Brussel 22.6.2006 KUMM(2006) 324 finali 2006/0107 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għall-proġetti barra mill-Komunità (ippreżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tittratta t-tiġdid tal-garanzija tal-baġit Komunitarju lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB) għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mir-riżorsi tiegħu stess f’diversi pajjiżi li mhumiex membri. Il-mandati korrenti ta’ l-EIB, jiġifieri l-mandat ġenerali ta’ self estern (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 200/24/KE, kif emendata) u l-mandat separat għall-proġetti fir-Russja, fl-Ukrajna, fil-Moldova u fil-Belarus (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/48/KE) se jiskadu fl-aħħar ta’ Jannar 2007, b’estensjoni possibbli ta’ sitt xhur, f’każ li s-self mogħti mill-EIB ma laħaqx l-ammonti totali stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill rilevanti. Il-leġiżlazzjoni dwar il-mandat ġenerali ta’ self estern ta’ l-EIB jeħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-applikazzjoni tagħha sal-31 ta’ Lulju 2006. Ir-rapport li jakkumpanja l-proposta leġiżlattiva (COM (2006) 323), li minn hawn ’il quddiem se jissemma “Rapport”, jiġbor fil-qosor ir-riżultati ta’ l-attivitajiet imwettqa mill-EIB taħt il-mandati korrenti u jistabbilixxi l-perspettiva futura u l-orjentazzjonijiet ta’ l-attivitajiet futuri ta’ l-EIB. Żewġ Dokument ta’ Ħidma ta’ l-Istaff, b’wieħed jirrevedi l-prospettiva reġjonali (SEC (2006) 790) u bl-ieħor jipprovdi valutazzjoni ddettaljata tal-mandat eżistenti (SEC (2006) 789) huma annessi għar-Rapport. | 120 | Il-kuntest ġenerali L-attivitajiet ta’ l-EIB barra l-UE tradizzjonalment ammontaw għal madwar 10% ta’ l-attivitajiet totali tiegħu (EUR 5.1 biljuni fl-2005, li minnhom EUR 3.7 biljuni taħt il-garanzija Komunitarja). Ir-reġjuni prinċipali ta’ l-attività korrenti tiegħu huma l-pajjiżi ta’ qabel l-adeżjoni u l-pajjiżi Mediterranji, għalkemm jidħol ukoll għal operazzjonijiet sostanzjali fl-Asja, fl-Amerika Latina u fl-Afrika t’ Isfel, u qiegħed jespandi progressivament l-operazzjonijiet tiegħu fir-Russja u fl-Ukrajna. L-attivitajiet fil-pajjiżi ta’ l-ACP jitwettqu taħt il-Ftehim ta’ Cotonou bir-riżorsi tal-Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp jew bir-riżorsi ta’ l-EIB b’garanzija mill-Istati Membri. Tradizzjonalment l-EIB jidħol għal operazzjonijiet barra mill-UE b’sostenn għall-politiki tar-relazzjonijiet esterni ta’ l-UE bbażati fuq mandati formali mill-Kunsill; mandati suċċessivi tal-Kunsill wessgħu l-ambitu ġeografiku ta’ l-attività ta’ l-EIB. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament previsti f’Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ dan it-tip huma rikonoxxuti mill-pajjiżi li mhumiex msieħba fl-UE bħala sostenn viżibbli mill-UE. Barra minn hekk, il-garanzija Komunitarja ma tħallix li operazzjonijiet ta’ dan it-tip, li ta’ spiss ikollhom livell ferm ogħla ta’ riskju mill-operazzjoniet ta’ l-EIB fl-UE, jaffetwaw l-istanding tal-kreditu tal-Bank, u tippermetti li l-EIB iżomm rati ta’ self attraenti barra mill-UE. It-tabella 1 tar-Rapport turi li l-firem tas-self kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2005 (jiġifieri madwar 85% tat-tul ta’ żmien tal-mandati ta’ self) jirrapreżentaw 87% tal-limitu massimu totali tas-self ta’ EUR 20,660 miljun, imma hemm differenzi sinifikanti skond ir-reġjun. L-EIB qed jistenna li jiffirma l-bilanċ ta’ l-ammonti disponibbli taħt il-limiti massimi reġjonali differenti fl-2006, barra taħt il-mandat tar-Russja, ta’ l-Ukrajna, tal-Moldova u tal-Belarus, fejn huwa mistenni li l-ewwel operazzjonijiet jiġu ffirmati fl-2006 u l-bqija fl-ewwel nofs ta’ l-2007. L-operazzjonijiet ta’ l-EIB f’pajjiżi terzi jirrappreżentaw fattur kruċjali għall-fondi baġitarji limitati ta’ l-UE biex jiżdiedu l-effettività u l-viżibilità ta’ l-azzjoni esterna ta’ l-UE. Filwaqt li l-għajnuna baġitarja esterna tal-Komunità hija ffokata fuq il-pajjiżi bi dħul aktar baxx u s-sostenn għas-setturi soċjali, l-operazzjonijiet ta’ l-EIB huma ta’ rilevanza partikolari f’pajjiżi ta’ dħul medju u fis-setturi infrastrutturali, finanzjarji u kummerċjali. Jekk jitqies li l-EIB oriġinarjament ġie stabbilit u strutturat finanzjarjament biex jopera fl-UE, il-mandati taħt il-kopertura tal-garanzija Komunitarja jirrapreżentaw l-għodod prinċipali li jippermettu lill-EIB iwettaq operazzjonijiet barra l-UE, billi jipprovdu s-sostenn politiku u finanzjarju neċessarju mill-Komunità għal pajjiżi u għal proġetti li normalment ma jidħlux fil-linji ta’ gwida u fil-kriterji standard ta’ l-EIB. | 130 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Kif ġie nnotat aktar ’il fuq, bħalissa hemm żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill fis-seħħ (2000/24/KE, kif emendata, u 2005/48/KE) li jipprovdu garanzija Komunitarja lill-EIB għall-operazzjonijiet barra l-UE. Il-mandati eżistenti taħt il-garanzija Komunitarja jiskadu f’Jannar 2007 u din il-proposta għandha tistabbilixxi garanzija Komunitarja għall-perjodu 2007-2013. Id-Deċiżjoni proposta għandha tkompli l-proviżjon ta’ garanzija Komunitarja għas-self estern ta’ l-EIB, filwaqt li tagħmel xi modifiki, kif ġej: * Bażi legali waħda li se tkopri r-reġjuni differenti kollha kif ukoll il-Mandat ta’ Riserva li jissemma aktar ’l isfel. Il-kopertura ġenerali tal-garanzija ta’ 65% se tiġi applikata għall-mandat sħiħ. * Introduzzjoni ta’ analiżi ġeografika ġdida tal-limiti massimi biex jiġu riflessi l-proposti eżistenti għal politiki u strumenti ġodda għar-relazzjonijiet esterni ta’ l-UE. * Definizzjoni aktar ċara ta’ l-għanijiet tal-politika ta’ l-UE f’kull reġjun li għandha tinstab permezz ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-EIB taħt il-mandat. * Introduzzjoni ta’ Mandat ta’ Riserva, mhux allokat lill-ebda reġjun waħdani, għall-attivazzjoni f’każijiet ta’ diżastri naturali, rikostruzzjoni wara kunflitt jew żviluppi f’pajjiżi strateġikament importanti. * Kjarifikazzjoni tan-natura tal-garanzija Komunitarja b’mod li tkopri riskji ta’ natura politika jew sovrana. Il-kopertura tal-garanzija għandha tiġi estiża għaż-żewġ tipi ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament li jissemmew fl-Istatut ta’ l-EIB, jiġifieri s-self u l-garanziji (taħt il-mandati korrenti s-self biss huwa kopert) * Rinforz tar-rekwiżiti li jirrelataw mal-konnessjoni bejn l-attivitajiet esterni ta’ l-EIB u l-politiki ta’ l-UE, permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn