52006PC0339

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda u testendi d-Deċiżjoni 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm “Erkole II”) {SEG(2006) 826} /* KUMM/2006/0339 finali - COD 2006/0114 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.6.2006

KUMM(2006) 339 finali

2006/0114 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Erkole kif ukoll dwar l-estensjoni tiegħu għall-perjodu 2007 - 2013

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm “Erkole II”).

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2006) 826}

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Erkole kif ukoll dwar l-estensjoni tiegħu għall-perjodu 2007 - 2013

Id-Deċiżjoni 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, tistabbilixxi programm ta’ azzjoni komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità (programm “Erkole”). Dan jikkostitwixxi att bażiku skond it-terminu ta’ l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

I. Evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Erkole 2004 – 2005 [ara l-anness][1]

Skond it-termini ta’ l-Artikolu 7 (a) tad-Deċiżjoni 804/2004/KE, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ l-OLAF dwar l-implimentazzjoni tal-programm u l-opportunità tat-tkomplija tiegħu sat-30 ta’ Ġunju 2006 l-iktar tard. Din il-komunikazzjoni tippreżenta l-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport ta’ l-OLAF, u, fuq il-bażi tagħhom tippreżenta proposta għal estensjoni u emenda tad-deċiżjoni li bħalissa hija fis-seħħ.

Il-konklużjonijiet ta’ din l-evalwazzjoni huma dawn:

- Għas-settur “Għajnuna teknika”, ingħataw sussidji lil 10 Stati Membri, li erbgħa minnhom huma Stati Membri ġodda. Is-sussidji ppermettew li tingħata għajnuna teknika lil operazzjonijiet li jikkonċernaw: a) il- ġlieda kontra l-frodi, li l-ammont totali huwa stmat għal madwar 800.000.000 €; b) il-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni ta’ 100 miljun sigarett; c) il-ġlieda kontra l-kuntrabandu ta’ iktar minn 2,000 miljun litru gażolina jew alkoħol. Barra minn hekk, ġew organizzati żewġ laqgħat internazzjonali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-għajnuna teknika. Waqt it-tieni laqgħa, 109 parteċipanti, li jirrappreżentaw 54 awtorità nazzjonali kompetenti tal-25 Stat Membru setgħu jgħinu fix-xogħlijiet.

- Għas-settur “Taħriġ”, ingħataw sussidji li jkopru 19-il azzjoni ta’ taħriġ, li minnhom 3 twettqu fl-Istati Membri l-ġodda. 2236 parteċipanti li ġejjin mill-25 Stat Membru, minn pajjiżi terzi oħra u mill-istituzzjonijiet Ewropej, għenu /ibbenefikaw mill-azzjonijiet organizzati.

- Għas-settur “Assoċjazzjonijiet ta’ avukati Ewropej”, ingħataw sussidji li jkopru 28 azzjoni. 1852 parteċipanti li ġejjin mill-25 Stat Membru, minn 5 pajjiżi terzi u mill-istituzzjonijiet Ewropej oħra, għenu/ibbenefikaw mill-azzjonijiet organizzati.

Kien hemm tisħiħ ġenerali tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità fuq it-territorju ta’ l-Unjoni u lil hinn mill-fruntieri tagħha. Il-kooperazzjoni ma’ l-imsieħba nazzjonali kienet promossa u konsolidata permezz ta’ għajnuna teknika mmirata, fost l-oħrjan, fuq l-iskambju ta’ informazzjoni u għarfien tekniku speċjalizzat; kien hemm titjib kontinwu fil-kwalità tat-taħriġ ta’ l-atturi impenjati fil-ġlieda kontra l-frodi; twettqet analiżi legali fil-fond, li konsegwentement tippermetti titjib fil-leġiżlazzjoni komunitarja fil-qasam.

Fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, ir-rapport ta’ implimentazzjoni tal-programm Erkole ppreżenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet:

1. L-estensjoni tal-programm Erkole biex tkun assigurata l-konsolidazzjoni tal-ħidma mwettqa s’issa u biex l-Istati Membri ġodda jkunu jistgħu jibbenefikaw iktar mill-opportunitajiet li joffri l-programm;

2. In-nomina ta’ koordinatur, jew il-ħolqien ta’ kumitat, li jkollu l-missjoni li jikkontrolla l-implimentazzjoni tal-programm; l-identifikazzjoni ta’ indikaturi għat-titjib tal-valutazzjonijiet ta’ l-attivitajiet; l-assigurazzjoni ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni għat-twettiq, fil-futur, ta’ analiżi ta’ l-impatt f’dan il-qasam; l-assigurazzjoni ta’ rabta bejn l-għanijiet tal-programm, it-tixrid ġeografiku tal-benefiċjarji u r-riżultati miksubin.

3. Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji ta’ l-Istati Membri ġodda, kif ukoll ta’ l-applikanti li ma ntgħażlux fil-passat, sabiex ikun żgurat li l-għanijiet kollha tal-programm ikunu jistgħu jitwettqu.

