52006PC0363




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.7.2006

KUMM(2006) 363 finali

2006/0122 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Fis-16 ta’ Diċembru 2005, il-Komunità u r-Repubblika ta’ Kap Verde nnegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd li jippermetti lis-sajjieda tal-Komunità biex jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde. Dan il-Ftehim ta’ Sħubija, flimkien ma’ Protokoll u ma’ l-Anness tiegħu, ġie konkluż għal 6 snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu u jista’ jiġġedded. Fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim irrevoka u ssostitwixxa l-Ftehim tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta ta’ Kap Verde li daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Lulju 1990.

Il-Protokoll u l-Anness tiegħu li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-KE ġew konklużi għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Settembru 2006. Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid. F’kull każ, dawn ma jistgħux japplikaw qabel l-1 ta’ Settembru 2006.

Meta l-Kummissjoni ċċarat il-pożizzjoni tagħha dwar in-negozjati, hija bbażat ruħha fost affarijiet oħrajn fuq ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ex-post u ex-ante magħmula minn esperti indipendenti.

L-għan ewlieni tal-Ftehim il-ġdid ta’ Sħubija huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde sabiex jiġi stabbilit qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd fuq żmien twil u għall-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde fl-interess taż-żewġ partijiet. Dawn jidħlu fi djalogu politiku fuq is-suġġetti li huma ta’ interess reċiproku fis-settur tas-sajd. Fil-Ftehim ta’ Sħubija, il-prijoritajiet attwali tal-politika tas-sajd f’Kap Verde se jippermettu li ż-żewġ partijiet jidentifikaw ftehim komuni, għanijiet x’iwettqu u l-programmar annwali u multiannwali li joħroġ minnhom, bil-għan li tiġi assigurata ġestjoni fuq żmien twil u responsabbli tas-settur.

Il-Ftehim ta’ Sħubija jaħseb ukoll biex iħeġġeġ il-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi relatati miegħu.

Il-kumpens finanzjarju huwa stabbilit għal 385.000 € fis-sena. 80% minn dan il-kumpens finanzjarju se jippermetti appoġġ finanzjarju annwali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd f’Kap Verde sabiex ikun hemm sajd fuq żmien twil u responsabbli. L-opportunitajiet ta’ sajd previsti fil-Ftehim ġew stabbiliti kif ġej: 1) għall-kategorija tas-sajd “bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun bil-friża abbord”: 25 bastiment; 2) għall-kategorija tas-sajd “bastimenti għall-qbid tat-tonn bil-konz”: 11-il bastiment; 3) għall-kategorija tas-sajd “skejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ”: 48 bastiment. Il-Protokoll jistabbilixxi tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 5000 tunnellata ta’ tonn fis-sena. Il-Protokoll jistabbilixxi wkoll sistema ta’ ħlas addizzjonali għall-Komunità u l-operaturi f’każ li jinqabeż dan it-tunnellaġġ ta’ referenza.

Il-kontribuzzjonijiet ta’ l-operaturi ġew stabbiliti għal kull kategorija u jistgħu joħolqu dħul addizzjonali annwali ta’ madwar € 243 450 favur Kap Verde.

Il-Kummissjoni tipproponi għalhekk li l-Kunsill jadotta l-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde permezz ta’ Regolament.

2006/0122 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu flimkien mal-paragrafu 2 u l-ewwel subinċiż tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 300,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

1. Il-Komunità u r-Repubblika ta’ Kap Verde nnegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd li jippermetti lis-sajjieda tal-Komunità biex jistadu fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità tar-Repubblika ta’ Kap Verde.

2. Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim imsemmi.

3. Huwa importanti li jiġi definit il-mod li bih jitqassmu l-opportunitajiet ta’ sajd bejn l-Istati Membri,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde huwa approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti bil-Protokoll tal-Ftehim huma mqassma bejn l-Istati Membri skond it-tabella li ġejja:

Il-kategorija tas-sajd | It-tip ta’ bastiment | L-Istat Membru | Il-liċenzji jew il-kwota |

Is-sajd għat-tonn | Skejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ | Spanja | 41 |

Portugall | 7 |

Is-sajd għat-tonn | Bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun bil-friża abbord | Spanja | 12 |

Franza | 13 |

Is-sajd għat-tonn | Bastimenti għall-qbid tat-tonn bil-konz | Spanja | 7 |

Franza | 4 |

Jekk it-talbiet għal-liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jeħdux l-opportunitajiet kollha ta’ sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra talbiet għal-liċenzji minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ kull qabda li tkun saret fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde skond il-modalitajiet stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 dwar it-twaqqif tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2847/93 dwar il-monitoraġġ tal-qabdiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità fl-ibħra tal-pajjiżi terzi u f’baħar miftuħ[1].

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

Magħmul Brussell, fil-

Mill-Kunsill

Il-President

FTEHIM ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Komunità”, u

Ir-Repubblika ta’ Kap Verde, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Kap Verde”, minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW ir-relazzjonijiet stretti ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità u Kap Verde, b’mod partikolari fil-qafas tal-Konvenzjoni ta’ Cotonou, kif ukoll ix-xewqa komuni tagħhom li jintensifikaw dawn ir-relazzjonijiet,

WARA LI KKUNSIDRAW ix-xewqa taż-żewġ partijiet li jippromwovu l-użu responsabbli tar-riżorsi tagħha tas-sajd permezz tal-kooperazzjoni,

Filwaqt li qiesu d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni n-Nazzjonijiet Unititan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-liġi tal-baħar,

WARA LI GĦARFU li Kap Verde jeżerċita d-drittijiet tiegħu tas-sovranità u tal-ġurisdizzjoni fiż-żona li testendi sa 200 mil nawtiku mil-linji tal-bażi skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-liġi tal-baħar,

IDDETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku minn hawn ‘il quddiem imsejħa “ICCAT”

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ l-imġiba għal sajd responsabbli adottat waqt il-konferenza ta’ l-FAO fl-1995,

IDDETERMINATI li jikkooperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, biex ikun hemm sajd responsabbli li jassigura l-konservazzjoni u l-użu tar-riżorsi marittimi bijoloġiċi fuq żmien twil,

KONVINTI li din il-kooperazzjoni għandha tiġi bbażata fuq il-komplementarjetà ta’ l-inizjattivi u l-azzjonijiet li jsiru kemm b’mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-partijiet waqt li jiġu assigurati l-koerenza tal-politika u s-sinerġija ta’ l-isforzi,

DEĊIŻI, għal dawn il-finijiet, li joħolqu djalogu fuq il-politika settorjali tas-sajd adottata mill-Gvern ta’ Kap Verde, li jgħaddu għall-identifikazzjoni tal-mezzi xierqa sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effikaċi ta’ din il-politika kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili jiddaħħlu fil-proċedura,

XEWQANA li jistabbilixxu l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet li jikkontrollaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità fl-ibħra ta’ Kap Verde, u dawk li jikkonċernaw l-għoti ta’ l-appoġġ mill-Komunità sabiex isir sajd responsabbli f’dawn l-istess ibħra,

DEĊIŻI li jidħlu f’kooperazzjoni ekonomika iktar stretta fil-qasam ta’ l-industrija tas-sajd u ta’ l-attivitajiet marbuta magħha, permezz tal-ħolqien u l-iżvilupp ta’ kumpaniji konġunti li fihom ikun hemm intrapriżi miż-żewġ partijiet,

JAQBLU DWAR DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1 – L-għan

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

- il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fil-qasam tas-sajd sabiex isir sajd responsabbli fl-ibħra ta’ Kap Verde li jassigura l-konservazzjoni u l-użu tar-riżorsi tas-sajd fuq żmien twil u sabiex is-settur tas-sajd f’Kap Verde jiżviluppa;

- il-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità fl-ibħra ta’ Kap Verde;

- il-kooperazzjoni dwar il-modalitajiet tal-monitoraġġ tas-sajd fl-ibħra ta’ Kap Verde sabiex jiġu assigurati l-ħarsien tal-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-effikaċità tal-miżuri ta’ konservazzjoni u tal-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat;

- is-sħubija bejn l-intrapriżi bil-għan li jiżviluppaw, fl-interess komuni tagħhom, attivitajiet ekonomiċi li jaqgħu taħt il-qasam tas-sajd u attivitajiet li jorbtu miegħu.

Artikolu 2 – Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-termini li ġejjin ifissru:

a) “awtoritajiet ta’ Kap Verde”, il-Gvern ta’ Kap Verde;

b) “awtoritajiet komunitarji”, il-Kummissjoni Ewropea;

c) “ibħra ta’ Kap Verde”, l-ibħra li jaqgħu, għal dak li għandu x’jaqsam mas-sajd, taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ Kap Verde;

d) “bastiment tas-sajd”, kull bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi ħajjin tal-baħar

e) “bastiment tal-Komunità”, bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità u rreġistrat fil-Komunità;

f) “kumpanija konġunta”, kumpanija kummerċjali kkostitwita f’Kap Verde minn operaturi jew intrapriżi nazzjonali tal-partijiet għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet tas-sajd jew attivitajiet konnessi miegħu;

g) “kummissjoni konġunta”, kummissjoni magħmula minn rappreżentanti tal-Komunità u ta’ Kap Verde li l-karigi tagħha huma mniżżla fid-dettall fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim.

h) “trasbord”, trasferiment magħmul fil-port jew fuq il-baħar tal-qabdiet, jew ta’ parti minnhom, minn bastiment tas-sajd għal ieħor

i) “operatur”, kull persuna ġuridikament responsabbli mill-bastiment tas-sajd li tmexxi u tikkontrolla

j) “baħrin AKP”, kull baħri li ġej minn pajjiż mhux Ewropew li ffirma l-Ftehim ta’ Cotonou. Għalhekk, baħri minn Kap Verde hu baħri AKP

Artikolu 3 – Il-Prinċipji u l-għanijiet li jwasslu għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim

1. Il-partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ibħra ta’ Kap Verde skond il-prinċipji ddefiniti mill-Kodiċi ta’ l-Imġiba għal Sajd Responsabbli (CCPR) ta’ l-FAO u l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkunu f’dawn l-ibħra.

2. Il-partijiet jikkooperaw sabiex jassiguraw il-kontinwità tar-riżultati ta’ l-eżekuzzjoni ta’ politika settorjali tas-sajd adottata mill-Gvern ta’ Kap Verde u jibdew djalogu politiku dwar ir-riformi meħtieġa. Huma jikkonsultaw lil xulxin sabiex jadottaw il-miżuri eventwali f’dan il-qasam.

3. Il-partijiet jikkooperaw ukoll fit-twettiq ta’ l-evalwazzjonijiet tal-miżuri, fil-programmi u l-azzjonijiet implimentati skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet se jiġu analizzati mill-Kummissjoni konġunta stabbilita bl-Artikolu 9.

4. Il-partijiet jintrabtuli jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond il-prinċipji ta’ tmexxija ekonomika u soċjali tajba waqt li jitħares l-istat tar-riżorsi tas-sajd.

5. L-impjieg ta’ baħrin minn Kap Verde u/jew AKP abbord il-bastimenti tal-Komunità hu kkontrollat mid-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol, li tapplika bis-sħiħ fil-qafas tal-kuntratti korrispondenti u tal-kondizzjonijiet ġenerali tax-xogħol. Huwa l-każ, b’mod partikolari, tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tal-qerda tad-diskriminazzjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u l-professjoni.

Artikolu 4 – Il-kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku

1. Sakemm idum japplika l-Ftehim, il-Komunità u Kap Verde se jagħmlu l-aħjar tagħhom biex isegwu l-iżvilupp ta’ l-istat tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde;

2. Iż-żewġ partijiet, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet u ta’ riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku (ICCAT) u fid-dawl ta’ l-aqwa opinjonijiet xjentifiċi disponibbli, jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kummissjoni konġunta stabbilita bl-Artikolu 9 jew, jekk ikun il-każ, fi ħdan laqgħa xjentifika. B’konsultazzjoni mal-Komunità, Kap Verde jista’ jadotta miżuri bil-ħsieb ta’ ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd fuq żmien twil.

3. Il-partijiet jintrabtuli jikkonsultaw lil xulxin, direttament jew fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, bil-għan li jassiguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi fl-Atlantiku u li jikkooperaw fil-qafas tar-riċerki xjentifiċi li jorbtu magħhom.