il-Kummissjoni u l-EIB u rappurtaġġ mtejjeb. * Skond il-prattika stabbilita taħt il-mandat eżistenti għar-Russja, għall-Ukrajna, għall-Moldova u għall-Belarus, pajjiżi individwali magħżula għandhom isiru eliġibbli kif u meta jissodisfaw kondizzjonalità xierqa li tkun konsistenti mal-ftehimiet ta’ livell għoli ta’ l-UE mal-pajjiż ikkonċernat dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi, kif iddeterminati mill-Kummissjoni f’konsultazzjoni ma’ l-EIB. L-operazzjonijiet ta’ l-EIB se jitwettqu wara l-firma u r-ratifika tal-Ftehim ta’ Qafas neċessarju bejn l-EIB u l-pajjiż ikkonċernat. | 140 | Il-konsistenza mal-politiki u ma’ l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni Kif ġie enfasizzat fir-Rapport, l-operazzjonijiet esterni ta’ l-EIB, u speċjalment dawk li huma koperti mill-proposta korrenti, se jikkomplementaw l-attivitajiet li għandhom jitwettqu taħt l-istrumenti ta’ għajnuna esterna, jiġifieri l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika kif ukoll l-Istrument għall-Istabilità.. L-operazzjonijiet ta’ l-EIB se jsostnu b’mod sħiħ l-azzjoni esterna ta’ l-UE, kif ġie ddeterminat fid-dokumenti ta’ politika differenti li jissemmew fl-att legali propost jew kif ġie stabbilit eventwalment f’dokumenti ta’ politika futura ta’ l-UE. Il-konnessjoni bejn l-attività esterna ta’ l-EIB u l-politiki ta’ l-UE se tissaħħaħ permezz tal-kooperazzjoni rrinforzata bejn il-Kummissjoni u l-EIB. Din se tibda b’assoċjazzjoni mtejba fil-proċess ta’ l-ippjanar, speċjalment fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ azzjoni jew tad-dokumenti ta’ qabel l-adeżjoni u tad-dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż jew dik reġjonali, u matul l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti qrib is-sors. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni b’dan il-mod se jgħin biex jiġi żgurat li l-karattru mmexxi mill-politika ta’ l-istrumenti l-ġodda tal-KE jkun rifless bl-istess mod fl-implimentazzjoni tal-mandat. Il-grad ta’ din il-kooperazzjoni se jimxi ’l quddiem fuq bażi ddifferenzjata reġjonalment, billi titqies l-importanza ta’ l-EIB fir-reġjun imma wkoll l-ambitu għal konnessjoni mal-politiki fi ħdan il-qafas ta’ l-istrateġija ta’ Qabel, l-Adeżjoni ta’ l-istrateġija Ewropea tal-Viċinat u tas-Sħubija, ta’ l-istrateġija tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipprevedi konsultazzjoni bikrija mill-EIB fuq proġetti individwali. Operazzjoni ta’ Finanzjament ta’ l-EIB mhux se tkun inkluża fil-kopertura tal-garanzija Komunitarja f’każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva dwar tali operazzjoni fi ħdan il-qafas tal-proċedura prevista fl-Artikolu 21 ta’ l-Istatuti ta’ l-EIB. L-EIB għandu jħabrek biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, bħall-EBRD jew il-Bank Dinji, u ma’ istituzzjonijiet bilaterali Ewropej, fejn ikun rilevanti, fuq il-bażi ta’ Memoranda ta’ Ftehim li jkopru r-reġjuni differenti taħt il-mandat. Fil-qafas tal-mandat il-ġdid, se jiġu stabbiliti proċeduri ta’ rappurtaġġ mtejba biex jiġi żgurat li l-konsistenza mal-politiki esterna u ma’ l-għanijiet ta’ l-Unjoni, kif ukoll il-kooperazzjoni ma’ l-IFIs l-oħra, ikunu mmonitorjati b’mod adegwat. | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni, s-setturi prinċipali immirati u l-profil ġenerali ta’ min jirrispondi Grupp ta’ ħidma konġunt, li jinkludi r-rappreżentanti mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u ta’ l-EIB, ħadem fuq il-preparazzjoni tal-proposta korrenti u fuq ir-Rapport li jakkumpanjaha. Il-Kummissjoni u l-EIB ipprovdew l-EFC b’rapport ta’ progress u b’informazzjoni supplementari li jipprovdu l-orjentazzjonijiet prinċipali tal-proposta korrenti. L-EFC, li jinkludi uffiċjali esperti anzjani fil-qasam ekonomiku u dak finanzjarju mill-Istati Membri kollha, iddiskuta din il-kwistjoni matul żewġ laqgħat suċċessivi fi Frar u f’Marzu 2006. B’riżultat ta’ dan, l-EFC ipproduċa rapport li jipprovdi l-fehmiet inizjali ta’ l-Istati Membri fuq l-orjentazzjonijiet prinċipali mressqa mill-Kummissjoni u mill-EIB. | 212 | Sommarju tar-risposti u kif tqiesu Il-fehmiet ta’ l-EIB huma riflessi b’mod sħiħ fil-proposta korrenti. Ir-rapport ta’ l-EFC li ssemma aktar ’il fuq jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar evalwazzjoni komprensiva tal-mandati eżistenti u deskrizzjoni aktar sħiħa ta’ l-attività esterna ta’ l-EIB fl-istampa globali ta’ l-istrumenti esterni ta’ l-UE, li tinkludi valutazzjoni tal-bżonnijiet tal-pajjiżi riċeventi, ir-rwol ta’ l-IFIs l-oħra u l-vantaġġ komparattiv ta’ l-EIB. Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-informazzjoni ġew indirizzati fir-Rapport u fid-Dokument ta’ Ħidma ta’ l-Istaff anness. Ir-rapport ta’ l-EFC jinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet ġenerali, inklużi a) il-bżonn li tiġi żgurata kooperazzjoni tajba bejn l-EIB u d-donaturi jew is-selliefa l-oħra bħall-IFIs (b’mod partikolari l-EBRD) u aġenziji bilaterali oħra; b) il-bżonn li tiġi kkjarifikata n-natura tar-riskji koperti mill-garanzija Komunitarja; c) il-bżonn li jsiru proposti konkreti għal użu iktar koerenti ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-EIB u ta’ l-għotjiet Komunitarji u li jiġu kkjarifikati l-arranġamenti ta’ ħidma neċessarji; d) l-involviment tal-Kunsill fil-governanza tal-Mandat ta’ Riserva; e) il-bżonn għal reviżjoni ta’ nofs it-term li tkun ibbażata fuq evalwazzjoni indipendenti. Ir-rakkomandazzjonijiet t’aktar ’il fuq tqiesu fl-att legali propost. Il-punt c) li ssemma aktar ’il fuq jista’ jiġi indirizzat biss fil-qafas tal-bażijiet legali xierqa. | Il-ġbir u l-użu tal-kompetenza | 221 | L-oqsma xjentifiċi/ta’ kompetenza kkonċernati Il-kompetenza finanzjarja u ekonomika. | 222 | Il-metodoloġija użata Mhux applikabbli. | 223 | L-organizzazzjonijiet/esperti prinċipali kkonsultati L-EIB. | 2249 | Sommarju tal-parir li ngħata u li ntuża | 225 | Il-fehmiet ta’ l-EIB huma riflessi fil-proposta korrenti u fir-Rapport li jakkumpanjaha. | 226 | Il-mezzi użati biex il-parir espert isir pubblikament disponibbli Mhux applikabbli. | 230 | Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Il-pajjiżi terzi li se jkunu koperti minn operazzjonijiet ta’ l-EIB taħt il-garanzija Komunitarja ġeneralment għandhom profil ta’ riskju akbar minn pajjiżi ta’ l-UE, prinċipalment minħabba l-instabbiltà makro-ekonomika, finanzjarja u/jew politika, kif riflessa fir-rati tal-kreditu esterni ta’ pajjiżi ta’ dan it-tip. L-EIB jopera fuq prinċipji bankarji sodi u l-Istatut