4. L-assigurazzjoni li l-approprjazzjonijiet li hemm bħalissa fil-linji tal-baġit ikkonċernati mill-programm jinżammu. Fil-każ li jkollhom jiżdiedu attivitajiet ġodda fil-programm, in-nefqa neċessarja għandha tiżdied f’qafas finanzjarju rivedut tal-programm.

5. Id-dewmien tal-programm il-ġdid Erkole għandu jkun itwal minn tliet snin kif inhu previst fil-programm li huwa fis-seħħ bħalissa.

II. Il-proposta għal deċiżjoni li temenda u testendi d-Deċiżjoni 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm “Erkole”) tiffoka b’mod partikolari fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

Din tipproponi wkoll li l-programm ikun estiż għall-kuntratti mogħtija f’dan il-qasam permezz ta’ sejħiet għall-offerti, biex b’hekk tkopri kull tip ta’ finanzjament fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji. Il-programm Erkole II għandu jkopri b’mod partikolari l-azzjonijiet fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti. Se jkun estiż ukoll biex ikopri aħjar ċerti pajjiżi terzi.

Anness: Ir-Rapport ta’ l-OLAF “Ir-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Erkole” – Artikolu 7 (a) tal-PE/KUNSILL Deċiżjoni (804/2004/KE) tal-21 ta’ April 2004”

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Id-Deċiżjoni 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, tistabbilixxi programm ta’ azzjoni biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità (programm “Erkole”). Il-programm Erkole jikkostitwixxi att bażiku skond it-terminu ta’ l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 applikabbli għar-Regolament finanzjarju tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-programm Erkole jara li jiżgura livelli simili u effikaċi tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-iskambju ta’ l-aħjar prassi. Għal dan il-għan il-programm jiffinanzja sussidji mogħtija għal azzjonijiet speċifiċi, bħal per eżempju studji, konferenzi u taħriġ, u jippermetti min-naħa l-oħra sussidji ta’ tħaddim mogħtija lil entitajiet attivi f’dan il-qasam, bħall-assoċjazzjonijiet maħluqa biex jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji.

Skond it-termini ta’ l-Artikolu 7 (a) tad-Deċiżjoni 804/2004/KE, twettaq rapport mill-OLAF dwar l-implimentazzjoni tal-programm u l-opportunità tat-tkomplija tiegħu. Minħabba li r-rapport ta’ implimentazzjoni kkonferma t-twettiq ta’ l-għan tal-programm, partikolarment il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità, il-konklużjonijiet tar-rapport irrakkomandaw it-tkomplija tal-programm.

Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta proposta li testendi u temenda d-deċiżjoni 804/2004/KE għall-perjodu 2007 – 2013. Peress li l-għan prinċipali tal-programm Erkole II baqa’ l-istess, l-emendi introdotti fil-proposta għal deċiżjoni jiffokaw fuq dawn l-elementi:

- L-introduzzjoni ta’ “kuntratti pubbliċi” fl-att bażiku li bħalissa jkopri s-sussidji biss. B’dan il-mod, l-ispejjeż operattivi kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-azzjonijiet ġenerali tal-ġlieda kontra l-frodi, jerġgħu jinsabu fl-att bażiku, u jippermettu s-simplifikazzjoni tal-bażijiet ġuridiċi fis-seħħ s’issa. Dawn il-kuntratti jaraw li jilħqu l-għanijiet tal-programm, waqt li jikkumplimentaw lil dawk milħuqa permezz tas-sejħiet għall-offerti. Fil-fatt, skond it-termini ta’ l-Artikolu 280 paragrafu 3 tat-Trattat KE, l-Istati Membri, fil-qafas tal-koordinazzjoni ta’ l-azzjoni tagħhom li għandha l-għan li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi, għandhom jorganizzaw, flimkien mal-Kummissjoni, kollaborazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni, timplimenta din il-kollaborazzjoni permezz ta’ azzjonijiet bħall-iżvilupp u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' għodod informatiċi speċifiċi, l-iskambju u t-trattament tad- data , ix-xiri ta' materjal speċjalizzat u l-għajnuna teknika għall-monitoraġġ ta' attivitajiet illegali, kif ukoll bl-organizzazzjoni, mill-Kummissjoni (OLAF), ta’ seminars u konferenzi. L-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi jagħmilha possibbli li jinkisbu beni u servizzi, li jibqgħu il-proprjetà tal-Kummissjoni, kif ukoll li tkun appoġġjata l-koordinazzjoni ma’ l-Istati Membri f’dan il-qasam. Il-kuntratti pubbliċi mmirati mill-programm Erkole jkopru s-setturi “Appoġġ informatiku”, “Għajnuna teknika” u “Taħriġ, seminars u konferenzi”.

- F’dan il-kuntest, kien meqjus xieraq li, mill-2007 jingħaqdu l-linji tal-baġit ta’ l-OLAF ħlief għal-linja tal-baġit “AFIS” (linja tal-baġit Nru 24 02 03). B’dan il-mod, l-approprjazzjonijiet għall-impenji u l-ispejjeż relatati ma’ l-azzjonijiet ġenerali tal-ġlieda kontra l-frodi, se jkunu koperti minn linja waħda tal-baġit ta’ l-OLAF għall-perjodu 2007 – 2013. Dan għandu jippermetti iktar trasparenza fl-allokazzjoni tal-fondi, permezz ta’ sussidji jew kuntratti pubbliċi u jikkonferma l-enfażi mqegħda fuq il-kwalità tas-sottomissjonijiet u fuq l-għażla bil-kompetizzjoni.