Artikolu 5 – L-aċċess tal-bastimenti tal-Komunità għaż-żoni tas-sajd fl-ibħra ta’ Kap Verde

1. Kap Verde jobbliga ruħu li jawtorizza lil bastimenti tal-Komunità biex jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tiegħu skond dan il-Ftehim, inklużi l-Protokoll u l-Anness.

2. L-attivitajiet tas-sajd li huma t-tema ta’ dan il-Ftehim huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ f’Kap Verde. L-awtoritajiet ta’ Kap Verde jinnotifikaw lill-Komunità b’kull emenda fil-leġiżlazzjoni msemmija kif ukoll b’kull leġiżlazzjoni oħra li jista’ jkollha impatt fuq il-leġiżlazzjonijiet tas-sajd.

3. Kap Verde jintrabat li jkun responsabbli dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri dwar il-monitoraġġ tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll. Il-bastimenti tal-Komunità jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde għat-twettiq ta’ dan il-monitoraġġ.

4. Il-Komunità tinrabat li tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tassigura li l-bastimenti tagħha jħarsu d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, kif ukoll il-leġiżlazzjoni li tikkontrolla s-sajd fl-ibħra li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Kap Verde.

Artikolu 6 – Il-liċenzji

1. Il-bastimenti tal-Komunità ma jistgħux jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde ħlief jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Ftehim.

2. Il-proċedura li tippermetti l-kisba ta’ liċenzja tas-sajd għal bastiment, it-taxxi li japplikaw u l-mod tal-ħlas mill-operatur huma ddefiniti fl-Anness tal-Protokoll.

Artikolu 7 – Il-kumpens finanzjarju

1. Il-Komunità tagħti kumpens finanzjarju lil Kap Verde skond it-termini u l-kondizzjonijiet iddefiniti fil-Protokoll u fl-Annessi. Dan il-kumpens uniku hu ddefinit fuq il-bażi ta’ żewġ komponenti relattivi, rispettivament,

a) għall-aċċess tal-bastimenti tal-Komunità għaż-żoni tas-sajd ta’ Kap Verde, u

b) għall-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u għall-użu fuq żmien twil tar-riżorsi tas-sajd fl-ibħra ta’ Kap Verde.

2. Il-komponent tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu ta’ hawn fuq hu ddeterminat u ġestit skond l-identifikazzjoni miż-żewġ partijiet ta’ ftehim komuni u skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-Protokoll, skond l-għanijiet li għandhom jitwettqu fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd f’Kap Verde u skond programmar annwali u multiannwali li jorbot ma’ l-implimentazzjoni tagħha.

3. Il-kumpens finanzjarju mogħti mill-Komunità jitħallas kull sena skond il-modalitajiet stabbiliti bil-Protokoll u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u tal-Protokoll dwar il-modifika eventwali ta’ l-ammont tiegħu minħabba:

a) avvenimenti mhux normali, li m’humiex fenomeni naturali, li jipprojbixxu l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra ta’ Kap Verde;

b) tnaqqis, bi qbil, ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità b’applikazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni ta' l-istokkijiet ikkonċernati meqjusa meħtieġa għall-konservazzjoni u l-użu tar-riżorsi fuq żmien twil skond l-aqwa opinjoni xjentifika disponibbli;

c) żieda, bi qbil bejn il-partijiet, fl-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità jekk, skond l-aqwa opinjoni xjentifika disponibbli, l-istat tar-riżorsi jippermetti dan;

d) evalwazzjoni mill-ġdid tal-kondizzjonijiet ta’ l-appoġġ finanzjarju komunitarju għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd f’Kap Verde meta r-riżultati tal-programmar annwali u multiannwali kkonstatati mill-partijiet jiġġustifikaw dan;

e) terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12.

f) sospensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13.

Artikolu 8 – Il-Promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-livell ta’ l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili

1. Il-partijiet iħeġġu l-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi relatati miegħu. Huma jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw l-azzjonijiet differenti possibbli f’dan ir-rigward.

2. Il-partijiet iħeġġu l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar it-tekniki u l-inġenji tas-sajd, il-metodi ta’ konservazzjoni u l-proċeduri industrijali ta’ l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd.

3. Il-partijiet jimpenjaw irwieħhom biex joħolqu l-kondizzjonijiet xierqa għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tal-partijiet fil-qasam tekniku, dak ekonomiku u kummerċjali waqt li jiffavorixxu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-investimenti.

4. Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jimplimentaw pjan ta’ azzjoni bejn l-operaturi ta’ Kap Verde u dawk tal-Komunità bil-għan li jiżviluppaw l-iżbarki lokali ta’ bastimenti tal-Komunità.

5. Il-partijiet iħeġġu, b’mod partikolari, il-ħolqien ta’ kumpaniji konġunti li jkollhom interess reċiproku waqt li jħarsu b’mod sistematiku l-leġiżlazzjoni ta’ Kap Verde u l-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ.

Artikolu 9 – Il-Kummissjoni Konġunta

1. B’dan qed titwaqqaf kummissjoni konġunta inkarigata mill-kontroll ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-Kummissjoni Konġunta teżerċita l-funzjonijiet li ġejjin:

a) tikkontrolla l-eżekuzzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim u b’mod partikolari d-definizzjoni u l-evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-programmar annwali u multiannwali previst fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 7;

b) tassigura r-rabta meħtieġa għall-kwistjonijet ta’ interess komuni fir-rigward tas-sajd;

c) isservi ta’ forum biex tirregola, b’mod amikevoli, it-tilwim li jista’ jinqala’ minħabba l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim;

d) terġa’ tevalwa, jekk ikun il-każ, il-livell ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd u, għalhekk, tal-kumpens finanzjarju;

e) kull funzjoni oħra li l-partijiet, bi qbil, jiddeċiedu li jattribwixxulha.

2. Il-Kummissjoni Konġunta tiltaqa’ mill-inqas darba f’sena, darba f’Kap Verde u d-darba ta’ wara fil-Komunità, taħt il-presidenza tal-parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Hi tiltaqa’ f’sessjoni straordinarja fuq talba ta’ waħda mill-partijiet.

Artikolu 10 – Iż-żona ġeografika applikabbli

Dan il-Ftehim japplika, min-naħa l-waħda, fit-territorji fejn japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bit-Trattat imsemmi, u min-naħa l-oħra, fit-territorju ta’ Kap Verde.

Artikolu 11 – Perjodu effettiv

Dan il-Ftehim japplika għal 5 snin minn meta jidħol fis-seħħ; huwa jista’ jiġġedded kull perjodu supplimentari ta’ 5 snin, sakemm ma jiġix itterminat skond l-Artikolu 12.

Artikolu 12 – It-terminazzjoni

1. Dan il-Ftehim jista’ jiġi tterminat minn waħda mill-partijiet f’każ ta’ avvenimenti mhux normali relattivi, fost oħrajn, għad-degradazzjoni ta' l-istokkijiet ikkonċernati, għall-konstatazzjoni ta’ tnaqqis fil-livell ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità jew għan-nuqqas ta’ ħarsien tal-wegħdiet sottoskritti mill-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat.

2. Il-parti interessata tinnotifika bil-miktub lill-parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tittermina l-Ftehim mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza ta’ l-ewwel perjodu jew ta’ kull perjodu supplimentari.

3. Meta tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti, il-partijiet jibdew il-konsultazzjonijiet.

4. Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 għas-sena li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis.

Artikolu 13 – Is-Sospensjoni

1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet f’każ ta’ tilwim gravi fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fih. Din is-sospensjoni hija suġġetta għan-notifika bil-miktub mill-parti interessata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ. Malli jirċievu din in-notifika, il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsolvu t-tilwim tagħhom b’mod amikevoli.

2. Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skond it-tul ta’ żmien tas-sospensjoni.

Artikolu 14 – Il-Protokoll u l-Anness

Il-Protokoll u l-Anness jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 15 – Id-Dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ibħra ta’ Kap Verde huma kkontrollati mil-leġiżlazzjoni li tapplika f’Kap Verde, ħlief jekk il-Ftehim u dan il-Protokoll flimkien ma’ l-Anness u l-Appendiċi tiegħu jipprevedu mod ieħor.

Artikolu 16 – Ir-revoka

Fid-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim jirrevoka u jissostitwixxi l-Ftehim tas-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde dwar is-sajd ‘il barra minn Kap Verde li daħal fis-seħħ fit-24 ta’ Lulju 1990.

Artikolu 17 – Id-dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim, imfassal f'żewġ kopji bil-Ġermaniż, l-Ingliż, id-Daniż, l-Ispanjol, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Iżvediż u ċ-Ċek, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku, jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet jinnotifikaw lil xulxin li ġew kompletati l-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop.

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju msemmija fil-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde dwar is-sajd ‘il barra minn Kap Verde għall-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2006 u l-31 ta’ Awissu 2011

Artikolu 1 Il-Perjodu ta’ l-applikazzjoni u l-opportunitajiet ta’ sajd

1. Mill-1 ta’ Settembru 2006 u għal perjodu ta’ 5 snin, l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija taħt l-Artikolu 5 tal-Ftehim huma stabbiliti kif ġej:

L-ispeċijiet migratorji ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-1982)

- il-bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun bil-friża abbord: 25 bastiment,

- il-bastimenti għall-qbid tat-tonn bil-konz: 11-il bastiment,

- l-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ: 48 bastiment.

2. Il-paragrafu 1 japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll.

3. Il-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea ma jistgħux jeżerċitaw attivitajiet ta’ sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde ħlief jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Protokoll u skond il-modalitajiet deskritti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 2 Il-Kumpens finanzjarju – Il-modalitajiet tal-ħlas

1. Il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 tal-Ftehim hu magħmul, min-naħa l-waħda għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, minn ammont annwali ta’ 325 000 euro li huma ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 5000 t fis-sena, u min-naħa l-oħra minn ammont speċifiku ta’ 60 000 euro fis-sena, maħsub għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Kap Verde. Dan l-ammont speċifiku jifforma parti integrali mill-kumpens finanzjarju uniku ddefinit fl-Artikolu 7 tal-Ftehim.

2. Il-paragrafu 1 japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4, 5 u 7 ta’ dan il-Protokoll.

3. Is-somma ta’ l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, jiġifieri 385 000 euro, titħallas kull sena mill-Komunità matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

4. Jekk il-kwantità globali tal-qabdiet li jsiru mill-bastimenti tal-Komunità fl-ibħra ta’ Kap Verde taqbeż il-5000 tunnellata fis-sena, l-ammont ta’ 325 000 euro tal-kumpens finanzjarju se jiżdied b’65 euro għal kull tunnellata żejda li tinqabad. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Komunità ma jistax jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fil-paragrafu 1 (650 000 euro). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Komunità jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta’ l-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara.

5. Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 isir sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2006 għall-ewwel sena u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007, 2008, 2009 u 2010 għas-snin ta’ wara.

6. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, l-għoti ta’ dan il-kumpens jaqa’ taħt il-kompetenza esklussiva ta’ l-awtoritajiet ta’ Kap Verde.

7. Il-kumpens finanzjarju jitħallas f’kont uniku tat-Teżor Pubbliku miftuħ għand istituzzjoni finanzjarja magħżula mill-awtoritajiet ta’ Kap Verde.

Artikolu 3 Il-Kooperazzjoni għal sajd responsabbli – Laqgħa xjentifika

1. Iż-żewġ partijiet jimpenjaw irwieħhom li jippromwovu sajd responsabbli fl-ibħra ta’ Kap Verde skond il-prinċipji tal-Kodiċi ta’ l-Imġiba għal sajd responsabbli (CCPR) ta’ l-FAO u l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkunu f’dawn l-ibħra.

2. Sakemm idum dan il-Protokoll, il-Komunità u l-awtoritajiet ta’ Kap Verde se jagħmlu l-aħjar tagħhom biex isegwu l-iżvilupp ta’ l-istat tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde;

3. Skond l-Artikolu 4 tal-Ftehim, il-partijiet, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn (ICCAT) u fid-dawl ta’ l-aqwa opinjonijiet xjentifiċi disponibbli jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kummissjoni konġunta stabbilita bl-Artikolu 9 tal-Ftehim, jekk ikun il-każ wara laqgħa xjentifika. B’konsultazzjoni mal-Komunità, Kap Verde jista’ jadotta miżuri bil-ħsieb ta’ ġestjoni fuq żmien twil tar-riżorsi tas-sajd li jaffettwaw l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Komunità.