tiegħu huwa restrittiv f’termini tar-riskji li jista’ jieħu. Għalhekk, mingħajr garanzija mill-Komunità li tkopri riskji politiċi u sovrani, l-EIB normalment jista’ jassumi r-riskji rilevanti f’pajjiżi ta’ grad ta’ investiment biss. Garanzija Komunitarja għal proġetti barra l-UE tipprovdi lill-EIB bis-sigurtà meħtieġa biex tippermettilu jiffinanzja proġetti li jikkontribwixxu għall-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-Komunità mingħajr ma tiġi affetwata r-rata ta’ kreditu AAA ta’ l-EIB. Għażla alternattiva li ġiet eżaminata kienet li ma tiġix ipprovduta garanzija Komunitarja. Madanakollu, dan kien se jwassal għal nuqqas ta’ dħul fl-EIB jew l-irtirar minnu minn numru ta’ pajjiżi u żjieda fl-ispejjeż tal-finanzjament għal proġetti li jinsabu f’pajjiżi oħra. Dan kien meqjus bħala politikament mhux mixtieq, meta jitqies il-bżonn li jkun hemm intervent bilanċjat ta’ l-UE fid-diversi pajjiżi fir-reġjuni differenti. Barra minn hekk, iż-żjieda fl-ispejjeż tal-finanzjament għall-promoturi tal-proġetti f’pajjiżi aċċettabbli kienet se tagħmel l-operazzjonijiet ta’ l-EIB inqas attraenti, biex b’hekk tnaqqas is-saħħa ta’ l-EIB li timponi kondizzjonijiet tal-politika ta’ l-UE (eż. akkwist, ambjent, eċċ). L-istess raġunament għandu japplika wkoll jekk il-Komunità kellha tiċċarġja l-garanzija lill-EIB, għaliex dan ukoll fl-aħħarnett għandu jżid l-ispiża għall-promoturi. Il-proposta korrenti tistabbilixxi bilanċ proporzjonat bejn il-bżonn li l-EIB jitħallielu l-libertà operattiva biex isegwi attivitajiet ta’ finanzjament skond il-modalitajiet tiegħu, filwaqt li jiġu sostnuti l-politiki ta’ relazzjonijiet esterni ta’ l-UE, u biex jiġi żgurat li l-garanzija Komunitarja tkun limitata, kemm f’termini ta’ espożizzjoni għar-riskju u kemm fin-natura tal-proġetti li se tkopri. Barra minn hekk, l-involviment tal-Kummissjoni bħala responsabbli għall-garanzija Komunitarja jiżgura sostenn politiku b’saħħtu għall-finanzjament ipprovdut mill-EIB. Effett prinċipali ta’ sostenn ta’ dan it-tip huwa li tiżdied b’mod sinifikanti l-probabbiltà ta’ rkupru ta’ ammonti mhux imħallsa minħabba l-pressjoni konġunta eżerċitata mill-EIB u mill-Kummissjoni fuq min jissellef u ma jħallasx. Dan jidher mill-fatt li l-uniċi każijiet fejn l-EIB irrikorra għall-garanzija fil-passat (l-ex-Jugoslavja u l-Arġentina) eventwalment kienu mħallsa lura. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Il-Kummissjoni qed tipproponi bażi legali waħda li tkopri r-reġjuni differenti taħt il-mandat. Il-perjodu kopert mill-mandat futur se jikkoinċidi mal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 li jmiss. L-azzjoni se tipprovdi garanzija lill-EIB għall-operazzjonijiet barra l-UE, sa ċerti limiti massimi stabbiliti fil-proposta. Fl-2010 se titwettaq reviżjoni ta’ nofs it-term tal-mandat , li se tippermetti, fejn ikun neċessarju, l-iffokar mill-ġdid tal-prijoritajiet stabbiliti fil-bażi legali. | 310 | Il-bażi legali Il-proposta leġiżlattiva se tkun ibbażata fuq l-Artikolu 181a li jipprovdi kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika mal-pajjiżi terzi. Din il-bażi legali diġà ntużat għar-reviżjoni tal-mandat ġenerali tas-self (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/47/KE) u għall-mandat il-ġdid tar-Russja, ta’ l-Ukrajna, tal-Moldova u tal-Belarus (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/48/KE). | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. | 331 | L-operazzjonijiet ta’ finanzjament ta’ l-EIB se jkomplu jiġu ġestiti skond ir-regoli u l-proċeduri ta’ l-EIB stess. | 332 | Il-garanzija Komunitarja wriet li hija mezz effiċjenti u mhux għoli biex jiġu koperti r-riskji politiċi u sovrani relatati ma’ l-operazzjonijiet esterni ta’ l-EIB. Sa mill-1994, ġie stabbilit Fond ta’ Garanzija Komunitarja għall-Azzjoni Esterna biex jipprovdi riserva ta’ likwidità għall-baġit Komunitarju kontra nuqqasijiet ta’ ħlas fuq operazzjonijiet iggarantiti. It-tiġdid ta’ garanzija Komunitarja se tippermetti li l-prattika eżistenti effiċjenti u ekonomikament b’saħħitha tkompli. Il-Kummissjoni u l-EIB se jiffirmaw ftehim dwar id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri biex tingħata garanzija Komunitarja. Sabiex jiġu ssemplifikati l-preparazzjoni u l-valutazzjoni tal-proġetti, l-EIB se ttejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ l-IFIs l-oħra u ma’ l-istituzzjonijiet bilaterali Ewropej fejn ikun rilevanti. | L-għażla ta’ l-istrumenti | 341 | L-istrumenti proposti: oħra. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni li ġejja. Hija meħtieġa Deċiżjoni tal-Kunsill biex tkun stabbilita garanzija fuq il-livell Komunitarju. | L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | 401 | Il-prospett finanzjarju inkluż fil-proposta leġiżlattiva tiġbor fil-qosor l-implikazzjonijiet baġitarji rilevanti. Dawn l-implikazzjonijiet ġejjin mill-bżonn li jitwarrbu dispożizzjonijiet għall-garanzija Komunitarja fil-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna matul il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 li jmiss. | L-INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | Klawżola ta’ eżami/reviżjoni/ta’ tmiem awtomatiku wara l-għeluq tal-perjodu ffissat | 531 | Il-proposta tinkludi klawżola ta’ eżami. | 532 | Il-proposta tinkludi klawżola ta’ reviżjoni. | 533 | Il-proposta tinkludi klawżola ta’ tmiem awtomatiku wara l-għeluq tal-perjodu ffissat. | 570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta L-Artikolu 1 isemmi li l-garanzija Komunitarja se tkopri l-operazzjonijiet ta’ finanzjament ta’ l-EIB sa ammont globali ta’ EUR 33 biljuni, inkluża riserva ta’ EUR 1.5 biljun, matul il-perjodu 2007-2013. Il-garanzija għandha tkun ristretta għal 65% ta’ l-ammont aggregat ta’ l-operazzjonijiet ta’ finanzjament flimkien ma’ somom relatati. Il-limitu massimu ġenerali għandu jinqasam skond ir-reġjun bil-limiti massimi reġjonali li jorbtu li ġejjin: A) Il-pajjiżi ta’ qabel l-adeżjoni: EUR 9 biljuni. B) Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 15-il biljun. Dan jinqasam f’żewġ sotto-limiti massimi indikattivi, jiġifieri l-pajjiżi Mediterranji: EUR 10 biljuni, u l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t’Isfel u r-Russja: EUR 5 biljuni. C) Il-pajjiżi tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika: EUR 7.5 biljuni, maqsuma fi tliet sotto-limiti massimi indikattivi, jiġifieri l-Amerika Latina: EUR 4 biljuni, l-Asja: EUR 2 biljuni, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’ Isfel: EUR 1.5 