-natura ta’ l-investiment infrastrutturali li jkun se jitwettaq. Pereżempju, ir-rati potenzjali ta’ qligħ għandhom jiġu kkalkulati skond il-livell ta’ żvilupp ekonomiku u n-natura ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tar-reġjuni kkonċernati, skond id-densità u l-kwalità prevalenti ta’ l-infrastrutturi jew il-grad ta’ konġestjoni. Meta jiġu ddeterminati r-rati soċjali tal-qligħ, għandhom jitqiesu wkoll l-implikazzjonijiet ambjentali u soċjali tal-proġetti infrastrutturali prospetttivi.

It-tieni, il-prinċipju ta’ sostenibbiltà ambjentali għandu jkun irrispettat bl-aħjar mod possibbli, skond il- White Paper [13]. Ċaqliq lejn modi li mhumiex ta’ ħsara għall-ambjent għandhom jiġu segwiti. Madankollu, ir-rendiment ambjentali u ġenerali ta’ kull mezz ta’ trasport għandu jkun jiġi perfezzjonat, b’mod partikolari rigward l-użu ta’ l-infrastruttura fi ħdan u mal-modi differenti[14].

It-tielet, fir-reġjuni ta’ Konverġenza u fil-pajjiżi koperti mill-fond ta’ Koeżjoni għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-immodernizzar tas-sistema tal-ferroviji billi jintgħażlu s-sezzjonijiet ta’ prijorità, filwaqt li tkun żgurata l-interoperabilità tagħhom fi ħdan il-qafas tas-Sistema Ewropea ta’ l-Amministrazzjoni tat-Trasport bil-Ferroviji (SEATF).

Ir-raba’, l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport għandhom ikunu akkumpanjati minn amministrazzjoni xierqa tat-traffiku, b’attenzjoni partikolari għas-sigurtà, skond l-istandards nazzjonali u tal-Komunità. L-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għandhom iqisu l-ħtieġa li jinkiseb qsim modali bbilanċjat (u ċar) li jissodisfa l-ħtiġijiet kemm ekonomiċi u kemm ambjentali. L-istrateġiji għandhom jinkludu, pereżempju, sistemi intelliġenti tat-trasport, pjattaformi multi-modali u, b’mod partikolari, teknoloġiji li jkunu użati għall-SEATF, imsemmi hawn fuq u għall-Programm ta’ Riċerka ATM tas-Sema Ewropew Waħdieni (SESAR- għal sistema ta’ amministrazzjoni tat-traffiku bl-ajru li tkun iktar uniformi).

Ibbażati fuq il-prinċipji t’aktar ’il fuq, il-linji ta’ gwida għall-azzjoni huma kif ġej:

- L-Istati Membri u r-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament taħt l-għan ta’ Konverġenza[15] jew il-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jagħtu prijorità għal dawk it-30 proġett ta’ interess Ewropew meta jinsabu fi ħdan it-territorju tagħhom. Fi ħdan dan il-grupp ta’ proġetti, ir-rabtiet min-naħa għall-oħra tal-fruntiera jixirqilhom attenzjoni speċjali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-koordinaturi bħala mezz sabiex inaqqsu ż-żmien bejn l-allokament ta’ l-ippjanar tan-netwerk u l-kostruzzjoni fiżika tiegħu. Proġetti oħra tat-TEN, u rabtiet strateġiċi tat-trasport, għandhom jirċievu l-appoġġ fejn ikun hemm ħtieġa qawwija għal dak li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjoni għat-tkabbir u għall-kompetittività.

- Se jkun ukoll importanti l-investiment komplementari f’ konnesjonijiet sekondarji fil-kuntest ta’ strateġija reġjonali u integrata ta’ trasport u komunikazzjoni li tkopri ż-żoni urbani u rurali, sabiex ikun żgurat li r-reġjuni jibbenefikaw mill-opportunitajiet maħluqa min-netwerks il-kbar.

- Is-sostenn għall- infrastruttura tal-ferroviji għandu jfittex li jiżgura iktar aċċess. Il-ħlasijiet fuq il-linji tal-ferrovija għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għall-operaturi indipendenti. Għandhom ikabbru wkoll il-ħolqien ta’ netwerk interoperattiv fl-UE kollha. Il-konformità u l-applikazzjoni ta’ l-interoperabilità u l-adattament tas-SEATF fuq il-vaguni tal-ferrovija u fuq il-linji għandhom ilkoll ikunu parti mill-proġetti kollha ffinanzjati.

- Tingħata spinta lin- netwerks tat-trasport li huma sostenibbli ambjentalment, b’mod partikolari fiż-żoni urbani. Din tinkludi faċilitajiet tat-trasport pubbliku (inklużi infrastrutturi tal- park-and-ride ), pjanijiet dwar il-mobilità, toroq bid-dawra, żjieda fis-sigurtà tal-postijiet fejn jiltaqgħu it-toroq, it-traffiku ħafif (lejns għaċ-ċiklisti, mogħdijiet għan-nies li jmorru bil-mixi). Tinkludi wkoll azzjonijiet li jipprovdu aċċessibilità għas-servizzi komuni tat-trasport pubbliku għal ċertu gruppi partikolari (l-anzjani, il-persuni b’diżabilità) u li jipprovdu netwerks ta’ distribuzzjoni għall-fjuwils alternattivi tal-vetturi. Ir-rotti ta’ navigazzjoni interna jistgħu jikkontribwixxu wkoll għas-sostenibbiltà tan-netwerks.

- Sabiex tkun iggarantita l-effiċjenza ottimali ta’ l-infrastrutturi tat-trasport biex ikun inkoraġġit l-iżvilupp reġjonali, għandha tingħata attenzjoni biex tittejjeb il- konnessjoni ta’ territorji l-aktar imbiegħda mdawra bl-art u insulari man-netwerk Transewropew (TEN-T) (ara l-mappa fl-anness). F’dan ir-rigward, l-iżvilupp ta’ rabtiet sekondarji, b’attenzjoni partikolari għall-inter-modalità u għat-trasport sostenibbli, għandhom jgħinu. B’mod partikolari, il-portijiet u l-ajruporti għandhom ikunu kkollegati ma’ l-intern tal-pajjiż tagħhom.

- Għandha tingħata iktar attenzjoni għall-iżvilupp ta’ “ awtostradi tal-baħar” u għall-ġarr fuq il-baħar tul distanzi qosra bħala alternattiva vijabbli għat-trasport tul distanzi twal fuq it-toroq jew bil-ferrovija.

Meta l-Istati Membri jirċievu appoġġ fl-istess ħin kemm mill-Fondi ta’ Koeżjoni u kemm mill-Fondi Strutturali, fil-programmi għandha ssir distinzjoni bejn it-tipi ta’ azzjonijiet ffinanzjati minn kull wieħed mill-Fondi, bil-Fond ta’ Koeżjoni li jkollu ir-rwol ewlieni fl-appoġġ għan-netwerks tat-trasport Transewropew.

Min-naħa tagħhom, il-Fondi Strutturali għandhom ġeneralment jiffokaw fuq l-iżvilupp ta’ infrastruttura marbuta ma’ miżuri li jixprunaw it-tkabbir ekonomiku (bħall-iżvilupp tat-turiżmu, it-titjib biex tiżdied l-attrattiva tal-postijiet industrijali, eċċ). Fir-rigward ta’ l-infrastruttura tat-toroq, l-investimenti għandhom ikunu konformi ukoll ma’ l-għan ġenerali tas-sigurtà fuq it-toroq.

Il-ko-finanzjament mill-Fondi ta’ Koeżjoni u mill-Fondi Strutturali għandu jikkomplementa l-għotjiet mill-baġit għan-Netwerks Transewropej filwaqt li jevita l-irduppjar għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għajnuna Komunitarja. L-Istati Membri individwalment se jkollhom jiddeterminaw minn qabel l-istrument li huwa l-iktar adatt għall-proġetti ppjanati. Il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jingħaqdu mal-parti tal-garanzija għas-self ta’ l-istrumenti tat-TEN.

4.1.2. It-tisħiħ tas-sinerġiji bejn il-ħarsien ambjentali u t-tkabbir

L-investimenti ambjentali jistgħu jagħtu kontribut lill-ekonomija fi tliet modi: jistgħu jiżguraw is-sostenibbiltà tat-tkabbir ekonomiku fuq perjodu twil, inaqqsu l-ispejjeż ambjentali esterni għall-ekonomija (eż. spejjeż tas-saħħa, spejjeż ta’ ikklerjar jew irkupru tad-danni) u jistimulaw l-innovazzjoni u l-ħolqien ta’ l-impjiegi. Il-programmi ta’ koeżjoni tal-ġejjieni għandhom ifittxu li jsaħħu s-sinerġiji potenzjali bejn il-ħarsien ambjentali u t-tkabbir. Li jkunu pprovduti servizzi ambjentali bħall-provvista ta’ ilma nadif, l-infrastrutturi għat-trattament ta’ l-iskart u ta’ l-ilma tad-dranaġġ, l-amministrazzjoni tar-riżorsi naturali u l-biodiversità, id-dekontaminazzzjoni ta’ l-art sabiex titħejja għal attivitajiet ekonomiċi ġodda, u l-ħarsien minn ċerti riskji ambjentali, għandhom ilkoll ikollhom prijorità għolja f’dan il-kuntest.

Sabiex jitkabbru kemm jistgħu l-benefiċċji ekonomiċi u jitnaqqsu kemm jistgħu l-ispejjeż, għandha tingħata prijorità lill-ġlieda kontra t-tniġġis ambjentali fis-sorsi tiegħu. Fis-settur ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-iskart, dan jimplika attenzjoni ffokata fuq il-prevenzjoni ta’ l-iskart, fuq ir-riċiklaġġ u l-bijodegradazzjoni ta’ l-iskart li huma effettivi fejn jidħlu l-ispejjeż u jgħinu sabiex joħolqu impjiegi.

L-istrateġiji ta’ l-iżvilupp għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni preċedenti tal-ħtiġijiet u tal-kwistjonijiet speċifiċi ffaċċjati mir-reġjuni, fejn huwa possibbli billi jintużaw indikaturi xierqa. Għandhom isiru sforzi biex titħeġġeġ l-internalizzazzjoni ta’ l-ispejjeż ambjentali esterni, b’sostenn għat-twaqqif u għall-iżvilupp ta’ strumenti li huma bbażati fis-suq (ara, pereżempju, l-istrumenti proposti fil-Pjan ta’ Azzjoni tat-Teknoloġiji Ambjentali). F’dan il-kuntest l-attenzjoni tinġibed għall-inizjattiva Superviżjoni Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà, li mill-2008 se tipprovdi tagħrif mifrux ma’ l-Ewropa, aġġornat dwar l-kopertura ta’ l-art/ l-użu ta’ l-art u l-proprjetajiet ta’ l-oċean kif ukoll il-mapep ta’ l-inċidenti f’każ ta’ diżastri u inċidenti.

Għalhekk, il-linji ta’ gwida rakkomandati għall-azzjoni huma dawn li ġejjin:

- L-indirizz tal-ħtiġijiet sinifikanti għall-investiment fl- infrastruttura , b’mod partikolari fir-reġjuni ta’ Konverġenza u speċjalment, fl-Istati Membri l-ġodda, biex dawn ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni ambjentali fl-oqsma ta’ l-ilma, ta’ l-iskart, u tal-ħarsien tan-natura u ta’ l-ispeċijiet u l-bio-diversità.

- Il-garanzija li jeżistu kondizzjonijiet attraenti għall-impriżi u għall-istaff tagħhom li jkun magħmul minn nies ta’ ħila kbira. Dan jista’ jkun żgurat billi jitħeġġeġl-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art li jnaqqas it-tixrid urban, u billi jkun riabilitat l-ambjent fiżiku, inklużi l-iżvilupp ta’ l-assi naturali u kulturali. L-investimenti f’dan il-qasam għandhom ikunu marbuta direttament ma’ l-iżvilupp ta’ impriżi innovattivi u li joħolqu l-impjiegi fil-postijiet konċernati.

- Il-Promozzjoni li flimkien ma’ l-investimenti fl-enerġija u fit-trasport sostenibbli li huma koperti bnadi oħra, jitħeġġu l-investimenti li jikkontribwixxu għall- impenji ta’ Kyoto ta’ l-UE.

- It-teħid tal-miżuri ta’ prevenzjoni tar-riskju permezz ta’ titjib fl-amministrazzjoni tar-riżorsi naturali, permezz ta’ riċerka aktar immirata u użu aħjar ta’ l-ICTs, u permezz ta’ strateġiji politiċi iktar innovattivi dwar l-amministrazzjoni pubblika li tinkludi, pereżempju, il-kontroll preventiv.

Fejn l-Istati Membri jirċievu appoġġ kemm mill-Fondi ta’ Koeżjoni u kemm mill-Fondi Strutturali, fil-programmi għandha ssir distinzjoni ċara bejn it-tipi ta’ azzjonijiet iffinanzjati minn kull wieħed mill-Fondi rispettivament. SMEs4.1.3 Ikun indirizzat l-użu intensiv tas-sorsi tradizzjonali ta’ l-enerġija fl-Ewropa

Prijorità relatata hija l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza mill-enerġija tradizzjonali permezz ta’ titjib fl-effiċjenza ta’ l-enerġija u fl-enerġiji li jistgħu jiġġeddu. L-investimenti f’dawn l-oqsma jikkontribwixxu għall-provvista ċerta ta’ l-enerġija għal tkabbir ekonomiku tul perjodu twil ta’ żmien, waqt li jaġixxu bħala sors ta’ innovazzjoni u jipprovdu opportunitajiet għall-esportazzjoni u huma effettivi f’termini ta’ nfiq speċjalment jekk il-prezzijiet ta’ l-enerġija jibqgħu għoljin.

L-investiment f’sorsi tradizzjonali ta’ enerġija huwa meħtieġ ukoll, sabiex tkun żgurata provvista ċerta. B’mod partikolari, il-Fondi għandhom jikkonċentraw – fejn ikun hemm evidenza ta’ falliment tas-suq u fejn dan ma jmurx kontra l-liberalizzazzjoni tas-suq – fuq it-tlestija tal-konnessjonijiet bejn post u ieħor, b’enfażi speċjali fuq in-netwerks Transewropej, fuq it-titjib tal-grilji ta’ l-elettriku u fuq it-tlestija u t-titjib tan-netwerks li jwasslu u jqassmu l-gass kif ukoll fejn xieraq fir-reġjuni insulari u l-aktar ’il barra.

Il-linji ta’ gwida għall-azzjoni relatati ma’ dan it-titolu huma dawn li ġejjin:

- Appoġġ tal-proġetti biex itejbu l- effiċjenza ta’ l-enerġija , pereżempju fil-bini u t-tixrid tal-mudelli ta’ żvilupp ta’ enerġija b’intensità baxxa.

- Appoġġ ta’ l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji li jiġġeddu u ta’ teknoloġiji alternattivi (bħar-riħ, ix-xemx, il-bijomassa), kif ukoll fit-tisħin u fit-tkessiħ, li jistgħu jagħtu vantaġġ lill-UE u għaldaqstant isaħħu l-pożizzjoni kompetittiva tagħha. Investimenti bħal dawn jikkontribwixxu wkoll għall-għan ta’ Liżbona li jiżgura li, sa l-2010, 21% ta’ l-elettriku ikun iġġenerat minn sorsi li jiġġeddu.

- Il-Konċentrazzjoni ta’ l-investiment fis-sorsi ta’ enerġija tradizzjonali jkun ikkonċentrat biex jiġu żviluppati netwerks fejn ikun hemm evidenza ta’ falliment tas-suq. Dawn l-investimenti jikkonċernaw l-iktar ir-reġjuni ta’ Konverġenza.

4.2. LINJA TA’ GWIDA: It-titjib ta’ l-għarfien u ta’ l-innovazzjoni għat-tkabbir ekonomiku

L-għanijiet ta’ l-Unjoni fir-rigward tat-tkabbir u tal-ħolqien ta’ l-impjiegi se jeħtieġu ċaqliq strutturali fl-ekonomija lejn attivitajiet ibbażati fuq l-għarfien. Dan jitlob azzjoni fuq numru ta’ fronti: li jkunu indirizzati l-livelli baxxi tar-Riċerka u ta’ l-Iżvilupp tat-Teknoloġija (RTD), b’mod speċjali fis-settur privat; li titħeġġeġ l-innovazzjoni permezz ta’ prodotti, proċessi u servizzi ġodda jew imtejba li jistgħu jlaħħqu mal-kompetizzjoni internazzjonali; li żżid il-kapaċitajiet reġjonali u lokali sabiex tiġġenera u tassorbi teknoloġiji ġodda (b’mod partikolari l-ICTs); u li jkun provdut iktar sostenn għat-teħid tar-riskji.

L-infiq fl-RTD bħala persentaġġ tal-GDP qed jiżdied, imma biss b’mod marġinali u, b’1.9% tal-GDP, għadu ferm lura mill-għan ta’ Liżbona li huwa ta’ 3%[16]. Huwa stmat li żjieda fis-sehem ta’ l-infiq ta’ l-RTD minn 1.9% għal 3% tal-GDP (sabiex tintlaħaq il-mira ta’ Liżbona sa l-2010) se tirriżulta f’żjieda ta’ 1.7% fil-livell tal-GDP sa l-2010[17]. Filwaqt li d-defiċit fl-investiment kummerċjali fl-RTD jibqa’ sinifikanti, hemm sinjali li l-investiment pubbliku f’dan il-qasam qiegħed ikun ukoll taħt pressjoni. Il-lakuna ta’ l-RTD u ta’ l-innovazzjoni fi ħdan u bejn il-pajjiżi, b’mod partikolari meta relatat ma’ l-infiq kummerċjali fuq l-RTD, hija ferm ikbar mil-lakuna tad-dħul. Minkejja li twettqu taħlita ta’ inizjattivi nazzjonali u Komunitarji, jeħtieġ iktar azzjoni sabiex il-ħtiġijiet kummerċjali jitqabblu mal-provvista ta’ l-RTD mill-istituzzjonijiet pubbliċi u privati ta’ l-RTD.

Il-lakuna ta’ l-Ewropa fl-innovazzjoni qiegħda dejjem tiżdied: l-I scoreboard Ewropew ta’ l-Innovazzjoni juri li l-Ewropa tinsab wara l-Istati Uniti f’9 minn 11-il indikatur ta’ l-Innovazzjoni[18]. Anki fi ħdan l-Ewropa, il-lakuna fl-innovazzjoni tippersisti, peress li l-istess Unjoni ġeneralment ma jirnexxilix tbiddel l-iżvilupp teknoloġiku fi prodotti u proċessi kummerċjali. Il-politika ta’ koeżjoni tista’ tgħin biex tindirizza l-problemi ewlenin li qed iwasslu għan-nuqqas ta’ rendiment ta’ l-Ewropa fil-qasam ta’ l-innovazzjoni, li jinkludi sistemi mhux effettivi ta’ innovazzjoni, dinamiżmu intraprenditorjali mhux suffiċjenti jew dewmien fl-adozzjoni ta’ l-ICT min-naħa ta’ l-impriżi.

F’dan il-kuntest, huwa neċessarju li jikbru l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali ta’ l-RTD sabiex jappoġġjaw l-investiment fl-infrastruttura ta’ l-ICT, u jxerrdu t-teknoloġija u l-għarfien permezz ta’ trasferiment teknoloġiku xieraq u ta’ mekkaniżmi ta’ skambju ta’ għarfien. Tqanqil tal-kuxjenza biex jippromwovi użu aħjar tal-potenzjal eżistenti ta’ l-RTD jista’ jitħeġġeġpermezz ta’ ‘għarfien minn qabel’ min-naħa tar-reġjuni u permezz ta’ metodi oħra ta’ ippjanar strateġiku reġjonali, li jinvolvu djalogu regolari u sistematiku mal-partijiet interessati ewlenin. Huwa wkoll importanti li tikber il-kapaċità min-naħa tad-ditti li jinkorporaw l-RTD, b’mod partikolari l-SMESMEs, permezz ta’ azzjonijiet biex jiżviluppaw il-ħiliet u l-kompetenzi sabiex jitħeġġeġ il-ħolqien u l-utilizzazzjoni ta’ aktar nies mogħnija b’talent ta’ kwalità għolja fil-qasam tar-riċerka fl-Ewropa; sabiex jiżdied l-investiment pubbliku u privat fl-RTD u fl-innovazzjoni; u sabiex jitħeġġu s-sħubijiet ta’ l-RTD fir-reġjuni differenti ta’ l-Unjoni. Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija joffru l-potenzjal sabiex jaddattaw aħjar il-programmi ta’ riċerka għall-bżonnijiet tan-negozju; il-politika ta’ koeżjoni jista’ jkollha rwol importanti fl-appoġġ ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Aġendi Strateġiċi ta’ Riċerka tagħhom ma’ l-Unjoni kollha kif ukoll fir-reġjuni l-anqas żviluppati.

Filwaqt li l-għotjiet diretti jibqgħu importanti, b’mod speċjali fir-reġjuni ta’ Konverġenza, hemm il-ħtieġa li l-attenzjoni tkun iffokata fuq li jkunu provduti servizzi kollettivi ta’ kummerċ u teknoloġija lil gruppi ta’ ditti, sabiex dawn ikunu mgħejjuna jtejbu l-attività innovattiva tagħhom. L-għotjiet diretti lil ditti individwali għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-kapaċità ta’ l-RTD u l-innovazzjoni tad-ditta, iktar milli t-tnaqqis temporanju ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha li jiġġeneraw effetti kbar ta’ dejn mhux kopert mill-assi. Dan huwa partikolarment importanti fis-setturi tradizzjonali, b’mod partikolari dawk li jkunu esposti għall-kompetizzjoni globali li jeħtieġu sforzi addizzjonali sabiex jibqgħu kompetittivi, kif ukoll fl-SMEs li ta’ spiss jirrapreżentaw l-ogħla sors ta’ impjiegi fuq livell reġjonali. Fuq kollox, din il-politika jeħtieġ li tkun adattata għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ kull reġjun, u b’mod partikolari għall-ħtiġijiet ta’ l-SMEs. L-istrateġiji nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom ikunu bbażati fuq analiżi komprensiva ta’ l-opportunitajiet ta’ investiment fl-RTD.

L-għarfien u l-innovazzjoni huma fiċ-ċentru ta’ l-isforzi ta’ l-Unjoni għall-promozzjoni ta’ tkabbir iktar mgħaġġel u għal iktar impjiegi. Żewġ programmi qafas relatati huma proposti fuq livell ta’ Unjoni: is-Seba’ programm Qafas għall-RTD u l-Programm Qafas għall-Kompetittività u għall-Innovazzjoni (CIP). Is-sinerġija bejn il-politika ta’ koeżjoni u dawn l-istrumenti hija essenzjali sabiex il-politiki ta’ riċerka u ta’ koeżjoni jsaħħu b’mod reċiproku lil xulxin fuq livell reġjonali bl-istrateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali li juru kif din se tinkiseb. Il-politika ta’ koeżjoni tista’ tgħin lir-reġjuni kollha biex jibnu l-kapaċità tagħhom fir-riċerka u fl-innovazzjoni, u b’hekk tagħti kontribut għall-parteċipazzjoni effettiva ta’ dawk ir-reġjuni fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka u fl-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ l-Unjoni b’mod ġenerali. B’mod partikolari, il-politika ta’ koeżjoni għandha żewġ rwoli importanti. L-ewwel wieħed huwa dak li tgħin lir-reġjuni jimplimentaw l-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ azzjoni ta’ innovazzjoni reġjonali li potenzjalment jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kompetittività, kemm fuq livell reġjonali u kemm fl-Unjoni kollha; it-tieni rwol huwa dak li tikkontribwixxi biex tkabbar il-kapaċità ta’ riċerka u innovazzjoni fir-reġjun sa livell fejn dan ikun jista’ jieħu sehem fi proġetti ta’ riċerka transnazzjonali.

Għalhekk, l-istrateġiji reġjonali għandhom jikkonċentraw fuq l-investiment fl-RTD, fl-innovazzjoni u fl-intraprendenza; jiżguraw li dawn l-investimenti jwieġbu għall-ħtiġijiet ta’ l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun u li l-ħila teżisti sabiex jkunu mibdula f’innovazzjoni ta’ prodotti li jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq, proċessi u servizzi; ikabbru t-trasferiment tat-teknoloġija u l-iskambju ta’ l-għarfien; jinkoraġġixxu l-iżvilupp, it-tixrid u l-użu ta’ l-ICTs fi ħdan id-ditti, u jiżguraw li l-intrapriżi li lesti li jinvestu f’oġġetti u f’servizzi ta’ valur miżjud għoli jkollhom l-aċċess għall-finanzjament. Tali strateġiji għandhom jieħdu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-isperimentazzjoni, sabiex iżidu l-ħila ta’ l-indħil tal-politiki u l-organizzazzjonijiet intermedji sabiex jistimulaw il-parteċipanti reġjonali u lokali, b’mod partikolari l-SMEs, sabiex jinnovaw.

4.2.1. It-tkabbir u t-titjib fil-miri ta’ l-investiment fl-RTD

Il-kompetittività ta’ l-intrapriżi Ewropej tiddependi b’mod kruċjali fuq il-kapaċità tagħhom li jġibu konoxxenza ġdida lis-suq kemm jista’ jkun malajr. Din il-kapaċità hija msaħħa bl-appoġġ pubbliku għall-RTD li tista’ tkun iġġusitifikata meta l-fallimenti tas-suq huma identifikati u permezz tan-natura pubblika ta’ ċerti investimenti ta’ l-RTD. Barra minn hekk, kwistjonijiet marbuta mal-pussess tar-riżultati tar-riċerka u mal-ħtieġa li jintlaħaq l-livell meħtieġ f’ċertu setturi tar-riċerka jipprovdu ġustifikazzjoni għall-appoġġ tal-gvern għall-RTD.

Meta tkun qed tiġi implimentata l-politika reġjonali, għandha titqies in-natura speċifika ta’ l-RTD. B’mod partikolari, l-RTD teħtieġ azzjoni reċiproka mill-qrib bejn dawk involuti sabiex tingħata spinta lill-formazzjoni ta’ punti ta’ eċċellenza li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-livelli meħtieġa. Il-viċinanza ġeografika, ngħidu aħna permezz ta’ gruppi ta’ SMEs u ta’ punti ta’ innovazzjoni madwar l-istituzzjonijiet pubbliċi tar-riċerka, jista’ jkollha rwol ewlieni. B’riżultat ta’ dan, l-attivitajiet ta’ l-RTD bilfors iridu jkunu kkonċentrati fi spazju partikolari filwaqt li trid titrawwem il-kapaċità taż-żoni b’intensità baxxa ta’ RTD li jinkorporawhom.

Fl-Istati Membri u fir-reġjuni l-inqas żviluppati, l-RTD għandha tkun żviluppata madwar punti eżistenti ta’ eċċellenza u għandu jiġi evitat tixrid żejjed ta’ riżorsi f’postijiet differenti. Hawnhekk ukoll, il-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija jistgħu jgħinu jiffokaw l-investimenti fuq l-oqsma ta’ prijorità għar-riċerka. L-investimenti għandhom jikkomplementaw ukoll il-prijoritajiet stabbiliti fis-Seba’ Programm Qafas u jappoġġjaw l-għanijiet ta’ l-aġenda mġedda ta’ Liżbona. Għandha tingħata prijorità lill-iżvilupp ta’ prodotti, servizzi u ħiliet ġodda u li jistgħu isibu post fis-suq.

L-azzjonijiet fl-RTD għandhom jimxu mal-politika ta’ l-RTD ta’ l-UE u mal-ħtiġijiet tar-reġjuni konċernati. F’termini ta’ metodu, jeħtieġ li jkunu bbażati fuq metodu analitiku sod, bħal pereżempju l-għarfien minn qabel; kif ukoll fuq l-użu ta’ indikaturi, bħall-brevetti; fuq ir-riżorsi umani fl-RTD; fuq fejn jinsabu l-istituzzjonijiet privati u pubbliċi tar-riċerka; u fuq l-eżistenza ta’ gruppi ta’ impriżi innovattivi.

Il-linji ta’ gwida għall-azzjoni f’dan il-qasam ta’ l-RTD jistgħu jkunu identifikati kif ġej:

- It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-impriżi u bejn l-impriżi u l-istituzzjonijiet pubbliċi tar-riċerka/ta’ l-edukazzjoni terzjarja, pereżempju, billi jkun appoġġjat il-ħolqien ta’ gruppi reġjonali u transreġjonali ta’ eċċellenza.

- L-appoġġ ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD fl-SMEs u trasferiment teknoloġiku (sabiex tingħata l-opportunità li l-SMESMEs ikollhom aċċess għas-servizzi ta’ l-RTD fl-istituzzjonijiet ta’ riċerka ffinanzjati pubblikament).

- Sostenn għal inizjattivi min-naħa għall-oħra tal-fruntiera u dawk transnazzjonali li huma mmirati biex isaħħu l-kollaborazzjoni fir-riċerka u t-trawwim tal-kapaċità f’oqsma prijoritarji tal-politika ta’ riċerka ta’ l-UE.

- It-tisħiħ ta t-trawwim tal-kapaċità fir-Riċerka u fl-Iżvilupp (l-R&D), li jinkludi l-ICT, l-infrastruttura tar-riċerka u l-kapital uman f’oqsma b’potenzjal sinifikanti ta’ tkabbir.