- Is-sussidji għat-tħaddim kienu mneħħija mill-att bażiku, minħabba li dawn ma ngħatawx taħt il-programm Erkole 2004 – 2006. Għalhekk, tqies xieraq li r-riżorsi finanzjarji disponibbli jkunu kkonċentrati fuq il-promozzjoni ta’ l-attivitajiet, u mhux fuq l-appoġġ ta' l-organizzazzjonijiet.

- L-għanijiet settorjali tal-programm huma ddefiniti b’mod ċar. L-għan ġenerali tal-ġlieda kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li tkun ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunità huwa milħuq permezz ta’ għanijiet speċifiċi li ġejjin minn tliet setturi ta’ attività bħal, “Għajnuna teknika”; “Taħriġ, seminars u konferenzi”; “Appoġġ informatiku”.

- Wara iktar sforzi u impenji għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti, inkluża l-konklużjoni mill-Kummissjoni u minn bosta Stati Membri tal-ftehim mal-manifattur prinċipali tas-sigaretti, jidher li hu neċessarju li tingħata espressjoni iktar ċara lill-għanijiet tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti. Barra minn hekk, dan il-għan jikkonforma mal-konklużjonijiet ta’ l-analiżi tar-riskji mwettqa mill-OLAF b’kollaborazzjoni ma’ l-Istati Membri. Analiżi tas-sitwazzjoni tar-riskji tal-frodi mwettqa mill-OLAF twassal għal dawn il-konklużjonijiet: 1) żieda ċerta fil-kuntrabandu tas-sigaretti foloz fil-futur, 2) l-emerġenza, fuq it-territorju Ewropew, tal-produzzjoni tas-sigaretti foloz; 3) il-bżonn li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jippromwovu l-kooperazzjoni bejniethom; 4) l-identifikazzjoni ta’ ċerti fruntieri esterni bħala żoni ta’ “riskju kbir” minħabba li huma rotot għall-importazzjoni tas-sigaretti foloz fis-suq intern ta’ l-UE; 5) il-bżonn ta’ iktar kooperazzjoni u appoġġ għall-attivitajiet ta’ kontra l-frodi fl-Istati Membri f’dan il-qasam jidher mill-konklużjoni tal-ftehim konkluż bejn manifattur, min-naħa l-waħda, u l-Istati Membri u l-Kummissjoni, min-naħa l-oħra, biex jaraw li jsaħħu l-azzjonijiet fil-qasam tal-falsifikazzjoni u l-kuntrabandu tas-sigaretti.

- L-Istati li se jissieħbu li ffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni fil-25 ta’ April 2005, kif ukoll il-Pajjiżi kandidati, jistgħu jipparteċipaw fil-programm skond memorandum ta’ ftehim li jrid ikun stabbilit skond l-oqfsa ta’ ftehim rispettivi. Barra minn dan, sabiex tkun żgurata l-promozzjoni ta’ l-azzjonijiet għall-ġlieda kontra l-frodi u kwalunkwe attività illegali ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunità, inkluża l-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti, lil hinn mit-territorju ta’ l-Unjoni, l-ispejjeż marbutin mal-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta’ Stati terzi oħra, kif ukoll il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, huma kkunsidrati bħala eliġibbli.

- It-tkomplija tal-programm jiżgura l-konsolidazzjoni tal-progress li sar s’issa. Estensjoni fi ħdan il-qafas tal-programm finanzjarju multiannwali 2007 – 2013, jew fi kwalunkwe każ ta’ iktar mill-perjodu ta’ tliet snin kopert mill-programm Erkole, għandha għalhekk tiżgura t-tkomplija u l-istabilità ta' l-attivitajiet tal-ġlieda kontra l-frodi mill-Kummissjoni (OLAF).

L-evalwazzjoni wriet ukoll il-bżonn li titjieb it-tkomplija ta' l-implimentazzjoni tal-programm, kif ukoll l-istabbiliment ta' kumitat ta' segwitu jew id-definizzjoni ta' l-indikaturi. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu applikati fil-ġestjoni iżda ma jeħtiġux bidliet fil-bażi legali.

2006/0114 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm “Erkole II”).

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 280 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri[3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE,

Billi:

(1) Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom l-għan li jiġġieldu kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li tkun ta’ ħsara għall-interessi finanzjari tal-Komunità, inkluża l-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti.

(2) L-azzjonijiet li għandhom l-għan li jinformaw aħjar, li jwettqu studji u li jipprovdu taħriġ jew għajnuna teknika u xjentifika jgħinu ħafna biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità.

(3) L-appoġġ għal dawn l-attivitajiet fil-forma ta’ sussidji għamel possibli fil-passat li jitjiebu l-azzjonijiet tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi u l-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji komunitarji, u li jwettqu l-għanijiet previsti fil-Programm Erkole għall-perjodu 2004 – 2006.