biljun. D) Il-Mandat ta’ Riserva: EUR 1.5 biljuni. L-Artikolu 2 jittratta l-lista ta’ pajjiżi kkonċernati mill-att legali u l-eliġibilità tagħhom. L-Artikolu 3 jispeċifika li l-Mandat ta’ Riserva mhuwiex allokat lill-ebda reġjun wieħed u se jkun attivat f’każijiet ta’ diżastri naturali, rikostruzzjoni wara kunflitt jew żviluppi f’pajjiżi strateġikament importanti. L-attivazzjoni se tkun deċiża b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-EIB, wara konsultazzjoni ma’ l-EFC. Il-Parlament Ewropew se jkun informat bl-attivazzjoni tal-Mandat ta’ Riserva. L-Artikolu 4 jagħti d-dettalji dwar ir-rekwiżiti li jirrelataw mal-konnessjoni bejn l-attivitajiet esterni ta’ l-EIB u l-politika ta’ l-UE, permezz ta’ kooperazzjoni rrinforzata bejn il-Kummissjoni u l-EIB u rappurtaġġ mtejjeb. Barra minn hekk, l-Operazzjoni ta’ Finanzjament ta’ l-EIB mhux se tkun inkluża taħt il-kopertura tal-garanzija Komunitarja f’każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva dwar operazzjoni ta’ dan it-tip fi ħdan il-qafas tal-proċedura provduta fl-Artikolu 21 ta’ l-Istatuti ta' l-EIB. L-Artikolu 5 jagħti d-dettalji tal-modalitajiet tal-kooperazzjoni mtejba ma’ l-IFIs l-oħra. L-Artikolu 6 jikkjarifika n-natura tal-garanzija Komunitarja li se tkopri r-riskji ta’ natura politika jew ta’ natura sovrana għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament li daħal għalihom l-EIB. L-Artikolu 7 jinkludi rekwiżiti mtejba ta’ rappurtaġġ u informazzjoni ta’ kontabilità kemm għall-EIB kif ukoll għall-Kummissjoni. L-Artikolu 8 jispeċifika r-responsabbiltà ta’ l-EIB li jsegwi talbiet għall-irkupru possibbli f’isem il-Kummissjoni. L-Artikolu 9 isemmi li d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri ddettaljati li jirrelataw mal-garanzija Komunitarja għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta’ garanzija bejn il-Kummissjoni u l-EIB. L-Artikolu 10 isemmi li r-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-mandat għandha titwettaq fl-2010 mill-Kummissjoni fuq il-bażi, inter alia, ta’ rapport ta’ attività mill-EIB kif ukoll ta’ evalwazzjoni ppreparata mid-dipartiment ta’ l-evalwazzjoni indipendenti ta’ l-EIB. It-taqsima tal-‘premessi’ tinkludi, fost l-oħrajn, l-isfond politiku għall-proposta u l-ambitu ddettaljat ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-EIB fir-reġjuni differenti. | 1. 2006/0107 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għall-proġetti barra mill-Komunità. IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 181a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Billi: 2. Sa mill-1963, il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (minn hawn ’il quddiem se jissemma l-“EIB”) daħal għal operazzjonijiet barra l-Komunità (minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ l-“UE”) b’sostenn għal-politiki esterni tal-Komunità; 3. Il-parti l-kbira minn dawk l-operazzjonijiet twettqu fuq it-talba tal-Kunsill u bbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-Komunità li ġiet amministrata mill-Kummissjoni. B’mod mill-iktar reċenti, il-garanzija Komunitarja ġiet stabbilita għall-perjodu 2000-2007 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/24/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra t-telf minn self għal proġetti barra l-Komunità (l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Asja u r-Repubblika ta' -l-Afrika ta’ Isfel)[3] u permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/777/KE[4] u 2005/48/KE[5] għal azzjonijiet ta’ self speċifiċi. 4. Bil-ħsieb li jsostni l-azzjoni esterna ta’ l-UE mingħajr ma jaffetwa l-i standing tal-kreditu ta’ l-EIB, l-EIB għandu jkun offrut garanzija Komunitarja baġitarja għall-operazzjonijiet imwettqa barra mill-Komunità. L-EIB għandu jkun inkoraġġut biex iżid l-operazzjonijiet tiegħu barra l-Komunità mingħajr ma jirrikorri għall-garanzija Komunitarja, b’mod partikolari fil-pajjiżi ta’ qabel l-adeżjoni u fil-pajjiżi Mediterranji kif ukoll f’pajjiżi ta’ grad ta’ investiment f’reġjuni oħra, filwaqt li n-natura tal-kopertura tal-garanzija Komunitarja għandha tkun iċċarata bħala li tkopri riskji ta’ natura politika jew sovrana. 5. Il-garanzija Komunitarja għandha tkopri telf minn self jew garanziji ta’ self għall-proġetti ta’ investimenti eliġibbli ta’ l-EIB li twettqu f’pajjiżi koperti mill-Istrument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni[6] (minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ l-“IPA”), l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija[7] (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ l-“ENPI”) u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika[8] (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ id-“DCECT”), fejn l-imsemmi finanzjament jew garanzija ta’ self ingħata skond ftehim iffirmat li la skada u lanqas ġie kkanċellat (li minn hawn ’il quddiem se jissejħu “Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB”). 6. Il-politiki tar-relazzjonijiet esterni ta’ l-UE ġew riveduti u mwessa’ fl-aħħar snin. Dan kien speċjalment il-każ għall-Istrateġija ta’ Qabel l-Adeżjoni kif stabbilita fid-Dokument ta’ l-Istrateġija tat-Tkabbir ta’ l-2005 tal-Kummissjoni[9] għall-Politika tal-Viċinat Ewropew, kif stabbilita fid-Dokument ta’ Strateġija tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2004[10], u għas-sħubijiet imġedda ma’ l-Amerika Latina[11] u max-Xlokk ta’ l-Asja[12] u għas-Sħubija Strateġika ta’ l-UE mar-Russja, maċ-Ċina u ma’ l-Indja. 7. Mill-2007, ir-relazzjonijiet esterni ta’ l-UE se jkunu sostnuti wkoll mill-istrumenti finanzjarji ġodda, jiġifieri, l-IPA, l-ENPI, id-DCECI u l-Istrument għall-Istabilità[13]. 8. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB għandhom ikunu konsistenti mal-politiki esterni ta’ l-UE inklużi l-għanijiet reġjonali speċifiċi u għandhom jappoġġjawhom. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB għandhom isiru f’pajjiżi li jikkonformaw ma’ kondizzjonijiet xierqa li huma konsistenti ma’ ftehimiet ta’ livell għoli ta’ l-UE dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi. 9. Il-konnessjoni bejn l-attivitajiet ta’ l-EIB barra mill-Komunità u l-politiki ta’ l-UE għandha tissaħħaħ permezz ta’ kooperazzjoni mtejba bejn l-EIB u l-Kummissjoni fuq livell ċentrali kif ukoll fuq livell lokali. Koordinazzjoni msaħħa ta’ dan it-tip għandha tinkludi, inter alia , konsultazzjoni reċiproka bikrija fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ politika, preparazzjoni ta’ dokumenti ta’ importanza reċiproka u l-pjanijiet għall-proġetti. Se tkun ta’ importanza partikolari l-konsultazzjoni bikrija dwar id-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika ppreparati mill-Kummissjoni jew mill-EIB, biex s-sinerġiji bejn l-attivitajiet ta’ l-EIB u tal-Kummissjoni jilħqu il-massimu tagħhom u jitkejjel il-progress li jsir biex ikunu sodisfatti l-għanijiet tal-politiki rilevanti ta’ l-UE 10. Fir-rigward tal-pajjiżi ta’ qabel l-adeżjoni, il-finanzjament ta’ l-EIB f’dawk il-pajjiżi għandu jirrifletti l-prijoritajiet li ġew stabbiliti fis-Sħubijiet ta’ l-Adeżjoni u dawk Ewropej, fil-ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fin-negozjati ma’ l-UE. L-attenzjoni ffokata fuq l-azzjoni ta’ l-UE fil-Balkani tal-Punent għandha tkompli taqleb progressivament minn sostenn għal rikostruzzjoni għal sostenn ta’ qabel l-adeżjoni. F’dan il-kuntest, l-attività ta’ l-EIB għandha tfittex ukoll li tinkoraġġixxi l-aspett tal-bini ta’ l-istituzzjonijiet, fejn ikun rilevanti, f’kooperazzjoni ma’ l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali l-oħra (“IFIs”) li huma attivi fir-reġjun. Matul il-perjodu 2007-2013, il-finanzjament lill-pajjiżi kandidati (il-Kroazja, it-Turkija u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) għandu jsir dejjem aktar taħt il-Faċilità ta’ Qabel l-Adeżjoni li saret disponibbli mill-EIB, li għandha tiġi estiża maż-żmien biex tkopri l-pajjiżi kandidati potenzjali fil-Balkani tal-Punent skond il-progress tal-proċess ta’ adeżjoni tagħhom, 11. Rigward il-pajjiżi koperti mill-ENPI, l-EIB għandu jkompli u jikkonsolida l-attivitajiet tiegħu fir-reġjun tal-Mediterran bl-attenzjoni tiegħu ffokata fuq l-iżvilupp tas-settur privat. Fir-rigward ta’ l-Ewropa tal-Lvant, tal-Kawkasu t’Isfel u tar-Russja, l-EIB għandu jtejjeb l-attivitajiet tiegħu fir-Russja u fl-Ukrajna u jipprepara biex jidħol f’pajjiżi oħra fir-reġjun hekk kif jissodisfaw il-kondizzjonalità xierqa li hija konsistenti ma’ ftehimiet ta’ livell għoli ta’ l-UE mal-pajjiż ikkonċernat dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi. F’dan ir-reġjun, l-EIB għandu jiffinanzja proġetti ta’ interess sinifikanti għall-UE fl-infrastruttura tat-trasport, ta’ l-enerġija, tal-mezzi ta’ telekomunikazzjoni u ta’ l-ambjent. Għandha tingħata prijorità lil proġetti fuq l-assi ewlenin estiżi tan-Netwerk Trans Ewropew, proġetti b’implikazzjonijiet transkonfinali għal Stat Membru wieħed jew aktar u proġetti prinċipali li jiffavorixxu l-integrazzjoni reġjonali permezz ta’ konnettività akbar. Fis-settur ambjentali fir-Russja, l-EIB għandu jagħti prijorità partikolari lill-proġetti fi ħdan il-qafas tas-Sħubija Ambjentali tad-Dimensjoni tat-Tramuntana. Fis-settur ta’ l-enerġija, proġetti strateġiċi għall-provvista ta’ l-enerġija u għat-transport ta’ l-enerġija huma ta’ importanza partikolari. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament l-EIB f’dan ir-reġjun għandhom jitwettqu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (“l-EBRD”), b’mod partikolari skond it-termini li għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Ftehim bejn tliet partijiet bejn il-Kummissjoni, l-EIB u l-EBRD, 12. Rigward il-pajjiżi koperti mid-DCECI, il-finanzjament ta’ l-EIB fil-pajjiżi Asjatiċi u ta’ l-Amerika Latina se jkun progressivament allinjat ma’ l-istrateġija ta’ kooperazzjoni ta’ l-UE f’dawk ir-reġjuni u se jkun komplementari għall-istrumenti ffinanzjati minn riżorsi baġitarji tal-Komunità. Il-kunċett ta’ “interess reċiproku”, s’issa limitat fil-prattika għall-finanzjament ta’ proġetti li jinvolvu kumpaniji ta’ l-UE, se jitwessa’ biex iqis il-promozzjoni ta’ sostenibbiltà ambjentali u integrazzjoni reġjonali (bħal proġetti ta’ trasport, telecom u ta’ enerġija li jiffavorixxu l-interkonnettività). L-EIB għandu jagħmel ħiltu biex jespandi progressivament l-attivitajiet tiegħu fuq numru akbar ta’ pajjiżi f’dawk ir-reġjuni, inkluż fil-pajjiżi l-inqas prosperi. Fl-Asja Ċentrali, l-EIB għandu jiffoka fuq il-proġetti l-kbar tal-provvista ta’ l-enerġija u tat-trasport ta’ l-enerġija b’implikazzjonijiet transkonfinali. Il-finanzjament ta’ l-EIB fl-Asja Ċentrali għandu jitwettaq f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-EBRD, b’mod partikolari skond it-termini li għandhom ikunu stabbiliti f’Memorandum ta’ Ftehim bejn tliet partijiet bejn il-Kummissjoni, l-EIB u l-EBRD. Biex titkabbar il-viżibilità ta’ l-intervent ta’ l-UE fl-Amerika Latina, għandu jiġi identifikat ammont speċifiku għall-faċilità ta’ l-Amerika Latina, 13. Biex ikunu kkomplementati l-attivitajiet ta’ l-EIB taħt il-Ftehim ta’ Cotonou għall-pajjiżi ta’ l-ACP, għandha tiġi mġedda faċilità separata għall-Afrika t’Isfel, fejn se tiffoka fuq proġetti infrastrutturali ta’ interess pubbliku (inklużi infrastruttura muniċipali, provvista ta’ l-enerġija u ta’ l-ilma) u fuq is-sostenn tas-settur privat, inklużi l-SMEs. L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni ekonomika taħt il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni Kummerċjali u għall-Iżvilupp bejn l-UE u l-Afrika t’Isfel se tippromwovi aktar l-attivitajiet ta’ l-EIB f’dan ir-reġjun, 14. Huwa importanti li l-finanzjament ta’ l-EIB jiġi kkombinat mar-riżorsi baġitarji ta’ l-UE fil-forma ta’ sostenn għall-għotjiet, ta’ kapital ta’ riskju u ta’ sussidju għar-rati ta’ l-imgħax flimkien ma’ għajnuna teknika għall-preparazzjoni, għall-implimentazzjoni jew għat-titjib tal-proġetti tal-qafas legali u regolatorju, permezz ta’ l-IPA, l-ENPI, l-Istrument għall-Istabilità u, għall-Afrika ta’ Isfel, id-DCECI. 15. Fl-imgħoddi kien hemm każijiet ta’ diżastri naturali jew ta’ rikostruzzjoni wara kunflitt fejn l-EIB intalab ikollu rwol sinifikanti u mhux previst. Biex jiġi żgurat li żviluppi ta’ dan it-tip ma jpoġġux piż fuq il-limiti massimi reġjonali stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, għandu jkun stabbilit “Mandat ta’ Riserva”. Il-Mandat ta’ Riserva m’għandux ikun attribwit speċifikament lill-ebda reġjun wieħed, imma għandu jkun disponibbli għall-użu – fejn ikun xieraq flimkien mar-riżorsi baġitarji ta’ l-UE – f’każijiet ta’ diżastri naturali, rikostruzzjoni wara kunflitt jew żviluppi f’pajjiżi strateġikament importanti. Sabiex ikun possibbli għall-EIB li jieħu azzjoni urġenti biex jgħin ħalli jiġu stabbiliti mill-ġdid jew jiġu salvagwardjati l-kundizzjonijiet normali, għandhom jiġu adottati miżuri għall-attivazzjoni tal-Mandat ta’ Riserva billi tintuża l-proċedura konsultattiva pprovduta fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[14], 16. L-EIB diġà jikkopera mill-qrib ma’ l-IFIs u ma’ l-istituzzjonijiet bilaterali Ewropej. Din il-kooperazzjoni hija ggwidata minn Memoranda ta’ Ftehim speċifiċi għar-reġjuni. Fl-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tiegħu barra l-UE li fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni, l-EIB għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ l-IFIs u ma’ l-istituzzjonijiet bilaterali Ewropej fejn ikun rilevanti, 17. Ir-rappurtaġġ mill-EIB u mill-Kummissjoni dwar l-Operazzjonijijet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB għandu jissaħħaħ. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li tasal mingħand l-EIB, il-Kummissjoni għandha tirrapporta, fuq bażi annwali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB imwettqa taħt din id-Deċiżjoni fuq bażi annwali, 18. Il-garanzija Komunitarja stabbilita permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandha tkopri l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB iffirmati matul perjodu ta’ seba’ snin li jibda fl-1 ta’ Jannar 2007. Sabiex ikunu kapaċi jwieżnu l-iżviluppi matul l-ewwel nofs ta’ dak il-perjodu, l-EIB u l-Kummissjoni għandhom jippreparaw reviżjoni ta' nofs it-term tad-Deċiżjoni, 19. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB għandhom ikomplu jiġu ġestiti skond ir-regoli u l-proċeduri tal-Bank stess, inklużi l-miżuri ta’ kontroll xierqa, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti ta’ l-Awdituri u l-OLAF, 20. Il-Fond ta’ Garanzija għal Azzjoni Esterna (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ il-“Fond ta’ Garanzija”), li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 2728/94 tal-31 ta’ Ottubru 1994[15], għandu jkompli jipprovdi riserva ta’ likwidità għall-baġit Komunitarju kontra t-telf fuq Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB. F’April 2005, il-Kummissjoni ppreżentat proposta lill-Kunsill bil-ħsieb li tibdel is-sistema ta’ proviżjon għall-Fond ta’ Garanzija sabiex tiġi żgurata sistema aktar trasparenti u effiċjenti[16]. [ għandha tiġi aġġornata fil-każ ta’ adozzjoni mill-Kunsill ], 21. L-EIB għandu jipprepara, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, programmazzjoni multi-annwali indikattiva tal-firem ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-proviżjon tal-Fond ta’ Garanzija. IDDEĊIDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Garanzija u l-Limiti Massimi 1. Il-Komunità għandha tagħti lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (li minn hawn ‘ il quddiem se jissejjaħ "l-EIB") garanzija globali (li minn hawn ‘il quddiem se tissejjaħ “garanzija Komunitarja”) fir-rigward ta’ ħlasijiet li ma waslux għand l-EIB imma li huma dovuti lilu, fir-rigward ta’ self u ta’ garanziji ta’ self għal proġetti eliġibbli ta’ investiment ta’ l-EIB imwettqa fil-pajjiżi koperti minn din id-Deċiżjoni, fejn il-finanzjament jew il-garanzija tas-self imsemmi ngħata skond ftehim iffirmat li la skada u lanqas ma ġie mħassar (li minn hawn ‘il quddiem se jissejħu l-“Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB”) u ngħata skond ir-regoli u l-proċeduri ta’ l-EIB stess u b’sostenn għall-għanijiet rilevanti tal-politika esterna ta’ l-Unjoni Ewropea. 2. Il-garanzija Komunitarja għandha tiġi ristretta għal 65% ta’ l-ammont aggregat tal-krediti maħruġa u l-garanziji pprovduti taħt l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB, bl-ammonti rrimborsati mnaqqsa, flimkien mas-somom relatati kollha. 3. Il-limitu massimu ġenerali ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB, bl-ammonti mħassra mnaqqsa, għandu jkun ekwivalenti għal EUR 33 000 miljun. Għandu jinqasam skond ir-reġjun bil-limiti massimi reġjonali li jorbtu li ġejjin: (a) Il-pajjiżi ta’ Qabel l-Adeżjoni: EUR 9 000 miljun (b) Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija : EUR 15 000 miljun, maqsuma fis-sotto-limiti massimi indikattivi li ġejjin: (i) Il-pajjiżi Mediterranji: EUR 10 000 miljun (ii) L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t’ Isfel u r-Russja: EUR 5 000 miljun (c) Il-pajjiżi tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika : EUR 7 500 miljun, maqsuma fis-sotto-limiti massimi indikattivi li ġejjin: (i) L-Amerika Latina: EUR 4 000 miljun (ii) L-Asja: EUR 2 000 miljun (iii) Ir-Repubblika ta’ l-Afrika t’ Isfel: EUR 1 500 miljun (d) Il-Mandat ta’ Riserva : EUR 1 500 miljun. 4. Il-garanzija Komunitarja għandha tkopri l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB iffirmati matul il-perjodu ta’ seba’ snin li jibda fl-1 ta’ Jannar 2007 u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2013. 5. Jekk, ma’ l-iskadenza tal-perjodu li jissemma fil-paragrafu 4, l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB ma jkunux kisbu l-ammonti totali li jissemmew fil-paragrafu 3, dak il-perjodu għandu awtomatikament jiġi estiż b’sitt xhur. Artikolu 2 Il-pajjiżi koperti 1. Il-pajjiżi koperti mill-Artikolu 1 u l-attribuzzjoni tagħhom għar-reġjuni huma stabbiliti fl-Anness. 2. Il-pajjiżi individwali għandhom isiru eliġibbli taħt il-limiti massimi u sotto-limiti massimi reġjonali kif u meta jissodisfaw kondizzjonalità xierqa li hija konsistenti ma’ ftehimiet ta’ livell għoli ta’ l-UE mal-pajjiż ikkonċernat dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi. Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni ma’ l-EIB, għandha tiddetermina meta pajjiż individwali ssodisfa l-kondizzjonalità xierqa u għandha tinnotifika lill-EIB b’dan. 3. Il-garanzija Komunitarja għandha tkopri biss l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB imwettqa f’pajjiżi li kkonkludew ftehim ta’ qafas ma’ l-EIB fejn ġew stabbiliti l-kondizzjonijiet legali taħt liema Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB ta’ dan it-tip se jitwettqu. 4. Fil-każ ta’ tħassib serju minħabba s-sitwazzjoni politika jew ekonomika f’pajjiż speċifiku, il-Kummissjoni u l-EIB jistgħu jiddeċiedu li jissospendu l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB f’pajjiż ta’ dan it-tip. 5. Il-garanzija Komunitarja m’għandhiex tkopri l-Operazzjoni ta’ Finanzjament ta’ l-EIB f’pajjiż speċifiku, meta l-ftehim li jikkonċerna Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB ta’ dan it-tip kien iffirmat wara l-adeżjoni ta’ dak il-pajjiż għall-UE. Arikolu 3 Il-Mandat ta’ Riserva 1. Għandu jiġi stabbilit Mandat ta’ Riserva biex jintuża f’każijiet fejn l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB jistgħu jgħinu fil-finanzjament tar-rikostruzzjoni ta’ l-infrastruttura kif ukoll tal-bini u tat-tagħmir tas-settur kummerċjali u soċjali li saritlu ħsara jew inqered minn diżastri naturali jew ta’ rikostruzzjoni wara kunflitt jew li se jintużaw fil-każ ta’ żviluppi f’pajjiżi strateġikament importanti. 2. Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jiddeċiedu b’mod konġunt dwar l-użu tal-Mandat ta’ Riserva. Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jiġu mgħejjuna mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju li ġie stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 114(2) tat-Trattat. 3. Għandha tapplika l-proċedura konsultattiva li ġiet stabbilita fl-Artikolu 3 ta’ Deċiżjoni 1999/468/KE, f’konformità ma’ l-Artikolu 7 tagħha. Artikolu 4 Il-konsistenza mal-politiki ta’ l-Unjoni Ewropea 1. Il-konsistenza ta’ l-azzjonijiet esterni ta’ l-EIB mal-politiki u ma’ l-għanijiet esterni ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu msaħħa bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji tas-self ta’ l-EIB u r-riżorsi baġitarji ta’ l-Unjoni Ewropea, speċjalment permezz ta’ djalogu regolari u konsultazzjoni bikrija dwar: (a) dokumenti strateġiċi ppreparati mill-Kummissjoni, bħal dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż jew dik reġjonali, pjanijiet ta’ azzjoni u dokumenti ta’ qabel l-adeżjoni; (b) id-dokumenti ta’ ppjanar strateġiku u l-pjanijiet għall-proġetti ta’ l-EIB; (c) aspetti ta’ politika u aspetti operattivi oħra. 2. Il-kooperazzjoni għandha titwettaq fuq bażi reġjonalment iddifferenzjata, fejn jitqiesu r-rwol ta’ l-EIB kif ukoll il-politiki ta’ l-Unjoni Ewropea f’kull reġjun. 3. Operazzjoni ta’ Finanzjament ta’ l-EIB mhux se tkun inkluża taħt il-kopertura tal-garanzija Komunitarja f’każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva dwar operazzjoni ta’ dan it-tip fi ħdan il-qafas tal-proċedura fl-Artikolu 21 ta’ l-Istatuti ta’ l-EIB. 4. Il-konsistenza ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB mal-politiki u ma’ l-għanijiet esterni ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tkun immonitorjata skond l-Artikolu 7. Artikolu 5 Il-kooperazzjoni ma’ l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali 1. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB għandhom jitwettqu, fejn ikun xieraq, f’kooperazzjoni bejn u/jew permezz ta’ kofinanzjament mill-EIB u mill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs) jew l-istituzzjonijiet bilaterali Ewropej l-oħra sabiex jiġi żgurat qsim raġonevoli tar-riskji u kondizzjonalità tal-proġett u tas-settur koerenti. 2. Din il-kooperazzjoni għandha tiġi ffaċilitata permezz ta’ koordinazzjoni mwettqa speċjalment fil-kuntest ta’ Memoranda ta’ Ftehim, fejn ikun xieraq, bejn il-Kummissjoni, l-EIB u l-IFIs u l-istituzzjonijiet bilaterali Ewropej prinċipali li joperaw fir-reġjuni differenti. Artikolu 6 Il-kopertura u t- termini tal-Garanzija Komunitarja 1. Għall-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB li wieħed jidħol għalihom ma’ Stat jew li huma ggarantiti minn Stat, u għall-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB l-oħra li wieħed jidħol għalihom ma’ l-awtoritajiet reġjonali jew lokali jew ma’ intrapriżi jew istituzzjonijiet pubbliċi tal-gvern u/jew ikkontrollati mill-gvern, fejn Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB oħra ta’ dan it-tip għandhom valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ l-EIB xierqa meta titqies is-sitwazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-pajjiż ikkonċernat, il-garanzija Komunitarja għandha tkopri l-ħlasijiet kollha li ma jaslux għand il-Bank imma li huma dovuti lilu (li minn hawn ’il quddiem se jissejħu l-“Garanzija Komprensiva”). Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7 (4), il-kunċett ta’ Stat jinkludi x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, kif irrappreżentati mill-Awtorità Palestinjana, u l-Kosovo, kif irrappreżentat mill-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-NU. 2. Għall-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB għajr dawk indikati fil-paragrafu 1, il-garanzija Komunitarja għandha tkopri il-ħlasijiet kollha li ma jaslux għand il-Bank imma li huma dovuti lilu fejn in-nuqqas ta’ ħlas ġie kkawżat mir-realizzazzjoni ta’ wieħed mir-riskji politiċi li ġejjin (il-“Garanzija tar-Riskju Politiku”): (a) nuqqas ta’ trasferiment tal-munita; (b) esproprjazzjoni; (c) gwerra jew irvellijiet ċivili; (d) ġustizzja mċaħħda fuq ksur ta’ kuntratt. Artikolu 7 Ir-rappurtaġġ u l-kontabilità 1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB imwettqa skond din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB sabiex ikunu sodisfatti l-għanijiet tal-politika esterna ta’ l-Unjoni Ewropea, meta jitqiesu l-għanijiet operattivi ta’ l-EIB. 2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-EIB għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti annwali ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB imwettqa taħt din id-Deċiżjoni u tas-sodisfazzjon ta’ l-għanijiet tal-politika esterna ta’ l-Unjoni Ewropea, inkluża l-kooperazzjoni ma’ l-IFIs l-oħra. 3. L-EIB għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’data statistika, finanzjarja u ta’ kontabilità dwar kull waħda mill-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB skond kif ikun neċessarju biex jiġu ssodisfati d-dmirijiet ta’ rappurtaġġ tagħha jew it-talbiet mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri kif ukoll b’ċertifikat ta’ awditur dwar l-ammonti ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB li jkunu għadhom pendenti. 4. Għall-iskopijiet tal-kontabilità u tar-rappurtaġġ tal-Kummissjoni tar-riskji koperti mill-Garanzija Komprensiva, l-EIB għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjoni tar-riskju u b’informazzjoni dwar gradazzjoni ta’ l-EIB li jikkonċernaw l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB ma’ min jissellef jew ma’ persuni obbligati b’garanzija għajr għall-Istati. 5. L-EIB għandu jipprovdi l-informazzjoni li ssemmiet fil-paragrafi 2,3 u 4 bi spejjeż tiegħu. Artikolu 8 L-irkupru tal-ħlasijiet magħmula mill-Kummissjoni 1. Jekk il-Kummissjoni tagħmel kwalunkwe ħlas taħt il-garanzija Komunitarja, l-EIB, f’isem u fl-interess tal-Kummissjoni, għandu jsegwi l-irkupru tal-klejms għall-ammonti mħallsa. 