Il-programmi - b’mod partikolari għar-reġjuni eliġibbli taħt l-għan tal-Konverġenza - jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ l-infrastruttura ta’ l-RTD (inklużi n-netwerks reġjonali għad- data b’veloċità kbira bejn u fi ħdan l-istabbilimenti tar-riċerka), l-infrastruttura ta’ l-edukazzjoni (f’reġjuni eliġibbli taħt l-għan ta’ Konverġenza), tagħmir u strumenti kemm fl-istituzzjonijiet ta’ riċerka ffinanzjati b’mod pubbliku u kemm fl-impriżi, bil-kondizzjoni li dawn l-investimenti jkunu marbuta direttament ma’ l-għanijiet ta’ żvilupp ekonomiku reġjonali. Dan jista’ jinkludi infrastruttura ta’ riċerka li l-istudji ta’ probabilità għaliha jkunu ġew iffinanzjati minn Programmi Qafas preċedenti. Is-sostenn għall-prijoritajiet tas-Seba’ Programm Qafas għandu jfittex li jiżviluppa l-potenzjal sħiħ taċ-ċentri ta’ eċċellenza li qed jitfaċċaw u dawk li hemm diġà u jkabbar l-investiment fil-kapital uman, b’mod partikolari billi jħarreġ riċerkaturi fuq livell nazzjonali u billi joħloq kondizzjonijiet biex jattira lil riċerkaturi li ġew imħarrġa barra mill-pajjiż.

4.2.2. Tkun iffaċilitata l-innovazzjoni u tingħata spinta lill-intraprendenza

L-innovazzjoni hija r-riżultat ta’ proċessi komplessi u li jinteraġixxu, inkluża l-kapaċità ta’ l-intrapriżi li jgħaqqdu l-konoxxenza komplementari minksuba mingħand persuni oħra involuti fis-suq, minn organizzazzjonijiet u minn istituzzjonijiet.

L-investimenti fl-innovazzjoni jirrapreżentaw prijorità ewlenija għall-politika ta’ koeżjoni skond il-kompetittività tal-Konvenġenza u Reġjonali u l-programmi ta’ impjieg. Il-ko-finanzjament tagħhom għandu jkun il-prijorità prinċipali fir-reġjuni koperti minn dan ta’ l-aħħar, fejn ir-riżorsi finanzjarji limitati jeħtieġ li jkunu kkonċentrati sabiex jintlaħaq il-livell meħtieġ u jkun iġġenerat effett qawwi.

L-għan ewlieni għandu jkun li jitħeġġeġambjent kummerċjali li jagħti spinta lill-produzzjoni, lit-tqassim u lill-użu ta’ għarfien ġdid min-naħa tad-ditti. Sabiex jinħolqu sistemi ta’ innovazzjoni reġjonali li jkunu effiċjenti, l-atturi ekonomiċi, soċjali u politiċi jeħtieġ li jiġu f’kuntatt ma’ l-aħjar teknoloġija u prattika tan-negozju fid-dinja, li tmur lilhinn mil-livell nazzjonali jew lokali. F’dan ir-rigward, irid ikun hemm tiftix għal kooperazzjoni maċ-Ċentri li Jwasslu l-Innovazzjoni u ma’ l- Euro-Info-Centres li huma ffinanzjati taħt il-programmi CIP, b’mod speċjali fil-qasam tat-teknoloġija u t-tixrid ta’ l-informazzjoni transnazzjonali.

Il-kumpaniji li jkunu għadhom fil-bidu, b’mod partikolari dawk marbuta ma’ l-RTD, jeħtieġ li jkunu appoġġjati bil-għan li jiżviluppaw sħubijiet ma’ istituzzjonijiet tar-riċerka bbażati fuq viżjoni tul perjodu twil ta’ żmien u fuq orjentazzjoni ċara tas-suq. Il-politika ta’ koeżjoni għandha tfittex li tikkumpensa għall-falliment tas-suq li jfixkel l-innovazzjoni u l-intraprendenza. L-azzjonijiet għandhom ifittxu li jibnu fuq il-punti eżistenti ta’ attività sabiex ikun utilizzat il-potenzjal reġjonali għall-RTD u sabiex jitrawmu n-netwerking u l-kooperazzjoni teknoloġika fi ħdan u bejn ir-reġjuni.

L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tar-riċerka, is-settur privat u s-settur pubbliku jutilizzaw b’mod sħiħ is-sinerġiji potenzjali ta’ bejniethom.

F’termini ta’ metodu, l-istrateġiji ta’ l-iżvilupp ekonomiku għandhom jittejbu permezz tal-ġbir ta’ data dwar attivitajiet innovattivi eżistenti fir-reġjuni konċernati, pereżempju, dwar kif il-privat jikseb brevett jew dwar in-natura, l-iskop u l-potenzjal ta’ l-iżvilupp ta’ gruppi eżistenti ta’ attivitajiet innovattivi, inklużi dawk li jinvolvu kemm lill-istituzzjonijiet privati ta’ riċerka kif ukoll lil dawk pubbliċi. F’dan ir-rigward, is-Servejs tal-Komunità dwar l-Innovazzjoni u l-I scoreboard Ewropew ta’ l-Innovazzjoni huma wkoll ta’ għajnuna.

Il-linji ta’ gwida għall-azzjoni relatati ma’ dan it-titolu huma dawn li ġejjin:

- L-innovazzjoni u l-edukazzjoni reġjonali ta’ l-RTD ikunu provduti b’mod iktar effiċjenti u aċċessibbli għad-ditti, b’mod partikolari għall-SMEs, pereżempju, billi jiġu stabbiliti punti ta’ eċċellenza, li jġibu flimkien lill-SMEs b’teknoloġiji ta’ livell għoli u l-istituzzjonijiet tar-riċerka u t-teknoloġija, jew billi jkunu żviluppati u jinħolqu gruppi reġjonali madwar kumpaniji kbar.

- Il-provvista ta’ servizzi ta’ sostenn għan-negozju sabiex jippermettu lill-intrapriżi, u b’mod speċjali lill-SMEs, iżidu l-kompetittività u jsiru internazzjonali, b’mod partikolari billi jaħtfu l-opportunitajiet maħluqa mis-Suq Intern. Is-servizzi tan-negozju għandhom jagħtu prijorità lill-utlizzazzjoni tas-sinerġiji (pereżempju it-trasferiment tat-teknoloġija, iż-żoni fejn issir ir-riċerka xjentifika, iċ-ċentri tal-komunikazzjoni ta’ l-ICT, l-inkubaturi u servizzi relatati, il-kooperazzjoni mal-gruppi) u jagħtu iktar sostenn tradizzjonali fl-oqsma ta’ amministrazzjoni, bejgħ, għajnuna teknika, reklutaġġ, u servizzi oħra professjonali u kummerċjali.

- Il-garanzija ta’ l-użu sħiħ tal-punti tajbin Ewropej fil-qasam ta’ l- eko-innovazzjonijiet. Flimkien mat-titjib tal-prattika ta’ l-SMEs, l-eko-innovazzjonijiet għandhom jitħeġġu permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni ambjentali. Billi jinvestu issa f’dan il-qasam, l-impriżi ta’ l-UE se jkunu f’pożizzjoni b’saħħitha fil-futur qarib meta reġjuni oħra jibdew japprezzaw il-ħtieġa ta’ teknoloġiji bħal dawn. Dan huwa qasam b’rabta ċara mal-Programm Qafas għall-Kompetittività u għall-Innovazzjoni.

- Il-promozzjoni ta’ l- intraprendenza , li tiffaċilita l-ħolqien u l- iżvilupp ta’ ditti ġodda, u tinkoraġġixxi kumpaniji li joffru pjattaforma ġdida għan-negozju ( spin-out) u kumpaniji li ġejjin ( spin-off) minn istituzzjonijiet ta’ riċerka jew ditti li jużaw teknika differenti (pereżempju, it-trawwim ta’ l-għarfien; il-ħolqien ta’ prototipi; it-tagħlim privat u l-forniment ta’ appoġġ maniġerjali u teknoloġiku lil dawk li jixtiequ jsiru intraprendituri).

Huwa importanti li jkun żgurat li l-kumpaniji, inklużi l-SMEs, jistgħu jagħmlu użu kummerċjali mir-riżultati tar-riċerka.

Is-servizzi tan-negozju għandhom preferibbilment jitwettqu mis-settur privat jew minn organizzazzjonijiet li jinkludu kemm il-pubbliku kif ukoll il-privat. Is-servizzi għandhom ikunu ta’ l-ogħla livell, disponibbli immedjatament, faċli biex wieħed ikollu aċċess għalihom u jwieġbu għall-ħtiġijiet ta’ l-SMEs. Il-kwalità tas-servizzi għandha tkun iddefinita u immonitorjata u għandu jkun hemm koerenza bejn il-fornituri tas-servizz, eż. billi jiġu stabbiliti sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u one-stop shops ..

Il-proċeduri amministrattivi spiss huma wisq kumplessi. L-informazzjoni u s-sostenn inizjali għandhom ikunu disponibbli minn netwerk ta’ one-stop shops , li jistgħu jipprovdu kollegament bejn is-settur pubbliku u l-applikant għall-għotja; dan għandu jinkludi l-azzjonijiet differenti li huma ko-finanzjati mill-Politika ta’ Koeżjoni. Dawn il-fornituri għandu jkollhom kompetenza fil-firxa sħiħa ta’ l-għajnuniet ta’ l-Istat – b’mod indipendenti mir-responsabbiltajiet nazzjonali u reġjonali – u miri għall-effiċjenza tal-ħidma tagħhom li huma mmonitorjati regolarment.

Fejn iċ-ċirkostanzi jkunu adattati, għandu jkun disponibbli sostenn li jkun magħmul apposta għal kategoriji speċifiċi ta’ negozju (eż. kumpaniji li għadhom jibdew jew li ġew trasferiti reċentement) jew għall-intraprendituri (eż. żgħażagħ, nisa, ħaddiema li huma ikbar fl-età, jew dawk li jkunu ġejjin minn komunitajiet ta’ minoranza etnika). L-edukazzjoni fl-intraprendenza għandha tkun ukoll inkoraġġita fl-iskejjel.

4.2.3. Titħeġġeġ is-soċjetà ta’ l-informazzjoni għal kulħadd

It-tixrid ta’ l-ICT fl-ekonomija ta’ l-Unjoni kollha jirrapreżenta lieva ewlenija biex jittejbu l-livelli tal-produttività u l-kompetittività tar-reġjuni. It-tixrid ta’ l-ICT jinkoraġġixxi wkoll l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-metodi ta’ produzzjoni u l-itfaċċar ta’ negozji u servizzi privati ġodda. It-twettiq effiċjenti u effettiv tas-servizzi pubbliċi – b’mod partikolari l-gvern elettroniku ( e-government ) u s-saħħa elettronika ( e-health ) – għandu potenzjal sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku u biex ikun hemm servizzi ġodda. It-tixrid tat-teknoloġija jista’ jikkontribwixxi għal żvilupp reġjonali billi jiffavorixxi l-ħolqien u t-tkabbir ta’ punti ta’ eċċellenza fl-attivitajiet ta’ l-ICT u billi jiżviluppa l-kapaċità ta’ kollegament u netwerking fost l-intrapriżi u b’mod partikolari fost l-SMEs. Il-miżuri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi bil-għan li jiffaċilitaw u jistimulaw l-investiment privat fl-ICT filwaqt li tkun garantita l-kompetizzjoni fis-settur ta’ l-ICT.

Il-miżuri tal-politika għandhom għalhekk jiffokaw fuq il-konnettività. Dan jinkludi t-titjib tas-servizzi ta’ sostenn ta’ l-innovazzjoni għall-SMEs bl-għan partikolari li jiġi inkoraġġit it-trasferiment tat-teknoloġija bejn l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-intrapriżi. Teħtieġ ukoll l-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa fl-ekonomija ta’ l-għarfien u biex tiżviluppa il-kontenut permezz tat-twettiq ta’ applikazzjonijiet u servizzi (bħall-gvern elettroniku, in-negozju elettroniku, it-tagħlim elettroniku u s-saħħa elettronika), li jipprovdu alternattivi interessanti għal mudelli oħra li jwasslu servizz li spiss iġibu magħhom iktar spejjeż. Dan huwa partikolarment rilevanti għal żoni mbiegħda u li ftit li xejn ikunu ppopolati, kif ukoll għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, għall-ġżejjer jew żoni b’żvantaġġ naturali. Ovvjament l-użu u l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi li jkunu bbażati fuq il-kontenut jista’ jaħdem biss jekk l-infrastruttura xierqa tkun disponibbli u tista’ tiflaħ għas-servizzi tal- broadband (tingħad għal kanali ta’ komunikazzjoni imma wkoll għall-Internet). Huwa għalhekk importanti li min-naħa għall-oħra ta’ l-Unjoni jkun hemm infrastruttura xierqa tal-komunikazzjoni broadband li tkun disponibbli bi prezz aċċessibbli.

Bħala regola ġenerali, investiment fl-infrastruttura ta’ l-ICT għandu jqis l-iżvilupp teknoloġiku mgħaġġel, ir-rispett tal-prinċipji ta’ newtralità teknoloġika u ta’ l-aċċess miftuħ. Il-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni u ma’ l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi hija essenzjali.

L-azzjonijiet jeħtieġ li jkunu bbażati fuq indikaturi tal-kuntest li huma relatati ma’ l-istruttura ekonomika eżistenti (li tinkludi l-ispeċjalizzazzjoni industrijali; il-livell ta’ l-iżvilupp ekonomiku; il-kwalità tal-kapaċità ta’ kollegament ma’ l-ICTs u s-sinerġiji potenzjali bejn il-punti reġjonali ta’ l-attività ekonomika). L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet reġjonali għandha tqis l-inizjattivi eżistenti ta’ l-Unjoni favur l-ICTs, b’mod partikolari l-i2010 – Soċjetà Ewropea ta’ l-Informazzjoni għat-tkabbir u għall-impjiegi[19].

Peress li l-ICTs jgħaddu mis-setturi kollha ta’ l-ekonomija u tas-soċjetà, huwa importanti ħafna li l-Istati Membri u r-reġjuni jiżviluppaw strateġiji kompatibbli ta’ soċjetà ta’ l-informazzjoni li jiżguraw koerenza u integrazzjoni fost is-setturi, billi jibbilanċjaw il-miżuri ta’ provvista u domanda fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet lokali meħtieġa, tal-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, u ta’ appoġġ qawwi pubbliku u politiku.

Il-linji ta’ gwida għall-azzjoni huma kif ġej:

- Il-garanzija ta’ l-użu ta’ l-ICTs min-naħa tad-ditti u tal-familji u jitħeġġeġl-iżvilupp permezz ta’ sostenn bilanċjat għall-provvista u għad-domanda ta’ prodotti u servizzi kemm pubbliċi u kemm privati ta’ l-ICT, kif ukoll permezz ta’ żjieda fl-investiment fil-kapital uman. Dawn l-azzjonijiet għandhom iżidu l-produttività, jagħtu spinta lil ekonomija diġitali miftuħa u l-kompetittiva u lil soċjetà inklussiva (pereżempju, it-titjib fl-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità u għall-anzjani), u b’hekk jinkoraġġixxu t-tkabbir u l-impjiegi.

- Il-garanzija ta d-disponibilità ta’ l-infrastruttura ta’ l-ICT u servizzi relatati f’sitwazzjonijiet fejn is-suq jonqos milli jipprovdiha bi prezz aċċessibbli u f’livell adegwat biex tappoġġja s-servizzi meħtieġa, b’mod speċjali f’żoni mbiegħda u rurali u fl-Istati Membri l-ġodda.

4.2.4. It-titjib ta’ l-aċċess għall-finanzjament

Ingredjent ieħor ewlieni għall-promozzjoni ta’ l-għarfien u ta’ l-innovazzjoni huwa li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament. Biex jitrawmu t-tkabbir u l-ħolqien ta’ l-impjiegi, l-intraprendituri u l-intrapriżi jridu jkunu ppremjati biżżejjed għall-investiment tagħhom fl-iżvilupp u fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi iktar milli kieku jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq, pereżempju, l-attivitajiet marbuta mat-tiftix tal-kiri.

L-aċċess għall-finanzjament f’dan il-kuntest huwa spiss diffiċli, u għaldaqstant joħloq ostaklu għat-tkabbir u għall-ħolqien ta’ l-impjiegi. Huwa importanti li jittejjeb l-aċċess għall-kapital kemm għall-attivitajiet ta’ l-RTD u kemm għall-intrapriżi li jkunu għadhom jibdew. Jeħtieġ li jkunu żviluppati swieq ta’ kapital b’riskju relatati ma’ l-attivitajiet ta’ innovazzjoni flimkien mat-twaqqif ta’ ambjent regolatorju aħjar li jagħmel l-intraprendenza iktar faċli.

Dawn il-programmi għandhom jitwettqu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Fond Ewropew ta’ l-Investiment (EIF) taħt l-inizjattiva JEREMIE sabiex ikunu żviluppati r-riżorsi finanzjarji fiż-żoni fejn l-intraprendenza hija mfixkla min-nuqqasijiet tas-suq minħabba r-riskji kbar assoċjati ma’ l-attivitajiet ta’ l-RTD. Irid jitqies ukoll l-impatt tas-sostenn tal-gvern għall-ħolqien tan-negozju, sabiex ikun evitat l-iffullar ta’ l-investiment privat u ta’ miżuri li jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni. Il-koordinazzjoni bejn il-fondi għandha tittejjeb.

Il-kapital mill-interessi tal-privat u għal proġetti ta’ riskju, u l-fondi rotativi għall-kumpaniji li għadhom jibdew għandu jkollhom rwol essenzjali bħala magna ta’ l-intraprendenza, ta’ l-innovazzjoni u tal-ħolqien ta’ l-impjiegi; l-istituzzjonijiet tas-settur pubbliku mhux dejjem ikunu adattati biex jittieħed xi riskju. Il-prijorità għandha tkun dik li jinħolqu jew jiżdiedu l-fornituri tal-kapital li jitqiegħed f’riskju kbir u tal-garanziji tal-bank, fejn ikun hemm nuqqas tas-suq. Tipikament, dawn se jkunu iktar effettivi jekk jipprovdu pakkett integrat ta’ sostenn, li jibda mit-taħriġ li jseħħ qabel il-bidu jew it-tkabbir ta’ l-intrapriża.

Fuq il-bażi ta’ dawn il-prinċipji, il-linji ta’ gwida għall-azzjoni huma:

- Is-sostenn ta; strumenti ta’ mingħajr konċessjoni bħal self, finanzjament fis-sod ta’ dejn għal dejn subordinat, strumenti konvertibbli (dejn mezzanin) u kapital ta’ riskju (eż. kapital allokat għal xi proġett u kapital ta’ riskju). L-għotjiet għandhom jintużaw biex jinbnew u jinżammu infrastrutturi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament (eż. uffiċċji ta’ trasferiment ta’ teknoloġija, inkubaturi, “business angels” netwerks (persuni li jinvestu kapital privat f’kumpanija li għadha kemm bdiet, speċjalment jekk jingħataw lura ishma fil-kumpanija), programmi ta’ dispożizzjoni ta’ investiment). Mekkaniżmi ta’ garanzija u ta’ garanzija reċiproka għandhom ikunu sostnuti, b’mod partikolari biex ikun faċilitat l-aċċess għall-mikro-kreditu min-naħa ta’ l-SMEs. L-EIB u l-EIF jistgħu jipprovdu dħul importanti f’dan ir-rigward.

- L-iżvilupp ta’ approċċ integrat li jappoġġja simultanjament l-innovazzjoni, it-trasferiment tiegħu fl-attività l-ġdida kummerċjali u d-disponibbiltà tal-kapital ta’ riskju.

- Li jintlaħqu ċerti gruppi speċifiċi , pereżempju, intraprendituri żgħażagħ jew nisa jew dawk li jkunu ġejjin minn gruppi żvantaġġjati.

Huwa partikolarment importanti li ssir ħidma mill-qrib ma’ l-EIF fid-dawl tal-kompetenza li dan żviluppa matul numru ta’ snin, sabiex l-SMEs jingħataw is-sostenn meħtieġ, filwaqt li fl-istess ħin jkun żviluppat is-suq Ewropew ta’ riskju ta’ kapital. Dan jista’ jinvolvi l-parteċipazzjoni fl-inizjattiva JEREMIE.

JEREMIE: tiffaċilità l-aċċess għall-finanzi

Twaqqfet inizjattiva ġdida fi sħubija ma’ l-EIF, sabiex jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-iżvilupp kummerċjali. L-inizjattiva, Riżorsi Konġunti Ewropej għall-Intrapriżi Mikro sa Medji (“JEREMIE”), bdiet il-ħidma tagħha fl-2006 b’valutazzjoni tad-distakki fil-forniment ta’ prodotti ta’ inġinerija finanzjarja fl-Istati Membri u fir-reġjuni (bħall-fondi għall-investiment ta’ riskju, self u garanziji).

Din għandha tħejji t-triq għat-tieni fażi li fiha l-EIF jew l-istituzzjoni finanzjarja simili għandha tappoġġja l-awtoritajiet responsabbli għall-programmi ta’ koeżjoni biex jitnaqqsu d-distakki identifikati. Dan l-appoġġ għandu jieħu s-sura ta’ amministrazzjoni esperta tar-riżorsi mwarrba fil-ġenb taħt il-programm għall-iżvilupp ta’ aċċess għall-finanzi, kif ukoll ta’ l-attrazzjoni u l-akkreditazzjoni ta’ intermedjarji finanzjarji li jkunu jistgħu jisilfu għall-iżvilupp kummerċjali. Huwa previst li l-kontribuzzjoni mogħtija taħt dan il-programm se jwasslu l-kapital ta’ dejn sinifikanti supplimentari mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, u t-taqsima finanzjarja b’mod ġenerali. L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ l-inizjattiva JEREMIE, madankollu, se teħtieġ l-appoġġ u l-kooperazzjoni sħiħa min-naħa ta’ l-awtoritajiet fl-Istati Membri u r-reġjuni.

4.3. LINJA TA’ GWIDA : Impjiegi aktar u aħjar

Fit-tnedija mill-ġdid ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona, il-Kunsill Ewropew approva uffiċjalment sett wieħed ta’ Linji ta’ Gwida li jiġbru flimkien il-Linji ta’ Gwida Ġenerali tal-Politika Ekonomika u l-Linji ta’ Gwida ta’ l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol[20], biex b’hekk ġiet integrata l-politika makro-ekonomika, dik mikro-ekonomika flimkien mal-politika tax-xogħol għat-tkabbir u għall-impjiegi. Skond l-abbozz tar-regolamenti tal-Fond[21], fil-qasam ta’ l-impjiegi u tar-riżorsi umani, il-prijoritajiet tal-Linji ta’ Gwida Strateġiċi tal-Komunità dwar il-koeżjoni huma dawk ta’ l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol[22]. ipprovduti mir-Rakkomandazzjonijiet ta’ l-UE dwar ix-Xogħol li joffruprijoritajiet li huma speċifiċi għall-pajjiżi differenti.

It-triq li twassal għal xogħol għal kulħadd u għal iktar produttività tiddependi minn firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet, inklużi dawk li diġà ġew diskussi aktar ’il fuq. L-investiment fl-infrastruttura, l-iżvilupp tan-negozju u r-riċerka jtejbu l-opportunitajiet biex wieħed isib impjieg, kemm fuq perjodu qasir ta’ żmien minħabba l-effett inizjali u kemm fuq perjodu itwal ta’ żmien minħabba l-effett pożittiv tagħhom fuq il-kompetittività. Sabiex l-impjiegi li jirriżultaw minn dawn l-investimenti jkunu l-akbar numru possibbli u joħolqu impjiegi permanenti ta’ kwalità għolja, jeħtieġ li l-kapital uman ikun aktar żviluppat u mtejjeb .

F’termini ta’ żvilupp ta’ kapital uman, il-Linji ta’ Gwida tax-Xogħol jenfażizzaw tliet azzjonijiet prijoritarji għall-istrateġiji politiċi ta’ l-Istati Membri:

- jiġu attirati u miżmuma iktar nies fl-impjiegi u jiġu mmodernizzati s-sistemi ta’ ħarsien soċjali;

- tittejjeb l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi u l-flessibilità tas-swieq tax-xogħol;

- jiżdied l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u snajja aħjar.

Barra min hekk, dawn il-prijoritajiet, għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-investimenti għaleffiċjenza aħjar fl-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll lill-infrastrutturi soċjali, ta’ l-edukazzjoni u tas-saħħa.

Il-politika ta’ koeżjoni għandha tkun iffokata biex tindirizza l-isfidi speċifiċi ta’ l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol f’kull Stat Membru, billi tappoġġja azzjonijiet li jaqgħu taħt l-objettivi ta’ konverġenza u kompetittività reġjonali u ta’ l-impjieg filwaqt li tqis l-ambitu ta’ l-attivitajiet definiti fil-qafas leġiżlattiv. Il-medda ta’ azzjonijiet eliġibbli u ta’riżorsi finanzjarji hija ikbar għall-ewwel objettiv. Għal dak ta’ l-aħħar, r-riżorsi ta’ l-UE jeħtieġu li jkunu ferm iktar iffokati sabiex jinkiseb impatt sinifikanti.

Il-programmi ta’ l-impjiegi u ta’ żvilupp tar-riżorsi umani għandhom iqisu l-isfidi u l-prijoritajiet li huma speċifiċi għal kull pajjiż, kif inhu enfażizzat fir-Rakkomandazzjonijiet dwar l-Impjiegi. Il-programmi amministrati fuq livell nazzjonali jew reġjonali, għandhom jindirizzaw b’mod effettiv id-differenzi territorjali u jkunu addattati għall-ħtiġijiet fiż-żoni differenti..

Fl-aħħar, waħda mill-aspetti l-aktar viżibbli tal-valur Ewropew miżjud fil-perjodu ta’ bejn l-2000-2006 tal-Fondi Strutturali kienet is-sostenn lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jaqsmu l-esperjenzi, u jibnu netwerks, u b’hekk jippromwovu l-innovazzjoni. F’dan il-kuntest, l-esperjenza miksuba permezz ta’ l-Inizjattiva Komunitarja EQUAL għandha tiġi kapitalizzata permezz ta’ l-integrazzjoni tal-prinċipji li fuqhom inbniet – l-innovazzjoni; it-transnazzjonalità; l-isħubija; u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

4.3.1. Jinġibdu aktar nies lejn id-dinja tax-xogħol u jibqgħu fiha u jkunu mmodernizzati s-sistemi ta’ħarsien soċjali

Li titwessa’ l-bażi ta’ l-attività ekonomika, li jiżdiedu l-livelli ta’ l-impjiegi u li jitnaqqas il-qgħad huma kollha metodi kruċjali biex ikun sostnut it-tkabbir ekonomiku, jitħeġġu s-soċjetajiet inklussivi u jkun miġġieled il-faqar. Li tiżdied il-parteċipazzjoni fl-impjiegi huwa ferm iktar neċessarju minħabba t-tnaqqis mistenni fil-popolazzjoni ta' età tax-xogħol.. Fil-qafas tal-Linji ta’ Gwida ta’ l-Impjiegi, il-Linji ta’ Gwida taħt din l-intestatura huma li ġejjin:

- L-implimentazzjoni ta’ strateġiji politiċi ta’ impjieg maħsuba biex jinkiseb xogħol għal kulħadd, biex itejbu l-kwalità u l-produttività fuq il-post tax-xogħol, u biex isaħħu l-koeżjoni soċjali u territorjali

- Il-promozzjoni ta’ metodu ‘ċiklu tal-ħajja’ għax-xogħol

- Il-garanzija ta’ swieq tax-xogħol inklużivi, ikabbru l-attrattiva tax-xogħol, u juru x-xogħol bħala mezz li jrendi f’għajnejn dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol, inklużi n-nies żvantaġġjati u dawk li mhumiex attivi.

- It-titjib tal-mod kif jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq identifikazzjoni preċedenti tal-ħtiġijiet permezz ta’, pereżempju, l-użu ta’ indikaturi nazzjonali u/jew reġjonali rilevanti bħall-qgħad u r-rati ta’ parteċipazzjoni, ir-rati ta’ qgħad fuq perjodu twil ta’ żmien, ir-rati tal-popolazzjoni li tkun qed tissogra l-faqar u l-livell tad-dħul. Għandha tinġibed l-attenzjoni fuq il-livell lokali, fejn id-differenzi kbar jistgħu ma jiġux nnutati mill-istatistika tal-livell reġjonali.

Il-preżenza ta’ istituzzjonijiet effiċjenti u effettivi tas-suq tax-xogħol, b’mod partikolari servizzi tax-xogħol li jkunu jistgħu jirrispondu għall-isfidi ta’ ristrutturar ekonomiku u soċjali mgħaġġel u tat-tixjiħ demografiku hija essenzjali sabiex ikun sostnut il-forniment tas-servizzi lil dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol, lin-nies qiegħda u lil dawk żvantaġġjati, u jistgħu jkunu appoġġjati mill-Fondi Strutturali. Dawn l-istituzzjonijiet għandhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol u biex jipprovdu servizzi fuq bażi personalizzata bil-għan li jinkoraġġixxu l-mobilità fl-impjiegi u l-mobilità ġeografika u biex jitqabblu l-provvista ta’, u d-domanda għax-xogħol, inkluż fuq livell lokali. Għandhom jgħinu biex ikunu antiċipati n-nuqqasijiet u l-ostakli fis-suq tax-xogħol u l-ħtiġijiet fil-qasam ta’ l-impjiegi u tas-snajja. B’riżultat ta’ dan l-amministrazzjoni pożittiva tal-migrazzjoni ekonomika tkun assistita wkoll. L-aċċess faċli u t-trasparenza tas-servizzi offruti huma kruċjali. In-netwerk EURES għandu rwol ċentrali fiż-żjieda tal-mobilità ġeografika u ta’ l-impjiegi, kemm fuq livell Ewropew kemm fuq livell nazzjonali[23].