Artikolu 4 Reviżjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bi qbil reċiproku

1. L-opportunitajiet ta’ sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil sakemm, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika msemmija fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 3, din iż-żieda ma tkunx ta’ ħsara għall-ġestjoni fuq żmien twil tar-riżorsi ta’ Kap Verde. F’każ bħal dan, il-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2 jiżdied proporzjonalment u pro rata temporis . Madankollu, l-ammont totali tal-kumpens finanzjarju mħallas mill-Komunità Ewropea ma jistax jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2. Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Komunità jaqbżu d-doppju tal-kwantitajiet li jikkorrispondu għall-ammont totali annwali rivedut, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara.

2. Min-naħa l-oħra, fil-każ li l-partijiet jiftiehmu dwar l-adozzjoni ta’ tnaqqis ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd imsemmija fl-Artikolu 1, il-kumpens finanzjarju jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis .

3. It-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bejn kategoriji differenti ta’ bastimenti jista’ wkoll ikun suġġett għal reviżjoni bi qbil bejn iż-żewġ partijiet u b’ħarsien ta’ kull rakkomandazzjoni eventwali tal-laqgħa xjentifika msemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward tal-ġestjoni ta' l-istokkijiet li jistgħu jkunu affetwati minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-partijiet jiftiehmu dwar l-aġġustament korrispondenti tal-kumpens finanzjarju jekk it-tqassim mill-ġdid ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd jiġġustifika dan.

Artikolu 5 Opportunitajiet ġodda ta’ sajd

1. Fil-każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jkunu interessati f’attivitajiet ta’ sajd li ma jkunux indikati fl-Artikolu 1, il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin qabel ma eventwalment tingħata l-awtorizzazzjoni min-naħa ta’ l-awtoritajiet ta’ Kap Verde. Jekk ikun il-każ, il-Partijiet jiftiehmu dwar il-kondizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet ġodda ta’ sajd u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

2. Il-Partijiet għandhom iħeġġu s-sajd sperimentali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispeċijiet li jgħixu fil-fond ta’ l-ibħra ta’ Kap Verde. Għalhekk, u fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, huma jikkonsultaw lil xulxin u għal kull każ jiddeterminaw l-ispeċijiet, il-kondizzjonijiet u parametri oħra xierqa.

Il-Partijiet se jwettqu s-sajd sperimentali skond il-parametri li huma se jaqblu dwarhom, jekk ikun il-każ, f’dispożizzjoni amministrattiva. Għandu jintlaħaq qbil dwar l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għal perjodu massimu ta’ 6 xhur.

Fil-każ li l-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, il-Gvern ta’ Kap Verde jista’ jagħti opportunitajiet ta’ sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Komunità sa l-iskadenza tal-Protokoll attwali. Għalhekk, il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2.1 tal-Protokoll attwali jiżdied.

Artikolu 6 Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju minħabba forza maġġuri

1. Fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux normali, minbarra l-fenomeni naturali, li jipprojbixxu l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta’ Kap Verde, il-ħlas tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2 jista’ jiġi sospiż mill-Komunità Ewropea wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet f’terminu ta’ xahrejn wara t-talba ta’ waħda miż-żewġ partijiet u bil-kondizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset kull ammont dovut meta ssir is-sospensjoni.

2. Il-kumpens finanzjarju jerġa’ jibda jitħallas malli l-partijiet jikkonstataw, bi qbil wara li jsiru l-konsultazzjonijiet, li ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-waqfien ta’ l-attivitajiet ta’ sajd inbidlu u/jew li s-sitwazzjoni tista’ tippermetti li jerġgħu lura għall-attivitajiet ta’ sajd.

3. Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità skond l-Artikolu 6 tal-Ftehim tiġi pprolungata għal tul ta’ żmien daqs il-perjodu ta’ sospensjoni ta’ l-attivitajiet ta’ sajd.

Artikolu 7 Il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli fl-ibħra ta’ Kap Verde

1. Tmenin fil-mija (80%) ta’ l-ammont totali tal-kumpens finanzjarju stabbilit bl-Artikolu 2 jikkontribwixxu kull sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi għall-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u fuq żmien twil fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd iddefinita mill-Gvern ta’ Kap Verde.

Il-ġestjoni ta’ l-ammont korrispondenti minn Kap Verde hija bbażata fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet, bi qbil, ta’ l-għanijiet li għandhom jitwettqu u tal-programmar annwali u multiannwali li jorbot magħhom.

2. Sabiex jiġu implimentati l-miżuri tal-paragrafu 1 hawn fuq, il-Komunità u Kap Verde jiftiehmu fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta stabbilita bl-Artikolu 9 tal-Ftehim, malli l-Protokoll jidħol fis-seħħ u sa mhux aktar tard mit-tliet xhur wara d-dħul ta’ dan il-Protokoll fis-seħħ, dwar Programm Settorjali Multi-annwali u l-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, li jinkludi b’mod partikolari:

(a) il-linji ta' gwida fuq bażi annwali u multiannwali li fuqhom il-persentaġġ tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 hawn fuq u ta’ l-ammonti speċifiċi tiegħu għall-inizjattivi li għandhom isiru fl-2007 ikun se jintuża.

(b) l-għanijiet li għandhom jintlaħqu fuq bażi annwali u multiannwali sabiex fl-aħħar ikunu jistgħu jaslu għall-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u fuq żmien twil waqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi minn Kap Verde fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd jew ta’ politika oħra li għandha rabta jew impatt fuq il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u fuq żmien twil;

(c) il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali.

3. Kull emenda proposta fil-Programm Settorjali Multiannwali jew fl-użu ta’ l-ammonti speċifiċi għall-inizjattivi li għandhom isiru fl-2007 għandha tkun approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni konġunta.

4. Kull sena, Kap Verde jiddeċiedi l-koeffiċjent tal-parti li tikkorrispondi għall-persentaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex jiġi implimentat il-Programm multiannwali. Fir-rigward ta’ l-ewwel sena tal-validità tal-Protokoll, dan il-koeffiċjent għandu jkun ikkomunikat lill-Komunità malli l-Programm Settorjali multiannwali jiġi approvat fil-Kummissjoni Konġunta. Għal kull sena segwenti, dan il-koeffiċjent jiġi kkomunikat minn Kap Verde lill-Komunità sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju tas-sena tal-Protokoll preċedenti.

5. Fil-każ li l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm Settorjali Multiannwali tiġġustifika dan, il-Komunità Ewropea se tkun tista’ titlob li jerġa’ jsir aġġustament tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll biex tadatta l-ammont effettiv tal-fondi mogħtija għall-implimentazzjoni tal-Programm ma’ dawn ir-riżultati.

Artikolu 8 It-tilwim – is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll

1. Kull tilwim bejn il-partijiet fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tagħhom għandu jkun is-suġġett ta’ konsultazzjoni bejn il-partijiet fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta stabbilita bl-Artikolu 9 tal-Ftehim, jekk ikun meħtieġ, imlaqqgħa f’sessjoni straordinarja.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet meta t-tilwim li jpoġġi ż-żewġ Partijiet f’oppożizzjoni jitqies gravi u meta l-konsultazzjonijiet li jsiru fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta skond il-paragrafu 1 ma jkunux ippermettew tmiem b’mod amikevoli.

3. Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll hija suġġetta għan-notifika bil-miktub mill-parti interessata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ.

4. F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim li jkun qed jifridhom. Meta tinstab soluzzjoni, il-Protokoll jerġa’ jibda japplika u l-ammont tal-kumpens finanzjarju jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skond it-tul ta’ żmien li fih l-applikazzjoni tal-Protokoll tkun ġiet sospiża.

Artikolu 9 Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ ħlas

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, fil-każ li l-Komunità tonqos milli tagħmel il-ħlas imsemmi fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

a) L-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde jibagħtu notifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Din tgħaddi għall-verifiki xierqa u, jekk ikun meħtieġ, għall-ħlas f’terminu massimu ta’ 60 jum ta’ xogħol mid-data ta’ l-irċevuta tan-notifika.

b) Fin-nuqqas ta’ ħlas jew ta’ ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta’ ħlas fit-terminu stabbilit bil-paragrafu 5 ta’ l-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde għandhom id-dritt li jissospendu l-applikazzjoni tal-Protokoll. Huma jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea b’dan mill-ewwel.

c) Il-Protokoll jerġa’ jibda japplika malli jsir il-ħlas ikkonċernat.

Artikolu 10 Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ibħra ta’ Kap Verde fil-qafas ta’ dan il-Protokoll huma gvernati mil-leġiżlazzjoni li tapplika f’Kap Verde, ħlief jekk il-Ftehim u dan il-Protokoll flimkien ma’ l-Anness u l-Appendiċi tiegħu jiddisponu dwar dan mod ieħor.

Artikolu 11 Il-Klawsola ta’ reviżjoni

Il-Partijiet jistgħu jirrevedu d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, ta’ l-Anness u ta’ l-Appendiċi u, jekk ikun il-każ, jemendawhom f’nofs it-terminu.

Artikolu 12 Ir-revoka

L-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde dwar is-sajd ‘il barra minn Kap Verde huwa revokat u sostitwit bl-Anness ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 13 Id-dħul fis-seħħ

1. Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li ġew kompletati l-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop.

2. Huma jibdew japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2006.

ANNESS

IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TA’ KAP VERDE MILL-BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ

KAPITOLU I – IL-FORMALITAJIET LI JAPPLIKAW GħAT-TALBA U GħALL-ħRUĠ TAL-LIċENZJI

Sezzjoni 1 Il-ħruġ tal-liċenzji

1. Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu liċenzja tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde fil-qafas tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju msemmija fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde dwar is-sajd ‘il barra minn Kap Verde għall-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2006 u l-31 ta’ Awissu 2011.

2. Sabiex bastiment ikun eliġibbli, l-operatur, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma jridux ikunu pprojbiti milli jwettqu attivitajiet ta’ sajd f’Kap Verde. Huma jridu jkunu f’sitwazzjoni regolari fil-konfront ta’ l-amministrazzjoni ta’ Kap Verde, fis-sens li jridu jkunu wettqu l-obbligi preċedenti kollha marbuta ma’ l-attivitajiet tagħhom ta’ sajd f’Kap Verde fil-qafas tal-Ftehim ta’ sajd konkluż mal-Komunità.

3. Kull bastiment tal-Komunità li jitlob liċenzja tas-sajd jista’ jiġi rrappreżentat minn aġent marittimu li jgħix f’Kap Verde. L-isem u l-indirizz ta’ dan ir-rappreżentant għalhekk jissemmew fit-talba għal-liċenzja. Madankollu, kull bastiment li jitlob liċenzja tas-sajd li jaħseb għall-iżbark jew it-trasbord f’port ta’ Kap Verde għandu jiġi rrappreżentat minn aġent marittimu li jgħix f’Kap Verde.

4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jippreżentaw talba, mill-inqas 15-il jum qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba, lill-Ministeru inkarigat mis-sajd f’Kap Verde għal kull bastiment li jixtieq jistad fil-qafas ta’ dan il-Ftehim.

5. It-talbiet jiġu ppreżentati lill-Ministeru inkarigat mis-sajd skond il-formoli li l-mudell tagħhom jidher fl-Appendiċi I.

6. Kull talba għal-liċenzja għandha tkun akkompanjata mid-dokumenti li ġejjin:

- il-prova tal-ħlas tal-miżata għall-perjodu tal-validità tagħħa.

- ritratt reċenti bil-kulur tal-bastiment mill-ġenb fl-istat attwali tiegħu għal kull talba li ssir għall-ewwel darba fil-qafas ta’ dan il-Protokoll. Ir-ritratt ma jridx ikun iżgħar minn 15-il ċm b’10 ċm.

- kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skond id-dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għat-tip ta’ bastiment skond dan il-Protokoll.

7. Il-miżata titħallas fil-kont indikat mill-awtoritajiet ta’ Kap Verde skond il-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 2 tal-Protokoll.

8. Il-miżati jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha. Madankollu, it-taxxi tal-port, it-taxxi tat-trasbord u l-ispejjeż għall-għoti ta’ servizzi m’humiex inklużi fil-ħlas ta’ din il-miżata.