(4) Skond it-termini ta’ l-Artikolu 7 (a) tad-Deċiżjoni 804/2004/KE, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlement Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ l-OLAF dwar l-implimentazzjoni tal-programm Erkole u l-opportunità tat-tkomplija tiegħu. Il-konklużjonijiet tar-rapport jiddikjaraw li l-għanijiet stabbiliti mill-programm Erkole ntlaħqu. Saru rakkomandazzjonijiet għall-estensjoni tal-programm għall-perjodu 2007-2013.

(5) Biex ikunu kkonsolidati l-attivitajiet tal-Komintà u ta’ l-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità, inkluża l-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti, il-programm il-ġdid għandu jiġbor flimkien l-ispejjeż operattivi kollha relatati ma’ l-azzjonijiet ġenerali tal-ġlieda kontra l-frodi tal-Kummissjoni (OLAF) f’att bażiku uniku.

(6) L-għoti ta’ sussidji u ta’ kuntratti pubbliċi biex jippromwovi u jimplimenta l-programm għandu jitwettaq skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. Kien meqjus xieraq li jitneħħew is-sussidji operattivi mill-programm minħabba li fil-passat dawn me kienux użati bħala mezz biex jappoġġjaw l-inizjattivi.

(7) L-Istati li se jissieħbu li ffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni fil-25 ta’ April 2005, u l-Pajjiżi kandidati, jistgħu jipparteċipaw fil-programm skond memorandum ta’ ftehim li jrid ikun stabbilit skond l-oqfsa ta’ ftehim rispettivi.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

L-ewwel Artikolu - Emendi

Id-Deċiżjoni 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità (programm “Erkole”) kienet emendata kif ġej:

6. L-Artikolu 1 għandu jkun emendat kif ġej:

7. It-titolu hu mibdul bit-test li jmiss:

“Għanijiet ġenerali tal-programm”

8. Fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hi ssostitwita bit-test li ġej:

“Il-programm jara li jikkontribwixxi għall-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità permezz tal-promozzjoni ta’ azzjonijiet skond il-kriterji ġenerali li jinsabu fl-anness”.

9. L-Artikolu 1a li jmiss, intitolat “Għanijiet settorjali tal-programm”, huwa mdaħħal:

“Fi ħdan l-għanijiet ġenerali, il-programm għandu jippromwovi l-għanijiet settorjali li ġejjin fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità, inkluż fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti:

10. Għas-settur “Għajnuna teknika”: żvilupp u titjib fil-metodi ta’ investigazzjoni u fir-riżorsi tekniċi fil-ġlieda kontra l-frodi, kif ukoll it-titjib tal-kwalità ta' l-appoġġ tekniku u operattiv fl-investigazzjonijiet.

11. Għas-settur “Taħriġ, seminars u konferenzi”, hemm żewġ aspetti: 1) il-promozzjoni u t-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Istat Membri u l-Komunità billi jkun hemm komprensjoni aħjar tal-mekkaniżmi komunitarji u nazzjonali permezz ta’ l-iskambju ta’ l-esperjenzi bejn l-awtoritajiet u l-Istati Membri u t-tixrid ta’ l-għarfien, notevolment dak operattiv; 2) il-promozzjoni u t-titjib tal-kooperazzjoni bejn “il-prattikanti” u l-akkademiċi; is-sensibilizzazzjoni ta' l-imħallfin, il-maġistrati u professjonijiet legali oħra.

12. Għas-settur “Appoġġ informatiku”: l-għoti ta’ informazzjoni u appoġġ għall-azzjonijiet marbutin ma’ l-aċċess għall-informazzjoni, id- data u s-sorsi tad- data .

13. L-Artikolu 2 għandu jkun emendat kif ġej:

14. It-titolu hu mibdul bit-test li jmiss:

“Finanzjament komunitarju”

15. Il-paragrafu 1 huwa miżjud:

« 1. Il-finanzjament komunitarju jista’ jieħu l-forom legali li ġejjin:

- sussidji;

- kuntratti pubbliċi.

16. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu mibdula f'dan it-test li ġej:

“Il-finanzjament komunitarju jkopri, permezz tal-kuntratti pubbliċi jew bl-għoti tas-sussidji, l-ispejjeż operattivi marbuta ma’ l-azzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità”

17. L-Artikolu 3 għandu jkun emendat kif ġej:

18. Il-Paragrafu (a) hu sostitwit bit-test li ġej :

“Fl-Istati li se jissieħbu li ffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni fil-25 ta’ April 2005”.

19. Il-paragrafi (c) u (d) għandhom jitneħħew u jiġu mibdula f'dan it-test li ġej:

“Fil-Pajjiżi Kandidati assoċjati ma’ l-Unjoni skond il-kundizzjonijiet previsti fil-ftehim ta’ assoċjazzjoni jew fil-protokolli addizjonali tagħhom dwar il-parteċipazzjoni fil-programmi komunitarji, konklużi jew li jridu jiġu konklużi ma’ dawn il-pajjiżi”.

