52006PC0369

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (ċ) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropewgħall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigwardil-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill dwar iż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra. jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2006/0369 finali - COD 2003/0262 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 12.7.2006

KUMM(2006) 369 finali

2003/0262 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (ċ) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropewgħall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigwardil-proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEWU TAL-KUNSILL dwar iż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra.

JEM ENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONIb’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

2003/0262 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONIskond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (ċ) tat-Trattat tal-KE,dwar l-emendi tal-Parlament Ewropewgħall-pożizzjoni komunital-Kunsill rigwardil-proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEWU TAL-KUNSILL dwar iż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra.

1. INTRODUZZJONI

L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (ċ) tat-Trattat tal-KE jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-emendi proposti mill-Parlament hawn taħt.

2. Sfond

Data ta' trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2003) 671 finali 2003/0262 (COD)): | 10 ta’ Novembru 2003. |

Data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 31 ta’ Marzu 2004. |

Data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 26 ta’ Mejju 2005. |

Data ta' l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni Data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, it-tieni qari: | 8 ta’ Diċembru 2005 maġġoranza kwalifikata 16 ta’ Mejju 2006 |

3. L-għan tal-proposta

Ir-Regolament propost ikopri iż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra. Regolamenti nazzjonali differenti applikabbli llum il-ġurnata wasslu għal ostakli fil-kummerċ intra-komunitarju li t-twettiq tal-prinċipju ta’ l-għarfien reċiproku ma rnexxilux jegħleb. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli Komunitarji dwar dawn il-prattiċi. Il-White Paper dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel adottata mill-Kummissjoni fl-14 ta’ Jannar 2000 ħabbret l-adozzjoni tal-Kummissjoni ta’ din il-miżura (azzjoni nru 61).

L-għanijiet ewlenin tal-proposta huma:

- biex jittejjeb il-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern

- biex tikkontribwixxi lejn livell ogħla ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem

- biex iżżid is-sigurtà legali għall-operaturi u, permezz ta’ miżuri proporzjonati, tippromwovi l-innovazzjoni

- biex tiżgura l-kompetizzjoni ġusta fil-qasam ta’ l-ikel.

Ir-Regolament propost:

- jipprevedi sitwazzjonijiet li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati ż-żieda volontarja ta' vitamini u minerali fl-ikel.

- fl-Anness I jelenka l-vitamini u l-minerali li jistgħu jiżdiedu u fl-Anness II jelenka t-taħlitiet ta' vitamini u melħ minerali li jistgħu jintużaw

- jipprevedi ċerti restrizzjonijiet dwar l-ikel li jistà jiżdidlu l-vitamini u l-minerali

- jistipula l-kriterji għall-ħolqien ta’ livelli massimi ta’ vitamini u minerali fl-ikel permezz tal-proċedura tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali

- jipprevedi l-ħolqien ta’ livelli minimi ta’ vitamini u minerali permezz tal-proċedura tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali

- jipprevedi regoli speċifiċi xierqa dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' prodotti li għandhom vitamini u minerali miżjuda minbarra, jew b’deroga għal, regoli orizzontali oħra applikabbli għall-ikel kollu.

- jippermetti lill-Istati Membri li jesiġu li t-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti jiġi nnotifikat sabiex tkun iffaċilitata s-sorveljanza tagħhom

- jipprevedi bażi ta’ skrutinju u, fejn meħtieġ, ir-regolazzjoni taż-żieda fl-ikel ta’ ċerti sustanzi li mhumiex vitamini jew minerali.

4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew

4.1. Emendi aċċettati mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista' taċċetta b'mod sħiħ it-8 emendi kollha adottati mill-Parlament Ewropew. Huma r-riżultat ta' ftehim ta' kompromess milħuq bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fit-tieni qari.

Il-bidliet ewlenin introdotti b’dawn l-emendi huma dawn li ġejjin:

- introduzzjoni ta’ definizzjoni ta’ sustanzi oħra konformi ma’ dik preżenti fl-abbozz tar-Regolament dwar rikjesti nutrizzjonali u tas-saħħa (COM(2003) 424 finali—2003/0165 (COD)) (emenda 14)

- jipprevedu li s-sustanzi li ġew eżaminati bl-akbar reqqa skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8 u li wara ġew ġeneralment approvati huma elenkati fir-reġistru tal-Komunità (emenda 11)

- jenfasizzaw li vitamini u minerali miżjuda ma’ l-ikel għandhom ikunu bijodisponibbli għal ġisem il-bniedem (emenda 5)

- jipprevedu li, qabel ma ssir modifikazzjoni lill-Annessi, il-Kummisjoni trid twettaq konsultazzjoni mal-partijiet interessati (emenda 15)

- tipprevedi li l-Kummisjoni tistà tressaq proposta għall-ammont massimu ta' vitamini u minerali miżjuda fl-ikel mhux aktar tard minn sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (emenda 17)

- jipprevedu li l-ikel imqiegħed fis-suq jew ittikkettjat qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament u dawk li ma jikkonformawx miegħu, jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sa 35 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (emenda 18)

- f’premessa jagħtu eżempju ta’ restrizzjonijiet dwar ikel li jistà jiġi miżjud b’vitamini u minerali u jispeċifikaw li dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jolqtu vitamini u minerali partikulari (emendi 1 u 16)

L-emendi huma skond l-għanijiet tal-Kummissjoni għall-proposta u jżommu l-bilanċ ta' l-interessi miksuba fil-pożizzjoni komuni.

5. 2.4. Konklużjoni

Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stipulat hawn fuq.