9. Il-liċenzji għall-bastimenti kollha jingħataw lill-operaturi jew lir-rappreżentanti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f’Kap Verde f’terminu ta’15-il jum wara l-irċevuta tad-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-punt 6 hawn fuq mill-Ministeru inkarigat mis-sajd ta’ Kap Verde.

10. Fil-każ li meta tkun se tiġi ffirmata l-liċenzja l-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea jkunu magħluqin, din tista’, jekk ikun il-każ, tingħadda direttament lill-aġent tal-bastiment u tingħata kopja lid-Delegazzjoni.

11. Il-liċenzja tinħareġ f’isem bastiment partikolari u m’hijiex trasferibbli.

12. Madankollu, fuq talba tal-Komunità Ewropea u f’każ ta’ forza maġġuri ppruvata, il-liċenzja ta’ bastiment tiġi sostitwita b’liċenzja ġdida f’isem bastiment ieħor ta’ l-istess kategorija mingħajr ma jkollha titħallas miżata oħra. F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet iqis it-total tal-qabdiet kollha taż-żewġ bastimenti biex jiġi ddeterminat ħlas addizzjonali eventwali.

13. L-operatur, jew ir-rappreżentant, tal-bastiment li jkun se jiġi sostitwit jgħaddi l-liċenzja annullata lill-Ministeru inkarigat mis-sajd ta’ Kap Verde permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

14. Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida ssir valida hija dik meta l-operatur jagħti lura l-liċenzja annullata lill-Ministeru inkarigat mis-sajd ta’ Kap Verde. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Kap Verde tiġi informata bit-trasferiment tal-liċenzja.

15. Il-liċenzja għandha dejjem tinżamm abbord. Madankollu, malli tiġi rċevuta n-notifika tal-ħlas bil-quddiem indirizzata mill-Kummissjoni Ewropea lill-awtoritajiet ta’ Kap Verde, il-bastiment jinkiteb fuq lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu, li tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet ta’ Kap Verde inkarigati mill-monitoraġġ tas-sajd. Kopja tal-lista msemmija tista’ tinkiseb permezz ta’ faks sakemm tiġi riċevuta l-liċenzja nfisha; din il-kopja tinżamm abbord.

Sezzjoni 2 Il-kondizzjonijiet għal-liċenzja – il-miżati u l-ħlas bil-quddiem

1. Il-liċenzji huma validi għal sena. Huma jistgħu jiġġeddu.

2. Il-miżata stabbilita hija ta’ 35 euro għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde għall-bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun u għall-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ u għal 25 euro għal kull tunnellata maqbdua fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde għall-bastimenti għall-qbid tat-tonn bil-konz.

3. Il-liċenzji jinħarġu wara li jitħallsu s-somom stabbiliti li ġejjin lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

- 3950 euro għal kull bastiment għall-qbid tat-tonn bit-tartarun (li 100 euro minnhom imorru għall-finanzjament tal-programm ta’ l-osservaturi), li huma ekwivalenti għall-miżati dovuti għal 110 tunnellata ta’ speċijiet migratorji ħafna u speċijiet assoċjati magħhom maqbuda kull sena;

- 2900 euro għal kull skuna li tistad bil-konz tal-wiċċ (li 100 euro minnhom imorru għall-finanzjament tal-programm ta’ l-osservaturi), li huma ekwivalenti għall-miżati dovuti għal 80 tunnellata ta’ speċijiet migratorji ħafna u speċijiet assoċjati magħhom maqbuda kull sena;

- 500 euro għal kull bastiment għall-qbid tat-tonn bil-konz (li 100 euro minnhom imorru għall-finanzjament tal-programm ta’ l-osservaturi), li huma ekwivalenti għall-miżati dovuti għal 16-il tunnellata ta’ speċijiet migratorji ħafna u speċijiet assoċjati magħhom maqbuda kull sena;

4. Ir-rendikont finali tal-miżati dovuti għas-sena n jiġi deċiż mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena n+1 fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet magħmula minn kull operatur u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti għall-verifika ta’ l-informazzjoni dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħall-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia) u l-IPIMAR (Instituto de Investigação das Pescas e do Mar) u għall-INDP (l'Instituto Nacional de Desenvolvimento das Pescas du Cap Vert) permezz tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

5. Dan il-kont jiġi kkomunikat fl-istess ħin lill-Ministeru inkarigat mis-sajd ta’ Kap Verde u lill-operaturi għall-verifika u l-approvazzjoni. L-awtoritajiet ta’ Kap Verde jistgħu joġġezzjonaw għall-kont bil-miktub u bir-raġunijiet xierqa f’terminu ta’ 30 jum mid-data ta’ meta jkun ġie lilhom mogħti . Jekk ma jintlaħaqx qbil, il-każ jitressaq quddiem il-Kummissjoni Konġunta. Jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni fit-terminu stabbilit, il-kont jiġi aċċettat.

6. Kull ħlas addizzjonali eventwali se jsir mill-operaturi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ Kap Verde sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara fil-kont imsemmi fil-paragrafu 7 tas-Sezzjoni 1 ta’ dan il-Kapitolu.

7. Madankollu, jekk il-kont finali jkun inqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-punt 3 ta’ din is-sezzjoni, l-operatur ma jkunx jista’ jieħu lura s-somma korrispondenti li jibqa’.

KAPITOLU II – Iż-ŻONI TAS-SAJD

1. Il-bastimenti tal-Komunità se jkunu jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom tas-sajd fiż-żoni li ġejjin:

- ‘il barra mit-12-il mil nawtiku mil-linji tal-bażi

KAPITOLU III – IR-RÉĠIM TA’ DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET

1. It-tul ta’ żmien tal-vjaġġ ta’ bastiment tal-Komunità għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddefinit kif ġej:

- jew il-perjodu li jgħaddi bejn daħla u ħarġa miż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde;

- jew il-perjodu li jgħaddi bejn daħla fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde u trasbord;

- jew il-perjodu li jgħaddi bejn daħla fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde u żbark f’Kap Verde;

2. Il-bastimenti kollha awtorizzati biex jistadu fl-ibħra ta’ Kap Verde fil-qafas tal-Ftehim għandhom jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru inkarigat mis-sajd ta’ Kap Verde sabiex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jikkontrollaw il-kwantitajiet maqbuda li jiġu vvalidati mill-istituti xjentifiċi kompetenti skond il-proċedura msemmija fil-punt 4 tas-sezzjoni 2 tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness. Il-modalitajiet ta’ komunikazzjoni tal-qabdiet huma dawn li ġejjin:

2.1 Matul perjodu ta’ sena li fih il-liċenzja tkun valida fis-sens tal-paragrafu 1 tas-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness, id-dikjarazzjonijiet jinkludu l-qabdiet li jkunu saru mill-bastiment waqt kull vjaġġ. Id-dikjarazzjonijiet oriġinali fuq mezz fiżiku jiġu kkomunikati lill-Ministeru inkarigat mis-sajd ta’ Kap Verde fit-30 jum ta’ wara t-tmiem ta’ l-aħħar vjaġġ li jkun sar matul il-perjodu msemmi. Fl-istess ħin jintbagħtu kopji b’mod elettroniku jew permezz ta’ faks lill-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni u lill-Ministeru inkarigat mis-sajd ta’ Kap Verde.

2.2 Il-bastimenti jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola li tikkorrispondi għall-ġurnal ta’ abbord li l-mudell tagħha qiegħed fl-Appendiċi 2. Għall-perjodi li fihom il-bastiment ma jkunx daħal fl-ibħra ta’ (Stat), huwa mitlub li jimtela l-ġurnal ta’ abbord bir-referenza “Barra ż-ŻEE ta’ Kap Verde”.

2.3 Il-formoli għandhom jimtlew b’mod ċar u b’ittri kapitali u jiġu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment jew mir-rappreżentant legali tiegħu.

3. F’każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Gvern ta’ Kap Verde jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment li wettaq in-nuqqas sakemm titlesta l-formalità u tiġi applikata piena, stabbilita bir-Regolament fis-seħħ f’Kap Verde, lill-operatur tal-bastiment. L-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni u l-Kummissjoni Ewropea jiġu informati b’dan.

KAPITOLU IV – L-IżBARK

Iż-żewġ partijiet jikkooperaw sabiex itejbu l-opportunitajiet ta’ trasbord u ta’ żbark fil-portijiet ta’ Kap Verde.

1. L-Iżbarki:

Il-bastimenti tat-tonn tal-Komunità li jiżbarkaw b’mod volontarju f’port ta’ Kap Verde jibbenefikaw minn tnaqqis fil-miżata ta’ 5 euro għal kull tunnellata żbarkata fuq l-ammont indikat fil-paragrafu 2 tas-sezzjoni 2 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness.

Jingħata tnaqqis supplimentari ta’ 5 euro fil-każ ta’ bejgħ tal-prodotti tas-sajd lil fabbrika ta’ l-ipproċessar f’Kap Verde.

Dan il-mekkaniżmu se japplika, għal kull bastiment tal-Komunità, sa massimu ta’ 50% tal-kont finali tal-qabdiet (hekk kif iddefinit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness) mill-ewwel sena ta’ dan il-Protokoll.

2. Il-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tal-kontroll tat-tunnellati żbarkati jew trasbordati se jkunu ddefiniti waqt l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta.

3. L-evalwazzjoni:

Il-livell ta’ l-inċentivi finanzjarji kif ukoll il-persentaġġ massimu tal-kont finali tal-qabdiet se jiġu aġġustati fil-qafas tal-Kummissjoni Konġunta skond l-impatt soċjo-ekonomiku maħluq mill-iżbarki li jkunu saru matul is-sena kkonċernata.

KAPITOLU V – L-IMBARK TAL-BAħRIN

1. L-operaturi tal-bastimenti għall-qbid tat-tonn u ta’ l-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ se jieħdu ħsieb li jħaddmu baħrin li ġejjin mill-pajjiżi AKP, inkluż minn Kap Verde, taħt il-kondizzjonijiet u bil-limiti li ġejjin:

- għall-flotta tal-bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun, mill-inqas sitt baħrin AKP jiġu imbarkati matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde,

- għall-flotta tal-bastimenti għall-qbid tat-tonn bil-konz, mill-inqas tliet baħrin AKP jiġu imbarkati matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde,

- għall-flotta ta’ l-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ, mill-inqas erba’ baħrin AKP jiġu imbarkati matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde.

2. L-operaturi jimpenjaw ruħhom biex jimbarkaw baħrin supplimentari minn Kap Verde.

3. L-operaturi jagħżlu b’mod liberu l-baħrin li jkunu se jimbarkaw fuq il-bastimenti tagħhom fost dawk imsemmija f’listi ppreżentati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi AKP ikkonċernati, inkluż minn Kap Verde.

4. Fil-każ li jissejħu xi awżiljarji minn Kap Verde, skond il-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu jgħaddu lill-awtorità kompetenti ta’ Kap Verde l-ismijiet tal-baħrin minn Kap Verde li jkunu imbarkati abbord il-bastiment ikkonċernat u ssir referenza għall-iskrizzjoni tagħhom fil-lista ta’ l-ekwipaġġ.

5. Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol tapplika b’mod sħiħ għall-baħrin imbarkati fuq bastimenti tal-Komunità. Huwa l-każ b’mod partikolari tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tal-qerda tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-impjieg u l-professjoni.

6. Il-kuntratti tax-xogħol ta’ baħrin minn Kap Verde, skond il-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, li tingħata kopja tagħhom lill-firmatarji, huma stabbiliti bejn ir-rappreżentant(i) ta’ l-operaturi u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom b’rabta ma’ l-awtorità marittima ta’ Kap Verde. Dawn il-kuntratti se jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju tar-reġim tas-sigurtà soċjali li japplika għalihom, li jinkludi assigurazzjoni fuq il-mewt, mard jew inċidenti.

7. L-operaturi huma responsabbli għas-salarju tal-baħrin. Dan għandu jiġi stabbilit qabel ma jingħataw il-liċenzji bi qbil bejn l-operaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet tal-pajjiż AKP ikkonċernat. Madankollu, il-kondizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-baħrin lokali ma jistgħux ikunu anqas minn dawk li japplikaw għall-ekwipaġġi ta’ Kap Verde u f’kull każ mhux anqas mir-regoli ta’ l-ILO.

8. Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Komunità għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment maħtur lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, l-operatur jiġi awtomatikament rilaxxjat mill-obbligu li jimbarka lil dan il-baħri.