20. L-Artikolu 4 għandu jkun emendat kif ġej:

21. It-titolu hu mibdul bit-test li jmiss:

“Implimentazzjoni”

22. Il-paragrafu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej:

« 1. Il-finanzjament komunitarju jitwettaq skond ir-Regolament tal-Kunsill KE/Euratom Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002.”

23. Il-paragrafu 3 hu rrevokat.

24. L-Artikolu 5 għandu jkun emendat kif ġej:

Il-paragrafu 2 hu rrevokat.

25. L-Artikolu 6 għandu jkun emendat kif ġej:

26. Il-paragrafu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Dan il-Programm għandu jkun estiż mill-1 ta' Jannar 2007 u għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013”

27. Il-paragrafu 2 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perijodu 2007 sa 2013, huwa ta’ 98,525,000 €”.

28. L-Artikolu 7 għandu jkun emendat kif ġej:

29. Il-Paragrafu (a) hu sostitwit bit-test li ġej :

“Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, rapport ta’ l-OLAF dwar l-implimentazzjoni tal-programm u l-opportunità ta’ tkomplija tiegħu”.

30. Il-Paragrafu (b) hu sostitwit bit-test li ġej :

“Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, rapport ta’ l-OLAF dwar l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ dan il-programm. Dan ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq ir-riżultati miksubin mill-benefiċjarji tas-sussidji u għandu jevalwa notevolment l-effikaċja tagħhom rigward it-twettiq ta’ l-għanijiet definiti fl-Artikolu 1 u fl-Anness”.

31. Il-punt 1 ta' l-Anness “Attivitajiet appoġġjati” huwa sostitwit b'dan it-test li ġej:

“L-għan ġenerali definit fl-Artikolu 1, u l-għanijiet settorjali kif definiti fl-Artikolu 1a, għandhom l-għan li jsaħħu l-azzjoni komunitarja fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li huma ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunità u tal-ġlieda kontra l-frodi, inkluża l-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti, waqt li jkunu promossi l-azzjonijiet f’dan il-qasam ta’ l-entitajiet li jaħdmu għal dan il-għan.

L-azzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ u l-effikċja ta’ l-attività komunitarja, skond l-Artikolu 2, huma b’mod partikolari dawn li ġejjin:

32. l-organizzazzjoni ta’ seminars u konferenzi;

33. il-promozzjoni ta’ studji xjentifiċi dwar l-oqsma ta’ politika komunitarji fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità;

34. il-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet li għandhom l-għan li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità (laqgħat);

35. it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni inkluż fil-qasam ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ sorveljanza;

36. il-promozzjoni ta’ l-iskambju ta’ staff kwalifikat;

37. l-iżvilupp kif ukoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ għodod ta’ l-informatika speċifiċi; l-ipproċessar tad- data ;

38. l-għajnuna teknika, inkluż ix-xiri tat-tagħmir;

39. il-promozzjoni u t-tisħiħ ta’ l-iskambju tad- data ;

40. l-għoti ta’ informazzjoni u appoġġ għall-azzjonijiet marbutin ma’ l-aċċess għall-informazzjoni, id- data u s-sorsi tad- data .

41. ix-xiri ta’ meterjal tekniku speċjalizzat u l-apoġġ tekniku għall-monitoraġġ ta’ attivitajiet illegali fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi.”

42. Il-punt 2 ta’ l-anness huwa emendat kif ġej:

43. L-espressjoni “sussidju komunitarju” fl-ewwel paragrafu għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

“Finanzjament komunitarju (kuntratti pubbliċi jew sussidju)”

44. It-tielet paragrafu hu mneħħi:

45. Il-punt 3 ta’ l-anness huwa emendat kif ġej:

Il-paragrafu hu mibdul b’dan li ġej:

“L-entitajiet intitolati li jirċievu sussidju għal attività taħt punt 2 għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ sejħa għall-proposti”.

46. Il-punt 4 ta’ l-anness huwa emendat kif ġej:

Il-paragrafu hu mibdul b’dan li ġej:

“L-applikazzjonijiet għas-sussidju għall-azzjonijiet huma evalwati fid-dawl ta’:”

47. Il-punt 5 ta’ l-anness huwa emendat kif ġej:

48. It-tieni paragrafu hu mibdul b’dan li ġej:

“Huma wkoll eliġibbli l-ispejjeż marbutin mal-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-pajjiżi tal-Balkani li jipparteċipaw fil-proċess ta’ stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni għall-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ewropa (1), il-Federazzjoni tar-Russja, il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat (2), kif ukoll ċerti pajjiżi terzi oħra li magħhom il-Komunità kkonkludiet ftehim ta’ għajnuna reċiproka fil-qasam doganali”.

49. It-tieni nota f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’din li ġejja:

“L-Alġerija, l-Armenja, l-Awtorità Palestinjana, Ażerbajġan, il-Belarussja, l-Eġittu, il-Ġeorġja, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, is-Sirja, it-Tuniżija, l-Ukrajna”

50. Il-punt 6 ta’ l-anness huwa emendat kif ġej:

51. L-aħħar sentenza tal-paragrafu 6.1 għandha titħassar.

52. Il-paragrafu 6.2 hu mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni, jew direttament permezz ta' l-aġenti tagħha, jew permezz ta' kull korp ieħor estern li jkun mandat għal dan l-iskop, tista' twettaq verifika fuq l-użu li jsir mill-finanzjament komunitarju. Dawn il-verifiki jistgħu jitwettqu matul id-durata tal-kuntratt jew tal-konvenzjoni kif ukoll f’perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ħlas finali. Jekk hemm bżonn, ir-riżultati ta' dawn il-verifiki jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta' rkupru mill-Kummissjoni.”

Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussell, fil-

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill li temenda u testendi d-Deċiżjoni 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni komunitarja għall-promozzjoni ta’ azzjonijiet fil-qasam tal-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità (programm “Hercule”)

2. QAFAS ABM / ABB

Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i u Attività/Attivitajiet assoċjat/i

24.02 Il-Ġlieda kontra l-Frodi

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (eż- linji B..A)) inklużi l-intestaturi:

24.02.01 Miżuri ġenerali kontra l-frodi – Hercule II

3.2. It-tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

7 snin (2007 – 2013)

3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura f’perspettiva finanzjarja |

24.0201 | Mhux obbligatorju | Diff | LE | IVA | IVA | Nru 1a) |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn (CA) u approprjazzjonijiet ta’ ħlas (PA)

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Tip ta’ nefqa | Taqsima nru. | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u iktar tard | Total |

Nefqa operattiva[4] |

Approprjazzjonijiet ta’ impenn | 8.1. | a | 13,725 | 13,8 | 14 | 14,1 | 14,2 | 28,7 | 98,525 |

Approprjazzjonijiet ta’ ħlas | b | 11 | 11 | 11,5 | 11,5 | 11,6 | 41,925 | 98,525 |

Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[5] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet ta’ impenn | a+c | 13,725 | 13,8 | 14 | 14,1 | 14,2 | 28,7 | 98,525 |

Approprjazzjonijiet ta' ħlas | b+c | 11 | 11 | 11,5 | 11,5 | 11,6 | 41,925 | 98,525 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[6] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 0,864 | 0,864 | 0,864 | 0,864 | 0,864 | 1,728 | 6,0480 |

Spejjeż amministrattivi, barra minn dawk għar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e | 0,035 | 0,035 | 0,035 | 0,035 | 0,035 | 0,070 | 0,245 |

Spiża totali finanzjarja indikattiva ta’ l-intervent |

TOTAL CA inkluża n-nefqa għar-riżorsi umani | a+c+d+e | 14,624 | 14,699 | 14,899 | 14,999 | 15,099 | 30,498 | 104,818 |

TOTAL PA inkluża n-nefqa għar-riżorsi umani | b+c+d+e | 11,899 | 11,899 | 12,399 | 12,399 | 12,499 | 43,723 | 104,818 |

Dettalji tal-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament minn Stati Membri, jew entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament għandu jkun indikat fit-tabell hawn isfel (linji addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda jekk entitajiet differenti huma previsti fil-kofinanzjament):

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Entità tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u iktar tard | Total |

…………………… | f |

TOTAL CA inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Kompatibilità mal-Programm ta’ Finanzjament

( Il-proposta hija kompatibbli mal-programm eżistenti ta' finanzjament.

( Il-proposta tinkludi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta jista’ jkollha bżonn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[7] (jiġifieri strument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta m’għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

EUR miljuni (sa punt deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 8 | 8 | 8 | 8 | 8 | 8 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Ħtieġa li jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul

Il-Kummissjoni (OLAF) tagħti lill-Istati Membri l-appoġġ neċessarju u l-għarfien tekniku multidixxiplinarju biex tgħinhom fil-ġlieda kontra l-frodi, inkluża l-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti. Taħdem biex tikkontribwixxi għad-disinn ta’ l-istrateġija Ewropea fil-ġlieda kontra l-frodi u l-attivitajiet illegali u tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex issaħħaħ il-leġiżlazzjoni relevanti.

F’dan il-kuntest l-għanijiet ewlenin huma:

1. biex titjieb il-kooperazzjoni permezz ta’ għarfien aħjar ta’ mekkaniżmi nazzjonali, internazzjonali u komunitarji fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, il-Kummissjoni tqis li huwa essenzjali li tappoġġja miżuri kontra l-frodi li jieħdu l-Istati Membri, inkluża l-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti, b'mod partikolari permezz tal-kofinanzjament ta' azzjonijiet ta' taħriġ bħal laqgħat ta' ħidma, seminars, konferenzi u bdil ta' staff..

2. biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni (OLAF) tikkunsidra essenzjali l-appoġġ lis-servizzi nazzjonali kontra l-frodi, b'mod partikolari bil-kofinanzjament tax-xiri ta’ apparat tekniku avvanzat biex jintuża fil-ġlieda kontra l-frodi.

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment ta’ Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

Taħriġ, konferenzi u seminars fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi: L-attività għandha rwol importanti biex l-uffiċjali fis-Servizzi ta’ l-Istati Membri jkunu infurmati dwar il-missjoni ta’ l-OLAF u l-ħtieġa li jħarsu b’mod attiv l-interessi finanzjarji tal-Komunità. Azzjonijiet komplementari huma ffinanzjati mill-programmi AGIS u FISCALIS.