Prijorità importanti għandha tkun dik li jissaħħu l-miżuri attivi u preventivi tas-suq tax-xogħol sabiex jingħelbu l-ostakli li wieħed jiffaċċja biex jidħol jew jibqa’ fis-suq tax-xogħol u sabiex titħeġġeġ l-mobilità ta’ dawk li qed ifittxu x-xogħol, għan-nies qiegħda u għal dawk li mhumiex attivi, għall-ħaddiema mdaħħla fiż-żmien kif ukoll għal dawk li jkunu qed jirriskjaw li jibqgħu bla xogħol, b’attenzjoni partikolari għall-ħaddiema mingħajr sengħa. L-azzjoni għandha tiffoka fuq li jkunu provduti servizzi personalizzati, li jinkludu għajnuna fit-tiftix għax-xogħol, fit-taħriġ u biex wieħed isib l-aħjar impjieg għalih u fit-taħriġ biex jiġu rranġati l-ħiliet ta’ min qiegħed ifittex x-xogħol u l-ħaddiema għall-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol lokali. Għandu jitqies il-potenzjal kollu għall-ħolqien ta’ xogħol indipendenti u ta’ negozju, u anki tal-ħiliet ta’ l-ICT u tal-konoxxenza tal-qasam diġitali. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil:

- l-implimentazzjoni tal- Patt Ewropew taż-Żgħażagħ , billi jkun iffaċilitat l-aċċess għax-xogħol għaż-żgħażagħ, billi titħaffef it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol, inkluż permezz ta’ gwida għall-għażla tal-karriera, għajnuna biex wieħed itemm l-edukazzjoni, aċċess għal taħriġ xieraq u għal apprendistati;

- l-implimentazzjni tal-Patt Ewropew għall-ugwaljanza bejn is-sessi permezz ta’ l-integrazzjoni u permezz ta’ azzjoni speċifika biex tiżdied il- parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol, biex tonqos is-segregazzjoni ta’ l-impjiegi u jkunu indirizzati d-differenzi fil-ħlas bejn in-nisa u l-irġiel u l-istereotipi marbuta mas-sess u biex jitħeġġu ambjenti tax-xogħol li jiffavorixxu iktar il-familja, u biex ma jkunx hemm kunflitti bejn il-ħajja professjonali u dik privata. Għal persuni dipendenti huwa kruċjali li jiġi ffaċilitat l-aċċess għal servizzi ta’ kura għat-tfal u għal servizzi oħra ta’ kura, flimkien ma’ l-inklużjoni kemm tan-nisa u kemm ta’ l-irġiel fl-istrateġiji politiċi u fil-miżuri, u flimkien mat-trawwim ta’ l-għarfien u d-djalogu fost il-partijiet interessati;

- azzjoni speċifika biex jissaħħaħ l-aċċess min-naħa ta’ l-emigranti għas-suq tax-xogħol u sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni soċjali tagħhom, permezz tat-taħriġ u tat-tisħiħ tal-kompetenzi miksuba barra mill-pajjiż, ta’ gwida personalizzata, ta’ taħriġ fl-ilsna, ta’ appoġġ xieraq għall-intraprendenza u għat-trawwim ta’ l-għarfien fost min jimpjega u fost il-ħaddiema emigranti dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u t-tisħiħ ta’ l-infurzar tar-regoli kontra d-diskriminazzjoni.

Prijorità importanti oħra għandha tkun dik li jkunu żgurati swieq tax-xogħol inklużivi għall-persuni żvantaġġati jew li jkunu qed jirriskjaw l-esklużjoni soċjali, bħal pereżempju dawk li joħorġu kmieni mill-iskola, nies li ilhom qiegħda għal żmien twil, minoranzi u persuni b’diżabilità. Dan jitlob firxa iktar wiesgħa ta’ sostenn sabiex jinħolqu mogħdijiet li jwasslu għall-integrazzjoni u jiġġieldu d-diskriminazzjoni. L-għan għandu jkun li:

- tittejjeb il-possibbiltà tagħhom li jkunu impjegati billi tikber il-parteċipazzjni fl-edukazzjoni vokazzjonali u fit-taħriġ, fir-riabilitazzjoni u fl-inċentivi xierqa u fl-arranġamenti tax-xogħol, kif ukoll fl-appoġġ soċjali u s-servizzi ta’ kura meħtieġa, inkluż permezz ta’ l-iżvilupp ta’ l-ekonomija soċjali;

- tkun miġġielda d-diskriminazzjoni u titħeġġeġ l-aċċettazzjoni tad-diversità fil-post tax-xogħol permezz ta’ kampanji ta’ taħriġ u ta’ trawwim ta’ għarfien li fihom ikunu involuti b’mod sħiħ il-komunitajiet lokali u l-intrapriżi.

4.3.2. Jitjiebu l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi u l-flessibilità tas-suq tax-xogħol

Fid-dawl tal-pressjoni li dejjem tikber minħabba l-globalizzazzjoni, inklużi x-xokkijiet kummerċjali li jseħħu f’daqqa waħda u li ma jkunux mistennija, u minħabba l-introduzzjoni kontinwa ta’ teknoloġiji ġodda, l-Ewropa trid iżżid il-kapaċità tagħha biex tantiċipa, tagħti bidu u tassorbi l-bidla ekonomika u soċjali. Fil-qafas tal-Linji ta’ Gwida tax-Xogħol, il-Linji ta’ gwida għall-azzjoni taħt din l-intestatura huma li ġejjin:

- Jinkoraġġixxu l-flessibilità flimkien mas-sigurtà ta’ l-impjieg, u jnaqqsu s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, waqt li jqisu r-rwol tas-sħab soċjali.

- Jiżguraw żviluppi fl-ispejjeż tax-xogħol li jiffavorixxu l-impjiegi u mekkaniżmi fl-iffissar tal-pagi.

L-attenzjoni ewlenija għandha tkun fuq l-azzjonijiet li jinkoraġġixxu l-investiment fir-riżorsi umani min-naħa ta’ l-intrapriżi, b’mod speċjali l-SMEs, u min-naħa tal-ħaddiema permezz ta’ strateġiji u sistemi ta’ tagħlim għal matul il-ħajja li jipprovdu lill-impjegati, b’mod partikolari l-ħaddiema li ma jkunux tas-sengħa u dawk imdaħħla fiż-żmien, bil-ħiliet neċessarji sabiex jadattaw irwieħhom għall-ekonomija ta’ l-għarfien u sabiex itawlu l-ħajja tagħhom tax-xogħol. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil:

- l-iżvilupp ta’ strateġiji u sistemi ta’ tagħlim għal matul il-ħajja inklużi mekkaniżmi bħall-fondi reġjonali u tas-settur, bil-għan li jiżdied l-investiment mill-intrapriżi u tiżdied il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-taħriġ;

- L-implimentazzjoni ta’ strateġiji tali permezz ta’ kontribuzzjoni biex jingħataw il-fondi għall-iskemi u għall-attivitajiet ta’ taħriġ. Għandha tingħata prijorità lill-SMEs, li tinkludi li jkun iffaċilitat l-aċċess tagħhom għal sorsi esterni ta’ kompetenza, inġinerija finanzjarja, bħall-istrument JEREMIE u soluzzjonijiet ta’ taħriġ – bl-enfażi titqiegħed fuq il-ħiliet relatati ma’ l-ICT u ma’ l-amministrazzjoni – u biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema li ma jkunux tas-sengħa jew li jkunu mdaħħla fiż-żmien fit-taħriġ u fit-taħriġ mill-ġdid.

Antiċipazzjoni aħjar u amministrazzjoni pożittiva tar-ristrutturar ekonomiku, b’mod speċjali b’riżultat tal-bidliet marbuta mal-ftuħ tal-kummerċ, huma partikolarment importanti. Għandha tingħata attenzjoni għall-ħolqien ta’ sistemi ta’ monitoraġġ li jinvolvu lis-sħab soċjali, lill-intrapriżi u lill-komunitajiet lokali, sabiex ikunu osservati bir-reqqa l-bidliet soċjo-ekonomiċi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u sabiex ikunu vvalutati t-tendenzi futuri ta’ l-ekonomija u tas-swieq tax-xogħol. Għandu jkun hemm sostenn għall-programmi li għandhom l-għan li jimmodernizzaw is-swieq tax-xogħol u jantiċipaw il-bidliet gradwali fl-Unjoni kollha b’mod partikolari f’setturi bħall-agrikoltura, it-tessuti, il-karozzi u l-minjieri, flimkien ma’ miżuri attivi biex jissaħħaħ il-benesseri ekonomiku tar-reġjuni. Hemm post ukoll għal servizzi speċifiċi għax-xogħol, għat-taħriġ u għas-sostenn tal-ħaddiema fil-kuntest tar-ristrutturar tal-kumpanija jew tas-settur, bħal pereżempju skemi ta’ rispons mgħaġġel fil-każ ta’ sensji kollettivi.

Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-iżvilupp u lit-tixrid ta’ l-għarfien dwar forom innovattivi u adattabbli ta’ l-organizzazzjoni tax-xogħol sabiex jinkiseb vantaġġ mit-teknoloġiji l-ġodda – inkluż it- teleworking (ix-xogħol fid-dar filwaqt li wieħed jikkomunika mal-post tax-xogħol permezz tat-telefon, tal-fax jew tal-post elettronika), it-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol (pereżempju s-sigurtà industrijali), iż-żieda fil-produttività u l-inkoraġġiment biex ma jkunx hemm kunflitti bejn ix-xogħol u l-ħajja fi ħdan il-familja, u jġib in-nies konxji għal dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet ta’ l-impjieg, l-inizjattivi għall-ħarsien tal-kodiċi tax-xogħol, it-tnaqqis ta’ l-ekonomija li ma tidhirx u modi kif xogħol mhux dikjarat jista’ jinbidel f’impjieg regolari.

L-imsieħba soċjali għandhom rwol importanti fit-twaqqif ta’ mekkaniżmi li jiżguraw il-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iħeġġu s-sehem ta’ l-imsieħba soċjali fl-attivitajiet taħt din il-prijorità. Barra minn hekk, taħt l-għan tal-Konverġenza, ammont xieraq tar-riżorsi tal-Fond Ewropew Soċjali (ESF) għandu jiġi allokat għat-tiswir tal-ħiliet, li se jinkludi t-taħriġ, il-miżuri tan-netwerking, it-tisħiħ tad-djalogu soċjali u l-attivitajiet meħudha b’mod konġunt mill-imsieħba soċjali.

4.3.3. Jitkabbar l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ħiliet aħjar

L-Ewropa jeħtiġilha tinvesti iktar fil-kapital uman. Wisq nies ma jidħlux jew ma jibqgħux fis-suq tax-xogħol, minħabba nuqqas ta’ ħiliet li jinkludu l-litteriżmu u l-ħiliet numeriċi, jew minħabba tlaqqigħ żbaljat bejn il-ħiliet u l-postijiet tax-xogħol. Sabiex jitjieb l-aċċess għall-impjiegi għall-ħaddiema ta’ kull età u sabiex jiżdiedu l-livelli ta’ produttività u l-kwalità fix-xogħol, hemm il-ħtieġa li jiżdied l-investiment fil-kapital uman u li jkunu żviluppati u implimentati strateġiji nazzjonali effettivi ta’ tagħlim għal matul il-ħajja għall-benefiċċju ta’ l-individwi, l-intrapriżi, l-ekonomija u s-soċjetà. Fil-qafas tal-Linji ta’ Gwida tax-Xogħol, il-Linji ta’ Gwida għall-azzjoni taħt din l-intestatura huma dawn li ġejjin:

- Jespandu u jtejbu l-investiment fil-kapital uman

- Jadattaw sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ biex iwieġbu għall-kompetenzi meħtieġa l-ġodda.

Ir-riformi fit-taħriġ tas-suq tax-xogħol imwettqa sabiex ikunu attirati iktar persuni fid-dinja tax-xogħol u sabiex tiżdied l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi jeħtieġ li jsiru flimkien mar-riformi fis-sistemi ta’ l-edukazzjoni u tat-taħriġ. F’perjodi preċedenti ta’ programmazzjoni, il-Fondi Strutturali investew b’mod sostanzjali fis-sistemi ta’ l-edukazzjoni u tat-taħriġ. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, l-investiment fil-kapital uman għandu jissaħħaħ billi tingħata attenzjoni partikolari għall-għanijiet ta’ Liżbona skond il-linji ta’ gwida integrati għat-tkabbir u għax-xogħol. Il-prijoritajiet ġenerali li ġejjin għandhom ikunu indirizzati:

- jitwessgħu u jittejbu l-investimenti fil-kapital uman inkluż l-iżvilupp ta’ inċentivi xierqa u ta’ mekkaniżmi li jqassmu l-ispejjeż għall-intrapriżi, għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-individwi;

- ikunu appoġġjati strateġiji koerenti u komprensivi ta’ tagħlim għal matul il-ħajja, b’attenzjoni partikolari biex ikunu indirizzati l-ħiliet meħtieġa għall-ekonomija ta’ l-għarfien, inkluż l-appoġġ għall-kooperazzjoni u t-twaqqif ta’ sħubijiet bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-ibliet f’termini ta’ edukazzjoni u taħriġ sabiex ikun iffaċilitat l-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ prattika tajba, li tinkludi proġetti innovattivi. Attenzjoni partikolari għandha tingħata sabiex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet tal-gruppi żvantaġġati;

- ikunu appoġġjati d-disinn u l-introduzzjoni ta’ riformi fis-sistemi ta’ l-edukazzjoni u tat-taħriġ bl-użu, fejn ikun rilevanti, ta’ referenzi u prinċipji komuni Ewropej, b’mod partikolari biex tiżdied ir-relevanza tas-suq tax-xogħol ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ;

- jissaħħu r-rabtiet bejn l-universitajiet, iċ-ċentri tar-riċerka u tat-teknoloġija u l-intrapriżi, b’mod partikolari permezz ta’ attivitajiet ta’ netwerking u ta’ azzjonijiet konġunti.

Taħt l-għan ta’ Konverġenza, ħafna Stati Membri u reġjuni jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi sinifikanti fl-edukazzjoni u fit-taħriġ. Ir-riżorsi finanzjarji għandhom ikunu użati biex ikunu implimentati r-riformi, li għandhom jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:

- ikun żgurat li jkunu pprovduti edukazzjoni u taħriġ li jkunu attraenti, aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fil-livelli kollha, inklużi t-titjib tal-kompetenzi tal-persunal u l-kwalifiki, li jippromwovu mogħdijiet flessibli ta’ tagħlim u għażliet ġodda li jibdew mill-istadju ta’ l-iskola jew ta’ qabel l-iskola, azzjonijiet biex jinkiseb nuqqas sinifikanti fin-numru ta’ studenti li joħorġu kmieni mill-iskola u rati iktar għolja fin-numru ta’ studenti li jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom u aċċess imtejjeb għall-edukazzjoni ta’ l-iskola u ta’ qabel l-iskola;

- tkun appoġġjata l-modernizzazzjoni ta’ l-edukazzjoni terzjarja u l-iżvilupp tal-potenzjal uman fir-riċerka u fl-innovazzjoni, permezz ta’ studji li wieħed iwettaq wara li jkun iggradwa l-ewwel darba, b’taħriġ ulterjuri għar-riċerkaturi, u billi jkunu attirati iktar żgħażagħ fl-istudji xjentifiċi u tekniċi;

- li titħeġġeġ l-kwalità u l-attrattiva ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inklużi l-apprendistati u l-edukazzjoni intraprenditorjali;

- garanzija, fejn xieraq, tkun żgurata iktar mobilità fuq livell reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, u li jkunu inkoraġġiti oqfsa u sistemi li jappoġġjaw it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u t-tisħiħ tat-tagħlim non-formali u dak informali;

- investiment fl-infrastruttura ta’ l-edukazzjoni u tat-taħriġ inklużi fl-ICTs, fejn investimenti bħal dawn huma neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ riforma u/jew fejn dawn jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex tiżdied il-kwalità u l-effikaċja tas-sistema edukattiva u tat-taħriġ.

4.3.4. Il-kapaċità amministrattiva

Fil-perjodi preċedenti ta’ programmazzjoni, il-Fondi, permezz ta’ l-assistenza teknika, saħħew il-kapaċità amministrattiva ta’ l-Istati Membri u ta’ l-awtoritajiet amministrattivi fl-implimentazzjoni tar-regolamenti. Dan se japplika wkoll għall-perjodu mill-2007 sa l-2013.

Aktar mill-amministrazzjoni tal-Fondi u lilhinn minnha, il-kapaċità amministrattiva effettiva ta’ l-amministrazzjonijiet pubbliċi u tas-servizzi pubbliċi jiġifieri amministazzjoni intelliġenti, hija kondizzjoni meħtieġa fundamentali għat-tkabbir ekonomiku u għall-impjiegi. Għaldaqstant, fuq il-linja ta’ l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona li titlob għal leġiżlazzjoni, tfassil u twassil ta’ politika aħjar sabiex jinħolqu l-kondizzjonijiet għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien ta’ l-impjiegi, il-Fondi se jappoġġjaw l-investiment fil-kapital uman u faċilitajiet ta’ l-ICT relatati tas-servizzi amministrattivi u pubbliċi fil-livelli territorjali kollha.

Għall-pajjiżi tal-Koeżjoni u għar-reġjuni li jaqgħu taħt l-għan ta’ Konverġenza, iż-żjieda fil-produttività u fil-kwalità fuq il-post tax-xogħol fis-settur privat – b’mod speċjali fl-oqsma ekonomiċi, ta’ l-impjiegi, soċjali, edukattivi, tas-saħħa, ambjentali u ġudizzjarji, hija essenzjali biex jintlaħqu u jkunu aċċelerati r-riformi, biex tiżdied il-produttività u t-tkabbir fl-ekonomija aktar wiesgħa u biex jitħeġġu l-koeżjoni soċjali u territorjali u l-iżvilupp sostenibbli. Il-Fondi Strutturali jista’ jkollhom rwol importanti fl-appoġġ għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta’ politika effettiva, li tinvolvi l-partijiet rilevanti kollha, f’firxa wiesgħa ta’ oqsma.

Għalhekk, il-pajjiżi tal-Koeżjoni u r-reġjuni taħt l-Għan ta’ Konverġenza, l-Istati Membri huma msejħa biex jibnu amministrazzjonijiet u servizzi pubbliċi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali. L-azzjonijiet f’dan il-qasam għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta’ kull Stat Membru. Għaldaqstant, b’konformità mal-prinċipju ta’ konċentrazzjoni, l-Istati Membri huma mistiedna biex iwettqu analiżi komprensiva biex jidentifikaw l-oqsma tal-politika li jeħtieġu l-iktar appoġġ għall-kapaċità amministrattiva. L-investiment għandu jikkonċentra fuq dawk l-oqsma tal-politika fejn ikun hemm l-ikbar ostakli għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku u fuq l-elementi ewlenin tar-riformi amministrattivi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun indirizzata b’mod adegwat il-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza u t-trasparenza fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u li jkunu modernizzati s-servizzi pubbliċi. Il-Linji ta’ Gwida għall-azzjoni taħt din l-intestatura huma dawn li ġejjin:

- Is-sostenn tat-tfassil tajjeb tal-politika u tal-programmi, filwaqt li jimmonitorjaw l-valutazzjoni u l-assessjar ta’ l-impatt, permezz ta’ studji, statistika, perizja, u kapaċità li jidentifikaw it-tendenzi tal-futur, jappoġġjaw il-koordinament bejn id-dipartimenti u d-djalogu bejn il-korpi pubbliċi u privati rilevanti;

- It-tkabbir tat-tiswir tal-ħiliet fit-twettiq ta’ strateġiji politiċi u ta’ programmi, inkluż fir-rigward tal-ħarsien mill-krimini u ta’ l-infurzar tal-leġiżlazzjoni, b’mod speċjali permezz tapreċiżazzjoni tal-ħtiġijiet ta’taħriġ, reviżjoni ta’ l-iżvilupp tal-karriera, valutazzjoni , proċeduri ta’ verifika soċjali, implimentazzjoni ta’ prinċipji marbuta ma’ gvern miftuħ, ta’ taħriġ għall-maniġers u għall-istaff u permezz ta’ sostenn speċifiku għas-servizzi ewlenin, għall-ispettorati u għall-atturi soċjo-ekonomiċi.

4.3.5. L-għajnuna biex tinżamm forza tax-xogħol b’saħħitha

Fid-dawl ta’ l-istruttura demografika ta’ l-UE, u tal-popolazzjoni li qed tixjiħ u tat-tnaqqis probabbli fil-forza tax-xogħol fis-snin li ġejjin, huwa essenzjali li l-Unjoni tieħu passi biex iżżid in-numru tas- snin produttivi ta’ xogħol għall-membri tal-forza tax-xogħol tagħha. L-investiment fil-promozzjoni tas-saħħa u tal-prevenzjoni tal-mard se jgħin biex tinżamm parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà għall-ikbar numru ta’ ħaddiema possibbli, u b’dan il-mod tinżamm il-kontribuzzjoni ekonomika tagħhom u jitnaqqsu l-livelli ta’ dipendenza. Dan għandu effett dirett fuq il-produttività u l-kompetittività u għandu wkoll konsegwenzi importanti pożittivi għall-kwalità tal-ħajja b’mod ġenerali.

Bejn ir-reġjuni Ewropej hemm differenzi kbar fl-istat tas-saħħa u fl-aċċess għall-kura tas-saħħa. Huwa għalhekk importanti għall-politika ta’ koeżjoni li tikkontribwixxi għall-faċilitajiet ta’ kura tas-saħħa, biex b’hekk tgħin ħalli jiżdied n-numru ta’ snin produttivi ta’ xogħol b’mod partikolari fl-Istati Membri u r-reġjuni l-anqas żviluppati. It-titjib fis-saħħa tal-komunità u l-azzjoni preventiva għandhom rwol importanti fit-tnaqqis ta’ l-inugwaljanzi marbuta mas-saħħa. Kura tajba tas-saħħa tirriżulta f’parteċipazzjoni ikbar fis-suq tax-xogħol, ħajja itwal ta’ xogħol, iktar produttività u inqas spejjeż soċjali u għall-kura tas-saħħa.

Għall-politika ta’ koeżjoni huwa importanti li, b’mod speċjali fir-reġjuni li qegħdin lura, ikun hemm kontribut għat-titjib tal-faċilitajiet ta’ kura fuq perjodu twil ta’ żmien u jkun hemm investiment fit-titjib ta’ l-infrastruttura tas-saħħa, b’mod partikolari meta n-nuqqas ta’ dawn l-infrastrutturi jew l-iżvilupp mhux suffiċjenti tagħhom jirrappreżenta ostaklu ewlieni għall-iżvilupp ekonomiku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun indirizzata l-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza fis-sistemi tal-kura tas-saħħa permezz ta’ investimenti fl-ICT, fl-għarfien u fl-innovazzjoni. Il-Linji ta’ Gwida għall-azzjoni taħt din l-intestatura huma dawn li ġejjin:

- Il-prevenzjoni tar-riskji marbuta mas-saħħa sa biex tgħinu għaż-żieda fil-livelli tal-produttività permezz ta’ kampanji ġeneriċi ta’ informazzjoni dwar is-saħħa u billi jkun żgurat trasferiment ta’ għarfien u ta’ teknoloġija u jkun żgurat li s-servizzi tas-saħħa jkollhom il-ħiliet, il-prodotti u t-tagħmir meħtieġ biex jipprevjenu r-riskji u jnaqqsu kemm jistgħu l-ħsara potenzjali.

- Il-mili tal-vojt fl-infrastruttura tas-saħħa u jinkoraġġixxu sabiex is-servizzi jkunu provduti b’mod effiċjenti fejn ikun qed jiġi affettwat l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni u l-Istati Membri li għandhom anqas ġid. Din l-azzjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi bir-reqqa tal-livell ottimali tal-forniment tas-servizzi u tat-teknoloġija adattata, bħal pereżempju t- telemedicine u l-potenzjal li jiġu ffrankati l-flus billi jkunu offruti s-servizzi tas-saħħa elettronika.

5. ID-DIMENSJONI TERRITORJALI TAL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI

Waħda mill-karatteristiċi tal-politika ta’ koeżjoni – f’kuntrast mal-politiki settorjali – tinsab fil-kapaċità tagħha li taddatta ruħha għall-ħtiġijiet u għall-karatteristiċi partikolari ta’ l-isfidi u l-opportunitajiet ġeografiċi speċifiċi. Skond il-politika ta’ Koeżjoni, il-ġeografija tgħodd. Għalhekk, meta jkunu qed jiżviluppaw il-programmi tagħhom u jikkonċentraw ir-riżorsi fuq il-prijoritajiet ewlenin, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil dawn iċ-ċirkostanzi ġeografiċi speċifiċi bħala element trasversali jew mifrux.

L-inklużjoni tad-dimensjoni territorjali se tgħin tiżviluppa komunitajiet sostenibbli u biex tipprevjeni żvilupp reġjonali mhux kostanti mit-tnaqqis globali tal-potenzjal tat-tkabbir. Tali approċċ jeħtieġ ukoll li l-problemi speċifiċi u l-opportunitajiet taż-żoni urbani u rurali jistgħu jeħtieġu li jiġu ttrattati kif ukoll dawk tat-territorji partikolari bħaż-żoni minn fruntiera għall-oħra u dawk transnazzjonali li iktar vasti, jewreġjuni li għandhom żvantaġġi oħra minħabba l-insularità tagħhom, minħabba l-fatt li qegħdin imbiegħda (bħar-reġjuni l-iktar lejn it-truf tad-dinja jew ir-reġjuni ta’ l-Artiku), minħabba li ftit li xejn hemm nies jew minħabba li huma reġjuni muntanjużi. Jista’ jkun li l-ixkiel ambjentali u demografiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żoni ta’ max-xtut ikollhom jiġi indirizzati wkoll. L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ l-azzjonijiet biex jippromwovu l-koeżjoni territorjali teħtieġ l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi li jistgħu jgħinu jiggarantixxu trattament ġust għat-territorji kollha msejsa fuq il-kapaċitajiet individwali tagħhom bħala fattur ta’ kompetittività. B’hekk, governanza tajba hi importanti għat-trattament b’suċċess tad-dimensjoni territorjali

Tabilħaqq, għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi, il-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali għandha tagħmel parti mill-isforzi li t-territorju kollu Ewropew għandu l-opportunità jikkontribwixxi għall-aġenda tat-tkabbir u l-impjiegi. B’mod aktar speċifiku, dan ifisser li tifsira differenti għandha tingħata lill-koezjoni territorjali, marbuta ma’ l-istorja, il-kultura jew il-qagħda istituzzjonali ta’ kull Stat Membru.

L-iżvilupp ta’ l-isħubiji ta’ kwalità għolja hu essenzjali wkoll, peress li jintegra l-parteċipanti tal-livelli kollha, dawk nazzjonali, reġjonali, urbani, rurali u lokali. Is-suċċess fil-qasam tal-koeżjoni territorjali għalhekk jiddependi fuq strateġija komprensiva li tistabbilixxi l-qafas li fih ikunu segwiti l-għanijiet u l-azzjonijiet speċifiċi.

Taħt il-qafas l-ġdid tal-leġiżlazzjoni, l-Istati Membri jitħeġġu jiddelegaw lill-ibliet, il-fondi li jindirizzaw il-kwisjonijiet urbani fi ħdan il-programmi l-ġodda. Sabiex jiksbu l-benefiċċji kollha tas-sħubija, l-ibliet għandhom ikunu involuti tul il-proċess kollu. Dan jinkludi r-responsabbiltà għad-disinn u l-implimentazzjoni tal-parti sottodelegata tal-programm.

Il-qafas ġdid leġiżlattiv jipprovdi wkoll għal għajnuna speċjali għar-reġjuni l-aktar il-barra sabiex tittratta l-ispejjeż għoljin tad-distanza li jaffaċċjaw. Sfida partikolari se tkun li jiġi żgurat li din l-għajnuna tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ l-istrateġija tal-programm sħiħ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għajnuna għall-ħolqien ta’ tkabbir sostenibbli u impjiegi.

5.1. Il-kontribuzzjoni ta’ l-ibliet għat-tkabbir u għall-impjiegi

Kif spjegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-ibliet, aktar minn 60% tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea tgħix f’żoni urbani ta’ aktar minn 50, 000 abitant [24] L-ibliet fihom bosta impjiegi, negozji u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u huma ewlenin fil-kisba tal-koeżjoni soċjali. L-ibliet Ewropej jiġbdu lil dawk b’ħiliet ta’ livell għoli. Sikwit dan joħloq ċiklu rikorrenti ta’ kawża u konsegwenzi li jġibu l-ġid, li jistimula l-innovazzjoni u n-negozji li jżid ma li jkunu aktar attraenti għat-talenti ġodda.

L-ibliet u-żoni metropolitani jikkonċentraw mhux biss l-opportunitajiet iżda wkoll l-isfidi u għandhom jitqiesu l-problemi speċifiki li ż-żoni urbani jħabbtu wiċċhom magħhom, bħall-qgħad u l-esklużjoni soċjali (li jinkludu l-problema tal-“fqar li jaħdmu”), ir-rati għoljin tal-kriminalità u li kull ma jmur jogħlew, iżjed konġestjoni u l-eżistenza ta' nħawi ta’ deprivazzjoni fi ħdan il-limiti tal-belt.

Il-programmi li jiffokaw fuq iż-żoni urbani jistgħu jieħdu bosta suri differenti. L-ewwel nett, hemm azzjonijiet biex jippromwovu l-ibliet bħala muturi ta’ l-iżvilupp reġjonali. Tali azzjonijiet għandhom jimmiraw it-titjib fil-kompetittività, pereżempju permezz ta’ gruppi. L-azzjonijiet sostnuti jinkludu miżuri li jinkoraġġixxu l-intraprendenza, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ servizzi, li jinkludu s-servizzi tal-manufattur. Huwa wkoll importanti li jkun attirat u jinżamm persunal li jkollu ħiliet ta’ l-ogħla livell (b’miżuri relatati ma’ l-aċċessibilità, mal-forniment ta’ servizzi kulturali eċċ).

It-tieni, hemm azzjonijiet biex titħeġġeġ il-koeżjoni interna ġoż-żoni urbani li jippruvaw itejbu l-qagħda tad-distretti fi kriżi. Dan mhux talli jġib benefiċċji diretti għad-distretti nfushom, iżda jgħinhom ibattlu ftit mill-pressjonj bejn it-tifrix ta’ subborgi bl-għan ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar.