9. Madankollu, f’każ li l-baħrin tal-pajjiżi AKP ma jiġux imbarkati għal raġunijiet differenti minn dawk stipulati fil-punt preċedenti, l-operaturi tal-bastimenti tal-Komunità kkonċernati huma mitluba jħallsu, għal kull jum ta’ vjaġġ fl-ibħra tal-pajjiż AKP ikkonċernt, somma stabbilita minn qabel ta’ 20 euro kuljum. Il-ħlas ta’ din is-somma għandu jsir sa mhux aktar tard mit-termini stabbiliti fil-punt I.2.6 ta’ dan l-Anness.

10. Din is-somma tiġi użata għat-taħriġ tal-baħrin-sajjieda lokali u titħallas fil-kont indikat mill-awtoritajiet tal-pajjiż AKP ikkonċernat.

KAPITOLU VI – IL-MIżURI TEKNIċI

Il-bastimenti josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT għar-reġjun għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-inġenji tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

KAPITOLU VII – L-OSSERVATURI

1. Il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fl-ibħra ta’ Kap Verde fil-qafas tal-Ftehim jimbarkaw osservaturi magħżula mill-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti (RFO) taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti li ġejjin.

1.1 Fuq talba tal-RFO, il-bastimenti tal-Komunità jimbarkaw magħhom osservatur magħżul minn din l-organizzazzjoni li jkollu l-missjoni li jivverifika l-qabdiet li jkunu saru b’mod speċjali fl-ibħra ta’ Kap Verde.

1.2 L-RFO kompetenti tistabbilixxi l-lista tal-bastimenti magħżula biex jimbarkaw osservatur kif ukoll il-lista ta’ l-osservaturi magħżula biex jiġu imbarkati. Dawn il-listi jiġu aġġornati. Dawn jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward ta’ l-aġġornament eventwali tagħhom.

1.3 L-RFO kompetenti tikkomunika lill-operaturi kkonċernati jew lir-rappreżentanti tagħhom l-isem ta’ l-osservatur magħżul biex jimbarka fuq il-bastiment meta dawn jingħataw il-liċenzja jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark ta’ l-osservatur.

2. L-osservatur jibqa’ fuq il-bastiment għal vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita tal-RFO kompetenti, dan l-imbark jista’ jkopri aktar minn vjaġġ wieħed skond it-tul medju tal-vjaġġi previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba ssir mill-RFO kompetenti waqt il-komunikazzjoni ta’ l-isem ta’ l-osservatur magħżul biex jimbarka fuq il-bastiment ikkonċernat.

3. Il-kondizzjonijiet ta’ l-imbark ta’ l-osservatur huma ddefiniti bi qbil bejn l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu u l-RFO kompetenti.

4. L-imbark ta’ l-osservatur isir fil-port magħżul mill-operatur fil-bidu ta’ l-ewwel vjaġġ fl-ibħra tas-sajd ta’ Kap Verde skond in-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula.

5. L-operaturi kkonċernati jikkomunikaw f’terminu ta’ ġimagħtejn u b’avviż ta’ għaxart ijiem minn qabel id-dati u l-portijiet tas-sottoreġjun stabbiliti għall-imbark ta’ l-osservaturi.

6. Fil-każ li l-osservatur jiġi imbarkat f’pajjiż barra s-sottoreġjun, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta’ l-osservatur jitħallsu mill-operatur. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur reġjonali joħroġ barra miż-żona tas-sajd reġjonali, għandha tittieħed kull miżura biex jiġi ggarantit li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun u l-ispejjeż jitħallsu mill-operatur.

7. Fil-każ li l-osservatur ma jkunx fuq il-post u fil-ħin miftiehma sa tnax-il siegħa wara, l-operatur awtomatikament ma jibqax obbligat li jimbarka lil dan l-osservatur.

8. L-osservatur jitqies bħala uffiċjal abbord. Hu jaqdi dawn id-dmirijiet:

8.1 josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

8.2 jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti f’operazzjonijiet ta’ sajd;

8.3 iwettaq operazzjonijiet ta’ teħid ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas ta’ programmi xjentifiċi;

8.4 jelenka l-inġenji tas-sajd li jintużaw;

8.5 jivverifika l-informazzjoni dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ibħra tas-sajd ta’ Kap Verde li tidher fuq il-ġurnal ta’ abbord;

8.6 jivverifika l-persentaġġi tal-qabdiet addizzjonali u jagħmel stima tal-volum ta’ speċijiet ta’ ħut għall-kummerċ li jkunu se jintremew;

8.7 jikkomunika bi kwalunkwe mezz xieraq (bir-radju, permezz ta’ faks jew elettronikament) l-informazzjoni dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u addizzjonali li jkunu abbord, darba fil-ġimgħa meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ibħra ta’ Kap Verde.

9. Il-kaptan jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jassigura s-sikurezza fiżika u morali ta’ l-osservatur fl-eżerċizzju tal-karigi tiegħu.

10 L-osservatur jista’ jagħmel użu mill-faċilitajiet kollha meħtieġa biex jeżerċita l-karigi tiegħu. Il-kaptan jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament ma’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord u l-ġurnal ta’ navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu aktar faċilment.

11. Waqt li jkun fuq il-bastiment, l-osservatur:

11.1 jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex il-kondizzjonijiet ta’ l-imbark tiegħu kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment ma jwaqqfux u lanqas ifixklu l-operazzjonijiet ta’ sajd;

11.2 iħares l-assi u t-tagħmir li jkunu fuq il-bastiment kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jkun proprjetà tal-bastiment imsemmi.

12. Fi tmiem il-perjodu ta’ l-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur jagħmel rapport ta’ l-attivitajiet li jintbagħat lill-RFO kompetenti u li tingħata kopja tiegħu lill-kaptan tal-bastiment.

13. L-operatur huwa responsabbli mill-ispejjeż tas-soġġorn u ta’ l-ikel ta’ l-osservaturi taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali. Dan isir skond il-possibilitajiet prattiċi tal-bastiment.

14. Is-salarju u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali ta’ l-osservatur jitħallsu mill-RFO kompetenti.

15. Iż-żewġ partijiet se jikkonsultaw malajr kemm jista’ jkun lill-pajjiżi terzi kkonċernati dwar id-definizzjoni ta’ sistema ta’ osservaturi reġjonali u l-għażla ta’ l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti. Sakemm tiġi implimentata sistema ta’ osservaturi reġjonali, il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fl-ibħra ta’ Kap Verde fil-qafas tal-Ftehim se jimbarkaw, flok l-osservaturi reġjonali, osservaturi magħżula mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde skond ir-regoli stabbiliti hawn fuq.

KAPITOLU VIII – IL-MONITORAġġ

1. Il-Komunità Ewropea żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li nħarġitilhom liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Din il-lista tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet ta’ Kap Verde inkarigati mill-monitoraġġ tas-sajd malli tiġi stabbilita u kull meta tiġi sussegwentement aġġornata.

2. Id-dħul u l-ħruġ miż-żona:

2.1 Il-bastimenti tal-Komunità jinnotifikaw, mill-inqas 3 sigħat minn qabel, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde inkarigati mill-monitoraġġ tas-sajd bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde. Huma jiddikjaraw ukoll il-kwantitajiet globali u l-ispeċijiet abbord.

2.2 Waqt in-notifika tal-ħruġ tiegħu, kull bastiment tal-Komunità jikkomunika wkoll il-pożizzjoni tiegħu. Dawn il-komunikazzjonijiet se jsiru l-ewwel bil-faks, u, fin-nuqqas ta’ dan, għall-bastimenti mhux mgħammrin bil-faks, bir-radju u bl- e-mail .

2.3 Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti ta’ Kap Verde jitqies bħala bastiment li kiser il-liġi.

2.4 Jingħataw ukoll in-numri tal-faks u tat-telefon kif ukoll l-indirizz ta’ l-email meta tingħata l-liċenzja tas-sajd.

3. Il-proċeduri tal-monitoraġġ

3.1 Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ibħra tas-sajd ta’ Kap Verde jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal ta’ Kap Verde inkarigat mill-ispezzjoni u l-monitoraġġ ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

3.2. Il-preżenza ta’ dawn l-uffiċjali abbord m’għandiex taqbeż iż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.

3.3. Fl-aħħar ta’ kull spezzjoni u monitoraġġ, jingħata ċertifikat lill-Kaptan tal-bastiment.

4. Il-monitoraġġ bis-satellita

4.1 Il-bastimenti kollha tal-Komunità li jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim se jkunu mmonitorjati permezz tas-satellita skond il-miżuri li se jiġu adottati waqt l-ewwel sena tal-Protokoll. Dawn il-miżuri se jidħlu fis-seħħ fl-għaxar jum wara n-notifika mill-Gvern ta’ Kap Verde lid-Delegazzjoni tal-Komunità Ewropea f’Kap Verde dwar il-bidu tal-ħidma ta’ l-organizzazzjoni inkarigata mill-monitoraġġ tal-bastimenti tas-sajd ta’ Kap Verde bis-satellita.

5. L-ispezzjoni u l-monitoraġġ

5.1 L-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde jinformaw lill-Istat ta’ reġistrazzjoni u lill-Kummissjoni Ewropea, f’terminu massimu ta’ 24 siegħa, b’kull spezzjoni u monitoraġġ u b’kull applikazzjoni ta’ sanzjoni fuq bastiment tal-Komunità, li jkun daħal fl-ibħra tas-sajd ta’ Kap Verde.

5.2 L-Istat ta’ reġistrazzjoni u l-Kummissjoni Ewropea jirċievu fl-istess ħin rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal din l-ispezzjoni u għall-monitoraġġ.

6. Il-minuti ta’ l-ispezzjoni u l-monitoraġġ

6.1 Il-kaptan tal-bastiment, wara li jinkiteb ir-rapport mill-awtorità kompetenti ta’ Kap Verde, għandu jiffirma dan id-dokument.

6.2 Dan l-iffirmar ma jippreġudikax id-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptan jista’ jippreżenta biex iwieġeb għall-infrazzjoni li jkun akkużat biha.

6.3 Il-kaptan għandu jieħu l-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet ta’ Kap Verde. Fil-każijiet ta’ infrazzjoni minuri, l-awtorità kompetenti ta’ Kap Verde tista’ tawtorizza ‘l-bastiment spezzjonat u kkontrollat biex ikompli l-attivitajiet tiegħu tas-sajd.

7. Laqgħa ta’ konsultazzjoni f’każ ta’ spezzjoni u monitoraġġ

7.1 Qabel ma jiġi kkunsidrat it-teħid ta’ miżuri eventwali fil-konfront tal-kaptan jew ta’ l-ekwipaġġ tal-bastiment jew ta’ kull azzjoni fil-konfront tal-merkanzija u tat-tagħmir tal-bastiment, ħlief dawk intenzjonati għall-konservazzjoni tal-provi relattivi għall-infrazzjoni li tkun allegata, issir laqgħa ta’ konsultazzjoni, sa mhux aktar minn jum tax-xogħol wara li tkun waslet l-informazzjoni msemmija hawn fuq, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde, bil-parteċipazzjoni eventwali ta’ rappreżentant ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

7.2 Matul din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni, il-Partijiet jagħmlu skambju bejniethom ta' kull dokument jew informazzjoni utli li jkunu jistgħu jgħinu biex jiġu ċċarati ċ-ċirkostanzi tal-fatti kkonstatati. L-operatur, jew ir-rappreżentant tiegħu, jiġi informat bir-riżultat ta’ din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni kif ukoll bil-miżuri kollha li jistgħu joħorġu mill-ispezzjoni u l-monitoraġġ.

8. Regolament għall-ispezzjoni u l-monitoraġġ

8.1. Qabel kull proċedura ġudizzjarja, l-infrazzjoni allegata għandha tipprova tiġi rregolata permezz ta’ proċedura bonarja. Din il-proċedura tispiċċa sa mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara t-tlugħ abbord għall-ispezzjoni u l-monitoraġġ.

8.2. F’każ ta’ proċedura bonarja, l-ammont tal-multa applikata jiġi ddeterminat skond ir-regolamentazzjoni ta’ Kap Verde.