Għajnuna Teknika fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi: L-attività għandha rwol importanti biex jiġu megħjuna agenziji nazzjonali ta’ infurzar tal-Liġi (LEA) billi jingħataw il-possibbiltà li jużaw mezzi u metodi ġodda fil-ġlieda kontra l-frodi u jiġu megħjuna matul din il-ġlieda. L-attività tkompli ssaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni bejniethom billi toffri mezzi tekniċi avvanzati biex jiġġieldu l-frodi. Barra minn hekk, tipprovdi forum għad-diskussjoni dwar metodi tekniċi fil-ġlieda kontra l-frodi, inklużi l-kuntrabandu tas-sigaretti u kwistjoniiet ta' korruzzjoni li dwarhom ma jeżisti ebda pjan ieħor. Il-komplementarità ma’ l-għanijiet u l-ħidma tal-Europol ser jibqgħu taħt osservazzjoni biex tiġi evitata kull duplikazzjoni bejn proposti f’dan il-programm u r-rwol tal-Europol.

5.3. Għanijiet, rizultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Tkabbir ta’ għarfien, kooperazzjoni msaħħa, għadd ta’ parteċipanti mħarrġa, ħolqien ta’ netwerks ġodda ta’ kooperazzjoni, organizzazzjoni ta’ laqgħat, tixrid ta’ informazzjoni, studji legali komparattivi, tkabbir ta’ possibiltajiet biex jiġu affrontati diffikultajiet tekniċi, informazzjoni fuq approċċi ġodda.

5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

( Tmexxija Ċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

( entitajiet nazzjonali tas-settur pubbliku/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Tmexxija komuni jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ pajjiżi Terzi

( Tmexxija konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti relevanti:

6. MONITORAĠĠ U VALUTAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni huma proċessi li jsiru kontinwament u jiġi riveduti ta’ spiss. Is-sistema ta’ monitoraġġ hija għal kollox operattiva mill-bidu u tibqa’ għaddejja bil-proċess kollu sar-rapport finali.

It-tipi ta’ valutazzjoni li hemm bżonn huma dawn li ġejjin:

• Valutazzjoni ex-ante ta’ kull proposta minn Kumitat ta’ persuni b’esperjenza fil-qasam ta’ dak il-programm ta’ għotjiet, u fi kwistjonijiet dwar il-baġit. Kull proposta hija miflija u analizzata u l-konklużjonijiet finali jsiru fil-laqgħa/t tal-Kumitat ta’ Valutazzjoni.

• Valutazzjoni mill-benefiċjarju bbażata fuq formola ta’ valutazzjoni standard li tingħata mill-Kummissjoni (OLAF).

• Valutazzjoni fuq il-post biex jiġi żgurat li l-avveniment iseħħ; li jkopri s-suġġetti speċifikati fil-proposta, li jsegwi l-proġett/programm imfisser fil-proposta.

• Valutazzjoni fuq il-post biex jiġi żgurat li l-avveniment fil-fatt seħħ; jiġi żgurat li l-apparat huwa fi stat operattiv u huwa konformi mad-dispożizzjonijiet. Fil-qafas tal-kontrolli anki t-tqassim nazzjonali huwa verifikat fuq bażi każwali.

• Valutazzjoni finali ta’ l-avveniment, azzjoni, għajnuna teknika mill-Kummissjoni (OLAF).

6.2. Valutazzjoni

6.2.1. Valutazjoni ex-ante

Fl-2005, valutazzjoni interna ex-ante tal-programm Hercule kien ibbażat fuq ir-rapporti ta’ valutazzjoni tal-proġetti li saru bejn l-2003 u l-2005.

6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara valutazzjoni intermedjarja/ex-post (lezzjonijiet minn esperjenzi simili tal-passat)

Il-lezzjonijiet li servew ta’ tagħlima huma parti integrali ta’ kull valutazzjoni li ssir.

Biex titjieb l-implimentazzjoni tal-programm dwar l-oqsma ta’ attività tagħha, ir-riżultati intużaw bħala referenza għall-avveniment futuri.

6.2.3. Kundizzjonijiet u frekwenza ta’ valutazzjoni futura

Għaddejja kontinwament (kull proġett, kull sena)

7. Miżuri kontra l-frodi

Biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra, il-Kummissjoni tagħmel verifiki fuq il-post u spezzjonijiet bħala parti minn dan il-programm skond ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru. 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar verifiki fuq il-post u spezzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni biex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra. Fejn meħtieġ, l-investigazzjonijiet għandhom isiru mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u rregolati mir-Regolament (KE) Nru. 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta skond l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew staff temporanju[8] (XX 01 01) | A*/AD | 1,5 | 1,5 | 1,5 | 1,5 | 1,5 | 1,5 |

B*, C*/AST | 6,5 | 6,5 | 6,5 | 6,5 | 6,5 | 6,5 |

Staff iffinanzjat[9] mill-art. XX 01 02 |

Staff ieħor[10] iffinanzjat mill-art XX 01 04/05 |

TOTAL | 8 | 8 | 8 | 8 | 8 | 8 |

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni mogħtija lis-servizz ta’ tmexxija fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ allokazzjoni.