F’dan il-kuntest, il-miżuri li jippruvaw jirrijabilitaw l- ambjent fiżiku, jiżviluppaw mill-ġdid is-siti brownfield speċjalment fiż-żoni industrijali l-qodma, u jżommu u jiżviluppaw il-wirt storiku u kulturali b’effetti potenzjali għall-iżvilupp tat-turiżmu sabiex joħloq bliet aktar attraenti fejn in-nies iridu jgħixu. Ir-riġenerazzjoni ta’ l-ispazji pubbliċi eżistenti u tas-siti industrijali jista’ jkollha rwol importanti fil-prevenzjoni tal-proċess ta’ ħolqien ta’ subborgi u tifrix ta’ l-ibliet, b’hekk tgħin fil-ħolqien ta’ l-infrastrutturi neċessarji għal żvilupp ekonomiku sostenibbli. B’mod aktar ġenerali, bit-titjib ta’ l-ippjannar, id-disinn u l-manutenzjoni taż-żoni pubbliċi, l-ibliet jistgħu "jippjanaw li jneħħu" l-kriminalità, jgħinu biex joħolqu toroq li jolqtu l-għajn, ġonna u spazji miftuħa li jkunu siguri jew li tħossok sigur fihom. F’żożni urbani, id-dimensjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali huma marbuta ħafna. Ambjent urban ta’ kwalità għolja jikkontribwixxi għall-prijorità ta’ l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona biex tagħmel l-Ewropa post aktar attraenti biex tgħix, taħdem u tinvesti fih[25].It-tielet, hemm azzjonijiet li jippromwovu żvilupp bilanċjat, poliċentriku permezz ta’ l-iżvilupp tan-netwerk urban fuq livell nazzjonali u Komunitarji li jinkludi rabtiet bejn l-ibliet l-aktar b’saħħithom ekonomikament u l-bqija tan-netwerk urban fuq livell nazzjonali u Komunitarju. Dan ser jeħtieġ it-teħid ta’ għażliet strateġiċi fl-identifikazzjoni u t-tisħiħ tal-pilastri tat-tkabbir u, ta’ l-istess importanza, it-twaqqif tan-netwerks li jorbtuhom kemm f'termini fiżiċi (l-infrastruttura, it-teknoloġiji ta’ l-informatika, eċċ) kif ukoll f’dawk umani (azzjonijiet li jippromwovu l-kooperazzjoni eċċ). Peress li dawn il-pilastri jservu territorji usa’ li jinkludu l-eqreb intern tal-pajjiż rurali, jikkontribwixxu għal żvilupp sostenibbli u bilanċjat ta’ l-Istati Membri u l-Komunità b’mod ġenerali.

Imsejsa fuq esperjenzi preċedenti, hemm numru ta’ prinċipji ewlenin fl-azzjonijiet urbani. L-ewwel nett, l-isħab prinċipali fl-ibliet u fl-awtoritajiet lokali għandhom rwol importanti fil-kisba ta’ dawn l-għanijiet. Kif imsemmi hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jiddelegaw ir-risponsabbiltà lill-ibliet għall-iżvilupp urban. Dan hu partiklarment importanti fejn il-prommissimtà tgħodd, pereżempju, biex tirrispondi għall-isfidi ta’ natura l-aktar lokali bħall-esklużjoni soċjali jew nuqqas ta’ aċċess għal servizzi ewlenin.

It-tieni, it-tħejjija ta’ pjan ta’ żvilupp għar-riġenerazzjoni ta’ l-ibliet mifrux fuq perjodu medju jew perjodu twil ta’ żmien huwa ġeneralment prerekwiżit għas-suċċess għax jiżgura l-koerenza ta’ l-investimenti u tal-kwalità ambjentali tagħhom. Dan se jgħin ukoll biex ikunu żgurati l-impenn u l-parteċipazzjoni tas-settur privat fit-tiġdid urban. B’mod ġenerali, approċċ multi-dixxiplinarju jew integrat hu meħtieġ. Għal azzjonijiet imsejsa fuq iż-żona, pereżempju, biex titħeġġeġ l-inklużjoni soċjali, dan jeħtieġ azzjonijiet li jippruvaw itejbu l-kwalità tal-ħajja (li tinkludi l-ambjent u d-djar) jew il-livell ta’ servizzi għaċ-ċittadini li huma konġunti ma’ azzjonijiet li jippromwovu l-iżvilupp ta’ attivitajiet ġodda u ħolqien ta’ impjieg sabiex jiżguraw il-ġejjieni fuq medda ta’ żmien twila taż-żoni kkonċernati. L-inizjattiva l-ġdida JESSICA hi mfassla biex tippromwovi u jħaffef l-iżvilupp tal-prodotti ta’ l-inġinerija finanzjarja biex isostnu l-proġetti inklużi fil-pjanijiet ubani ta’ l-iżvilupp.

B’mod ġenerali, is-servizzi integrati ta’ sostenn u l-programmi għandhom jiffokaw fuq dawk il-gruppi li l-aktar għandhom bżonn, bħall-immigranti, iż-żgħażagħ u n-nisa. Iċ-ċittadini kollha għandhom jitħeġġu jieħdu sehem kemm fl-ippjanar kif ukoll fil-forniment ta’ servizzi.

JESSICA: l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni urbani

JESSICA (Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli fiż-Żoni ta’ l-Ibliet) hu politika inizjattiva ġdida, li joħloq qafas għal kooperazzjoni mtejba dwar l-inġinerija ta’ finanzjament għall-politika ta’ l-iżvilupp sostenibbli għaż-żoni urbani bejn, minn naħa, l-awtoritajiet fl-Istati Membri, u min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni flimkien mal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) u l-Bank ta’ l-Iżvilupp tal-Kunsill ta’ l-Ewropa (CEB). Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali Oħra (IFIs) kif ukoll is-settur Ewropew għall-operazzjonijiet bankarji u privati huma mistennija wkoll jieħdu sehem u jikkontribwixxu. JESSIVA tniedet mill-Kummissjoni, flimkien ma’ l-EIB u s-CEB, sabiex joffru għajnuna u jipprovdu opportunitajiet ġodda għat-tmexxija ta’ l-awtoritajiet responsabbli għall-ġenerazzjoni li jmiss għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni.

L-inizjattiva JESSICA hi ispirata minn, u għandha ħafna tixbihat ma’ l-inizjattiva JEREMIE biex itejjeb l-aċċess għall-finanzjament ta’ l-SMEs, b’mod partikolari f’termini metodoloġiċi. L-istess bħal JEREMIE, JESSICA jipprovdi qafas li, imsejjes fuq kontribuzzjoni mill-programmi għall-fondi ta’ l-iżvilupp taż-żoni urbani jew fondi tad-djar, iżid perizja speċjalista, idaħħal riżorsi ta’ self supplimentari, u jħaffef ir-relazzjonijiet ma’ dawk li jippromwovu l-proġett li jwasslu għall-investimenti ġodda fuq il-post.

L-inizjattivi JESSICA u JEREMIE se jkunu komplimentari fil-kuntest tal-pjanijiet integrati għall-iżvilupp għaż-żoni urban. JEREMIE tista’ ssostni aċċess imtejjeb għall-finanzjament għall-impriżi żgħar sa daqs medju fiż-żoni urbani, filwaqt li Jessica jista’ jsostni proġetti u netwerks ta’ infrastruttura urbani, proġetti għall-effiċjenza ta’ l-enerġija jew l-ICT, jew kwalunkwe proġett ieħor jew grupp ta’ proġetti li jagħmlu parti mill-ambitu ta’ indħil ta’ l-ERDF (jew l-ESF fejn xieraq), li m’għandux x’jaqsam ma’ l-aċċess għal finanzjament għall-SMEs, u inkluż fi pjan integrat ta’ żvilupp urban.

5.2. L-appoġġ għad-diversifikazzjoni ekonomika taż-żoni rurali, żoni tas-sajd u żoni bi żvantaġġ naturali

Il-politika ta’ koeżjoni jista’ jkollha rwol importanti wkoll fis-sostenn tar-riġenerazzjoni ekonomika taż-żoni rurali, billi jkunu kkomplementati l-azzjonijiet appoġġjati mill-fond il-ġdid ta’ l-iżvilupp rurali (il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali- EAFRD)[26]. Dan l-approċċ komplimentari għandu jipprova jsostni l-istrutturar mill-ġdid u d-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija fiż-żoni rurali Ewropej.

Is-sinerġija bejn l-istrateġiji politiċi ta’ l-iżvilupp rurali, strutturali u ta’ l-impjiegi għandha titħeġġeġ. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiżguraw sinerġija u konsistenza bejn l-azzjonijiet li għandhom ikunu ffinanzjati mill-ERDF, mill-Fondi ta’ Koeżjoni, mill-ESF, mill-EFF u mill-EAFRD fuq territorju partikolari u f’qasam partikolari ta’ attività. Il-prinċipji ta’ gwida ewlenin fir-rigward tal-linja ta’ demarkazzjoni u tal-mekkaniżmi ta’ koordinament bejn l-azzjonijiet appoġġjati mill-Fondi differenti għandhom ikunu ddefiniti fuq il-livell ta’ qafas nazzjonali ta’ referenza strateġika/pjan strateġiku nazzjonali.

Għall-politika ta’ koeżjoni, l-azzjoni favur iż-żoni rurali jew għaż-żoni b’żvantaġġ naturali, li jinkludu ħafna reġjuni tal-gżejjer, għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda permezz tad-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija rurali. Dan jinkludi l-isforzi għas-sostenn tal-forniment ta’ livell minimu ta’ aċċess għas- servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali sabiex ikunu attirati ditti u persunal kwalifikat u biex tkun limitata l-emigrazzjoni ’l barra miż-żoni rurali. F’dan il-kuntest, il-kollegament man-netwerks ewlenin nazzjonali u Ewropej hu meħtieġ. Barra minn hekk, il-politika ta’ koeżjoni għandha tappoġġja l-kapaċità endoġenika tat-territorji rurali billi tinkoraġġixxi, pereżempju, il-bejgħ tal-prodotti fuq livell nazzjonali u globali, u billi tiffavorixxi l-innovazzjoni tal-proċessi u tal-prodott fl-attivitajiet ekonomiċi eżistenti.

Il-kisba ta’ massa kiritika meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi b’mod effiċjenti – li jinkludu servizzi għal ħaddiema b’saħħithom imsemmija hawn fuq – hi sfida partikolari. Il-garanzija ta’ aċċess universali għas-servizzi kollha, b’mod partikolari f’żoni mingħajr ħafna nies, tista’ tinkiseb permezz ta’ investiment fil- pilastri ta’ l-iżvilupp f’żoni rurali (pereżempju fl-ibliet żgħar jew ta’ daqs medju) u bl-iżvilupp ta’ għaqda ekonomika msejsa fuq assi lokali flimkien ma’ l-użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’ l-informatika.

Bosta reġjuni rurali jiddependu bil-qawwi fuq it-turiżmu. Dawn ir-reġjuni jeħtieġu metodu integrat i mfassal apposta għall-kwalità, li jiffoka fuq is-sodisfazzjon tal-konsumatur u li jkun ibbażat fuq id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ l-iżvilupp sostenibbli. L-azzjonijiet għandhom jieħdu vantaġġ minn, u jfittxu li jħarsu u jiżviluppaw, il-kwalitajiet naturali u kulturali li jista’ jkollhom benefiċċji pożittivi importanti billi jħarsu l-ambjenti naturali u jsostnu l-bijodiversità. Il-metodu integrat għandu jfittex li jkollu impatt pożittiv fuq is-settur tat-turiżmu, fuq l-ekonomija lokali, fuq il-persuni li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu, fuq il-viżitaturi u fuq il-popolazzjoni lokali, kif ukoll fuq il-wirt naturali u kulturali.

Għal dak li għandu x’jaqsam mat-taqsima tas-sajd, l-istrutturar mill-ġdid ekonomiku taż-żoni max-xtut li jiddependu mis-sajd u l-ġżejjer iż-żgħar, huma sikwit sfida partikolari minħabba raġunijiet ġeografiċi, u l-politika ta’ koeżjoni jista’ jkollha rwol importanti biex tikkomplimenta l-azzjonijiet sostnuti mill-EFF.

5.3. Il-kooperazzjoni

Il-miżuri li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni interreġjonali, kif ukoll il-kooperazzjoni marittima fejn xieraq, għandhom jikkomplementaw it-tliet prijoritajiet indikati aktar ’il fuq. Għaldaqstant, kooperazzjoni aktar mill-qrib fir-reġjuni ta’ l-UE għandha tgħin biex tħaffef aktar l-iżvilupp ekonomiku u l-kisba ta’ livell ogħla fit-tkabbir. Il-fruntieri nazzjonali spiss huma ostaklu għall-iżvilupp tat-territorju Ewropew kollu, u jistgħu jillimitaw il-potenzjal tiegħu għal kompetittività sħiħa. Fil-kuntest tal-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera u tal-kooperazzjoni transnazzjonali, it-trasport, l-amministrazzjoni ta’ l-ilma u l-ħarsien ta’ l-ambjent huma eżempji ċari ta’ l-isfidi li jeħtieġu metodu ffokat u integrat li jmur lilhinn mill-fruntieri nazzjonali.

5.4. Il-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera

L-għan aħħari tal-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera fl-Ewropa huwa dak li jkunu integrati żoni diviżi mill-fruntieri nazzjonali li jħabbtu wiċċhom ma’ problemi komuni li jeħtieġu soluzzjonijiet komuni. Sfidi bħal dawn huma ffaċċjati mir-reġjuni kollha ta’ l-Unjoni bħala riżultat tal-frammentazzjoni tas-swieq għax-xogħol u l-kapital, in-netwerks ta’ l-infrastruttura, il-kapaċitajiet fiskali, u l-istituzzjonijiet.

Għalkemm, il-programmi ta’ kooperazzjoni għandhom ikunu magħmula apposta skond is-sitwazzjoni partikolari ffaċċjata minn kull wieħed mir-reġjuni li jinsab fuq fruntiera, huwa importanti li jsir sforz biex l-għajnuna tkun ikkonċentrata fuq il-prijoritajiet ewlenin bħala sostenn għat-tkabbir u għall-ħolqien ta’ l-impjiegi.

Ġeneralment, ir-rakkomandazzjonijiet li japplikaw għall-kooperazzjoni futura min-naħa għall-oħra tal-fruntiera mhux dejjem ikunu rilevanti minħabba d-diversità kbira tas-sitwazzjonijiet. Fl-istess ħin, fid-dawl ta’ l-ostakli li jinħolqu minħabba l-fruntieri, punt tat-tluq utli huwa t-titjib ta’ l-infrastruttura eżistenti tat-trasport u tal-komunikazzjoni u l-iżvilupp, fejn meħtieġ, ta’ kollegamenti ġodda. Dawn huma prerekwiżiti biex ikunu stabbiliti jew żviluppati kuntatti min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

Il-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera għandha tiffoka fuq it-tisħiħ tal-kompetittività tar-reġjuni li jinsabu fuq fruntiera. Barra minn hekk, għandha tikkontribwixxi għall-integrazzjoni ekonomika u soċjali, b’mod speċjali fejn hemm differenzi ekonomiċi kbar fuq kull naħa. L-azzjonijiet jinkludu l-inkoraġġiment tat-trasferiment tal-konoxxenza u ta’ l-għarfien, l-iżvilupp ta’ attivitajiet tan-negozju min-naħa għall-oħra tal-fruntiera, il-potenzjal għall-edukazzjoni/għat-taħriġ u għall-kura tas-saħħa min-naħa għall-oħra tal-fruntiera u l-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol min-naħa għall-oħra tal-fruntiera; u l-amministrazzjoni konġunta tat-theddid għalll-ambjent u dak komuni għat-tnejn. Meta diġà jkun hemm il-kondizzjonijiet bażiċi għall-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera, il-politika ta’ koeżjoni għandha tiffoka l-għajnuna fuq azzjonijiet li jipprovdu valur miżjud għall-attivitajiet ta’ min-naħa għall-oħra tal-fruntiera: eż. li tiżdied il-kompetittività min-naħa għall-oħra tal-fruntiera permezz ta’ l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp; li jkun hemm kollegament bejn in-netwerks intanġibbli (is-servizzi) jew in-netwerks fiżiċi (it-trasport) sabiex tkun imsaħħa l-identità ta’ bejn il-fruntieri bħala karatteristika ewlenija taċ-ċittadinanza Ewropea; li titħeġġeġ l-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol min-naħa għall-oħra tal-fruntiera; l-amministrazzjoni ta’ l-ilmijiet u l-kontroll ta’ l-għargħar bejn il-fruntieri.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-isfidi u l-opportunitajiet imressqa mill-fruntieri esterni li jinbidlu ta’ l-Unjoni wara t-tkabbir. Hawnhekk, hawn il-bżonn li jitħeġġu l-azzjonijiet koerenti minn pajjiż għall-ieħor li jħeġġu l-attività ekonomika miż-żewġ naħat, u li jneħħu l-ostakoli għall-iżvilupp. Għal dan il-għan, il-politika ta’ koeżjoni u l-Istrument il-ġdid għall-Viċinat Ewropew u s-Sħubija jeħtieġu joħolqu qafas koerenti għal tali azzjonijiet.

5.5. Il-kooperazzjoni transnazzjonali

Iż-żoni transnazzjonali huma makro-reġjuni fejn ikun hemm il-ħtieġa li tiżdied l-integrazzjoni u l-koeżjoni ekonomika u soċjali. Il-programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali jfittxu li jżidu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar kwistjonijiet ta’ importanza strateġika.

Is-sostenn għandu għalhekk jingħata lill-azzjonijiet li jfittxu li jtejbu l-kollegament fiżiku bejn it-territorji (eż. l-investimenti fi trasport sostenibbli) kif ukoll il-kollegamenti intanġibbli (netwerks, skambji bejn ir-reġjuni u bejn il-partijiet involuti).

L-azzjonijiet ikkunsidrati jinkludu l-ħolqien ta’ rotot Ewropej tat-trasport (b’mod partikolari taqsimiet min-naħa għall-oħra tal-fruntiera) biex ikunu evitati l-perikli naturali, l-amministrazzjoni ta’ l-ilma fuq livell ta’ baċin tax-xmara, il-kooperazzjoni marittima integrata u n-netwerks ta’ l-R&D/ta’ l-innovazzjoni.

Il-mappa taż-żoni preżenti għall-kooperazzjoni transnazzjonali ġiet emendata biex tiżgura li dawn joħolqu l-kondizzjonijiet biex ikunu implimentati azzjonijiet strutturali bażiċi. Ġew imfassla b’tali mod li titqies il-koerenza territorjali u l-kriterji funzjonali ta’ natura ġeografika, pereżempju, baċin ta’xmara jew żona ta’ mal-kosta komuni, żona muntanjuża komuni li minnha tgħaddi rotta ewlenija ta’trasport. Kriterji oħra, bħalstrutturi storiċi jew istituzzjonali, jew kooperazzjoni jew Konvenzjonijiet eżistenti, huma rilevanti wkoll.

5.6. Il-kooperazzjoni interreġjonali

Il-programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali għandhom jiffokaw fuq l-Aġenda tat-Tkabbir u ta’ l-Impjiegi: it-tisħiħ ta’ l-innovazzjoni, ta’ l-SMEs u ta’ l-intraprendenza, ta’ l-ambjent u l-prevenzjoni tar-riskji. Barra minn hekk, se jitħeġġeġwkoll l-iskambju ta’ l-esperjenzi u ta’ l-aħjar prattika fir-rigward ta’ l-iżvilupp urban, il-modernizzazzjoni tas-servizzi tas-settur pubbliku (bħas-saħħa u l-iggvernar bl-użu ta’ l-ICT) u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni kif ukoll l-istudji u l-ġbir ta’ informazzjoni. Il-kooperazzjoni interreġjonali se tkun appoġġjata wkoll fi ħdan il-programmi għall-konverġenza u għall-kompetittività Reġjonali u ta’ Konverġenza. Barra minn hekk, se jitħeġġeġ wkoll l-iskambju ta’ l-esperjenzi u ta’ l-aħjar prattika fir-rigward ta’ l-iżvilupp urban, ta’ l-inklużjoni soċjali, tar-relazzjonijiet bejn l-ibliet u ż-żoni rurali, u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni.

2006/0131 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-Linji ta’ Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament Kunsill (KE) Nru [...]/2006 tal-[ĠĠXX]2006 li jwaqqaf id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond ta’ l-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1260/1999[27], u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu [25] tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [28],

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [29],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [30],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[31],

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 158 tat-Trattat, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali tagħha, il-Komunità għandha timmira ti tnaqqas id-diskrepanzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tad-diversi reġjuni u li r-reġjuni u l-gżejjer l-anqas vantaġġati ma jibqgħux daqshekk lura, inklużi ż-żoni rurali.

(2) Skond l-Artikolu [25] tar-Regolament (KE) Nru [...]/2006 il-linji ta’ gwida strateġiċi dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għandha titwaqqaf biex tiddefinixxi qafas indikattiv għall-indħil tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali , tal-Fond Soċjali Ewropew u tal-Fond tal-Koeżjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Fondi”) b’kunsiderazzjoni tal-politiki Komunitarji relevanti l-oħra, maħsuba jippromwovu l-iżvilupp armonjuż, bilanċjat u sostenibbli tal-Komunità.

(3) Ir-riżultati tat-tkabbir f’estenzjoni sostanzjali tad-diskrepanzi reġjonali fil-Komunità, għalkemm ċerti mill-ifqar partiiet ta’ l-Istati Membri l-ġodda għandhom uħud mill-għola rati ta’ tkabbir. Għalhekk, it-tkabbir jippreżenta l-ewwel opportunità għal tkabbir aħjar u kompetittività fil-Komunità b’mod ġenerali li għandha tiġi riflessa f’dawn il-linji ta’ gwida strateġiċi.

(4) Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta’ l-2005 ikkonferma li l-Komunità għandha timmobbilizza r-riżorsi nazzjonali u Komunitarji xierqa kollha - kif ukoll il-politika ta’ koeżjoni - fis-segwitu ta' l-għanijiet ta’ l-aġenda mġedda ta’ Liżbona , li tikkonsisti minn linji ta’ gwida integrati, li jinkludu – linji ta’ gwida ta’ politika ekonomika wiesgħa u l-linji ta’ gwida ta’ l-impjieg adottati mill-Kunsill [32]

(5) Huma u jissodisfaw l-għanijiet stipulati fit-Trattat, u b’mod partikolari dak tat-trawwim ta’ konverġenza ekonomika reali, l-azzjonijiet sostnuti bir-riżorsi limitati disponibbli għall-politika ta’ koeżjoni għandhom ikunu kkonċentrati fuq il-promozzjoni ta’ tkabbir sostenibbli, il-kompetittività u l-impjieg li għandhom x’jaqsmu ma’ l-aġenda mġedda ta’ Liżbona.

(6) L-għan ta’ dawn il-linji ta’ gwida strateġiċi għalhekk għandhu jkun li jrawmu żieda fil-kontenut strateġiku tal-politika ta’ koeżjoni maħsuba jsaħħu s-sinerġiji ma’, u jgħinu joffri, l-għanijiet ta’ l-aġenda mġedda ta’ Liżbona.

(7) Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta’ l-2005 ikkonkluda li żieda fir-responsabbiltà ta’ l-għanijiet ta’ l-aġenda l-ġdida ta’ Liżbona fuq il-post kienet meħtieġa u tinvolvi parteċipanti reġjonali u lokali u lill-imsieħba soċjali, b’mod partikolari, fiż-żoni fejn qrubija akbar hi essenzjali, bħall-innovazzjoni, l-ekonomija ta’l-għarfien u t-teknoloġiji l-ġodda ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni, l-impjieg, il-kapital uman, l-intraprendenza, is-sostenn għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-aċċess għal-finanzjament b’riskju tal-kapital. Il-linji ta’ gwida strateġiċi jagħrfu l-importanza ta’ dan l-impenn.

(8) Il-linji ta’ gwida strateġiċi għandhom jagħrfu wkoll li l-implimentazzjoni b’suċċess tal-politika ta’ koeżjoni tiddependi mill-istabbiltà makroekonomika u r-riformi strutturali fuq livell nazzjonali flimkien ma’ medda ta’ kundizzjonijiet oħra li jiffavorixxu l-investimenti, li jinkludu implimentazzjoni effettiva tas-suq intern, riformi amministrattivi, governanza tajba, ambjent li jiffavorixxi n-negozju, u d-disponibbiltà ta’ ħaddiema b’ħiliet ta’ livell għoli.

(9) L-Istati Membri żviluppaw programm nazzjonali ta’ riforma biex itejbu l-kondizzjonijiet għat-tkabbir u l-impjieg filwaqt li jqisu l-linji ta’ gwida integrati. Dawn il-linji ta’ gwida strateġiċi għandhom jagħtu prijorità, lill-Istati Membri kollha u r-reġjuni, lil dawk iż-żoni ta’ investiment biex jgħinu joffru l-programmi nazzjonali ta’ riforma u jqisu l-bżonnijiet u l-qagħdiet nazzjonali u reġjonali. l-investiment fl-innovazzjoni, l-ekonomija ta’ l-għarfien, it-teknoloġiji l-ġodda ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni, l-impjieg, il-kapital uman, l-intraprendenza, is-sostenn għall-SMEs jew l-aċċess għall-finanzjament b’riskju tal-kapital.

(10) Il-linji ta’ gwida strateġiċi għandhom jikkunsidraw ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fit-twettiq ta’ politiki Komunitarji oħra konsistenti ma’ l-aġenda mġedda ta’ Liżbona .

(11) Fil-każ ta’ reġjuni u ta’ l-Istati Membri eliġibbli għas-sostenn taħt l-għan ta’ Konverġenza, l-għan għandu jkun li jistimula l-potenzjal tat-tkabbir, sabiex jikseb u jżomm rati għolja ta’ tkabbir, li jinkludu t-trattament tad-defiċit fin-netwerks bażiċi ta’ l-infrastruttura u t-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva.

(12) Id-dimensjoni territorjali tal-politika ta’ koeżjoni hi importanti u ż-żoni kollha tal-Komunità għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-impjiegi. Kif xieraq il-linji ta’ giwda strateġiċi għandhom iqisu l-ħtiġijiet ta’ l-investiment kemm fiż-żoni urbani kif ukoll f’dawk rurali minħabba r-rwoli rispettivi tagħhom fl-iżvilupp reġjonali u sabiex jippromwovu żvilupp bilanċjat, komunitajiet sostenibbli u l-inklużjoni soċjali.

(13) L-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandu rwol importanti fil-garanzija ta’ żvilupp bilanċjat u sostenibbli tat-territorju tal-Komunità li jinkludi l-livell tal-makro-reġjuni tiegħu. Il-linji ta’ gwida strateġiċi għandhom jikkontribwixxu għas-suċċess ta’ l-għan territorjali Ewropew li jiddependi fuq l-istrateġiji maqsuma ta’ l-iżvilupp tat-territorji kkonċernati fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali u dwar in-netwerking speċjalment biex jiżgura t-trasferiment ta’ ideat sabiex il-programmi ta’ koeżjoni nazzjonali u reġjonali jkunu ugwali.

(14) Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli, il-linji ta’ gwida strateġiċi għandhom jirriflettu l-bżonn sabiex iqisu l-ħarsien ambjentali u t-titjib fit-tħejjija ta l-istrateġiji nazzjonali.

(15) L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-prevenżjoni tad-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, fuq ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon, it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali huma prinċipji bażiċi tal-politika ta’ koeżjoni u għandhom ikunu integrati fil-livelli kollha ta’ l-approċċ strateġiku għall-koeżjoni.

(16) Il-governanza tajba hi essenzjali fuq il-livelli kollha għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-politika ta’ koeżjoni. Il-linji ta’ gwida strateġiċi għandhom iqisu r-rwol ta’ sħubija wiesgħa fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġiji ta’ l-iżvilupp li huma meħtieġa sabiex jiżguraw li l-istrateġiji ta’ koeżjoni kumplessi jistgħu jiġu amministrati b’suċċess u l-bżonn għall-kwalità u l-effiċjenza fis-settur pubbliku.

(17) Dawn il-linji ta’ gwida strateġiċi jirrapreżentaw qafas indikattiv li l-Istati Membri u r-reġjuni huma mistiedna jużaw meta jiżviluppaw programmi nazzjonali, reġjonali u lokali, b’mod partikolari sabiex jivvalutaw il-kontribuzzjoni tagħhom għall-għanijiet tal-Komunità għal dak li għandu x’jaqsam mal-koeżjoni, it-tkabbir u l-impjiegi. B’kunsiderazzjoni ta’ dawn il-linji ta’ gwida strateġiċi, kull Stat Membru għandu jħejji l-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali u l-programmi ta’ tħaddim li jirriżultaw,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji ta’ gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-linji ta’ gwida strateġiċi”) kif stipulati fl-Anness huma b’dan adottati.

Artikolu 2

L-Istati Membri se jqisu l-linji ta’ gwida strateġiċi fit-tħejjija ta’ l-oqsfa ta’ referenza strateġiċi nazzjonali u l-programmi ta’ tħaddim għall-perjodu 2007 sa' l-2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President,

[…]

ANNESS

Linji ta’ Gwida Strateġiċi tal-Komunità dwar il-koeżjoni, 2007-2013

1. DAĦLA: LINJI TA’ GWIDA GĦALL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI 2007-2013

Skond il-linji ta’ gwida integrati għat-tkabbir u l-impjiegi ta’ l-aġenda mġedda ta’ Liżbona , il-programmi sostnuti mill-politika ta’ koeżjoni għandhom jippruvaw jimmiraw ir-riżorsi dwar it-tliet prijoritajiet li jmiss [33]

- itejbu l- attrattiva ta’ l-Istati Membri, tar-reġjuni u ta’ l-ibliet billi jtejbu l-aċċessibilità, jiżguraw kwalità u livell ta’ servizzi adegwati, u jħarsu l-ambjent;

- jinkoraġġixxu l- innovazzjoni, l-intraprendenza u t-tkabbir ta’ l- ekonomija ta’ l-għarfien permezz tal-kapaċitajiet tar-riċerka u ta’ l-innovazzjoni, li jinkludu t-teknoloġiji ġodda ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; u u

- joħolqu iktar impjiegi u li jkunu ta’ kwalità aħjar billi jattiraw iktar nies lejn ix-xogħol jew lejn l-attività intraprenditorjali, itejbu l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi u jżidu l-investiment fil-kapital uman.