8.3. F’każ li l-kwistjoni ma tkunx setgħet tiġi rregolata permezz ta’ proċedura bonarja u li din titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, l-operatur jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde f’ammont li jiġi ffissat meta jitqiesu l-ispejjeż li l-ispezzjoni u l-monitoraġġ tal-bastiment iġibu magħhom kif ukoll l-ammont tal-multi u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli mill-infrazzjoni.

8.4. Il-garanzija bankarja tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Hija tiġi rrevokata malli l-proċedura tintemm mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f’każ li l-kundanna twassal għal multa anqas mill-garanzija ddepożitata, id-differenza tiġi rilaxxjata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde.

8.5. Il-bastiment jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

- jew malli jitwettqu l-obbligi li joħorġu mill-proċedura ta’ tranżazzjoni;

- jew malli tiġi ddepożitata l-garanzija bankarja msemmija fil-punt 8.3. hawn fuq jew malli tiġi aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde, sakemm tintemm il-proċedura ġudizzjarja.

9. It-trasbord

9.1 Kull bastiment tal-Komunità li jixtieq jagħmel trasbord tal-qabdiet fl-ibħra ta’ Kap Verde għandu jagħmel dan fil-portijiet ta’ Kap Verde.

9.2. L-operaturi ta’ dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde bl-informazzjoni li ġejja, mill-anqas jumejn tax-xogħol minn qabel:

- l-isem tal-bastimenti tas-sajd li għandhom jittrasbordaw;

- l-isem tal-bastiment tal-merkanzija;

- it-tunnellaġġ għal kull speċi li għandha tiġi ttrasbordata;

- il-jum tat-trasbord;

- iċ-ċertifikat tas-sanità tal-bastiment li se jagħmel it-trasbord.

9.3. It-trasbord jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde. Il-bastimenti għandhom għalhekk jagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom, jiġifieri jew li jkomplu jistadu jew li joħorġu miż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde.

9.4. Kull operazzjoni ta’ trasbord tal-qabdiet li mhix imsemmija fil-punti ta’ hawn fuq hija pprojbita fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde. Kull min jikser din id-dispożizzjoni jista’ jeħel is-sanzjonijiet stabbiliti bir-regolamentazzjoni fis-seħħ ta’ Kap Verde.

10. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li huma involuti f’operazzjonijiet ta’ żbark jew ta’ trasbord f’port ta’ Kap Verde jippermettu u jiffaċilitaw il-monitoraġġ ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi ta’ Kap Verde. Fit-tmiem ta’ kull spezzjoni u kull monitoraġġ fil-port, jingħata ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

L-APPENDIĊI

1. Il-formola għat-talba tal-liċenzja

2. Il-ġurnal ta’ abbord ICCAT

3. Il-pożizzjoni eżatta taż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde (għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet ta’ Kap Verde qabel ma l-Ftehim u l-Protokoll VMS jidħlu fis-seħħ)

Appendiċi 1 IL-MINISTERU TAS-SAJD

Talba għal-liċenzja għall-bastimenti barranin tas-sajd industrijali:

1. Isem ta’ l-operatur:

2. Indirizz ta’ l-operatur:

3. Isem tar-rappreżentant jew ta’ l-aġent lokali ta’ l-operatur:

4. Indirizz tar-rappreżentant jew ta’ l-aġent lokali ta’ l-operatur:

5. Isem tal-kaptan:

6. Isem tal-bastiment:

7. Numru ta’ reġistrazzjoni:

8. Data u post tal-kostruzzjoni:

9. Pajjiż ta’ reġistrazzjoni:

10. Port ta’ reġistrazzjoni:

11. Port ta’ manutenzjoni:

12. Tul (h.t.):

13. Wisa’:

14. Tunnellaġġ gross:

15. Tunnellaġġ nett:

16. Kobor ta’ l-istiva:

17. Kobor tal-friża :

18. Tip u saħħa tal-magna:

19. Inġenji tas-sajd:

20. Numru ta’ baħrin:

21. Sistema ta’ komunikazzjoni:

22. Call-sign tar-radju:

23. Sinjali li jagħmluh rikonoxxibbli:

24. Operazzjonijiet ta’ sajd li għandu jiżviluppa:

25. Post ta’ l-iżbark tal-qabdiet:

26. Żoni tas-sajd:

27. Speċijiet li għandhom jinqabdu:

28. Tul ta’ żmien tal-validità:

29. Kondizzjonijiet speċjali:

30. Attivitajiet oħra li jaqgħu taħt l-awtorità ta’ Kap Verde:

Opinjoni tad-Direzzjoni Ġenerali tas-sajd:

Osservazzjonijiet tal-Ministeru tas-sajd, ta’ l-agrikoltura u tal-ħajja rurali:

Appendiċi 2

ĠURNAL TA’ ABBORD TA’ ICCAT GĦAS-SAJD TAT-TONN |

Konz Lixka ħajja Parit Skuna Outros (Oħrajn) |

Pajjiż ta’ reġistrazzjoni: ……………………………………………………………………........................... | Kobor – (TM): ……………………………………………........ |

Numru ta’ reġistrazzjoni: ………………………………………………………………................................... | Kaptan: ……………………………………………………….... |

Operatur: ………………………………………………………….......................... | Numru ta’ membri fl-ekwipaġġ: ….…………………………………………………........................ |

Indirizz: ………………………………………………………………………….... | Data tar-rapport: ……………………………………………...... |

(Kittieb tar-rapport): ……………………………………………. ………………………………………………................................. | Numru ta’ jiem fuq il-baħar : | Numru ta’ jiem ta’ sajd: Numru ta’ rkiekel: | Nru. tal-ħarġa għas-sajd: |

Data | Settur | T° ta’ l-ilma fil-wiċċ (ºC) | Prova għas-sajd Numru ta’ snanar użati | Capturas (Qabdiet) | Isco usado na pesca (Lixka wżata għas-sajd) |

1 – Uża folja kull xahar u linja kuljum. | 3 – B’ “jum”, wieħed jifhem il-jum li fih il-konz tpoġġa fil-post. | 5 – L-aħħar linja (Kwantitajiet żbarkati) għandha timtela biss fl-aħħar tal-ħarġa għas-sajd. Jeħtieġ li jiġi indikat il-piż reali fil-mument ta’ l-iżbark. |

2 – Wara kull ħarġa, għaddi kopja tal-ġurnal lill-korrispondent tiegħek jew lil ICCAT, Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid. Spanja. | 4 – Is-settur tas-sajd jagħżel il-pożizzjoni tal-bastiment. Ikteb il-ħin fl-eqreb minuta u l-grad tal-latitudni u l-lonġitudni. Ara li tindika T/N u L/P. | 6 – L-informazzjoni kollha inkluża hawnhekk se tibqa’ strettament kunfidenzjali. |

Protokoll (VMS)

li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ permezz tas-satellita tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jistadu fiż-ŻEE ta’ Kap Verde

1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll jikkompletaw il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju msemmija fil-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde dwar is-sajd ‘il barra minn Kap Verde għall-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2006 u l-31 ta’ Awissu 2011, u japplikaw skond il-punt 4.1. tal-“Kapitolu VII – Il-Monitoraġġ” ta’ l-Anness tiegħu.

2. Il-bastimenti kollha tas-sajd li jkunu itwal minn 15-il metru fl-itwal parti tagħhom, li jistadu fil-qafas tal-Ftehim tas-sajd KE/Kap Verde, se jkunu mmonitorjati permezz tas-satellita meta jkunu fiż-ŻEE ta’ Kap Verde.

L-awtoritajiet ta’ Kap Verde jikkomunikaw lill-Parti Komunitarja l-pożizzjonijiet taż-żoni tas-sajd (latitudni u lonġitudni) taż-ŻEE ta’ Kap Verde sabiex il-bastimenti jkunu mmonitorjati permezz tas-satellita.

L-awtoritajiet ta’ Kap Verde se jgħaddu l-informazzjoni taħt forma informatika fi gradi deċimali (WGS 84).

3. Il-Partijiet jipproċedu billi jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-indirizzi X.25 u l-ispeċifikazzjonijiet użati fil-komunikazzjoni elettronika bejn iċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tagħhom skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 5 u 7. Din l-informazzjoni se tinkludi, safejn ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tat-teleks u tal-faks u l-indirizzi elettroniċi ( Internet jew X.400) li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni ġenerali bejn iċ-Ċentri tal-Monitoraġġ.

4. Il-pożizzjoni tal-bastiment tiġi ddeterminata b’marġini ta’ żball inqas minn 500 m u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99%.

5. Meta bastiment li jkun qed jistad fil-qafas tal-Ftehim u li jkun immonitorjat permezz tas-satellita skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità jidħol fiż-ŻEE ta’ Kap Verde, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti jiġu kkomunikati mill-ewwel miċ-Ċentru tal-Monitoraġġ ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni liċ-Ċentru tas-Sorveljanza tas-Sajd ta’ Kap Verde (FMC) kultant ħin f'perjodi massimi ta’ 3 sigħat. Dawn il-messaġġi jiġu identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni.

6. Il-messaġġi previsti fil-punt 5 jintbagħtu b’mezz elettroniku fil-format X.25 jew kull Protokoll ieħor ta’ sigurtà. Dawn il-messaġġi jiġu kkomunikati mill-ewwel skond il-format tat-tabella II.

7. F’każ li l-apparat ta’ monitoraġġ permanenti permezz tas-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd ikollu ħsara teknika jew jieqaf jaħdem, il-kaptan ta’ dan il-bastiment jgħaddi l-informazzjoni prevista fil-punt 5 meta suppost liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni u lill-FMC ta’ Kap Verde permezz ta’ faks. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun meħtieġ li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni globali kull 9 sigħat. Dan ir-rapport ta’ pożizzjoni globali se jinkludi r-rapporti tal-pożizzjoni hekk kif irreġistrati mill-Kaptan tal-bastiment fuq 3 sigħat skond il-kondizzjonijiet previsti fil-punt 5.

Iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni jibgħat dawn il-messaġġi lill-FMC ta’ Kap Verde. It-tagħmir difettuż jissewwa jew jiġi sostitwit f’terminu massimu ta’ xahar. Ladarba jgħaddi dan it-terminu, il-bastiment ikkonċernat ikollu joħroġ miż-ŻEE ta’ Kap Verde.

8. Iċ-Ċentri tal-Monitoraġġ ta’ l-Istati ta’ reġistrazzjoni se jimmonitorjaw il-movimenti tal-bastimenti tagħhom fl-ibħra ta’ Kap Verde. Fil-każ li l-monitoraġġ tal-bastimenti ma jsirx skond il-kondizzjonijiet stabbiliti, l-FMC ta’ Kap Verde jiġi informat b’dan mill-ewwel, malli ssir il-konstatazzjoni, u l-proċedura prevista fil-punt 7 tiġi applikata.

9. Jekk l-FMC ta’ Kap Verde jiddeċiedi li l-Istat ta’ reġistrazzjoni ma jikkomunikax l-informazzjoni prevista fil-punt 5, is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea jiġu informati b’dan mill-ewwel.

10. L-informazzjoni ta’ monitoraġġ ikkomunikata lill-parti l-oħra, skond dawn il-miżuri, se tkun utilizzata mill-awtoritajiet ta’ Kap Verde esklussivament għall-monitoraġġ tal-flotta tal-Komunità li tkun qed tistad fil-qafas tal-Ftehim tas-sajd KE/Kap Verde. Din l-informazzjoni ma tkun tista’ fl-ebda każ tiġi kkomunikata lil partijiet oħra.

11. Il-komponenti tas-softwer u t-tagħmir fiżiku tas-sistema ta’ monitoraġġ permezz tas-satellita għandhom ikunu affidabbli u m’għandhom jippermettu l-ebda falsifikazzjoni tal-pożizzjonijiet u lanqas m’għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu manwalment.

Is-sistema għandha tkun kollha awtomatika u kapaċi topera dejjem u indipendentement mill-kondizzjonijiet ambjentali u klimatiċi. Huwa pprojbit li wieħed jeqred, jagħmel ħsara, iwaqqaf jew jinterferixxi mas-sistema ta’ monitoraġġ permezz tas-satellita.

Il-kaptani tal-bastimenti se jassiguraw li:

- l-informazzjoni ma tiġix mibdula

- l-antenna jew l-antenni marbuta mat-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma jiġux ostakolati

- l-alimentazzjoni elettrika tat-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma tiġix interrotta

- it-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma jiġix żarmat.