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidma bħala riżultat ta’ l-azzjoni

Staff AD:

Uffiċjal li jawtorizza, tfassil ta' att bażiku, tfassil ta' deċiżjonijiet dwar iffinanzjar, superviżjoni ta' l-implimentazzjoni ta' programm, ħatra ta' kumitat ta' valutazzjoni, teħid ta' deċiżjonijiet dwar finanzjament.

Staff AST:

Implimentazzjoni ta’ programm /Tmexxija ta’ proġett

• Implimentazzjoni ta’ Deċiżjonijiet dwar iffinanzjar (tfassil u aġġornament tad-dokumentazzjoni għas-Sejħa għall-Proposti, il-Linji Gwida għall-applikanti u l-formoli ta’ Applikazzjoni);

• Pubblikazzjoni tas-Sejħa għall-Proposti fuq is-Sit ta’ l-Internet tal-Kummissjoni (OLAF);

• Għoti ta’ pariri lill-applikanti;

• Tqassim lill-Membri tal-Kumitat tad-dokumentazzjoni kollha relevanti biex issir il-valutazzjoni;

• Segwitu tar-rakkomandazzjoni tal-kumitat ta’ valutazzjoni;

• Tħejjija u verifika tad-dokumenti relevanti għall-kandidati ammessi;

• Tqassim ta’ kuntatti ta’ appoġġ u regolari bil-benefiċjarji dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ l-implimentazzjoni ta’ proġett (kwistjonijiet tekniċi u finanzjarji);

• Valutazzjoni ta’ proġetti fuq il-bażi ta’ missjonijiet ta’ valutazzjoni, ta’ rapporti ta’ proġetti, fehma tal-parteċipanti u l-istaff tal-Kummissjoni (OLAF) li jieħdu sehem fit-taħriġ;

• Tixrid tar-riżultati ta' proġetti fi ħdan il-Kummissjoni (OLAF);

• Verifika tad-dokumenti u rapporti kollha finanzjarji biex jigu validati tranżazzjonijiet finanzjarji (impenji, pagamenti u eventwalment ordnijiet ta’ rkupru)

• Attivitajiet klerikali u ta’ appoġġ fil-ħidma kollha li tirriżulta mill-azzjoni

• Bidu ta’ impenji, pagamenti u eventwalment ordnijiet ta’ rkupru.

8.2.3. Għejjun ta' riżorsi umani (statutorji)

( Karigi allokati fil-preżent lit-tmexxija tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għal sena n

( Karigi li ser jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw ir-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta' tmexxija (tqassim mill-ġdid intern)

( Karigi meħtieġa għal sena n għalkemm mhux maħsuba fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena in kwistjoni

8.2.4. Nefqa oħra Amministrattiva inkluza fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 - Nefqa fuq tmexxija amministrattiva)

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Linja tal-baġit (numerazzjoni u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u iktar tard | TOTAL |

Għajnuna oħra teknika u amministrattiva |

- intra muros |

- extra muros |

Għajnuna teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. Nefqa finanzjarja ta’ riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u iktar tard |

Uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) | 0,864 | 0,864 | 0,864 | 0,864 | 0,864 | 1,728 |

Staff iffinanzjat minn Art XX 01 02 (awżiljarju, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Nefqa totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX f’ammont ta’ referenza) | 0,864 | 0,864 | 0,864 | 0,864 | 0,864 | 1,728 |

Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

8 ħin ta’ l-istaff * 108.000€ = 864.000€ * 7 snin =6.048.000€ |

Kalkolu – Staff iffinanzjat taħt art. XX 01 02 |

8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa tliet punti deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u iktar tard | TOTAL |

XX 01 02 11 01 - Missjonijiet | 0,035 | 0,035 | 0,035 | 0,035 | 0,035 | 0,070 | 0,245 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 - Kumitati |

XX 01 02 11 04 - Studji u konsulti |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ Informazzjoni |

2 Nefqa oħra totali ta’ Tmexxija (XX 01 02 11) |

3 Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika inkluż ir-referenza għall-linja tal-baġit) |

Nefqa Amministrattiva totali ħlief għar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,035 | 0,035 | 0,035 | 0,035 | 0,035 | 0,070 | 0,245 |

Kalkolu – Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza |

Spejjeż ta’ missjonijiet, ibbażati fuq l-implimentazzjoni tal-baġit għall-2004, 2005 u l-previżjoni għall-2006. |

[1] “Ir-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Erkole” ta’ l-OLAF – Artikolu 7 (a) tal-PE/KUNSILL Deċiżjoni (804/2004/KE) tal-21 ta’ April 2004” (SEG 2006/826).

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], [...], p. [...].

[4] Nefqa li ma taqax taħt Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx kkonċernat.

[5] Nefqa fi ħdan l-artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[6] Nefqa fi ħdan kapitolu xx 01 barra mill-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[7] Ara punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[8] In-nefqa dwar dan MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza

[9] In-nefqa dwar dan MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza

[10] Nefqa dwar dan hija inkluża fl-ammont ta’ referenza