Filwaqt li tinkopora l-aġenda ta’ Liżbona fil-programmi l-ġodda , qed tinġibed l-attenzjoni fuq dawn il-prinċipji:

L-ewwel, skond it-tnedija mill-ġdid ta’ l-aġenda ta’ Liżbona nfisha, il-politika ta’ koeżjoni għandha tiffoka b’mod iktar qawwi fuq l-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u fuq il-kapital uman . Għalhekk, l-isforz finanzjarju totali li jsostni lil dawn l-oqsma ta’ azzjoni għandu jiżdied b’mod sinifikanti, kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet il-ġodda ta’ l-allokazzjonijiet. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu ispirati mill-aħjar prattika meta din tkun tat riżultati pożittivi li jidhru f’termini ta’ tkabbir u impjiegi.

It-tieni, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom isegwu l-għan ta’ l-iżvilupp sostenibbli u jistimulaw s-sinerġiji bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali. It-tiġdid ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-produzzjoni ta’ programmi nazzjonali ta’ riforma mill-Istati Membri enfasizzaw ir-rwol ta’ l-ambjent fit-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi. Il-ħarsien ambjentali jeħtieġ li jitqies fit-tħejjija tal-programmi u l-proġetti sabiex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli.

It-tielet, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom ifittxu li jissodisfaw l-għan ta’ l- ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-istadji kollha tal-preparazzjoni u ta’ l-implimentazzjoni tal-programmi u tal-proġetti. Dan jista’ jsir permezz ta’ azzjonijiet speċifiċi li jinkoraġġixxu l-ugwaljanza, kif ukoll billi jitqies bir-reqqa l-mod kif il-proġetti u l-amministrazzjoni tal-fondi jistgħu jaffettwaw lin-nisa u lill-irġiel.

Ir-raba’, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-razza u l-oriġini etnika, ir-regliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà, l-età u l-orjentazzjoni sesswali tul l-istadji varji ta’ implimentazzjoni tal-Fondi. B’mod partikolari, l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà hi waħda mill-kriterji biex jiġu rrispettati fid-definizzjoni tal-ħidmiet kofinanzjati mill-Fondi u meqjusa tul l-istadji varji ta’ l-implimentazzjoni.

Fit-taqsimiet li ġejjin, se jkunu eżaminati l-aspetti ewlenin ta’ kull wieħed minn dawn l-oqsma wesgħin permezz ta’ linji ta’ gwida speċifiċi taħt kull intestatura. Dawn il-linji ta’ gwida aktar dettaljati mhux se jkunu kollha rilevanti għar-reġjuni kollha. . L-iktar taħlita ta’ investimenti addattata fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq l-analiżi tal-punti tajbin u tal-punti dgħajfin ta’ kull Stat Membru u reġjun u ċ-ċirkostanzi speċifiċi nazzjonali u reġjonali. Il-linji ta’ gwida pjuttost jirrappreżentaw qafas wieħed li l-Istati Membri u r-reġjuni huma mistiedna li jużaw meta jkunu qed jiżviluppaw programmi nazzjonali, reġjonali u lokali, b’mod partikolari bil-ħsieb li jivvalutaw il-kontribuzzjoni tagħhom għall-għanijiet ta’ l-Unjoni f’termini ta’ koeżjoni, tkabbir u impjiegi.

1.1 LINJA TA’ GWIDA: Biex l-Ewropa u r-reġjuni tagħha jsiru postijiet aktar attraenti għall-investiment u għax-xogħol

Waħda mill-prerekwiżiti għat-tkabbir u għall-impjiegi hija li jkun żgurat li l-infrastruttura neċessarja (eż. it-trasport, l-ambjent, l-enerġija) tkun disponibbli għall-impriżi. Infrastruttura moderna u sigura hija fattur importanti fir-rendiment ta’ ħafna intrapriżi, li taffetwa l-attrattiva ekonomika u soċjali tar-reġjuni. L-investiment fl-infrastruttura f’reġjuni li qegħdin lura, b’mod speċjali fl-Istati Membri l-ġodda, se jinkoraġġixxi t-tkabbir u għaldaqstant isaħħaħ il-konverġenza mal-bqija ta’ l-Unjoni kif ukoll itejjeb il-kwalità tal-ħajja. Ir-riżorsi m’għandhomx jiġu biss minn għotjiet iżda anki, fejn possibbli, mis-settur privat u minn self, pereżempju mill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) Għall-perjodu li jmiss, l-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri se jkollhom l-opportunità li jagħmlu użu ikbar mill-kompetenza ta’ l-EIB sabiex iħejju proġetti xierqa biex jingħataw fondi Ewropej taħt l-inizjattiva JASPERS.

1.1.1. L-espansjoni u t-titjib ta' l-infrastruttura tat-trasport

Li tkun provduta infrastruttura tat-trasport effiċjenti, flessibbli, mingħajr periklu u nadif tista’ titqies bħala prerekwiżit neċessarju għall-iżvilupp ekonomiku peress li tinkoraġġixxi l-produttività u għaldaqstant, il-prospetti ta’ żvilupp tar-reġjuni konċernati billi tiffaċilita ċ-ċaqliq tan-nies u ta’ l-oġġetti. In-netwerks tat-trasport jinkoraġġixxu l-opportunitajiet għall-kummerċ, waqt li jżidu l-effiċjenza. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tat-trasport fl-Ewropa kollha (b’mod partikolari l-partijiet rilevanti tat-tletin proġett prijoritarju għan-Netwerks Transewropej tat-Trasport), b’attenzjoni partikolari fuq proġetti min-naħa għall-oħra tal-fruntieri, huwa essenzjali biex tinkiseb integrazzjoni akbar tas-swieq nazzjonali, b’mod speċjali fi ħdan il-kuntest ta’ Unjoni wara t-tkabbir.

L-investiment fl-infrastruttura jeħtieġ li jkun addattat għall-ħtiġijiet speċifiċi u għal-livell ta’ żvilupp ekonomiku tar-reġjuni u tal-pajjiżi kkonċernati. Ġeneralment, dawn il-ħtiġijiet huma l-ogħla fir-reġjuni ta’ Konverġenza u fil-pajjiżi koperti mill-Fond ta’ Koeżjoni. Tipikament, l-investimenti fl-infrastruttura (kif jiġri f’investimenti oħra) juru li r-rati ta’ qligħ qed jonqsu ’l fuq minn ċertu livell ta’ għoti ta’ fondi. Il-qligħ ekonomiku fuq investimenti bħal dan jkun għoli meta l-infrastruttura tkun skarsa u n-netwerks bażiċi ma jkunux tlestew, imma x’aktarx li jonqos ladarba jkun intlaħaq ċertu livell.

Għalhekk għandhom jitqiesu l-livell ta’ l-iżvilupp ekonomiku reġjonali u l-eżistenza ta’ wirt infrastrutturali kbir. Fir-reġjuni u fil-pajjiżi li huma l-inqas żviluppati, ir-rabtiet internazzjonali u interreġjonali jistgħu joffru qligħ ogħla tul perjodu itwal ta’ żmien f’termini ta’ żjieda fil-kompetittività kummerċjali u wkoll billi jkun iffaċilitat iċ-ċaqliq tal-ħaddiema. Min-naħa l-oħra, għal reġjuni b’bażi ekonomika mferrxa u ta’ daqs żgħir, u b’mudell ta’ urbanizzazzjoni bbażat fuq bliet żgħar, il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ta’ trasport reġjonali tista’ tkun iktar xierqa. F’reġjuni tb’netwerks ta’ toroq inadegwati, il-fondi għandhom ikunu disponibbli wkoll biex jinbnew kollegamenti ta’ toroq li jkunu ekonomikament essenzjali. L-isfidi tal-mobbiltà u l-aċċessibbiltà fiż-żoni urbani għandhom jiġu indirizzati, billi jsostnu s-sistemi integrati ta’ tmexxija u soluzzjonijiet nodfa tat-trasport.

Sabiex jikbru kemm jistgħu l-benefiċċji li jirriżultaw mill-investimenti fit-trasport, l-assistenza mill-Fondi għandha tkun ibbażata fuq numru ta’ prinċipji.

L-ewwelnett, għandhom jintużaw kriterji oġġettivi sabiex jiddeterminaw il-livell u n-natura ta’ l-investiment infrastrutturali li jkun se jitwettaq. Pereżempju, ir-rati potenzjali ta’ qligħ għandhom jiġu kkalkulati skond il-livell ta’ żvilupp ekonomiku u n-natura ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tar-reġjuni konċernati, skond id-densità u l-kwalità prevalenti ta’ l-infrastrutturi jew il-grad ta’ konġestjoni. Meta jiġu ddeterminati r-rati soċjali tal-qligħ, għandhom jitqiesu wkoll l-implikazzjonijiet ambjentali u soċjali tal-proġetti infrastrutturali prospetttivi.

It-tieni, il-prinċipju ta’ sostenibbiltà ambjentali għandu jkun irrispettat bl-aħjar mod possibbli, skond il- White Paper [34] Ċaqliq lejn modi li mhumiex ta’ ħsara għall-ambjent għandhom jiġu segwiti. Madankollu, ir-rendiment ambjentali u ġenerali ta’ kull mezz ta’ trasport għandu jkun perfezzjonat, b’mod partikolari rigward l-użu ta’ l-infrastruttura fi ħdan u mal-modi differenti.[35]

It-tielet, fir-reġjuni ta’ Konverġenza u fil-pajjiżi koperti mill-Fond ta’ Koeżjoni għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-immodernizzar tas-sistema tal-ferroviji billi jintgħażlu s-sezzjonijiet ta’ prijorità, filwaqt li tkun żgurata l-interoperabilità tagħhom fi ħdan il-qafas tas-Sistema Ewropea ta’ l-Amministrazzjoni tat-Trasport bil-Ferroviji (ERTMS).

Ir-raba’, l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport għandhom ikunu akkumpanjati minn amministrazzjoni xierqa tat-traffiku, b’attenzjoni partikolari għas-sigurtà, skond l-istandards nazzjonali u tal-Komunità. L-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għandhom iqisu l-ħtieġa li jinkiseb qsim modali bbilanċjat (u ċar) li jissodisfa l-ħtiġijiet kemm ekonomiċi u kemm ambjentali. L-istrateġiji għandhom jinkludu, pereżempju, sistemi intelliġenti tat-trasport, pjattaformi multi-modali u, b’mod partikolari, teknoloġiji li jkunu użati għall-ERTMS, imsemmi hawn fuq u għall-Programm ta’ Riċerka ATM tas-Sema Ewropew Waħdieni (SESAR- għal sistema ta’ amministrazzjoni tat-traffiku Ewropew bl-ajru li tkun iktar uniformi).

Ibbażati fuq il-prinċipji t’aktar ’il fuq, il-linji ta’ gwida għall-azzjoni huma kif ġej:

- L-Istati Membri u r-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament tħat l-għan ta’ Konverġenza [36] jew il-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jagħtu ġrijorità għal dawk it-30 proġett ta’ interess Ewropew meta jinsabu fi ħdan it-territorju tagħhom. Fi ħdan dan il-grupp ta’ proġetti, ir-rabtiet min-naħa għall-oħra tal-fruntiera jixirqilhom attenzjoni speċjali, L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-koordinaturi bħala mezz sabiex inaqqsu ż-żmien bejn l-allokament ta’ l-ippjanar tan-netwerk u l-kostruzzjoni fiżika tiegħu.Proġetti oħra tat-TEN, u rabtiet strateġiċi tat-trasport, għandhom jirċievu l-appoġġ fejn ikun hemm ħtieġa qawwija f’termini ta’ kontribuzzjoni għat-tkabbir u għall-kompetittività.

- Se jkun ukoll importanti l-investiment komplementari f’ konnesjonijiet sekondarji fil-kuntest ta’ strateġija reġjonali u integrata ta’ trasport u komunikazzjoni li tkopri ż-żoni urbani u rurali, sabiex ikun żgurat li r-reġjuni jibbenefikaw mill-opportunitajiet maħluqa min-netwerks il-kbar.

- Is-sostenn għall-infrastruttura tal-ferroviji għandu jfittex li jiżgura iktar aċċess. Il-ħlasijiet fuq il-linji tal-ferrovija għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għall-operaturi indipendenti. Għandhom ikabbru wkoll il-ħolqien ta’ netwerk interoperattiv fl-UE kollha. Il-konformità u l-applikazzjoni ta’ l-interoperabilità u l-adattament tas-SEATF fuq il-vaguni tal-ferrovija u fuq il-linji għandhom ilkoll ikunu parti mill-proġetti kollha ffinanzjati.

- Tingħata spinta lin- netwerks tat-trasport li huma sostenibbli ambjentalment, b’mod partikolari fiż-żoni urbani. Din tinkludi faċilitajiet tat-trasport pubbliku (inklużi infrastrutturi tal- park-and-ride ), pjanijiet dwar il-mobilità, toroq bid-dawra, żjieda fis-sigurtà tal-postijiet fejn jiltaqgħu it-toroq, it-traffiku ħafif (lejns għaċ-ċiklisti, mogħdijiet għan-nies li jmorru bil-mixi). Tinkludi wkoll azzjonijiet li jipprovdu aċċessibilità għas-servizzi komuni tat-trasport pubbliku għal ċertu gruppi partikolari (l-anzjani, il-persuni b’diżabilità) u li jipprovdu netwerks ta’ distribuzzjoni għall-fjuwils alternattivi tal-vetturi. Ir-rotot ta’ navigazzjoni interna għandhom jikkontribwixxu wkoll għas-sostenibbiltà tan-netwerks.

- Sabiex tkun iggarantita l-effiċjenza ottimali ta’ l-infrastrutturi tat-trasport biex ikun inkoraġġit l-iżvilupp reġjonali, għandha tingħata attenzjoni biex tittejjeb il- konnessjoni ta’ l-–territorji l-aktar imbiegħda, dawn imdawra bl-art u dawk insulari man-netwerk Transewropew (TEN-T). F’dan ir-rigward, l-iżvilupp ta’ rabtiet sekondarji, b’attenzjoni partikolari għall-inter-modalità u għat-trasport sostenibbli, għandhom jgħinu. B’mod partikolari, il-portijiet u l-ajruporti għandhom ikunu kkollegati ma’ l-intern tal-pajjiż tagħhom.

Għandha tingħata iktar attenzjoni għall-iżvilupp ta’ “ awtostradi tal-baħar” u għall-ġarr fuq il-baħar tul distanzi qosra bħala alternattiva vijabbli għat-trasport tul distanzi twal fuq it-toroq jew bil-ferrovija.

Meta l-Istati Membri jirċievu appoġġ fl-istess ħin kemm mill-Fondi ta’ Koeżjoni u kemm mill-Fondi Strutturali, fil-programmi għandha ssir distinzjoni bejn it-tipi ta’ azzjonijiet ffinanzjati minn kull wieħed mill-Fondi, bil-Fond ta’ Koeżjoni li jkollu ir-rwol ewlieni fl-appoġġ għan-netwerks tat-trasport Transewropew.

Min-naħa tagħhom, il-Fondi Strutturali għandhom ġeneralment jiffokaw fuq l-iżvilupp ta’ infrastruttura marbuta ma’ miżuri li jixprunaw it-tkabbir ekonomiku (bħall-iżvilupp tat-turiżmu, it-titjib biex tiżdied l-attrattiva tal-postijiet industrijali, eċċ). Fir-rigward ta’ l-infrastruttura tat-toroq, l-investimenti għandhom ikunu konformi ukoll ma’ l-għan ġenerali tas-sigurtà fuq it-toroq.

Il-ko-finanzjament mill-Fondi ta’ Koeżjoni u mill-Fondi Strutturali għandu jikkomplementa l-għotjiet mill-baġit għan-Netwerks Transewropej filwaqt li jevita l-irduppjar għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għajnuna Komunitarja. L-Istati Membri individwalment se jkollhom jiddeterminaw minn qabel l-istrument li huwa l-iktar adatt għall-proġetti ppjanati. Il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jingħaqdu mal-parti tal-garanzija għas-self ta’ l-istrumenti tat-TEN.

1.1.2. It-tisħiħ tas-sinerġiji bejn il-ħarsien ambjentali u t-tkabbir

L-investimenti ambjentali jistgħu jagħtu kontribut lill-ekonomija fi tliet modi: jistgħu jiżguraw is-sostenibbiltà tat-tkabbir ekonomiku fuq perjodu twil, inaqqsu l-ispejjeż ambjentali esterni għall-ekonomija (eż. spejjeż tas-saħħa, spejjeż ta’ ikklerjar jew irkupru tad-danni) u jistimulaw l-innovazzjoni u l-ħolqien ta’ l-impjiegi. Il-programmi ta’ koeżjoni tal-ġejjieni għandhom ifittxu li jsaħħu s-sinerġiji potenzjali bejn il-ħarsien ambjentali u t-tkabbir. Li jkunu pprovduti servizzi ambjentali bħall-provvista ta’ ilma nadif, bħall-infrastrutturi għat-trattament ta’ l-iskart u ta’ l-ilma tad-dranaġġ, l-amministrazzjoni tar-riżorsi naturali, id-dekontaminazzzjoni ta’ l-art sabiex titħejja għal attivitajiet ekonomiċi ġodda, u l-ħarsien minn ċerti riskji ambjentali, għandhom ilkoll ikollhom prijorità għolja f’dan il-kuntest.

Sabiex jitkabbru kemm jistgħu l-benefiċċji ekonomiċi u jitnaqqsu kemm jistgħu l-ispejjeż, għandha tingħata prijorità lill-ġlieda kontra t-tniġġis ambjentali fis-sorsi tiegħu. Fis-settur ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-iskart, dan jimplika attenzjoni ffokata fuq il-prevenzjoni ta’ l-iskart, fuq ir-riċiklaġġ u l-bijodegradazzjoni ta’ l-iskart li huma effettivi fejn jidħlu l-ispejjeż u jgħinu joħolqu impjiegi.

L-istrateġiji ta’ l-iżvilupp għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni preċedenti tal-ħtiġijiet u tal-kwistjonijiet speċifiċi ffaċċjati mir-reġjuni, fejn huwa possibbli billi jintużaw indikaturi xierqa. Għandhom isiru sforzi biex titħeġġeġ l-internalizzazzjoni ta’ l-ispejjeż ambjentali esterni, b’sostenn għat-twaqqif u għall-iżvilupp ta’ strumenti li huma bbażati fis-suq (ara, pereżempju, l-istrumenti proposti fil-Pjan ta’ Azzjoni tat-Teknoloġiji Ambjentali). L-Attenzjoni tinġibed f’dan il-kuntest għall-inizjattiva Superviżjoni Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà, li mill-2008 se tipprovdi tagħrif mifrux ma’ l-Ewropa, aġġornat dwar il-kopertura ta’ l-art/l-użu ta’ l-art u l-proprjetajiet ta’ l-oċean kif ukoll l-mapep ta’ l-inċidenti f’każ ta’ diżastri u inċidenti.

Għalhekk, il-linji ta’ gwida rrakkomandati għall-azzjoni huma dawn li ġejjin:

- L-indirizz tal-ħtiġijiet sinifikanti għall-investiment fl- infrastruttura , b’mod partikolari fir-reġjuni ta’ Konverġenza, partikolarment fl-Istati Membri l-ġodda, biex dawn ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni ambjentali fl-oqsma ta’ l-ilma, ta’ l-iskart, u tal-ħarsien tan-natura u ta’ l-ispeċijiet.

- Il-garanzija li jeżistu kondizzjonijiet attraenti għall-impriżi u għall-persunal tagħhom li jkun magħmul minn nies ta’ ħila kbira. Dan jista’ jkun żgurat billi jitħeġġeġl-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art li jnaqqas it-tixrid urban, u billi jkun riabilitat l-ambjent fiżiku, inklużi l-iżvilupp ta’ l-assi naturali u kulturali. L-investimenti f’dan il-qasam għandhom ikunu marbuta direttament ma’ l-iżvilupp ta’ impriżi innovattivi u li joħolqu l-impjiegi fil-postijiet ikkonċernati.

- Il-promozzjoni li flimkien ma’ l-investimenti fl-enerġija u fit-trasport sostenibbli li huma koperti bnadi oħra, jitħeġġu l-investimenti li jikkontribwixxu għall- impenji ta’ Kyoto ta’ l-UE.

- It-teħid tal-miżuri ta’ prevenzjoni tar-riskju permezz ta’ titjib fl-amministrazzjoni tar-riżorsi naturali, permezz ta’ riċerka aktar immirata u użu aħjar ta’ l-ICTs, u permezz ta’ strateġiji politiċi iktar innovattivi dwar l-amministrazzjoni pubblika.

Fejn l-Istati Membri jirċievu appoġġ kemm mill-Fondi ta’ Koeżjoni u kemm mill-Fondi Strutturali, fil-programmi għandha ssir distinzjoni ċara bejn it-tipi ta’ azzjonijiet iffinanzjati minn kull wieħed mill-Fondi, rispettivament.

1.1.3. Ikun indirizzat l-użu intensiv tas-sorsi tradizzjonali ta’ l-enerġija fl-Ewropa

Prijorità relatata hija l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza mill-enerġija tradizzjonali permezz ta’ titjib fl-effiċjenza ta’ l-enerġija u fl-enerġiji li jistgħu jiġġeddu. L-investimenti f’dawn l-oqsma jikkontribwixxu għall-provvista ċerta ta’ l-enerġija għal tkabbir ekonomiku tul perjodu twil ta’ żmien, waqt li jaġixxu bħala sors ta’ innovazzjoni u jipprovdu opportunitajiet għall-esportazzjoni, u li huma effettivi f’termini ta’ nfiq jekk il-prezzijiet ta’ l-enerġija jibqgħu daqshekk għoljin.

L-investiment f’sorsi tradizzjonali ta’ enerġija huwa meħtieġ ukoll, sabiex tkun żgurata provvista ċerta. B’mod partikolari, il-Fondi għandhom jikkonċentraw – fejn ikun hemm evidenza ta’ falliment tas-suq u fejn dan ma jmurx kontra l-liberalizzazzjoni tas-suq – fuq it-tlestija tal-konnessjonijiet bejn post u ieħor, b’enfażi speċjali fuq in-netwerks Transewropej, fuq it-titjib tal-grilji ta’ l-elettriku u fuq it-tlestija u t-titjib tan-netwerks li jwasslu u jqassmu l-gass kif ukoll fejn xieraq fi-reġjuni l-aktar imbiegħda u dawk insulari.

Il-linji ta’ gwida għall-azzjoni relatati ma’ dan it-titolu huma dawn li ġejjin:

- Appoġġ tal-proġetti biex itejbu l- effiċjenza ta’ l-enerġija ,pereżempju fil-bini u t-tixrid ta’ mudelli ta’ żvilupp ta’ enerġija b’intensità baxxa.

- Appoġġ ta’ l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji li jiġġeddu u ta’ teknoloġiji alternattivi (bħar-riħ, tax-xemx, tal-bijomassa), kif ukoll it-tisħin u t-tkessiħ li jistgħu jagħtu vantaġġ lill-UE u għaldaqstant isaħħu l-pożizzjoni kompetittiva tagħha. Investimenti bħal dawn jikkontribwixxu wkoll għall-għan ta’ Liżbona li jiżgura li, sa l-2010, 21% ta’ l-elettriku ikun iġġenerat minn sorsi li jiġġeddu.

- Il-Konċentrazzjoni ta’ l-investiment fis-sorsi ta’ enerġija tradizzjonali jkun ikkonċentrat biex jiġu żviluppati netwerks fejn ikun hemm evidenza ta’ falliment tas-suq.

- Dawn l-investimenti jikkonċernaw l-iktar ir-reġjuni ta’ Konverġenza.

1.2. LINJA TA’ GWIDA: It-titjib ta’ l-għarfien u ta’ l-innovazzjoni għat-tkabbir

L-għanijiet ta’ l-Unjoni fir-rigward tat-tkabbir u tal-ħolqien ta’ l-impjiegi se jeħtieġu ċaqliq strutturali fl-ekonomija lejn attivitajiet ibbażati fuq l-għarfien. Dan jitlob azzjoni fuq numru ta’ fronti: li jkunu indirizzati l-livelli baxxi tar-Riċerka u ta’ l-Iżvilupp tat-Teknoloġija (RTD), b’mod speċjali fis-settur privat; li titħeġġeġ l-innovazzjoni permezz ta’ prodotti, proċessi u servizzi ġodda jew imtejba li jistgħu jlaħħqu mal-kompetizzjoni internazzjonali; li żżied il-kapaċitàjiet reġjonali u lokali sabiex tiġġenera u tassorbi teknoloġiji ġodda (b’mod partikolari l-ICTs); u li jkun ipprovdut iktar sostenn għat-teħid tar-riskji.

L-infiq fl-RTD bħala persentaġġ tal-GDP qed jiżdied, imma biss b’mod marġinali u, b’1.9% tal-GDP, għadu ferm lura mill-għan ta’ Liżbona li huwa ta’ 3%[37] Huwa stmat li żjieda fis-sehem ta’ l-infiq ta’ l-RTD minn 1.9% għal 3% tal-GDP (sabiex tintlaħaq il-mira ta’ Liżbona sa l-2010) se tirriżulta f’żjieda ta’ 1.7% fil-livell tal-GDP sa l-2010[38] Filwaqt li d-defiċit fl-investiment kummerċjali fl-RTD jibqa’ sinifikanti, hemm sinjali li l-investiment pubbliku f’dan il-qasam qiegħed ikun ukoll taħt pressjoni. Il-lakuna ta’ l-RTD u ta’ l-innovazzjoni fi ħdan u bejn il-pajjiżi, b’mod partikolari meta relatat ma’ l-infiq kummerċjali fuq l-RTD, hija ferm ikbar mil-lakuna tad-dħul. Minkejja li twettqu taħlita ta’ inizjattivi nazzjonali u Komunitarji, jeħtieġ iktar azzjoni sabiex il-ħtiġijiet kummerċjali jitqabblu mal-provvista ta’ l-RTD mill-istituzzjonijiet pubbliċi u privati ta’ l-RTD. Il-lakuna ta’ l-Ewropa fl-innovazzjoni qiegħda dejjem tiżdied: l-I scoreboard Ewropew ta’ l-Innovazzjoni juri li l-Ewropa tinsab wara l-Istati Uniti f’9 minn 11-il indikatur ta’ l-Innovazzjoni[39] Anki fi ħdan l-Ewropa, il-lakuna fl-innovazzjoni tippersisti, peress li l-istess Unjoni ġeneralment ma jirnexxilix tbiddel l-iżvilupp teknoloġiku fi prodotti u proċessi kummerċjali. Il-politika ta’ koeżjoni tista’ tgħin biex tindirizza l-problemi ewlenin li qed iwasslu għan-nuqqas ta’ rendiment ta’ l-Ewropa fil-qasam ta’ l-innovazzjoni, li jinkludi sistemi mhux effettivi ta’ innovazzjoni, dinamiżmu intraprenditorjali mhux suffiċjenti jew dewmien fl-adozzjoni ta’ l-ICT min-naħa ta’ l-impriżi.

F’dan il-kuntest, huwa neċessarju li jikbru l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali ta’ l-RTD sabiex jappoġġjaw l-investiment fl-infrastruttura ta’ l-ICT, u jxerrdu t-teknoloġija u l-għarfien permezz ta’ trasferiment teknoloġiku xieraq u ta’ mekkaniżmi ta’ skambju ta’ għarfien. Tqanqil tal-kuxjenza biex tippromwovi użu aħjar tal-potenzjal eżistenti ta’ l-RTD jista’ jitħeġġeġ permezz ta’ ‘għarfien minn qabel’ min-naħa tar-reġjuni u permezz ta’ metodi oħra ta’ ippjanar strateġiku reġjonali, li jinvolvu djalogu regolari u sistematiku mal-partijiet interessati ewlenin. Huwa wkoll importanti li tikber il-kapaċità min-naħa ta’ l-impriżi li jinkorporaw l-RTD, b’mod partikolari l-SMEs, permezz ta’ azzjonijiet sabiex jiżivluppaw ħiliet u kompetenzi; sabiex jitħeġġeġ il-ħolqien u l-użu ta’ aktar nies mogħnija b’talent ta’ kwalità għolja fil-qasam tar-riċerka fl-Ewropa; sabiex jiżdied l-investiment pubbliku u privat fl-RTD u fl-innovazzjoni; u sabiex jitħeġġu s-sħubijiet ta’ l-RTD fir-reġjuni differenti ta’ l-Unjoni. Il-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, pereżempju, joffru l-potenzjal sabiex jaddattaw aħjar il-programmi ta’ riċerka għall-bżonnijiet tan-negozju; politika ta’ koeżjoni jista’ jkollha rwol importanti fl-appoġġ ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Aġendi Strateġiċi ta’ Riċerka tagħhom ma’ l-Unjoni li jinkludu fir-reġjuni l-inqas żviluppati.

Filwaqt li l-għotjiet diretti jibqgħu importanti, b’mod speċjali fir-reġjuni ta’ Konverġenza, hemm il-ħtieġa li l-attenzjoni tkun iffokata fuq li jkunu provduti servizzi kollettivi ta’ kummerċ u teknoloġija lil gruppi ta’ ditti, sabiex dawn ikunu mgħejjuna jtejbu l-attività innovattiva tagħhom. L-għotjiet diretti lil ditti individwali għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-kapaċità ta’ l-RTD u l-innovazzjoni tad-ditta, iktar milli t-tnaqqis temporanju ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha li jiġġeneraw effetti kbar ta’ dejn mhux kopert mill-assi. Dan huwa partikolarment importanti fis-setturi tradizzjonali, b’mod partikolari dawk li jkunu esposti għall-kompetizzjoni globali li jeħtieġu sforzi addizzjonali sabiex jibqgħu kompetittivi, kif ukoll fl-SMEs li ta’ spiss jirrapreżentaw l-ogħla sors ta’ impjiegi fuq livell reġjonali. Fuq kollox, din il-politika jeħtieġ li tkun adattata għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ kull reġjun, u b’mod partikolari għall-ħtiġijiet ta’ l-SMEs. L-istrateġiji nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom ikunu bbażati fuq analiżi komprensiva ta’ l-opportunitajiet ta’ investiment fl-RTD.