12. Il-partijiet jaqblu li jiskambjaw, jekk jintalbu jagħmlu dan, ta’ l-informazzjoni dwar it-tagħmir użat għall-monitoraġġ permezz tas-satellita sabiex jivverifikaw li t-tagħmir kollu huwa kompletament kompatibbli ma’ l-eżiġenzi tal-parti l-oħra għall-finijiet ta’ dawn il-miżuri.

13. Kull tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri huwa s-suġġett ta’ konsultazzjoni bejn il-partijiet fil-qafas tal-Kummissjoni Konġunta stabbilita bl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

14. Il-partijiet jaqblu li jirrevedu, jekk ikun meħtieġ, dawn il-miżuri.

IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LIL KAP VERDE

RAPPORT TA’ POŻIZZJONI

Informazzjoni | Kodiċi | Obbligatorju/ Fakultattiv | Osservazzjonijiet |

Bidu tar-reġistrazzjoni | SR | O | Informazzjoni dwar is-sistema – tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |

Destinatarju | AD | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż |

Speditur | FR | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – speditur. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż |

Stat ta’ reġistrazzjoni | FS | F |

Tip ta’ messaġġ | TM | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – tip ta’ messaġġ “POS” |

Call-sign bir-radju | RC | O | Informazzjoni dwar il-bastiment – call-sign internazzjonali bir-radju tal-bastiment |

Numru ta’ referenza intern għall-Parti kontraenti | IR | F | Informazzjoni dwar il-bastiment – numru uniku tal-parti kontraenti (kodiċi ISO-3 ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni segwit b’numru) |

Numru ta’ reġistrazzjoni estern | XR | O | Informazzjoni dwar il-bastiment – numru li jidher fuq il-ġenb tal-bastiment |

Latitudni | LA | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti T/N DDMM (WGS -84) |

Lonġitudni | LO | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti L/P DDDMM (WGS-84) |

Direzzjoni | CO | O | Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360° |

Veloċità | SP | O | Veloċità tal-bastiment f’għaxriet ta’ mili nawtiċi |

Data | DA | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – data ta’ reġistrazzjoni tal-pożizzjoni TUC (AAAAMMJJ) |

Ħin | TI | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – ħin ta’ reġistrazzjoni tal-pożizzjoni TUC (HHMM) |

Tmiem tar-reġistrazzjoni | ER | O | Informazzjoni dwar is-sistema – turi t-tmiem tar-reġistrazzjoni |

Sett ta’ karattri: ISO 8859.1

It-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni hija strutturata kif ġej:

- żewġ linji oblikwi (//) u kodiċi jimmarkaw il-bidu tat-trasmissjoni,

- linja oblikwa waħda (/) timmarka l-firda bejn il-kodiċi u l-informazzjoni.

L-informazzjoni fakultattiva għandha tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

IL-LIMITI TAŻ-ŻEE TA’ KAP VERDE

IL-POŻIZZJONI EŻATTA TAŻ-ŻEE

IL-POŻIZZJONI EŻATTA TA’ L- FMC TA’ KAP VERDE

Isem ta’ l-FMC:

Tel. SSN:

Faks SSN:

Email SSN:

Tel. DSPG:

Faks DSPG:

Indirizz X25 =

Dikjarazzjoni dħul/ħruġ:

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVI

L-ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta ta’ Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Kap Verde għall-perjodu ta’ 5 snin mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

IL-QAFAS ABM / ABB (ĠESTJONI/TWAQQIF TAL-BAġIT SKOND L-ATTIVITAJIET)

11. Sajd

1103. Ftehim Internazzjonali dwar is-Sajd

IL- LINJI BAĠITARJI

Il-Linji baġitarji:

110301 : “Ftehim Internazzjonali fil-qasam tas-sajd”

11010404 : “Ftehim Internazzjonali fil-qasam tas-sajd: spejjeż amministrattivi”

3.2 Kemm idumu l-azzjonijiet u l-impatt finanzjarju:

Il-Protokoll anness mal-Ftehim tas-Sajd bejn il-KE u r-Repubblika ta’ Kap Verde skada fit-30.06.2005. Il-Protokoll il-ġdid ġie konkluż għal terminu ta’ 5 snin mill-1 ta’ Settembru 2006.

Il-Protokoll jistabbilixxi l-kumpens finanzjarju, il-kategoriji u l-kondizzjonijiet ta’ l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Komunità fiż-żoni tas-sajd ta’ Kap Verde.

3.3 Il-karatteristiċi baġit arji (żid il-linji jekk meħtieġ):

Il-linja tal-baġit | It-tip ta’ nefqa | Ġdid | Il-kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjoni tal-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

11.0301 | DO | CD[2] | LE | LE | LE | Nru. 4 |

11.010404 | DO | CND[3] | LE | LE | LE | Nru. 4 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1 Ir-riżorsi finanzjarji

4.1.1 It-taqsira ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn (CA) u ta’ l-approprjazzjonijiet tal-ħlas (PA)

miljuni ta’ € (sa 4 punti deċimali)

It-tip ta’ nefqa | It-taqsima Nru. | Sena n | n +1 | n + 2 | n +3 | n +4 | Total |

In-nefqa operattiva[4] |

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn (CA) | 8.1 | a min a max | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 1.925 3.25 |

L-approprjazzjonijiet tal-ħlas (PA) | b min b max | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 1.925 3.25 |

In-nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[5] |

L-għajnuna teknika u amministrattiva – ATA (CND) | 8.2.4 | c | 0.04 | 0.04 |

L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn | a+c min a+c max | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.425 0.69 | 1.965 3.29 |

L-approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c min b+c max | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.385 0.65 | 0.425 0.69 | 1.965 3.29 |

Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[6] |

Ir-riżorsi umani u n-nefqa relatata (NDA) | 8.2.5 | d | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.297 |

L-ispejjeż amministrattivi minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.1075 |

L-ispejjeż finanzjarji indikattivi totali ta’ l-azzjoni

CA TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | Min Max | 0.4659 0.7309 | 0.4659 0.7309 | 0.4659 0.7309 | 0.4659 0.7309 | 0.5059 0.7709 | 2.3695 3.6945 |

PA TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | Min Max | 0.4659 0.7309 | 0.4659 0.7309 | 0.4659 0.7309 | 0.4659 0.7309 | 0.5059 0.7709 | 2.3695 3.6945 |

Id-dettalji dwar il-finanzjament konġunt: M’hemmx finanzjament konġunt

miljuni ta’ € (sa 3 punti deċimali)

L-organizzazzjoni tal-finanzjament konġunt | Sena n | n + 1 | n + 2 | N + 3 | N + 4 | Total |

F |

CA TOTALI bil-finanzjament konġunt | a+c+d+e+f |

4.1.2 Il-kompatibilità mal-Programmar finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli mal-Programmar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta tinvolvi programmar ta’ l-intestaturi rilevanti tal-perspettivi finanzjarji.

( Din il-proposta tista’ titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[7] (dwar l-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji).

4.1.3 L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – L-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu li bih jiġi kkalkolat l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

miljuni ta’ € (sa figura deċimali waħda)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Il-linja tal-baġit | Id-dħul | [Sena n] | [n+1] | [n+2] | [n+3] |

a) Id-dħul f’termini assoluti |

b) It-tibdil fid-dħul | ( |

(Jekk jogħġbok speċifika kull linja tad-dħul tal-baġit, u żid in-numru xieraq ta’ linji mat-tabella jekk hemm effett fuq aktar minn linja waħda tal-baġit.)

4.2. Ir-riżorsi Umani ta’ l-FTE (inklużi uffiċjali, impjegati temporanji u dawk esterni) – ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

Rekwiżiti annwali | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 0.55 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1 Implimentazzjoni meħtieġa tul medda qasira jew twila ta’ żmien

Il-Protokoll preċedenti anness mal-Ftehim tas-Sajd bejn il-KE u r-Repubblika ta’ Kap Verde skada fit-30.06.2005. Il-Protokoll il-ġdid ikopri l-perjodu bejn l-01.09.2006 u t-30.08.2011.

L-għan ewlieni tal-Ftehim il-ġdid ta’ Sħubija għas-Sajd (APP) huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde sabiex jitwaqqaf qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd fuq żmien twil u għall-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde. L-elementi ewlenin tal-Protokoll il-ġdid huma:

- L-opportunitajiet ta’ sajd : 25 bastiment għall-qbid tat-tonn bit-tartarun bil-friża abbord, 11-il bastiment għall-qbid tat-tonn bil-konz u 48 skuna li tistad bil-konz tal-wiċċ (28 % inqas meta mqabbel mal-Protokoll preċedenti) skond is-sistema ta’ tqassim li ġejja (ibbażata fuq is-sistema ta’ tqassim tal-Protokoll preċedenti, fuq it-talbiet ta’ l-Istati Membri u fuq ir-rati ta’ kemm dawn l-opportunitajiet intużaw fil-passat minn kull Stat Membru u kull kategorija), jiġifieri:

( bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun: Franza: 13, Spanja: 12

( bastimenti għall-qbid tat-tonn bil-konz: Franza: 4, Spanja: 7

( skejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ: Spanja: 41, Portugall: 7

- Tunnellaġġ annwali ta’ referenza : 5.000 tunnellata ta’ tonn (jiġifieri 29% inqas meta mqabbel mal-Protokoll preċedenti)

- Kumpens finanzjarju annwali : 385.000 €

- Ħlas bil-quddiem u miżati mħallsa mill-operaturi : 35 € għall-bastimenti li jistadu bit-tartarun u għall-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ (minflok il-25 € mħallsa preċedentement) għal kull tunnellata ta’ tonn maqbud fiż-żona tas-sajd ta’ Kap Verde. Il-bastimenti li jistadu bil-konz ikomplu jħallsu miżata ta’ 25 € minħabba li s-sajd tagħhom huwa artiġjanali. Il-ħlas bil-quddiem annwali huwa stabbilit għal 3.950 € għal kull bastiment għall-qbid tat-tonn bit-tartarun, għal 500 € għal kull bastiment għall-qbid tat-tonn bil-konz u għal 2.900 € għal kull skuna li tistad bil-konz tal-wiċċ (jiġifieri + 38%, +25% u + 38%).

5.2 Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-APP il-ġdid, in-nuqqas ta’ intervent komunitarju jċedi l-post lil Ftehim privat li ma jiggarantixxix sajd fuq żmien twil. Il-Komunità tispera wkoll li b’dan l-APP, ir-Repubblika ta’ Kap Verde tikkoopera b’mod effikaċi mal-Komunità fiċ-ċrieki reġjonali bħall-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku (ICCAT) fil-ġlieda kontra s-sajd illegali u għal ġestjoni tajba ta' l-istokkijiet migratorji ħafna. Barra minn hekk, dan il-Protokoll jistabbilixxi inċentiv finanzjarju għall-iżbark fil-portijiet ta’ Kap Verde sabiex jingħata stimolu ġdid lill-istrutturi ta’ l-ipproċessar f’Kap Verde. Il-Ftehim tas-Sajd jassigura wkoll parti mir-riżorsi tal-politika settorjali tas-sajd f’Kap Verde.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-ġestjoni skond l-attivitajiet (ABM)

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ Ftehim tas-sajd ma’ pajjiżi terzi jaqblu ma’ l-għan ġenerali li jinżammu u jitħarsu l-attivitajiet tas-sajd tradizzjonali tal-flotta Komunitarja, inkluża l-flotta tas-sajd ‘il bogħod, u li jiġu żviluppati relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija sabiex jissaħħu l-użu fuq żmien twil tar-riżorsi tas-sajd barra l-ibħra tal-Komunità waqt li jitqiesu l-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi.

L-indikaturi li ġejjin se jintużaw fil-kuntest ta’ l-ABM sabiex tiġi assigurata l-kontinwità ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim:

( L-analiżi tar-rata ta’ kemm l-opportunitajiet ta’ sajd jittieħdu;

( Il-ġbir u l-analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-qabdiet u tal-valur kummerċjali tal-Ftehim;

( Il-kontribut għall-impjieg u għall-valur miżjud fil-Komunità;

( Il-kontribut għall-istabbilizzazzjoni tas-suq Komunitarju;

( Il-kontribut għall-għanijiet ġenerali tat-tnaqqis tal-faqar f’Kap Verde li jinkludi l-kontribut għall-impjieg u għall-iżvilupp ta’ l-infrastrutturi u l-appoġġ għall-baġit ta’ l-Istat;

( In-numru ta’ laqgħat tekniċi u ta’ Kummissjoni Konġunta;

5.4 Il-Metodu ta’ l-Implimentazzjoni (indikattiv)

X Tmexxija ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

6.1 Is-sistema tal-monitoraġġ

Il-Kummissjoni (DG FISH, b’kollaborazzjoni mad-Delegazzjoni tal-KE f’Dakar u l-antenna tagħha fi Praia) se tassigura kontinwità regolari ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan l-APP, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użu mill-operaturi u ta’ l-informazzjoni dwar il-qabdiet.

6.2 L-evalwazzjoni

F’Settembru 2004, saret u ġiet iffinalizzata evalwazzjoni profonda tal-Protokoll 2001-2005 bl-għajnuna ta’ konsorzju ta’ konsulenti indipendenti sabiex jinbdew in-negozjati ta’ Protokoll ġdid.

6.2.1 L-evalwazzjoni ex-ante

Hawn xi elementi ta’ l-apprezzament tal-valur tal-Protokoll preċedenti (2001-2004) meħuda mill-istudju ta’ Settembru 2004 (cf. pt 6.2).

Użu tal-Ftehim tas-Sajd KE/Kap Verde (f’numru ta’ bastimenti):

It-tip ta’ bastiment | L-opportunitajiet ta’ sajd offert | L-użu 2001/2002 | L-użu 2002/2003 | L-użu 2003/2004 | L-użu medju |

Bastimenti għall-qbid tat-tonn bit-tartarun | 37 bastiment | 54 % | 57 % | 57 % | 56 % |

Skejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ | 62 bastiment | 96 % | 95 % | 71 % | 87.6 % |

Bastimenti li jistadu bil-konz | 18-il bastiment | 66.6% | 94 % | 88.8 % | 83.3 % |

Għall-perjodu 2001-2005, il-qabdiet varjaw minn 1100 għal 2100 tunnellata fis-sena għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 7000 tunnellata. Il-Ftehim jibqa’ vantaġġuż sakemm il-valur tal-qabdiet jaqbeż l-ispejjeż tal-Protokoll. Il-valur kummerċjali medju tat-tonn huwa bejn 800 sa 1000 euro kull tunnellata.

Barra l-valur kummerċjali dirett tal-qabdiet għall-bastimenti kkonċernati, il-Ftehim iġib miegħu l-benefiċċji viżibbli li ġejjin:

- il-garanzija ta’ impjiegi abbord bastimenti tas-sajd;

- il-ħolqien ta’ iktar impjiegi fil-portijiet, fil-bejgħ tal-ħut bl-irkant, fil-fabbriki ta’ l-ipproċessar, fit-tarzni, fl-intrapriżi li joffru s-servizzi, eċċ;

- il-possibilitajiet ta’ l-impjieg f’reġjuni fejn ma teżisti l-ebda possibilità oħra;

- il-kontribut għall-provvista ta’ ħut fil-Komunità.

L-eżistenza ta’ Ftehim Komunitarju tiggarantixxi wkoll ġestjoni tajba ta' l-istokkijiet tas-sajd permezz ta’ qafas ta’ normi obbligatorju għaż-żewġ Partijiet.

- Ir-riskji u l-għażliet alternattivi:

It-twaqqif ta’ Protokoll tas-sajd iġib miegħu ċerti riskji, per eżempju: l-ammonti previsti għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd u l-miżati ta’ l-operaturi ma jiġux allokati kif miftiehem (frodi), il-flotot barranin jinjoraw il-liċenzji u l-kontrolli. Sabiex jiġu evitati dawn ir-riskji, għandhom jittejbu l-attivitajiet tal-monitoraġġ marittimu, jissaħħaħ il-monitoraġġ permezz tas-satellita (VMS), jiġu ffinanzjati miżuri favur is-sajjieda lokali, eċċ.

6.2.2 L-istima ex-ante tal-valur ekonomiku tal-Ftehim u l-kontribut finanzjarju tal-Komunità

Il-kumpens finanzjarju mogħti mill-Komunità fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim il-ġdid ta’ Sħubija għas-sajd huwa l-ammont totali uniku stabbilit skond ammont finanzjarju totali annwali ta’ 385 000 € għall-Protokoll 2006/2011.

6.2.3 Il-miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ ex-post (it-tagħlim miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

In-nuqqas ta’ sajd bil-konz tal-qiegħ wassal lill-Komunità biex tneħħi dan it-tip ta’ sajd mill-APP il-ġdid u biex iżżid il-klawsola ta’ l-esklussività għal-liċenzji fiż-ŻEE ta’ Kap Verde.

Il-Ftehim il-ġdid ma fihx azzjonijiet li jridu jintlaħqu imma appoġġ finanzjarju globali għall-implimentazzjoni ta’ l-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd iddefinita mill-Gvern ta’ Kap Verde. Il-Komunità u l-Gvern ta’ Kap Verde se jkollhom jiftiehmu fuq programm settorjali multiannwali dwar dan l-appoġġ finanzjarju (80% ta’ l-ammont totali tal-kumpens finanzjarju jiġifieri 308.000 €).

6.2.4 It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni futura

Fil-futur se tibqa’ ssir evalwazzjoni li jkollha impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali qabel kull tiġdid tal-Protokolli bħala kontinwità ta’ l-istudju ffinalizzat f’Settembru 2004 (cf. punt 6.2) u sabiex jiġi assigurat sajd fuq żmien twil fir-reġjun. L-indikaturi elenkati fil-punt 5.3 se jintużaw biex issir evalwazzjoni ex post.

7. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI

L-użu tal-kumpens finanzjarju mħallas mill-Komunità fil-qafas tal-Ftehim jaqa’ taħt ir-responsabbiltà unika ta’ l-Istat terz sovran ikkonċernat.

Il-Kummissjoni madankollu tobbliga ruħha li tipprova toħloq djalogu politiku permanenti u konsultazzjoni sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-proroga tal-Protokoll u ssaħħaħ il-kontribut tal-Komunità fil-ġestjoni tar-riżorsi fuq żmien twil.

Fil-każijiet kollha, kull ħlas li jsir mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ Ftehim tas-sajd huwa suġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji normali tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati b’mod sħiħ il-kontijiet bankarji ta’ l-Istati terzi li fihom jitħallsu l-ammonti tal-kumpens finanzjarju.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1 L-għanijiet tal-proposta f’termini ta l-valur finanzjarju tagħhom

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ € (sa 4 punti deċimali)

(Għandhom ikunu provduti l-Intestaturi ta’ l-Għanijiet, ta’ l-azzjonijiet u tar-riżultati) | Tip ta’ riżultat | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Total |

Azzjoni 1……… |

Azzjoni 2…… |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 |

Uffiċjali jew staff temporanji[9] (11 01 01) | A*/AD | 0,25 | 0,25 | 0,25 | 0,25 | 0,25 |

B*, C*/AST | 0,3 | 0,3 | 0,3 | 0,3 | 0,3 |

L-istaff ffinanzjat[10] bl-Art. 11 01 02 |

Staff ieħor iffinanzjat[11] bl-Art. 11 01 04 04 |

TOTAL | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 0.55 | 0.55 |

8.2.2 Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

- Li n-negozjatur jiġi mgħejjun fil-preparazzjoni u l-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim tas-Sajd:

- Il-parteċipazzjoni fin-negozjati mal-pajjiżi terzi sabiex jiġi konkluż ftehim tas-sajd;

- Il-preparazzjoni ta’ proġetti dwar ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni u ta’ noti dwar l-istrateġija tan-negozjati għall-Kummissarju;

- Il-preżentazzjoni u d-difiża tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-Grupp ta’ ħidma “Sajd estern” tal-Kunsill;

- Il-parteċipazzjoni fis-sejbien ta’ kompromess ma’ l-Istati Membri msemmi fit-test finali tal-Ftehim.

- Il-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni (monitoring) tal-Ftehim:

- Li kuljum issir analiżi tal-Ftehim tas-Sajd;

- Il-preparazzjoni u l-verifika tar-rabtiet u l-ħlas tal-kumpens finanzjarju u ta’ l-azzjonijiet li jridu jintlaħqu inkella tal-finanzjament għall-iżvilupp tas-sajd responsabbli;

- Li jsir rapport regolari fuq l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

- L-evalwazzjoni tal-Ftehim: l-aspetti xjentifiċi u tekniċi

- Il-preparazzjoni tal-proġett tal-proposta tar-Regolament u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-elaborazzjoni tat-testi tal-Ftehim;

- Il-bidu u l-kontinwità tal-proċeduri ta’ l-adozzjoni.

- L-għajnuna teknika:

- Il-preparazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-dawl tal-Kummissjoni Konġunta.

- Ir-relazzjonijiet interistituzzjonali :

- Ir-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni quddiem il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-kuntest tal-proċess tan-negozjati;

- Il-kitba tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet orali u miktuba tal-Parlament Ewropew;

- Il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni dwar is-servizzi reċiproċi:

- L-assigurazzjoni tar-rabta mad-Direzzjonijiet Ġenerali l-oħra fi kwistjonijiet li jikkonċernaw in-negozjati u l-kontinwità tal-Ftehim;

- L-organizzazzjoni u t-tweġib tal-konsultazzjonijiet dwar is-servizzi reċiproċi.

- L-evalwazzjoni

- Il-parteċipazzjoni fl-aġġornament ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-impatt;

- L-analiżi ta’ l-għanijiet milħuqa u l-indikaturi ta’ l-evalwazzjoni.

8.2.3 Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutarji)

(Fejn ikun ddikjarat aktar minn sors wieħed, indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors).

X Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li ser ikun mibdul jew estiż

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena 2006

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura ta’ l-APS/APB li jmiss

( Karigi li ser jerġgħu jintużaw bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (użu mill-ġdid li jsir internament)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux maħsuba fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB ta’ l-eżerċizzju kkonċernat

8.2.4 Infiq ieħor amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza

(11 01 04/05 – L-infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

Miljuni ta’ € (sa 3 punti deċimali)

Il-linja tal-baġit: 11010404 (L-isem u l-intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | TOTAL |

1. L-għajnuna teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati ma’ l-impjegati) |

L-aġenziji eżekuttivi[12] |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros (1)° | 0.04 | 0.04 |

It-total ta’ l-għajnuna teknika u amministrattiva | 0.04 | 0.04 |

(1) studju ta’ evalwazzjoni ex-post tal-Protokoll fis-seħħ u ex-ante tal-Protokoll futur

8.2.5 L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż relatati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

f’miljuni ta’ € (sa 4 punti deċimali)

It-tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | TOTAL |

L-uffiċjali u l-istaff temporanji (11 01 01) | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.297 |

L-istaff iffinanzjat bl-Art. XX 01 02 (awżiljarji, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

In-nefqa totali tar-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inkluża fl-ammont ta’ referenza) | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.297 |

Kalkolu – L-Uffiċjali u l-istaff temporanji

Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk ikun il-każ

- 1A = € 108.000*0.25 = € 27.000

1B = € 108.000*0.15 = € 16.200

1C = € 108.000*0.15 = € 16.200

Sottototal : € 59.400 (0.0594 miljun € fis-sena)

Total: 59.400 € fis-sena (0.0594 miljun € fis-sena)

Kalkolu – L-istaff iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02

Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk ikun il-każ

8.2.6 Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

Miljuni ta’ € (sa 3 punti deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | TOTAL |

11 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.1 |

11 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi | 0.0015 | 0.0015 | 0.0015 | 0.0015 | 0.0015 | 0.0075 |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[13] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2. It-total ta’ infiq ieħor ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

3. Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Infiq amministrattiv totali minbarra riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.1075 |

[1] ĠU L 73 tal-15.3.2001, p.8.

[2] Krediti dissoċjati

[3] Krediti mhux dissoċjati

[4] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu 11 01 tat-Trattat 11 ikkonċernat.

[5] Infiq li jaqa’ taħt l-Artikolu 11 01 04 tat-Titolu 11.

[6] Nefqa fi ħdan il-kapitolu 11 01 barra mill-artikoli 11 01 04

[7] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[8] Hekk kif deskritt fil-parti 5.3.

[9] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[10] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[11] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

[12] Għandha ssir referenza għall-prospett finanzjarju leġiżlattiv speċifiku għall-aġenzija/i eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

[13] Ippreċiża t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li dan jagħmel parti minnu.