L-għarfien u l-innovazzjoni huma fiċ-ċentru ta’ l-isforzi ta’ l-Unjoni għall-promozzjoni ta’ tkabbir iktar mgħaġġel u għal iktar impjiegi. Żewġ programmi qafas relatati huma proposti fuq livell ta’ Unjoni: is-Seba’ programm Qafas għall-RTD u l-Programm Qafas għall-Kompetittività u għall-Innovazzjoni (CIP). Is-sinerġija bejn il-politika ta’ koeżjoni u dawn l-istrumenti hija essenzjali sabiex il-politiki ta’ riċerka u ta’ koeżjoni jsaħħu b’mod reċiproku lil xulxin fuq livell reġjonali bl-istrateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali li juru kif din se tinkiseb. Il-politika ta’ koeżjoni tista’ tgħin lir-reġjuni kollha biex jibnu l-kapaċità tagħhom fir-riċerka u fl-innovazzjoni, u b’hekk tagħti kontribut għall-parteċipazzjoni effettiva ta’ dawk ir-reġjuni fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka u fl-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ l-Unjoni b’mod ġenerali. B’mod partikolari, il-politika ta’ koeżjoni għandha żewġ rwoli importanti. L-ewwel wieħed huwa dak li tgħin lir-reġjuni jimplimentaw l-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ azzjoni ta’ innovazzjoni reġjonali li potenzjalment jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kompetittività, kemm fuq livell reġjonali u kemm fl-Unjoni kollha; it-tieni rwol huwa dak li tikkontribwixxi biex tkabbar il-kapaċità ta’ riċerka u innovazzjoni fir-reġjun sa livell fejn dan ikun jista’ jieħu sehem fi proġetti ta’ riċerka transnazzjonali.

Għalhekk, l-istrateġiji nazzjonali għandhom jikkonċentraw fuq l-investiment fl-RTD, fl-innovazzjoni u fl-intraprendenzat; jiżguraw li dawn l-investimenti jwieġbu għall-ħtiġijiet ta’ l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun u li l-ħila teżisti li r-riċerka tinbidel fi prodott li jista’ jitqiegħed fuq is-suq, f’innovazzjoni ta’ proċessi u servizzi; ikabbru t-trasferiment tat-teknoloġija u l-iskambju ta’ l-għarfien; jinkoraġġixxu l-iżvilupp, it-tixrid u l-użu ta’ l-ICTs fi ħdan id-ditti, u jiżguraw li l-intrapriżi li lesti li jinvestu f’oġġetti u f’servizzi ta’ valur miżjud għoli jkollhom l-aċċess għall-finanzjament. Tali strateġiji għandhom jieħdu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-isperimentazzjoni, sabiex iżidu l-ħila ta’ l-indħil tal-politiki u l-organizzazzjonijiet intermedji sabiex jistimulaw il-parteċipanti reġjonali u lokali, b’mod partikolari l-SMEs, sabiex jinnovaw.

1.2.1. It-tkabbir u t-titjib fil-miri ta’ l-investiment fl-RTD

Il-kompetittività ta’ l-intrapriżi Ewropej tiddependi b’mod kruċjali fuq il-kapaċità tagħhom li jġibu konoxxenza ġdida lis-suq kemm jista’ jkun malajr. L-appoġġ pubbliku għall-RTD jista’ jiġi ġġustifikat fejn il-fallimenti tas-suq huma identifikati u permezz tal-karattru pubbliku ta’ ċerti investimenti ta’ l-RTD. Barra minn hekk, kwistjonijiet marbuta mal-pussess tar-riżultati tar-riċerka u mal-ħtieġa li jintlaħaq l-livell meħtieġ f’ċertu setturi tar-riċerka jipprovdu ġustifikazzjoni għall-appoġġ tal-gvern għall-RTD.

Meta tkun qed tiġi implimentata l-politika reġjonali, għandha titqies in-natura speċifika ta’ l-RTD. B’mod partikolari, l-RTD teħtieġ azzjoni reċiproka mill-qrib bejn dawk involuti sabiex tingħata spinta lill-formazzjoni ta’ punti ta’ eċċellenza li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-livelli meħtieġa. Il-viċinanza ġeografika, ngħidu aħna permezz ta’ gruppi ta’ SMEs u ta’ punti ta’ innovazzjoni madwar l-istituzzjonijiet pubbliċi tar-riċerka, jista’ jkollha rwol ewlieni. B’riżultat ta’ dan, l-attivitajiet ta’ l-RTD bilfors iridu jkunu kkonċentrati fi spazju partikolari filwaqt li trid titrawwem il-kapaċità taż-żoni b’intensità baxxa ta’ RTD li jinkorporawhom.

Fl-Istati Membri u fir-reġjuni l-inqas żviluppati, l-RTD għandha tkun żviluppata madwar punti eżistenti ta’ eċċellenza u għandu jiġi evitat tixrid żejjed ta’ riżorsi f’postijiet differenti. Hawnhekk ukoll, il-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija jistgħu jgħinu jiffokaw l-investimenti fuq l-oqsma ta’ prijorità għar-riċerka. L-investimenti għandhom jikkomplementaw ukoll il-prijoritajiet stabbiliti fis-Seba’ Programm Qafas u jappoġġjaw l-għanijiet ta’ l-aġenda mġedda ta’ Liżbona. Għandha tingħata prijorità lill-iżvilupp ta’ prodotti, servizzi u ħiliet ġodda u li jistgħu isibu post fis-suq.

L-azzjonijiet fl-RTD għandhom jimxu mal-politika ta’ l-RTD ta’ l-UE u mal-ħtiġijiet tar-reġjuni kkonċernati. F’termini ta’ metodu, jeħtieġ li jkunu bbażati fuq metodu analitiku sod, bħal pereżempju l-għarfien minn qabel; kif ukoll fuq l-użu ta’ indikaturi, bħall-brevetti; fuq ir-riżorsi umani fl-RTD; fuq fejn jinsabu l-istituzzjonijiet privati u pubbliċi tar-riċerka; u fuq l-eżistenza ta’ gruppi ta’ impriżi innovattivi.

Il-linji ta’ gwida għall-azzjoni f’dan il-qasam ta’ l-RTD jistgħu jkunu identifikati kif ġej:

- It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-impriżi u bejn l-impriżi u l-istituzzjonijiet pubbliċi tar-riċerka/ta’ l-edukazzjoni terzjarja, pereżempju billi jkun appoġġjat il-ħolqien ta’ gruppi reġjonali u transreġjonali ta’ eċċellenza.

- L-appoġġ ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD fl-SMEs u trasferiment teknoloġiku (sabiex tingħata l-opportunità li l-SMEs ikollhom aċċess għas-servizzi ta’ l-RTD fl-istituzzjonijiet ta’ riċerka ffinanzjati pubblikament).

- Sostenn għal inizjattivi min-naħa għall-oħra tal-fruntiera u dawk transnazzjonali li huma mmirati biex isaħħu l-kollaborazzjoni fir-riċerka u t-trawwim tal-kapaċità f’oqsma prijoritarji tal-politika ta’ riċerka ta’ l-UE.

- It-tisħiħ tat -trawwim tal-kapaċità fir-Riċerka u fl-Iżvilupp (l-R&D), li jinkludi l-ICT, l-infrastruttura tar-riċerka u l-kapital uman f’oqsma b’potenzjal sinifikanti ta’ tkabbir.

Il-programmi - b’mod partikolari għar-reġjuni eliġibbli taħt l-għan tal-Konverġenza - jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ l-infrastruttura ta’ l-RTD (inklużi n-netwerks reġjonali għad- data b’veloċità kbira bejn u fi ħdan l-istabbilimenti tar-riċerka), l-infrastruttura ta’ l-edukazzjoni (f’reġjuni eliġibbli taħt l-għan ta’ Konverġenza), ta’ tagħmir u strumenti kemm fl-istituzzjonijiet ta’ riċerka ffinanzjati b’mod pubbliku u kemm fl-impriżi, bil-kondizzjoni li dawn l-investimenti jkunu marbuta direttament ma’ l-għanijiet ta’ żvilupp ekonomiku reġjonali. Dan jista’ jinkludi infrastruttura ta’ riċerka li l-istudji ta’ probabilità għaliha jkunu ġew iffinanzjati minn Programmi Qafas preċedenti.

Is-sostenn għall-prijoritajiet tas-Seba’ Programm Qafas għandu jfittex li jiżviluppa l-potenzjal sħiħ taċ-ċentri ta’ eċċellenza li qed jitfaċċaw u dawk li hemm diġà u jkabbar l-investiment fil-kapital uman, b’mod partikolari billi jħarreġ riċerkaturi fuq livell nazzjonali u billi joħloq kondizzjonijiet biex jattira lil riċerkaturi li ġew imħarrġa barra mill-pajjiż.

1.2.2. Tiffaċilita l-innovazzjoni u tmexxi ’l quddiem l-imprenditorjat;

L-innovazzjoni hija r-riżultat ta’ proċessi komplessi u li jinteraġixxu, inkluża l-kapaċità ta’ l-intrapriżi li jgħaqqdu l-konoxxenza komplementari minksuba mingħand persuni oħra involuti fis-suq, minn organizzazzjonijiet u minn istituzzjonijiet.

L-investimenti fl-innovazzjoni jirrapreżentaw prijorità ewlenija għall-politika ta’ koeżjoni skond il-kompetittività u l-programmi ta’ impjieg ta’ Konverġenza u Reġjonali. Il-ko-finanzjament tagħhom għandu jkun il-prijorità prinċipali fir-reġjuni koperti mimm dan ta’ l-aħħar, fejn ir-riżorsi finanzjarji limitati jeħtieġ li jkunu kkonċentrati sabiex jintlaħaq il-livell meħtieġ u jkun iġġenerat effett qawwi.

L-għan ewlieni għandu jkun li jitħeġġeġambjent kummerċjali li jagħti spinta lill-produzzjoni, lit-tqassim u lill-użu ta’ għarfien ġdid min-naħa ta’ l-impriżi. Sabiex jinħolqu sistemi ta’ innovazzjoni reġjonali li jkunu effiċjenti, l-atturi ekonomiċi, soċjali u politiċi jeħtieġ li jiġu f’kuntatt ma’ l-aħjar teknoloġija u prattika tan-negozju fid-dinja, li tmur lilhinn mil-livell nazzjonali jew lokali. F’dan ir-rigward, irid ikun hemm tiftix għal kooperazzjoni maċ-Ċentri li Jwasslu l-Innovazzjoni u ma’ l- Euro-Info-Centres li huma ffinanzjati taħt il-programmi CIP, b’mod speċjali fil-qasam tat-teknoloġija u t-tixrid ta’ l-informazzjoni transnazzjonali.

Il-kumpaniji li jkunu għadhom fil-bidu, b’mod partikolari dawk marbuta ma’ l-RTD, jeħtieġ li jkunu appoġġjati bil-għan li jiżviluppaw sħubijiet ma’ istituzzjonijiet tar-riċerka bbażati fuq viżjoni tul perjodu twil ta’ żmien u fuq direzzjoni ċara tas-suq. Il-politika ta’ koeżjoni għandha tfittex li tikkumpensa għall-falliment tas-suq li jfixkel l-innovazzjoni u l-intraprendenzat. L-azzjonijiet għandhom ifittxu li jibnu fuq il-punti eżistenti ta’ attività sabiex ikun utilizzat il-potenzjal reġjonali għall-RTD u sabiex jitrawmu n-netwerking u l-kooperazzjoni teknoloġika fi ħdan u bejn ir-reġjuni.

L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tar-riċerka, is-settur privat u s-settur pubbliku jutilizzaw b’mod sħiħ is-sinerġiji potenzjali ta’ bejniethom.

F’termini ta’ metodu, l-istrateġiji ta’ l-iżvilupp ekonomiku għandhom jittejbu permezz tal-ġbir ta’ data dwar attivitajiet innovattivi eżistenti fir-reġjuni konċernati, pereżempju, dwar kif il-privat jikseb brevett jew dwar in-natura, l-iskop u l-potenzjal ta’ l-iżvilupp ta’ gruppi eżistenti ta’ attivitajiet innovattivi, inklużi dawk li jinvolvu kemm lill-istituzzjonijiet privati ta’ riċerka kif ukoll lil dawk pubbliċi. F’dan ir-rigward, is-Servejs tal-Komunità dwar l-Innovazzjoni u l-I scoreboard Ewropew ta’ l-Innovazzjoni huma wkoll ta’ għajnuna.

Il-linji ta’ gwida għall-azzjoni relatati ma’ dan it-titolu huma dawn li ġejjin:

- L-innovazzjoni u l-edukazzjoni reġjonali ta’ l-RTD ikunu provduti b’mod iktar effiċjenti u aċċessibbli għad-ditti, b’mod partikolari għall-SMEs, pereżempju, billi jiġu stabbiliti punti ta’ eċċellenza, li jġibu flimkien lill-SMEs b’teknoloġiji ta’ livell għoli u l-istituzzjonijiet tar-riċerka u t-teknoloġija, jew billi jkunu żviluppati u jinħolqu gruppi reġjonali madwar kumpaniji kbar.

- Il-provvista ta’ servizzi ta’ sostenn għan-negozju sabiex jippermettu lill-intrapriżi, u b’mod speċjali lill-SMEs, iżidu l-kompetittività u jsiru internazzjonali, b’mod partikolari billi jaħtfu l-opportunitajiet maħluqa mis-Suq Intern. Is-servizzi tan-negozju għandhom jagħtu prijorità lill-utlizzazzjoni tas-sinerġiji (pereżempju it-trasferiment tat-teknoloġija, iż-żoni fejn issir ir-riċerka xjentifika, iċ-ċentri tal-komunikazzjoni ta’ l-ICT, l-inkubaturi u servizzi relatati, il-kooperazzjoni mal-gruppi) u jagħtu iktar sostenn tradizzjonali fl-oqsma ta’ amministrazzjoni, bejgħ, għajnuna teknika, reklutaġġ, u servizzi oħra professjonali u kummerċjali.

- Il-garanzija ta’ l-użu sħiħ tal-punti tajbin Ewropej fil-qasam ta’ l- eko-innovazzjonijiet. Flimkien mat-titjib tal-prattika ta’ l-SMEs, l-eko-innovazzjonijiet għandhom jitħeġġu inkoraġġiti permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni ambjentali. Billi jinvestu issa f’dan il-qasam, l-impriżi ta’ l-UE se jkunu f’pożizzjoni b’saħħitha fil-futur qarib meta reġjuni oħra jibdew japprezzaw il-ħtieġa ta’ teknoloġiji bħal dawn. Dan huwa qasam b’rabta ċara mal-Programm Qafas għall-Kompetittività u għall-Innovazzjoni.

- Il-Promozzjoni ta’ l- intraprendenza , li tiffaċilita l-ħolqien u l- iżvilupp ta’ ditti ġodda, u tinkoraġġixxi kumpaniji li joffru pjattaforma ġdida għan-negozju ( spin-out) u kumpaniji li ġejjin ( spin-off) minn istituzzjonijiet ta’ riċerka jew ditti li jużaw teknika differenti (pereżempju, it-trawwim ta’ l-għarfien; il-ħolqien ta’ prototipi; it-tagħlim privat u l-forniment ta’ appoġġ maniġerjali u teknoloġiku lil dawk li jixtiequ jsiru intraprendituri).

Huwa importanti li jkun żgurat li l-kumpaniji, inklużi l-SMEs, jistgħu jagħmlu użu kummerċjali mir-riżultati tar-riċerka.

Is-servizzi tan-negozju għandhom preferibbilment jitwettqu mis-settur privat jew minn organizzazzjonijiet li jinkludu kemm il-pubbliku kif ukoll il-privat. Is-servizzi għandhom ikunu ta’ l-ogħla livell, disponibbli minnufih, faċli biex wieħed ikollu aċċess għalihom u jwieġbu għall-ħtiġijiet ta’ l-SMEs. Il-kwalità tas-servizzi għandha tkun iddefinita u immonitorjata u għandu jkun hemm koerenza bejn il-fornituri tas-servizz, eż. billi jiġu stabbiliti sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u one-stop shops.

Il-proċeduri amministrattivi spiss huma wisq kumplessi. L-informazzjoni u s-sostenn inizjali għandhom ikunu disponibbli minn netwerk ta’ one-stop shops , li jistgħu jipprovdu kollegament bejn is-settur pubbliku u l-applikant għall-għotja; dan għandu jinkludi l-azzjonijiet differenti li huma ko-finanzjati mill-Politika ta’ Koeżjoni. Dawn il-fornituri għandu jkollhom kompetenza fil-firxa sħiħa ta’ l-għajnuniet ta’ l-Istat – b’mod indipendenti mir-responsabbiltajiet nazzjonali u reġjonali – u miri għall-effiċjenza tal-ħidma tagħhom li huma mmonitorjati regolarment.

Fejn iċ-ċirkostanzi jkunu adattati, għandu jkun disponibbli sostenn li jkun magħmul apposta għal kategoriji speċifiċi ta’ negozju (eż. kumpaniji li għadhom jibdew jew li ġew trasferiti reċentement) jew għall-intraprendituri (eż. żgħażagħ, nisa, ħaddiema li huma ikbar fl-età, jew dawk li jkunu ġejjin minn komunitajiet ta’ minoranza etnika). L-edukazzjoni fl-intraprendenza għandha tkun ukoll inkoraġġita fl-iskejjel.

1.2.3. Titħeġġeġ is-soċjetà ta’ l-informazzjoni għal kulħadd

It-tixrid ta’ l-ICT fl-ekonomija ta’ l-Unjoni kollha jirrapreżenta lieva ewlenija biex jittejbu l-livelli tal-produttività u l-kompetittività tar-reġjuni. It-tixrid ta’ l-ICT jinkoraġġixxi wkoll l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-metodi ta’ produzzjoni u l-itfaċċar ta’ negozji u servizzi privati ġodda. It-twettiq effiċjenti u effettiv tas-servizzi pubbliċi – b’mod partikolari l-gvern elettroniku (e-gvern) u s-saħħa elettronika (e-saħħa) – għandu potenzjal sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku u biex ikun hemm servizzi ġodda. It-tixrid tat-teknoloġija jista’ jikkontribwixxi għal żvilupp reġjonali billi jiffavorixxi l-ħolqien u t-tkabbir ta’ punti ta’ eċċellenza fl-attivitajiet ta’ l-ICT u billi jiżviluppa l-kapaċità ta’ kollegament u netwerking fost l-intrapriżi u b’mod partikolari fost l-SMEs. Il-miżuri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi bil-għan li jiffaċilitaw u jistimulaw l-investiment privat fl-ICT filwaqt li tkun garantita l-kompetizzjoni fis-settur ta’ l-ICT.

Il-miżuri tal-politika għandhom għalhekk jiffokaw fuq il-konnettività. Dan jinkludi t-titjib tas-servizzi ta’ sostenn ta’ l-innovazzjoni għall-SMEs bl-għan partikolari li jiġi inkoraġġit it-trasferiment tat-teknoloġija bejn l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-intrapriżi. Teħtieġ ukoll l-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa fl-ekonomija ta’ l-għarfien u biex tiżviluppa il-kontenut permezz tat-twettiq ta’ applikazzjonijiet u servizzi (bħall-gvern elettroniku, in-negozju elettroniku, it-tagħlim elettroniku u s-saħħa elettronika), li jipprovdu alternattivi interessanti għal mudelli oħra li jwasslu servizz li spiss iġibu magħhom iktar spejjeż. Dan huwa partikolarment rilevanti għal żoni mbiegħda u li ftit li xejn ikunu ppopolati kif ukoll għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-ġżejjer jew żoni li huma żvantaġġjati naturalment. Ovvjament l-użu u l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi li jkunu bbażati fuq il-kontenut jista’ jaħdem biss jekk l-infrastruttura xierqa tkun disponibbli u tista’ tiflaħ għas-servizzi tal- broadband . Huwa għalhekk importanti li min-naħa għall-oħra ta’ l-Unjoni jkun hemm infrastruttura xierqa tal-komunikazzjoni broadband li tkun disponibbli bi prezz aċċessibbli.

Bħala regola ġenerali, investiment fl-infrastruttura ta’ l-ICT għandu jqis l-iżvilupp teknoloġiku mgħaġġel, ir-rispett tal-prinċipji ta’ newtralità teknoloġika u ta’ l-aċċess miftuħ. Il-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni u ma’ l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi hija essenzjali.

L-azzjonijiet jeħtieġ li jkunu bbażati fuq indikaturi tal-kuntest li huma relatati ma’ l-istruttura ekonomika eżistenti (li tinkludi l-ispeċjalizzazzjoni industrijali; il-livell ta’ l-iżvilupp ekonomiku; il-kwalità tal-kapaċità ta’ kollegament ma’ l-ICTs u s-sinerġiji potenzjali bejn il-punti reġjonali ta’ l-attività ekonomika). L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet reġjonali għandha tqis l-inizjattivi eżistenti ta’ l-Unjoni favur l-ICTs, b’mod partikolari l-2010 – Soċjetà Ewropea ta’ l-Informazzjoni għat-tkabbir u għall-impjiegi[40]

Peress li l-ICTs jgħaddu mis-setturi kollha ta’ l-ekonomija u tas-soċjetà, huwa importanti ħafna li l-Istati Membri u r-reġjuni jiżviluppaw strateġiji kompatibbli ta’ soċjetà ta’ l-informazzjoni li jiżguraw koerenza u integrazzjoni fost is-setturi, billi jibbilanċjaw il-miżuri ta’ provvista u domanda fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet lokali meħtieġa, tal-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, u ta’ appoġġ qawwi pubbliku u politiku.

Il-linji ta’ gwida għall-azzjoni huma kif ġej:

- Il-garanzija ta’ l-użu ta’ l-ICTs min-naħa tad-ditti u tal-familji u jitħeġġeġl-iżvilupp permezz ta’ sostenn bilanċjat għall-provvista u għad-domanda ta’ prodotti u servizzi kemm pubbliċi u kemm privati ta’ l-ICT, kif ukoll permezz ta’ żjieda fl-investiment fil-kapital uman. Dawn l-azzjonijiet għandhom iżidu l-produttività, jagħtu spinta lil ekonomija diġitali miftuħa u l-kompetittiva u lil soċjetà inklussiva (pereżempju, it-titjib fl-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità u għall-anzjani), u b’hekk jinkoraġġixxu t-tkabbir u l-impjiegi.

- Il-garanzija ta d-disponibilità ta’ l-infrastruttura ta’ l-ICT u s-servizzi relatati f’sitwazzjonijiet fejn is-suq jonqos milli jipprovdiha bi prezz aċċessibbli u f’livell adegwat biex tappoġġja s-servizzi meħtieġa, b’mod speċjali f’żoni mbiegħda u rurali u fl-Istati Membri l-ġodda.

1.2.4. It-titjib ta’ l-aċċess għall-finanzjament

Ingredjent ieħor ewlieni għall-promozzjoni ta’ l-għarfien u ta’ l-innovazzjoni huwa li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament. Biex jitrawmu t-tkabbir u l-ħolqien ta’ l-impjiegi, l-intraprendituri u l-intrapriżi jridu jagħrfu li se jkunu ppremjati għall-investiment tagħhom fl-iżvilupp u fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi iktar milli kieku jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq, pereżempju, l-attivitajiet marbuta mat-tiftix tal-kiri.

L-aċċess għall-finanzjament f’dan il-kuntest huwa spiss diffiċli, u għaldaqstant joħloq ostaklu għat-tkabbir u għall-ħolqien ta’ l-impjiegi. Huwa importanti li jittejjeb l-aċċess għall-kapital kemm għall-attivitajiet ta’ l-RTD u kemm għall-intrapriżi li jkunu għadhom jibdew. Jeħtieġ li jkunu żviluppati swieq ta’ kapital b’riskju relatati ma’ l-attivitajiet ta’ innovazzjoni flimkien mat-twaqqif ta’ ambjent regolatorju aħjar li jagħmel l-intraprendenza iktar faċli.

Dawn il-programmi għandhom jitwettqu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Fond Ewropew ta’ l-Investiment (EIF) taħt l-inizjattiva JEREMIE sabiex ikunu żviluppati r-riżorsi finanzjarji fiż-żoni fejn l-intraprendenza hija mfixkla min-nuqqasijiet tas-suq minħabba r-riskji kbar assoċjati ma’ l-attivitajiet ta’ l-RTD. Irid jitqies ukoll l-impatt tas-sostenn tal-gvern għall-ħolqien tan-negozju, sabiex ikun evitat l-iffullar ta’ l-investiment privat u ta’ miżuri li jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni. Il-koordinazzjoni bejn il-fondi għandhom jittejbu.

Il-kapital mill-interessi tal-privat u għal proġetti ta’ riskju, u l-fondi rotativi għall-kumpaniji li għadhom jibdew għandu jkollhom rwol essenzjali bħala magna ta’ l-intraprendenza, ta’ l-innovazzjoni u tal-ħolqien ta’ l-impjiegi; l-istituzzjonijiet tas-settur pubbliku mhux dejjem ikunu adattati biex jittieħed xi riskju. Il-prijorità għandha tkun dik li jinħolqu jew jiżdiedu l-fornituri tal-kapital li jitqiegħed f’riskju kbir u tal-garanziji tal-bank, fejn ikun hemm nuqqas tas-suq. Tipikament, dawn se jkunu iktar effettivi jekk jipprovdu pakkett integrat ta’ sostenn, li jibda mit-taħriġ li jseħħ qabel il-bidu jew it-tkabbir ta’ l-intrapriża.

Fuq il-bażi ta’ dawn il-prinċipji, il-linji ta’ gwida għall-azzjoni :

- Ikunu sostnuti strumenti ta’ mingħajr konċessjoni bħal self, finanzjament fis-sod ta’ dejn għal dejn subordinat, strumenti konvertibbli (dejn mezzanin) u kapital ta’ riskju (eż. kapital allokat għal xi proġett u kapital ta’ riskju). L-għotjiet għandhom jintużaw biex jinbnew u jinżammu infrastrutturi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament (eż. uffiċċji ta’ trasferiment ta’ teknoloġija, inkubaturi, netwerks ta’ “business angels” (persuni li jinvestu kapital privat f’kumpanija li għadha kemm bdiet, speċjalment jekk jingħataw lura ishma fil-kumpanija), programmi ta’ dispożizzjoni ta’ investiment). Mekkaniżmi ta’ garanzija u ta’ garanzija reċiproka għandhom ikunu sostnuti, b’mod partikolari biex ikun faċilitat l-aċċess għall-mikro-kreditu min-naħa ta’ l-SMEs. L-EIB u l-EIF jistgħu jipprovdu dħul importanti f’dan ir-rigward.

- Jiżviluppaw approċċ integrat li jappoġġja simultanjament l-innovazzjoni, it-trasferiment tiegħu fl-attività l-ġdida kommerċjali u d-disnpobbiltà tal-kapital ta’ riskju.

- Jintlaħqu ċerti gruppi speċifiċi , pereżempju intraprendituri żgħażagħ jew nisa jew dawk li jkunu ġejjin minn gruppi żvantaġġjati.

Huwa partikolarment importanti li ssir ħidma mill-qrib ma’ l-EIF fid-dawl tal-kompetenza li dan żviluppa matul numru ta’ snin, sabiex l-SMEs jingħataw is-sostenn meħtieġ, filwaqt li fl-istess ħin jkun żviluppat is-suq Ewropew ta’ riskju ta’ kapital. Dan jista’ jinvolvi l-parteċipazzjoni fl-inizjattiva JEREMIE.

1.3. LINJA TA’ GWIDA: Atar impjiegi u ta’ kwalità aħjar

Fit-tnedija mill-ġdid ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona, il-Kunsill Ewropew approva uffiċjalment sett wieħed ta’ Linji ta’ Gwida li jiġbru flimkien il-Linji ta’ Gwida Ġenerali tal-Politika Ekonomika u l-Linji ta’ Gwida ta’ l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol[41], biex b’hekk ġiet integrata l-politika makro-ekonomika, dik mikro-ekonomika flimkien mal-politika tax-xogħol għat-tkabbir u għall-impjiegi. Skond l-abbozz tar-regolamenti tal-Fond[42], fil-qasam ta’ l-impjiegi u tar-riżorsi umani, il-prijoritajiet tal-Linji ta’ Gwida Strateġiċi tal-Komunità dwar il-koeżjoni għandhom huma dawk ta’ l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol[43] ipprovdut mir-Rakkomandazzjonijiet ta’ l-UE dwar ix-Xogħol li joffruprijoritajiet li huma speċifiċi għall-pajjiżi differenti.

It-triq li twassal għal xogħol għal kulħadd u għal iktar produttività tiddependi minn firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet, inklużi dawk li diġà ġew diskussi aktar ’il fuq. L-investiment fl-infrastruttura, l-iżvilupp tan-negozju u r-riċerka jtejbu l-opportunitajiet biex wieħed isib impjieg, kemm fuq perjodu qasir ta’ żmien minħabba l-effett inizjali u kemm fuq perjodu itwal ta’ żmien minħabba l-effett pożittiv tagħhom fuq il-kompetittività. Sabiex l-impjiegi li jirriżultaw minn dawn l-investimenti jkunu l-akbar numru possibbli u joħolqu impjiegi permanenti ta’ kwalità għolja, l-kapital uman għandhu jkun aktar żviluppat u mtejjeb

F’termini ta’ żvilupp ta’ kapital uman, il-Linji ta’ Gwida tax-Xogħol jenfażizzaw tliet azzjonijiet prijoritarji għall-istrateġiji politiċi ta’ l-Istati Membri:

- jiġu attirati u miżmuma iktar nies fl-impjiegi u jiġu mmodernizzati s-sistemi ta’ ħarsien soċjali;

- tittejjeb l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi u l-flessibilità tas-swieq tax-xogħol;

- jiżdied l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u snajja aħjar.

Barra min hekk, dawn il-prijoritajiet, għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-investimenti għaleffiċjenza aħjar fl-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll lill-infrastrutturi soċjali, ta’ l-edukazzjoni u tas-saħħa.

Il-politika ta’ koeżjoni għandha tkun iffokata biex tindirizza l-isfidi speċifiċi ta’ l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol f’kull Stat Membru, billi tappoġġja azzjonijiet li jaqgħu taħt l-objettivi ta’ konverġenza u kompetittività reġjonali u ta’ l-impjieg filwaqt li tqis l-ambitu ta’ l-attivitajiet definiti fil-qafas leġiżlattiv. Il-medda ta’ azzjonijiet eliġibbli u ta’riżorsi finanzjarji hija ikbar għall-ewwel objettiv. Għal dak ta’ l-aħħar, r-riżorsi ta’ l-UE jeħtieġu li jkunu ferm iktar iffokati sabiex jinkiseb impatt sinifikanti.

Il-programmi ta’ l-impjiegi u ta’ żvilupp tar-riżorsi umani għandhom iqisu l-isfidi u l-prijoritajiet li huma speċifiċi għal kull pajjiż, kif inhu enfażizzat fir-Rakkomandazzjonijiet dwar l-Impjiegi. Il-programmi amministrati fuq livell nazzjonali jew reġjonali, għandhom jindirizzaw b’mod effettiv id-differenzi territorjali u jkunu addattati għaż-żoni differenti.

Fl-aħħar, waħda mill-aspetti l-aktar viżibbli tal-valur Ewropew miżjud fil-perjodu ta’ bejn l-2000-2006 tal-Fondi Strutturali kien is-sostenn lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jaqsmu l-esperjenzi, u jibnu netwerks, u b’hekk jippromwovu l-innovazzjoni. F’dan il-kuntest, l-esperjenza miksuba permezz ta’ l-Inizjattiva Komunitarja EQUAL għandha tiġi kapitalizzata permezz ta’ l-ugwaljanza tal-prinċipji li fuqhom inbniet – l-innovazzjoni; it-transnazzjonalità; l-isħubija; u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

1.3.1. Jiġbdu u jżommu aktar nies fl-impjieg u jimmodernizzaw is-sistemi tal-ħarsien soċjali

Li titwessa’ l-bażi ta’ l-attività ekonomika, li jiżdiedu l-livelli ta’ l-impjiegi u li jitnaqqas il-qgħad huma kollha metodi kruċjali biex ikun sostnut it-tkabbir ekonomiku, jitħeġġu s-soċjetajiet inklussivi u jkun miġġieled il-faqar. Li tiżdied il-parteċipazzjoni fl-impjiegi huwa ferm iktar neċessarju minħabba t-tnaqqis mistenni fil-popolazzjoni ta' età tax-xogħol. Fil-qafas tal-Linji ta’ Gwida ta’ l-Impjiegi, il-Gwidi ta’ linja għall-azzjoni tħat din l-intestatura huma li ġejjin:

- Jimplimentaw strateġiji politiċi ta’ impjieg maħsuba biex jinkiseb xogħol għal kulħadd, biex itejbu l-kwalità u l-produttività fuq il-post tax-xogħol, u biex isaħħu l-koeżjoni soċjali u territorjali

- Jippromwovu metodu ‘ċiklu tal-ħajja’ għax-xogħol

- Jiżguraw swieq tax-xogħol inklużivi, ikabbru l-attrattiva tax-xogħol, u juru x-xogħol bħala mezz li jrendi f’għajnejn dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol, inklużi n-nies żvantaġġjati u dawk li mhumiex attivi.

- Itejbu l-mod kif jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq identifikazzjoni preċedenti tal-ħtiġijiet permezz ta’, pereżempju, l-użu ta’ indikaturi nazzjonali u/jew reġjonali rilevanti bħall-qgħad u r-rati ta’ parteċipazzjoni, ir-rati ta’ qgħad fuq perjodu twil ta’ żmien, ir-rati tal-popolazzjoni li tkun qed tissogra l-faqar u l-livell tad-dħul. Għandha tinġibed l-attenzjoni fuq il-livell lokali, fejn id-differenzi kbar jistgħu ma jiġux nnutati mill-istatistika tal-livell reġjonali.

Il-preżenza ta’ istituzzjonijiet effiċjenti u effettivi tas-suq tax-xogħol, b’mod partikolari servizzi tax-xogħol li jkunu jistgħu jirrispondu għall-isfidi ta’ ristrutturar ekonomiku u soċjali mgħaġġel u tat-tixjiħ demografiku hija essenzjali sabiex ikun sostnut il-forniment tas-servizzi lil dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol, lin-nies qiegħda u lil dawk żvantaġġjati, u jistgħu jkunu appoġġjati mill-Fondi Strutturali. Dawn l-istituzzjonijiet għandhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol u biex jipprovdu servizzi fuq bażi personalizzata bil-għan li jinkoraġġixxu l-mobilità fl-impjiegi u l-mobilità ġeografika u biex jitqabblu l-provvista ta’, u d-domanda għax-xogħol, inkluż fuq livell lokali. Għandhom jgħinu biex ikunu antiċipati n-nuqqasijiet u l-ostakli fis-suq tax-xogħol u l-ħtiġijiet fil-qasam ta’ l-impjiegi u tas-snajja. B’riżultat ta’ dan l-amministrazzjoni pożittiva tal-migrazzjoni ekonomika tkun assistita wkoll. L-aċċess faċli u t-trasparenza tas-servizzi offruti huma kruċjali. In-netwerk EURES għandu rwol ċentrali fiż-żjieda tal-mobilità ġeografika u ta’ l-impjiegi, kemm fuq livell Ewropew kemm fuq livell nazzjonali[44]

Prijorità importanti għandha tkun dik li jissaħħu l-miżuri attivi u preventivi tas-suq tax-xogħol sabiex jingħelbu l-ostakli li wieħed jiffaċċja biex jidħol jew jibqa’ fis-suq tax-xogħol u sabiex titħeġġeġ l-mobilità ta’ dawk li qed ifittxu x-xogħol, għan-nies qiegħda u għal dawk li mhumiex attivi, għall-ħaddiema mdaħħla fiż-żmien kif ukoll għal dawk li jkunu qed jirriskjaw li jibqgħu bla xogħol, b’attenzjoni partikolari għall-ħaddiema mingħajr sengħa. L-azzjoni għandha tiffoka fuq li jkunu provduti servizzi personalizzati, li jinkludu għajnuna fit-tiftix għax-xogħol, fit-taħriġ u biex wieħed isib l-aħjar impjieg għalih u fit-taħriġ biex jiġu rranġati l-ħiliet ta’ min qiegħed ifittex x-xogħol u l-ħaddiema għall-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol lokali. Għandu jitqies il-potenzjal kollu għall-ħolqien ta’ xogħol indipendenti u ta’ negozju, u anki tal-ħiliet ta’ l-ICT u tal-konoxxenza tal-qasam diġitali. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil:

- l-implimentazzjoni tal- Patt Ewropew taż-Żgħażagħ , billi jkun iffaċilitat l-aċċess għax-xogħol għaż-żgħażagħ, billi titħaffef it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol, inkluż permezz ta’ gwida għall-għażla tal-karriera, għajnuna biex wieħed itemm l-edukazzjoni, aċċess għal taħriġ xieraq u għal apprendistati;

- l-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għall-ugwaljanza bejn is-sessi bl-integrazzjoni u azzjoni speċifika biex tiżdied il- parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol, biex tonqos is-segregazzjoni ta’ l-impjiegi u jkunu indirizzati d-differenzi fil-ħlas bejn in-nisa u l-irġiel u l-istereotipi marbuta mas-sess u biex jitħeġġu ambjenti tax-xogħol li jiffavorixxu iktar il-familja, u biex ma jkunx hemm kunflitti bejn il-ħajja professjonali u dik privata. Għal persuni dipendenti huwa kruċjali li jiġi ffaċilitat l-aċċess għal servizzi ta’ kura għat-tfal u għal servizzi oħra ta’ kura, flimkien ma’ l-inklużjoni kemm tan-nisa u kemm ta’ l-irġiel fl-istrateġiji politiċi u fil-miżuri, u flimkien mat-trawwim ta’ l-għarfien u d-djalogu fost il-partijiet interessati;

- azzjoni speċifika biex jissaħħaħ l-aċċess min-naħa ta’ l-emigranti għas-suq tax-xogħol u sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni soċjali tagħhom, permezz tat-taħriġ u tat-tisħiħ tal-kompetenzi miksuba barra mill-pajjiż, ta’ gwida personalizzata, ta’ taħriġ fl-ilsna, ta’ appoġġ xieraq għall-intraprendenza u għat-trawwim ta’ l-għarfien fost min jimpjega u fost il-ħaddiema emigranti dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u t-tisħiħ ta’ l-infurzar tar-regoli kontra d-diskriminazzjoni.

Prijorità importanti oħra għandha tkun dik li jkunu żgurati swieq tax-xogħol inklużivi għall-persuni żvantaġġati jew li jkunu qed jirriskjaw l-esklużjoni soċjali, bħal pereżempju dawk li joħorġu kmieni mill-iskola, nies li ilhom qiegħda għal żmien twil, minoranzi u persuni b’diżabilità.

Dan jitlob firxa iktar wiesgħa ta’ sostenn sabiex jinħolqu mogħdijiet li jwasslu għall-integrazzjoni u jiġġieldu d-diskriminazzjoni. L-għan għandu jkun li:

- tittejjeb il-possibbiltà tagħhom li jkunu impjegati billi tikber il-parteċipazzjni fl-edukazzjoni vokazzjonali u fit-taħriġ, fir-riabilitazzjoni u fl-inċentivi xierqa u fl-arranġamenti tax-xogħol, kif ukoll fl-appoġġ soċjali u s-servizzi ta’ kura meħtieġa, inkluż permezz ta’ l-iżvilupp ta’ l-ekonomija soċjali;

- tkun miġġielda d-diskriminazzjoni u titħeġġeġ l-aċċettazzjoni tad-diversità fil-post tax-xogħol permezz ta’ kampanji ta’ taħriġ u ta’ trawwim ta’ għarfien li fihom ikunu involuti b’mod sħiħ il-komunitajiet lokali u l-intrapriżi.

1.3.2. Jitjiebu l-addattabilità tal-ħaddiema u ta’ l- intrapriżi u l-flessibilità tas-suq tax-xogħol

Fid-dawl tal-pressjoni li dejjem tikber minħabba l-globalizzazzjoni, inklużi x-xokkijiet kummerċjali li jseħħu f’daqqa waħda u li ma jkunux mistennija, u minħabba l-introduzzjoni kontinwa ta’ teknoloġiji ġodda, l-Ewropa trid iżżid il-kapaċità tagħha biex tantiċipa, tagħti bidu u tassorbi l-bidla ekonomika u soċjali. Fil-qafas tal-Linji ta’ Gwida ta’ l-Impjiegi, il-Linji ta’ gwida għall-azzjoni tħat din l-intestatura huma li ġejjin:

- Jinkoraġġixxu l-flessibilità flimkien mas-sigurtà ta’ l-impjieg, u jnaqqsu s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, waqt li jqisu r-rwol tas-sħab soċjali.

- Jiżguraw żviluppi fl-ispejjeż tax-xogħol li jiffavorixxu l-impjiegi u mekkaniżmi fl-iffissar tal-pagi.

L-attenzjoni ewlenija għandha tkun fuq l-azzjonijiet li jinkoraġġixxu l-investiment fir-riżorsi umani min-naħa ta’ l-intrapriżi, b’mod speċjali l-SME, u min-naħa tal-ħaddiema permezz ta’ strateġiji u sistemi ta’ tagħlim għal matul il-ħajja li jipprovdu lill-impjegati, b’mod partikolari l-ħaddiema li ma jkunux tas-sengħa u dawk imdaħħla fiż-żmien, bil-ħiliet neċessarji sabiex jadattaw irwieħhom għall-ekonomija ta’ l-għarfien u sabiex itawlu l-ħajja tagħhom tax-xogħol. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil:

- l-iżvilupp ta’ strateġiji u sistemi ta’ tagħlim għal matul il-ħajja inklużi mekkaniżmi bħall-fondi reġjonali u tas-settur, bil-għan li jiżdied l-investiment mill-intrapriżi u tiżdied il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-taħriġ;

- L-implimentazzjoni ta’ strateġiji tali permezz ta’ kontribuzzjoni biex jingħataw il-fondi għall-iskemi u għall-attivitajiet ta’ taħriġ. Għandha tingħata prijorità lill-SMEs, li tinkludi li jkun iffaċilitat l-aċċess tagħhom għal sorsi esterni ta’ kompetenza, inġinerija finanzjarja, bħall-istrument JEREMIE u soluzzjonijiet ta’ taħriġ – bl-enfażi titqiegħed fuq il-ħiliet relatati ma’ l-ICT u ma’ l-amministrazzjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għaż-żieda tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema li ma jkunux tas-sengħa jew li jkunu mdaħħla fiż-żmien fit-taħriġ u fit-taħriġ mill-ġdid.

Antiċipazzjoni aħjar u amministrazzjoni pożittiva tar-ristrutturar ekonomiku, b’mod speċjali b’riżultat tal-bidliet marbuta mal-ftuħ tal-kummerċ, huma partikolarment importanti. Għandha tingħata attenzjoni għall-ħolqien ta’ sistemi ta’ monitoraġġ li jinvolvu lis-sħab soċjali, lill-intrapriżi u lill-komunitajiet lokali, sabiex ikunu osservati bir-reqqa l-bidliet soċjo-ekonomiċi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u sabiex ikunu vvalutati t-tendenzi futuri ta’ l-ekonomija u tas-swieq tax-xogħol. Għandu jkun hemm sostenn għall-programmi li għandhom l-għan li jimmodernizzaw is-swieq tax-xogħol u jantiċipaw il-bidliet gradwali fl-Unjoni kollha b’mod partikolari f’setturi bħall-agrikoltura, it-tessuti, il-karozzi u l-minjieri, flimkien ma’ miżuri attivi biex jissaħħaħ il-benesseri ekonomiku tar-reġjuni. Hemm post ukoll għal servizzi speċifiċi għax-xogħol, għat-taħriġ u għas-sostenn tal-ħaddiema fil-kuntest tar-ristrutturar tal-kumpanija jew tas-settur, bħal pereżempju skemi ta’ rispons mgħaġġel fil-każ ta’ sensji kollettivi.

Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-iżvilupp u lit-tixrid ta’ l-għarfien dwar forom innovattivi u adattabbli ta’ l-organizzazzjoni tax-xogħol sabiex jinkiseb vantaġġ mit-teknoloġiji l-ġodda – inkluż it- teleworking, it-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol (pereżempju s-sigurtà industrijali), iż-żieda fil-produttività u l-inkoraġġiment biex ma jkunx hemm kunflitti bejn ix-xogħol u l-ħajja fi ħdan il-familja. Dan jista’ jġib ukoll in-nies konxji għal dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet ta’ l-impjieg, l-inizjattivi għall-ħarsien tal-kodiċi tax-xogħol, it-tnaqqis ta’ l-ekonomija li ma tidhirx u modi kif xogħol mhux dikjarat jista’ jinbidel f’impjieg regolari.

L-imsieħba soċjali għandhom rwol importanti fit-twaqqif ta’ mekkaniżmi li jiżguraw il-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol. Għalhekk l-Istati Membri għandhom iħeġġu s-sehem ta’ l-imsieħba soċjali fl-attivitajiet taħt din il-prijorità. Barra minn hekk, taħt l-għan tal-Konverġenza, ammont xieraq tar-riżorsi tal-Fond Ewropew Soċjali (ESF) għandu jiġi allokat għat-tiswir tal-ħiliet, li se jinkludu t-taħriġ, il-miżuri tan-netwerking, it-tisħiħ tad-djalogu soċjali u l-attivitajiet meħudha b’mod konġunt mill-imsieħba soċjali.

1.3.3. Jitkabbar l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ħiliet aħjar

L-Ewropa jeħtiġilha tinvesti iktar fil-kapital uman. Wisq nies ma jidħlux jew ma jibqgħux fis-suq tax-xogħol, minħabba nuqqas ta’ ħiliet li jinkludu fil-litteratura jew numri bażiċi, jew minħabba tlaqqigħ żbaljat bejn il-ħiliet u l-postijiet tax-xogħol. Sabiex jitjieb l-aċċess għall-impjiegi għall-ħaddiema ta’ kull età u sabiex jiżdiedu l-livelli ta’ produttività u l-kwalità fix-xogħol, hemm il-ħtieġa li jiżdied l-investiment fil-kapital uman u li jkunu żviluppati u implimentati strateġiji nazzjonali effettivi ta’ tagħlim għal matul il-ħajja għall-benefiċċju ta’ l-individwi, l-intrapriżi, l-ekonomija u s-soċjetà. Fil-qafas tal-Linji ta’ Gwida ta’ l-Impjiegi, il-linji ta’ Gwida għall-azzjoni tħat din l-intestatura huma li ġejjin:

- Espansjoni u titijib ta' l-investiment tal-kapital uman

- Adozzjoni ta' sistemi ta' l-edukazzjoni u ta' taħriġ biex ilaħħqu ma' talbiet ta' kompetenzi ġodda.

Ir-riformi fit-taħriġ tas-suq tax-xogħol imwettqa sabiex ikunu attirati iktar persuni fid-dinja tax-xogħol u sabiex tiżdied l-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi jeħtieġ li jsiru flimkien mar-riformi fis-sistemi ta’ l-edukazzjoni u tat-taħriġ. F’perjodi preċedenti ta’ programmazzjoni, il-Fondi Strutturali investew b’mod sostanzjali fis-sistemi ta’ l-edukazzjoni u tat-taħriġ. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, l-investiment fil-kapital uman għandu jissaħħaħ billi tingħata attenzjoni partikolari għall-għanijiet ta’ Liżbona skond il-linji ta’ gwida integrati għat-tkabbir u għax-xogħol. Il-prijoritajiet ġenerali li ġejjin għandhom ikunu indirizzati:

- jitwessgħu u jittejbu l-investimenti fil-kapital uman inkluż l-iżvilupp ta’ inċentivi xierqa u ta’ mekkaniżmi li jqassmu l-ispejjeż għall-intrapriżi, għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-individwi;

- ikunu appoġġjati strateġiji koerenti u komprensivi ta’ tagħlim għal matul il-ħajja, b’attenzjoni partikolari biex ikunu indirizzati l-ħiliet meħtieġa għall-ekonomija ta’ l-għarfien, inkluż l-appoġġ għall-kooperazzjoni u t-twaqqif ta’ sħubijiet bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-ibliet f’termini ta’ edukazzjoni u taħriġ sabiex ikun iffaċilitat l-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ prattika tajba, li tinkludi proġetti innovattivi. Attenzjoni partikolari għandha tingħata sabiex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet tal-gruppi żvantaġġati;

- ikunu appoġġjati d-disinn u l-introduzzjoni ta’ riformi fis-sistemi ta’ l-edukazzjoni u tat-taħriġ bl-użu, fejn ikun rilevanti, ta’ referenzi u prinċipji komuni Ewropej, b’mod partikolari biex tiżdied ir-relevanza tas-suq tax-xogħol ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ;

- jissaħħu r-rabtiet bejn l-universitajiet, iċ-ċentri tar-riċerka u tat-teknoloġija u l-intrapriżi, b’mod partikolari permezz ta’ attivitajiet ta’ netwerking u ta’ azzjonijiet konġunti.

Taħt l-għan ta’ Konverġenza, ħafna Stati Membri u reġjuni jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi sinifikanti fl-edukazzjoni u fit-taħriġ. Ir-riżorsi finanzjarji għandhom ikunu użati biex ikunu implimentati r-riformi, li għandhom jindirizzaw il-prijoritajiet speċifiċi li ġejjin:

- ikun żgurat li jkunu provduti edukazzjoni u taħriġ li jkunu attraenti, aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fil-livelli kollha, inklużi t-titjib tal-kompetenzi tal-persunal u l-kwalifiki, li tippromwovi mogħdijiet flessibli ta’ tagħlim u għażliet ġodda li jibdew mill-istadju ta’ l-iskola jew ta’ qabel l-iskola, azzjonijiet biex jinkiseb nuqqas sinifikanti fin-numru ta’ studenti li joħorġu kmieni mill-iskola u rati ogħola fin-numru ta’ studenti li jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom U aċċess imtejjeb għall-edukazzjoni ta’ l-iskola u ta’ qabel l-iskola;

- tkun appoġġjata l-modernizzazzjoni ta’ l-edukazzjoni terzjarja u l-iżvilupp tal-potenzjal uman fir-riċerka u fl-innovazzjoni, permezz ta’ studji li wieħed iwettaq wara li jkun iggradwa l-ewwel darba, b’taħriġ ulterjuri għar-riċerkaturi, u billi jkunu attirati iktar żgħażagħ fl-istudji xjentifiċi u tekniċi;

- li titħeġġeġ l-kwalità u l-attrattiva ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inklużi l-apprendistati u l-edukazzjoni ta’ l-intraprendenza;

- garanzija, fejn xieraq, tkun żgurata iktar mobilità fuq livell reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, u li jkunu inkoraġġiti oqfsa u sistemi li jappoġġjaw it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u t-tisħiħ tat-tagħlim non-formali u dak informali;

- investiment fl-infrastruttura ta’ l-edukazzjoni u tat-taħriġ inklużi fl-ICTs, fejn investimenti bħal dawn huma neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ riforma u/jew fejn dawn jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex tiżdied il-kwalità u l-effikaċja tas-sistema edukattiva u tat-taħriġ.

1.3.4. Il-kapaċità amministrattiva

Fil-perjodi preċedenti ta’ programmazzjoni, il-Fondi, permezz ta’ l-assistenza teknika, saħħew il-kapaċità amministrattiva ta’ l-Istati Membri u ta’ l-awtoritajiet amministrattivi fl-implimentazzjoni tar-regolamenti. Dan se japplika wkoll għall-perjodu mill-2007 sa l-2013.

Aktar mill-amministrazzjoni tal-Fondi u lilhinn minnha, il-kapaċità amministrattiva effettiva ta’ l-amministrazzjonijiet pubbliċi u tas-servizzi pubbliċi jiġifieri amministazzjoni intelliġenti, hija kondizzjoni meħtieġa fundamentali għat-tkabbir ekonomiku u għall-impjiegi. Għaldaqstant, fuq il-linja ta’ l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona li titlob għal leġiżlazzjoni, tfassil u twassil ta’ politika aħjar sabiex jinħolqu l-kondizzjonijiet għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien ta’ l-impjiegi, il-Fondi se jappoġġjaw l-investiment fil-kapital uman u faċilitajiet ta’ l-ICT relatati tas-servizzi amministrattivi u pubbliċi fil-livelli territorjali kollha.

Għall-pajjiżi tal-Koeżjoni u għar-reġjuni li jaqgħu taħt l-għan ta’ Konverġenza, iż-żjieda fil-produttività u fil-kwalità fuq il-post tax-xogħol fis-settur privat – b’mod speċjali fl-oqsma ekonomiċi, ta’ l-impjiegi, soċjali, edukattivi, tas-saħħa, ambjentali u ġudizzjarji, hija essenzjali biex jintlaħqu u jkunu aċċelerati r-riformi, biex tiżdied il-produttività u t-tkabbir fl-ekonomija aktar wiesgħa u biex jitħeġġu l-koeżjoni soċjali u territorjali u l-iżvilupp sostenibbli. Il-Fondi Strutturali jista’ jkollhom rwol importanti fl-appoġġ għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta’ politika effettiva, li tinvolvi l-partijiet rilevanti kollha, f’firxa wiesgħa ta’ oqsma.

Għalhekk, il-pajjiżi tal-Koeżjoni u r-reġjuni taħt l-Għan ta’ Konverġenza, l-Istati Membri huma msejħa biex jibnu amministrazzjonijiet u servizzi pubbliċi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali. L-azzjonijiet f’dan il-qasam għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta’ kull Stat Membru. Għaldaqstant, b’konformità mal-prinċipju ta’ konċentrazzjoni, l-Istati Membri huma mistiedna biex iwettqu analiżi komprensiva biex jidentifikaw l-oqsma tal-politika li jeħtieġu l-iktar appoġġ għall-kapaċità amministrattiva. L-investiment għandu jikkonċentra fuq dawk l-oqsma tal-politika fejn ikun hemm l-ikbar ostakli għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku u fuq l-elementi ewlenin tar-riformi amministrattivi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun indirizzata b’mod adegwat il-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza u t-trasparenza fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u li jkunu modernizzati s-servizzi pubbliċi. Il-linji ta’ gwida għall-azzjoni taħt din l-intestatura huma dawn li ġejjin:

- Jappoġġjaw it-tfassil tajjeb tal-politika u tal-programmi, filwaqt li jimmonitorjaw l-valutazzjoni u l-assessjar ta’ l-impatt, permezz ta’ studji, statistika, perizja, u kapaċità li jidentifikaw it-tendenzi tal-futur, jappoġġjaw il-koordinament bejn id-dipartimenti u d-djalogu bejn il-korpi pubbliċi u privati rilevanti;

- Ikabbru l-bini tal-kapaċità fit-twettiq ta’ strateġiji politiċi u ta’ programmi, inkluż fir-rigward tal-ħarsien mill-krimini u ta’ l-infurzar tal-leġiżlazzjoni, b’mod speċjali permezz tapreċiżazzjoni tal-ħtiġijiet ta’taħriġ, reviżjoni ta’ l-iżvilupp tal-karriera, valutazzjoni , proċeduri ta’ verifika soċjali, implimentazzjoni ta’ prinċipji marbuta ma’ gvern miftuħ, ta’ taħriġ għall-maniġers u għall-istaff u permezz ta’ sostenn speċifiku għas-servizzi ewlenin, għall-ispettorati u għall-atturi soċjo-ekonomiċi.

1.3.5. L-għajnuna biex tinżamm forza tax-xogħol b’saħħitha

Fid-dawl ta’ l-istruttura demografika ta’ l-UE, u tal-popolazzjoni li qed tixjiħ u tat-tnaqqis probabbli fil-forza tax-xogħol fis-snin li ġejjin, huwa essenzjali li l-Unjoni tieħu passi biex iżżid in-numru tas- snin produttivi ta’ xogħol għall-membri tal-forza tax-xogħol tagħha. L-investiment fil-promozzjoni tas-saħħa u tal-prevenzjoni tal-mard se jgħin biex tinżamm parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà għall-ikbar numru ta’ ħaddiema possibbli, u b’dan il-mod tinżamm il-kontribuzzjoni ekonomika tagħhom u jitnaqqsu l-livelli ta’ dipendenza. Dan għandu effett dirett fuq il-produttività u l-kompetittività, u għandu wkoll benefiċċji inċidentali importanti għall-kwalità tal-ħajja b’mod ġenerali.

Bejn ir-reġjuni Ewropej hemm differenzi kbar fl-istat tas-saħħa u fl-aċċess għall-kura tas-saħħa. Huwa għalhekk importanti għall-politika ta’ koeżjoni li tikkontribwixxi għall-faċilitajiet ta’ kura tas-saħħa, biex b’hekk tgħin ħalli jiżdied n-numru ta’ snin produttivi ta’ xogħol b’mod partikolari fl-Istati Membri u r-reġjuni l-anqas żviluppati. It-titjib fis-saħħa tal-komunità u l-azzjoni preventiva għandhom rwol importanti fit-tnaqqis ta’ l-inugwaljanzi marbuta mas-saħħa. Kura tajba tas-saħħa tirriżulta f’parteċipazzjoni ikbar fis-suq tax-xogħol, ħajja itwal ta’ xogħol, iktar produttività u inqas spejjeż soċjali u għall-kura tas-saħħa.

Għall-politika ta’ koeżjoni huwa importanti li, b’mod speċjali fir-reġjuni li qegħdin lura, ikun hemm kontribut għat-titjib tal-faċilitajiet ta’ kura fuq perjodu twil ta’ żmien u jkun hemm investiment fit-titjib ta’ l-infrastruttura tas-saħħa, b’mod partikolari meta n-nuqqas ta’ dawn l-infrastrutturi jew l-iżvilupp mhux suffiċjenti tagħhom jirrappreżenta ostaklu ewlieni għall-iżvilupp ekonomiku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun indirizzata l-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza fis-sistemi tal-kura tas-saħħa permezz ta’ investimenti fl-ICT, fl-għarfien u fl-innovazzjoni. Il-linji ta’ gwida għall-azzjoni taħt din l-intestatura huma dawn li ġejjin:

- Jipprevjenu r-riskji marbuta mas-saħħa biex jgħinu nżidu l-livelli tal-produttività permezz ta’ kampanji ġeneriċi ta’ informazzjoni dwar is-saħħa u billi jkun żgurat trasferiment ta’ għarfien u ta’ teknoloġija u jkun żgurat li s-servizzi tas-saħħa jkollhom il-ħiliet, il-prodotti u t-tagħmir meħtieġ biex jipprevjenu r-riskji u jnaqqsu kemm jistgħu l-ħsara potenzjali.

- Jimlew il-vojt fl-infrastruttura tas-saħħa u jinkoraġġixxu sabiex is-servizzi jkunu provduti b’mod effiċjenti fejn ikun qed jiġi affettwat l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni u l-Istati Membri li għandhom inqas ġdid eliġibbli taħt l-għan ta’ Konverġenza. Din l-azzjoni trid tkun ibbażata fuq analiżi bir-reqqa tal-livell ottimali tal-forniment tas-servizzi u tat-teknoloġija adattata, bħal pereżempju t- telemedicine u l-potenzjal li jiġu ffrankati l-flus billi jkunu offruti s-servizzi tas-saħħa elettronika.

2. ID-DIMENSJONI TERRITORJALI TAL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI

Waħda mill-karatteristiċi tal-politika ta’ koeżjoni – f’kuntrast mal-politiki settorjali – tinsab fil-kapaċità tagħha li taddatta ruħha għall-ħtiġijiet u għall-karatteristiċi partikolari ta’ l-isfidi u l-opportunitajiet ġeografiċi speċifiċi. Skond il-politika ta’ Koeżjoni, il-ġeografija tgħodd. Għalhekk, meta jkunu qed jiżviluppaw il-programmi tagħhom u jikkonċentraw ir-riżorsi fuq il-prijoritajiet ewlenin , l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil dawn iċ-ċirkostanzi ġeografiċi.

L-inklużjoni tad-dimensjoni territorjali se tgħin tiżviluppa komunitajiet sostenibbli u tipprevjeni żvilupp reġjonali mhux kostanti mit-tnaqqis globali tal-potenzjal tat-tkabbir. Tali approċċ jeħtieġ ukoll li l-problemi speċifiċi u l-opportunitajiet ta-żoni urbani u rurali jistgħu jeħtieġu li jiġu ttrattati kif ukoll dawk tat-territorji partikolari bħaż-żoni minn fruntiera għall-oħra u dawk transnazzjonali iktar vasti, jew reġjuni li għandhom żvantaġġi oħra minħabba l-insularità tagħhom, minħabba l-fatt li qegħdin imbiegħda (bħar-reġjuni l-iktar lejn it-truf tad-dinja jew ir-reġjuni ta’ l-Artiku), minħabba li ftit li xejn hemm nies jew minħabba li huma reġjuni muntanjużi. Jista’ jkun li l-ixkiel ambjentali u demografiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żoni ta’ max-xtut ikollhom jiġi indirizzati wkoll. L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ l-azzjonijiet biex tippromwovi l-koeżjoni territorjali teħtieġ l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi li jistgħu jgħinu jiggarantixxu trattament ġust għat-territorji kollha msejsa fuq l-kapaċitajiet individwali tagħhom bħala fattur ta’ kompetittività. B’hekk, il-governanza tajba hi importanti biex id-dimensjoni territorjali tiġi indirizzata b’suċċess.

Tabilħaqq, għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi, il-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali għandha tagħmel parti mill-isforzi li t-territorju Ewropew jkollu l-opportunità jikkontribwixxi għall-aġenda tat-tkabbir u l-impjiegi. B’mod aktar speċifiku, dan ifisser li tifsira differenti għandha tingħata lill-koezjoni territorjali, marbuta ma’ l-istorja, il-kultura jew il-qagħda istituzzjonali ta’ kull Stat Membru.

L-iżvilupp ta’ l-isħubiji ta’ kwalità għolja hu essenzjali wkoll, peress li jintegra l-parteċipanti tal-livelli kollha, dawk nazzjonali, reġjonali, urbani, rurali u lokali. Is-suċċess fil-qasam tal-koeżjoni territorjali għalhekk jiddependi fuq strateġija komprensiva li tistabbilixxi l-qafas li fih ikunu segwiti l-għanijiet u l-azzjonijiet speċifiċi.

Taħt il-qafas tal-leġiżlazzjoni l-ġdida, l-Istati Membri jitħeġġu jiddelegaw lill-ibliet, il-fondi li jindirizzaw il-kwisjonijiet urbani fi ħdan il-programmi l-ġodda. Sabiex jiksbu l-benefiċċji kollha tas-sħubija, l-ibliet għandhom ikunu involuti tul il-proċess kollu. Dan jista’ jinkludi r-responsabbiltà għad-disinn u l-implimentazzjoni tal-parti sottodelegata tal-programm.

Il-qafas ġdid leġiżlattiv jipprovdi wkoll għal għajnuna speċjali għar-reġjuni l-aktar barra sabiex jittratta l-ispejjeż għoljin tad-distanza li jaffaċċjaw. Sfida partikolari se tkun li jiġi żgurat li din l-għajnuna tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ l-istrateġija tal-programm sħiħ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għajnuna għall-ħolqien ta’ tkabbir sostenibbli u impjiegi.

2.1. Il-kontribuzzjoni ta’ l-ibliet għat-tkabbir u għall-impjiegi

Kif spjegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-ibliet, aktar minn 60% tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea tgħix f’żoni urbani ta’ aktar minn 50, 000 abitant [45] L-ibliet fihom bosta impjiegi, negozji u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u huma ewlenin fil-kisba tal-koeżjoni soċjali. L-ibliet Ewropej jiġbdu lil dawk b’ħiliet ta’ livell għoli. Sikwit dan joħloq ċiklu rikorrenti ta’ kawża u konsegwenzi li jġibu l-ġid, li jistimula l-innovazzjoni u n-negozji li jżid ma li jkunu aktar attraenti għat-talenti ġodda.

L-ibliet u-żoni metropolitani jikkonċentraw mhux biss l-opportunitajiet iżda wkoll l-isfidi u għandhom jitqiesu l-problemi speċifiki li ż-żoni urbani jħabbtu wiċċhom magħhom, bħall-qgħad u l-esklużjoni soċjali (li jinkludu l-problema tal-“fqar li jaħdmu”), ir-rati għoljin tal-kriminalità u li kull ma jmur jogħlew, iżjed konġestjoni u l-eżistenza ta' nħawi ta’ deprivazzjoni fi ħdan il-limiti tal-belt.

Il-programmi li jiffokaw fuq iż-żoni urbani jistgħu jieħdu bosta suri differenti. L-ewwel nett, hemm azzjonijiet biex jippromwovu l-ibliet bħala muturi ta’ l-iżvilupp reġjonali. Tali azzjonijiet għandhom jimmiraw it-titjib fil-kompetittività, pereżempju permezz ta’ gruppi. L-azzjonijiet sostnuti jinkludu miżuri li jinkoraġġixxu l-intraprendenza, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ servizzi li jinkludu s-servizzi tal-manufattur. Huwa wkoll importanti li jkun attirat u jinżamm persunal li jkollu ħiliet ta’ l-ogħla livell (b’miżuri relatati ma’ l-aċċessibilità, mal-forniment ta’ servizzi kulturali eċċ).

It-tieni, hemm azzjonijiet biex titħeġġeġ l-koeżjoni interna ġoż-żoni urbani li jippruvaw itejbu l-qagħda tad-distretti fi kriżi. Dan mhux talli jġib benefiċċji diretti għad-distretti nfushom, iżda jgħinhom ibattlu ftit mill-pressjoni bejn it-tifrix eċċessiv ta’ subborgi bl-għan ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar.

F’dan il-kuntest, u speċjalment fl-ibliet industrijali l-qodma, huma importanti l-l-miżuri li jippruvaw jirrijabilitaw l- ambjent fiżiku, ikunu żviluppati mill-ġdid is-siti brownfield speċjalment fl-ibliet industrijali l-qodma, u biex jinżamm u jkun żviluppat il-wirt storiku u kulturali b’benefiċċji inċidentali potenzjali għall-iżvilupp tat-turiżmu sabiex joħloq bliet aktar attraenti fejn in-nies iridu jgħixu.

Ir-riġenerazzjoni ta’ l-ispazji pubbliċi eżistenti u tas-siti industrijali jista’ jkollha rwol importanti fil-prevenzjoni tal-proċess ta’ ħolqien ta' subborgi u tifrix ta' l-ibliet, bh'ekk tgħin fil-ħolqien ta’ l-infrastrutturi neċessarji għal żvilupp ekonomiku sostenibbli. B’mod aktar ġenerali, bit-titjib ta’ l-ippjannar, id-disinn u l-manutenzjoni taż-żoni pubbliċi, l-ibliet jistgħu "jippjanaw li jneħħu" l-kriminalità, jgħinu biex joħolqu toroq li jolqtu l-għajn, ġonna u spazji miftuħa li jkunu siguri jew li tħossok sigur fihom. Fl-inħawi urbani, id-dimensjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali jiltaqgħu bl-ikbar qawwa. Ambjent urban ta’ kwalità għolja jikkontribwixxi wkoll għall-prijorità ta’ l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona li l-Ewropa ssir post aktar attraenti biex tgħix u tinvesti fih[46].

It-tielet, hemm azzjonijiet li jippromwovu żvilupp bilanċjat, poliċentriku permezz ta’ l-iżvilupp tan-netwerk urban fuq livell nazzjonali u Komunitarji li jinkludi r-rabtiet bejn l-ibliet l-aktar b’saħħithom ekonomikament u żoni urbani oħra li jinkludu l-ibliet iż-żgħar u ta’ daqs medju. Dan ser jeħtieġ it-teħid ta’ għażliet strateġiċi fl-identifikazzjoni u t-tisħiħ tal-pilastri tat-tkabbir u, ta’ l-istess importanza, it-twaqqif tan-netwerks li jorbtuhom kemm f’termini fiżiċi (l-infrastruttura, it-teknoloġiji ta’ l-informatika, eċċ) kif ukoll f’dawk umani (azzjonijiet li jippromwovu l-kooperazzjoni eċċ). Peress li dawn il-pilastri jservu territorji usa’, li jinkludu l-eqreb intern tal-pajjiż rurali, jikkontribwixxu għal żvilupp sostenibbli u bilanċjat ta’ l-Istati Membri u l-Komunità b’mod ġenerali.

sħab prinċipali fl-ibliet u fl-awtoritajiet lokali għandhom rwol importanti fil-kisba ta’ dawn l-għanijiet. Kif imsemmi hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jiddelegaw ir-responsabbiltà lill-ibliet għall-iżvilupp urban. Dan hu partikolarment importanti fejn il-prossimità tgħodd, pereżempju, biex tirrispondi għall-isfidi ta’ natura l-aktar lokali bħall-esklużjoni soċjali jew nuqqas ta’ aċċess għal servizzi ewlenin.

It-tieni, it-tħejjija ta’ pjan ta’ żvilupp għar-riġenerazzjoni ta’ l-ibliet mifrux fuq perjodu medju jew perjodu twil ta’ żmien huwa ġeneralment prerekwiżit għas-suċċess għax jiżgura l-koerenza ta’ l-investimenti u tal-kwalità ambjentali tagħhom. Dan se jgħin ukoll biex ikunu żgurati l-impenn u l-parteċipazzjoni tas-settur privat fit-tiġdid urban. B’mod ġenerali, approċċ multi-dixxiplinarju jew integrat hu meħtieġ. Għal azzjonijiet msejsa fuq iż-żona, pereżempju, biex titħeġġeġ l-inklużjoni soċjali, dan jeħtieġ azzjonijiet li jippruvaw itejbu l-kwalità tal-ħajja ( li tinkludi l-ambjent u d-djar) jew il-livell ta’ servizzi għaċ-ċittadini li huma konġunti ma’ azzjonijiet li jippromwovu l-iżvilupp ta’ attivitajiet ġodda u ħolqien ta’ impjieg sabiex jiżguraw il-ġejjieni fuq medda ta’ żmien twila taż-żoni kkonċernati. L-inizjattiva l-ġdida JESSICA hi mfassla biex tippromwovi u jħaffef l-iżvilupp tal-prodotti ta’ l-inġinerija finanzjarja biex isostnu l-proġetti inklużi fil-pjanijiet ubani ta’ l-iżvilupp.

B’mod ġenerali, is-servizzi integrati ta’ sostenn u l-programmi għandhom jiffokaw fuq dawk il-gruppi li l-aktar għandhom bżonn, bħall-immigranti, iż-żgħażagħ u n-nisa. Iċ-ċittadini kollha għandhom jitħeġġu jieħdu sehem kemm fl-ippjannar kif ukoll il-forniment ta’ servizzi.

2.2. L-appoġġ għad-diversifikazzjoni ekonomika taż-żoni rurali, żoni tas-sajd u żoni bi żvantaġġ naturali

Il-politika ta’ koeżjoni jista’ jkollha rwol importanti wkoll fis-sostenn tar-riġenerazzjoni ekonomika taż- żoni rurali , billi jkunu kkomplementati l-azzjonijiet appoġġjati mill-fond il-ġdid ta’ l-iżvilupp rurali (il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali- EAFRD)[47]. Dan l-approoċċ komplimentari għandu jipprova jsostni l-istrutturar mill-ġdid u d-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija fiż-żoni rurali Ewropej.

Is-sinerġija bejn l-istrateġiji politiċi ta’ l-iżvilupp rurali, strutturali u ta’ l-impjiegi għandha titħeġġeġ. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sinerġija u l-konsistenza bejn l-azzjonijiet li għandhom ikunu ffinanzjati mill-ERDF, mill-Fondi ta’ Koeżjoni, mill-ESF, mill-EFF u mill-EAFRD fuq territorju partikolari u f’qasam partikolari ta’ attività. Il-prinċipji ta’ gwida ewlenin fir-rigward tal-linja ta’ demarkazzjoni u tal-mekkaniżmi ta’ koordinament bejn l-azzjonijiet appoġġjati mill-Fondi differenti għandhom ikunu ddefiniti fuq il-livell ta’ qafas nazzjonali ta’ referenza strateġika/pjan strateġiku nazzjonali.

Għall-politika ta’ koeżjoni, l-azzjoni favur iż-żoni rurali jew għaż-żoni b’diżabbiltajiet naturali, li jinkludu r-reġjuni tal-gżejjer, għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda permezz tad-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija rurali. Dan jinkludi l-isforzi għas-sostenn tal-fornitment ta’ livell minimu ta’ aċċess għas- servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali sabiex ikunu attirati ditti u persunal kwalifikat u biex tkun limitata l-emigrazzjoni ’l barra miż-żoni rurali. F’dan il-kuntest, il-kollegament man-netwerks ewlenin nazzjonali u Ewropej hu meħtieġ. Barra minn hekk, il-politika ta’ koeżjoni għandha tappoġġja l-kapaċità endoġenika tat-territorji rurali billi tinkoraġġixxi, pereżempju, il-bejgħ tal-prodotti fuq livell nazzjonali u globali, u billi tiffavorixxi l-innovazzjoni tal-proċessi u tal-prodott fl-attivitajiet ekonomiċi eżistenti.

Il-kisba ta’ massa kiritika meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi b’mod effiċjenti – li jinkludu servizzi għal ħaddiema b’saħħithom msemmija hawn fuq – hi sfida partikolari. Il-garanzija ta’ aċċess universali għas-servizzi kollha, b’mod partikolari f’żoni mingħajr ħafna nies, tista’ jinkiseb permezz ta’ investiment fil- pilastri ta’ l-iżvilupp f’żoni rurali (pereżempju f’ibliet żgħar jew ta’ daqs medju) u bl-iżvilupp ta’ gruppi ekonomiċi msejsa fuq assi lokali flimkien ma’ l-użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’ l-informatika .

Bosta reġjuni rurali jiddependu b’mod esterm fuq it-turiżmu. Dawn ir-reġjuni jeħtieġu metodu integrat imfassal apposta għall-kwalità, li jiffoka fuq is-sodisfazzjon tal-konsumatur u li jkun ibbażat fuq id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ l-iżvilupp sostenibbli. L-azzjonijiet għandhom jieħdu vantaġġ minn, u jfittxu li jżommu, il-kwalitajiet naturali u kulturali li jista’ jkollhom benefiċċji inċidentali importanti billi jħarsu u jiżviluppaw l-ambjenti naturali u jsostnu l-investiment fil-bijodiversità. Il-metodu integrat għandu jfittex li jkollu impatt pożittiv fuq is-settur tat-turiżmu, fuq l-ekonomija lokali, fuq il-persuni li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu, fuq il-viżitaturi u fuq il-popolazzjoni lokali, kif ukoll fuq il-wirt naturali u kulturali.

Għal dak li għandu x’jaqsam mat-taqsima tas-sajd, l-istrutturar mill-ġdid ekonomiku taż-żoni max-xtut li jiddependu mis-sajd u l-ġżejjer iż-żgħar, huma sikwit sfida partikolari minħabba raġunijiet ġeografiċi, u l-politika ta’ koeżjoni jista’ jkollha rwol importanti biex tikkomplimenta l-azzjonijiet sostnuti mill-EFF.

2.3. Kooperazzjoni

Il-miżuri li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni interreġjonali, li jinkludu l-kooperazzjoni marittima fejn xieraq għandhom jikkomplementaw it-tliet prijoritajiet indikati aktar ’il fuq. Għaldaqstant, kooperazzjoni aktar mill-qrib fir-reġjuni ta’ l-UE għandha tgħin biex tħaffef aktar l-iżvilupp ekonomiku u l-kisba ta’ livell ogħla fit-tkabbir. Il-fruntieri nazzjonali spiss huma ostaklu għall-iżvilupp tat-territorju Ewropew kollu, u jistgħu jillimitaw il-potenzjal tiegħu għal kompetittività sħiħa. Fil-kuntest tal-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera u tal-kooperazzjoni transnazzjonali, it-trasport, l-amministrazzjoni ta’ l-ilma u l-ħarsien ta’ l-ambjent huma eżempji ċari ta’ l-isfidi li jeħtieġu metodu ffokat u integrat li jmur lilhinn mill-fruntieri nazzjonali. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-implimentazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jixtiequ l-possibbiltà li joħolqu Raggruppament Ewropew għall-Kooperazzjoni Territorjali biex jieħdu rwol ta’ l-awtorità li tmexxi għal ċerti programmi ta’ kooperazzjoni.

2.4. Il-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera

Il-mira tal-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera fl-Ewropa huwa dak li jkunu integrati żoni diviżi mill-fruntieri nazzjonali li jħabbtu wiċċhom ma’ problemi komuni li jeħtieġu soluzzjonijiet komuni. Sfidi bħal dawn huma ffaċċjati mir-reġjuni kollha ta’ l-Unjoni bħala riżultat tal-frammentazzjoni tas-swieq għax-xogħol u l-kapital, in-netwerks ta’ l-infrastruttura, il-kapaċità fiskali, u l-istituzzjonijiet.

Għalkemm, il-programmi ta’ kooperazzjoni għandhom ikunu magħmula apposta skond is-sitwazzjoni partikolari ffaċċjata minn kull wieħed mir-reġjuni li jinsab fuq fruntiera, huwa importanti li jsir sforz biex l-għajnuna tkun ikkonċentrata fuq il-prijoritajiet ewlenin bħala sostenn għat-tkabbir u għall-ħolqien ta’ l-impjiegi.

Ġeneralment, ir-rakkomandazzjonijiet li japplikaw għall-kooperazzjoni futura min-naħa għall-oħra tal-fruntiera mhux dejjem ikunu rilevanti minħabba d-diversità kbira tas-sitwazzjonijiet. Fl-istess ħin, fid-dawl ta’ l-ostakoli li jinħolqu minħabba l-fruntieri, punt tat-tluq utli huwa t-titjib ta’ l-infrastruttura eżistenti tat-trasport u tal-komunikazzjoni u l-iżvilupp, fejn meħtieġ, ta’ kollegamenti ġodda. Dawn huma prerekwiżiti biex ikunu stabbiliti jew żviluppati kuntatti min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

Il-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera għandha tiffoka fuq it-tisħiħ tal-kompetittività tar-reġjuni li jinsabu fuq fruntiera. Barra minn hekk, għandha tikkontribwixxi għall-integrazzjoni ekonomika u soċjali, b’mod speċjali fejn hemm differenzi ekonomiċi kbar fuq kull naħa . L-azzjonijiet jinkludu l-inkoraġġiment tat-trasferiment tal-konoxxenza u ta’ l-għarfien, l-iżvilupp ta’ attivitajiet tan-negozju min-naħa għall-oħra tal-fruntiera, il-potenzjal għall-edukazzjoni/għat-taħriġ u għall-kura tas-saħħa min-naħa għall-oħra tal-fruntiera u l-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol min-naħa għall-oħra tal-fruntiera; u l-amministrazzjoni konġunta tat-theddid għall-ambjent u dak komuni għat-tnejn. Meta diġà jkun hemm il-kondizzjonijiet bażiċi għall-kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera, il-politika ta’ koeżjoni għandha tiffoka l-għajnuna fuq azzjonijiet li jipprovdu valur miżjud għall-attivitajiet ta’ min-naħa għall-oħra tal-fruntiera: pereżempju, li tiżdied il-kompetittività min-naħa għall-oħra tal-fruntiera permezz ta’ l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp; li jkun hemm kollegament bejn in-netwerks intanġibbli (is-servizzi) jew in-netwerks fiżiċi (it-trasport) sabiex tkun imsaħħa l-identità ta’ bejn il-fruntieri bħala karatteristika ewlenija taċ-ċittadinanza Ewropea; li titħeġġeġ l-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol min-naħa għall-oħra tal-fruntiera; l-amministrazzjoni ta’ l-ilmijiet u l-kontroll ta’ l-għargħar bejn il-fruntieri; tmexxija konġunta ta’ riskju naturali u teknoloġiċi.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-isfidi u opportunitajiet imressqa mill-fruntieri esterni li jinbidlu ta’ l-Unjoni wara t-tkabbir. Hawnhekk, hawn il-bżonn li jippromwovu l-azzjonijiet koerenti minn pajjiż għall-ieħor li jħeġġu l-attività ekonomika miż-żewġ naħat, u li jneħħu l-ostakoli għall-iżvilupp. Għal dan il-għan, il-politika ta’ koeżjoni u l-Istrument il-ġdid għall-Viċinat Ewropew u s-Sħubija u, fejn xieraq, l-Istrument il-ġdid għal qabel l-Adeżjoni, jeħtieġu joħolqu qafas koerenti għal tali azzjonijiet.

2.5. Kooperazzjoni transnazzjonali

Fiż-żoni transnazzjonali hemm il-ħtieġa li tiżdied l-integrazzjoni u l-koeżjoni ekonomika u soċjali. Il-programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali jfittxu li jżidu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar kwistjonijiet ta’ importanza strateġika.

Is-sostenn għandu għalhekk jingħata lill-azzjonijiet li jfittxu li jtejbu l-kollegament fiżiku bejn it-territorji (eż. l-investimenti fi trasport sostenibbli) kif ukoll il-kollegamenti intanġibbli (netwerks, skambji bejn ir-reġjuni u bejn il-partijiet involuti).

L-azzjonijiet ikkunsidrati jinkludu l-ħolqien ta’ rotot Ewropej tat-trasport (b’mod partikolari taqsimiet min-naħa għall-oħra tal-fruntiera) biex ikunu evitati l-perikli naturali, l-amministrazzjoni ta’ l-ilma fuq livell ta’ baċin tax-xmara, il-kooperazzjoni marittima integrata u n-netwerks ta’ l-R&D/ta’ l-innovazzjoni.

Il-mappa taż-żoni preżenti għall-kooperazzjoni transnazzjonali ġiet emendata biex tiżgura li dawn joħolqu l-kondizzjonijiet biex ikunu implimentati azzjonijiet strutturali bażiċi. Ġew imfassla b’tali mod li titqies il-koerenza territorjali u l-kriterji funzjonali ta’ natura ġeografika, pereżempju, baċin ta’xmara jew żona ta’ mal-kosta komuni, żona muntanju¿a komuni li minnha tgħaddi rotta ewlenija ta’trasport. Kriterji oħra, bħalstrutturi storiċi jew istituzzjonali, jew kooperazzjoni jew Konvenzjonijiet eżistenti, huma rilevanti wkoll.

2.6. Il-kooperazzjoni interreġjonali

Il-programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali għandhom jiffokaw fuq l-Aġenda tat-Tkabbir u ta’ l-Impjiegi: it-tisħiħ ta’ l-innovazzjoni, ta’ l-SMEs u ta’ l-intraprendenza, ta’ l-ambjent u l-prevenzjoni tar-riskji. Barra minn hekk, se jitħeġġeġ ukoll l-iskambju ta’ l-esperjenzi u ta’ l-aħjar prattika fir-rigward ta’ l-iżvilupp urban, il-modernizzazzjoni tas-servizzi tas-settur pubbliku (bħas-saħħa u l-iggvernar bl-użu ta’ l-ICT) u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni kif ukoll l-istudji u l-ġbir ta’ informazzjoni. Il-kooperazzjoni interreġjonali tista’ tkun appoġġjata wkoll fi ħdan il-programmi għall-konverġenza u għall-kompetittività reġjonali u għall-impjiegi. Barra minn hekk, se jitħeġġeġ ukoll l-iskambju ta’ l-esperjenzi u ta’ l-aħjar prattika fir-rigward ta’ l-iżvilupp urban, ta’ l-inklużjoni soċjali, tar-relazzjonijiet bejn l-ibliet u ż-żoni rurali, u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni.

[1] Il-konklużjonijiet tal-Presidenza, il-Kunsill Ewropew, Marzu 2005.

[2] “L-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Impjiegi u r-Riforma tal-politika ta’ koeżjoni Ewropea – ir-Raba’ rapport ta’ progress dwar il-koeżjoni”, COM (2006) 281, 12.06.2006.

[3] L-Artikolu 158 tat-Trattat jiddikjara li, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali tagħha, il-Komunità għandha jkollha l-għan li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni differenti u n-nuqqas ta’ progress tar-reġjuni jew tal-gżejjer li huma l-inqas iffavoriti, inklużi ż-żoni rurali.

[4] Skond l-Istrateġija ta’ Göteborg Strategy adottata mill-Kunsill Ewropew fl-2001 u aġġornata sal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2006.

[5] “L-Ekonomija ta’ l-UE: ir-Reviżjoni ta’ l-2004”. COM (2004) 723, 26 ta’ Ottubru 2004.

[6] Komunikazzjoni tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa “Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi- bidu ġdid għall-Istrateġija ta’ Liżbona”. COM(2005) 24, 2.2.2005.

[7] Il-konklużjonijiet tal-presidenza, il-Kunsill Ewropew, Marzu 2005.

[8] Il-konklużjonijiet tal-Presidenza, il-Kunsill Ewropew, Marzu 2005.

[9] COM(2006) 30 tal-25.1.2006.

[10] Ara t-Tielet Rapport ta’ Koeżjoni, p. 149.

[11] “Sħubiji Pubbliċi-Privati u l-Liġi Komunitarja dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet” – COM(2005) 569 finali 5.11.2005.

[12] Il-komunikazzjoni lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa “Naħdmu Flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi – bidu ġdid għall-Istrateġija ta’ Liżbona”. COM (2005) 24, 2.2.2005.

[13] “Il-Politika Ewropea tat-trasport għall-2010 : iż-żmien li tittieħed deċiżjoni”. COM(2001) 370.

[14] “Żomm l-Ewropa attiva. Mobbiltà sostenibbli għall-kontinent ta’ l-Ewropa”. COM(2006)314, 22.6.2006.

[15] ĠU L 167, 30.04.2004, p. 1.

[16] “L-investiment fir-riċerka: pjan ta’ azzjoni għall-Ewropa”. COM (2003) 226, 30.4.2003.

[17] “L-ispejjeż ekonomiċi mhux ta’ Liżbona” - SEC (2005) 385, 15.3. 2005.

[18] SEC(2004) 1475.

[19] COM(2005)229.

[20] ĠU L 205, 6.8.2005, p. 21.

[21] L-Artikolu [2] tar-Regolament (KE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1784/1999. ĠU L ..... Data, p. ĠU L 205, 12.7.2005, p. 21.

[22] COM(2005) 141, 12.04.2005.

[23] Stabbilit fl-1993, l-EURES hu netwerk ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizzi ta’ Impjieg Pubbliċi ta’ l-Istati Membri taż-ŻEE (l-Istati Membri ta’ l-UE kif ukoll in-Norveġja, l-Iżlanda u L-Liechtenstein) u organizzazzjonijiet sħab oħra.

[24] Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament “Politika ta’ Koeżjoni u l-ibliet: il-kontribuzzjoni urbana għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni”. COM(2006) [...]. 12.7.2006.

[25] L-Istrateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban. COM(2005) 718 finali

[26] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1685/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005, ĠU L 277 tal-21.10.2005, p. 1.

[27] ĠU L ..., Data ; p.

[28] ĠU C [...], [...], p. [...].

[29] ĠU C [...], [...], p. [...].

[30] ĠU C [...], [...], p. [...].

[31] ĠU C [...], [...], p. [...].

[32] ĠU

[33] Komunikazzjoni lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa – “Naħdmu flimkien għat-tkabbir u għall-impjiegi - bidu ġdid għall-Istrateġija ta' Liżbona”. COM(2005) 24, 2.2.2005.

[34] “Politika Ewropea tat-trasport għall-2010: żmien tad-deċiżjoni”. COM (2001) 370.

[35] “Żomm l-Ewropea tiċċaqlaq. Mobbiltà sostenibbli għall-kontinent Ewropew” – COM(2006)314, 22.6.2006.

[36] ĠU L 167, 30. 04.2004, p.1.

[37] “Investiment fir-riċerka; pjan ta’ azzjoni għall-Ewropa”. COM(2003) 226, 30.4.2003.

[38] “L-ispejjeż ekonomiċi li mhumiex tal-Liżbona” - SEC(2005) 385, 15.3.2005.

[39] SEC(2004) 1475.

[40] COM(2005) 229.

[41] ĠU L 205, 6.8.2005, p.21.

[42] L-Artikolu [2] tar-Regolament (KE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jirrevoka r-Regolament KE Nru 1784/1999. ĠU L .... Data, p.

[43] COM(2005) 141,12.4.2005.

[44] Stabbilit fl-1993, l-EURES hu netwerk ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizzi ta’ Impjieg Pubbliċi ta’ l-Istati Membri taż-ŻEE (l-Istati Membri ta’ l-UE kif ukoll in-Norveġja, l-Islanda u L-Liechtenstein) u organizzazzjonijiet sħab oħra.

[45] Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament “Politika ta’ Koeżjoni u l-ibliet: il-kontribuzzjoni urbana għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni”. COM(2006) [...]. 12.7.2006.

[46] L-Istrateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban COM(2005) 718 finali.

[47] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1685/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005. ĠU L 277 tal-21.10.2005, p. 1.