2. L-EIB u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri ddettaljati li jirrelataw ma’ l-irkupru tal-klejms mhux aktar tard mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim li jissemma fl-Artikolu 9 t’aktar ’l isfel. Artikolu 9 Il-ftehim ta’ garanzija L-EIB u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim ta’ garanzija li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri ddettaljati li jirrelataw mal-garanzija Komunitarja. Artikolu 10 Ir-Reviżjoni tad-Deċiżjoni 1. Fuq il-bażi, inter alia, ta’ rapport ta’ attività mill-EIB kif ukoll ta’ evalwazzjoni provduta mid-dipartimenti ta’ l-evalwazzjoni indipendenti ta’ l-EIB, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rapport ta’ nofs it-term dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010 akkumpanjat, kif inhu xieraq, minn proposta għall-emendi tiegħu, b’mod partikolari rigward il-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 1. 2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport finali dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013. Artikolu 11 L-applikazzjoni Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Ir-reġjuni u l-pajjiżi koperti mill-Artikolu 1 għall-pajjiżi mmarkati b’(*) il-Kummissjoni xorta waħda trid tapprova l-eliġibilità skond l-Artikolu 2(2). A. IL-PAJJIŻI TA’ QABEL L-ADEŻJONI (1) Il-pajjiżi Kandidati Il-Kroazja, it-Turkija, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. (2) Il-pajjiżi kandidati potenzjali L-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo skond ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. B. IL-PAJJIŻI TAL-VIĊINAT U TAS-SĦUBIJA (1) Il-pajjiżi Mediterranji L-Alġerija, l-Eġittu, ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Lebanon, il-Libja*, il-Marokk, is-Sirja, it-Tuneżija. (2) L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t’Isfel u r-Russja L-Ewropa tal-Lvant: il-Belarus*, il-Moldova[*], l-Ukrajna; Il-Kawkasu t’Isfel : l-Armenja*, l-Ażerbajġan*, il-Ġeorġja*; Ir-Russja : ir-Russja. C. IL-PAJJIŻI TAL-KOOPERAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP U TAL-KOOPERAZZJONI EKONOMIKA (1) L-Amerika Latina L-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, l-El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj, il-Veneżwela. (2) L-Asja L-Asja (mingħajr l-Asja Ċentrali): L-Afganistan*, il-Bangladexx, il-Butan, il-Brunej, Burma/il-Mijanmar*, il-Kambodja, iċ-Ċina, il-Ħong Kong, l-Indja, l-Indoneżja, l-Iran*, l-Iraq*, ir-Repubblika tal-Korea (il-Korea t’Isfel), il-Lao PDR (il-Laos), il-Makaw, il-Malasja, il-Maldivi, il-Mongolja, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, is-Sri Lanka, it-Tajpej Ċiniż, it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Jemen*. L-Asja Ċentrali: Il-Każakistan*, ir-Repubblika tal-Kirgistan*, it-Taġikistan*, it-Turkmenistan*, l-Użbekistan*. (3) L-Afrika t’ Isfel Ir-Repubblika ta’ l-Afrika t’ Isfel. D. IR-RISERVA Il-pajjiżi potenzjalment eliġibbli għall-Mandat ta’ Riserva huma dawk elenkati f’dan l-Anness. DIKJARAZZJONI LEĠIŻLATTIVA FINANZJARJA 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għall-proġetti barra mill-Komunità. 2. QAFAS ABM / ABB Il-Qasam(l-Oqsma) ta’ Politika kkonċernat(i) u l-Attività/Attivitajiet assoċjata(i): Il-Qasam ta’ Politika : l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji L-Attività ABB : l-Operazzjonijiet u l-Istrumenti Finanzjarji 3. IL-LINJI BAĠITARJI 3.1. Il-linji baġitarji (linji operattivi u linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex-linji B.A)) inklużi l-intestaturi: 01 04 01 14 | Ħlasijiet lill-Fond ta’ Garanzija fir-rigward ta’ l-operazzjonijiet il-ġodda | 3.2. It-tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju: Is-self u l-garanziji ta’ l-EIB taħt il-kopertura tal-garanzija Komunitarja (l-“Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB”) jistgħu jiġu ffirmati mill-EIB mill-2007 sa l-2013. It-tul ta’ żmien totali ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju tagħha se jiġu ddeterminati, madanakollu, mill-maturità ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB ffirmati. 3.3. Il-karatteristiċi baġitarji: Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-qafas finanzjarju | 01 04 01 14 | Obblig. | Mhux diff[17] | LE | LE | LE | 4 | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Ir-Riżorsi Finanzjarji 4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-riżorsi baġitarji stmati meħtieġa għall-finanjament tal-Fond ta’ Garanzija, ikkalkulati skond il-mekkaniżmu ta’ proviżjon il-ġdid propost mill-Kummissjoni (COM (2005) 130 tal-5 t’April 2005) u bbażati fuq il-mandat ta’ self ta’ l-EIB propost ta’ EUR 33 biljun u livell ikkombinat ta’ self garantit ieħor (l-Għajnuna Makro-Finanzjarja u l-Euratom) ta’ EUR 4.5 biljuni bejn l-2007 u l-2013. L-istimi huma bbażati fuq suppożizzjonijiet indikattivi raġonevoli (il-livell ta’ firem ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB li jiżdiedu b’10% f’sena, profil ta’ ħruġ ta’ flus u ta’ ħlasijiet lura skond il-mudelli korrenti) u jassumu li l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija se sseħħ fl-2007. Il-figuri għall-kalkulazzjonijiet tal-proviżjon “normali” jingħataw fid-dettall fit-Tabella 8.1. Wieħed jassumi li l-mekkaniżmu l-ġdid ta’ proviżjon se jidħol fis-seħħ fl-01/01/2007. Għall-2007: m’għandu jkun hemm l-ebda proviżjon (is-sena tal-bidla). Madankollu, ta’ min jinnota li wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għandu jkun hemm rimborż stmat f’somma waħda ta’ EUR 254 miljun mill-Fond ta’ Garanzija lill-Baġit Ġenerali, skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru. 2273/2204 tat-22 ta’ Diċembru 2004. Din l-operazzjoni eċċezzjonali se titwettaq permezz ta' Baġit ta' Emenda, biex b'hekk l-Istati Membri jiġu rimborsati fl-2007. Għall-2008: il-kalkulazzjonijiet għall-PDB se jkunu bbażati fuq l-ammont immirat sa mill-31.12.2006. L-istimi juru li ammont żejjed li jlaħħaq il-EUR 157 miljun se jidher u se jkun ibbaġitjat fl-2008 bħala “dħul”. Dan l-ammont ġej mill-proviżjon “ex-ante” tas-sistema korrenti, li għadha fis-seħħ fl-2006, li se toħloq “proviżjon żejjed” sa mill-31.12.2006 rigward l-ammont immirat. Skond il-proviżjon il-ġdid, dak l-ammont se jkun ibbaġitjat bħala “dħul” fil-baġit ta’ l-2008. Għall-2009: il-kalkulazzjonijiet li se jkunu bbażati fuq ammont immirat sa mill-31.12.2007. L-istimi juru ammont żejjed ta’ EUR 2 miljuni. Għas-snin 2010-2013, il-kalkulazzjonijiet juru bżonn qed jikber ta’ proviżjon, skond l-ammont tas-self li għadu pendenti li qed jikber li huwa dovut għall-mandat il-ġdid. Il-pakkett ta’ EUR 1.4 biljun twarrab fil-programmazzjoni finanzjarja ta’ l-Intestatura 4 bi profil li la jogħla u lanqas jitbaxxa ( flat profile ) ta’ EUR 200 miljun fis-sena. Għalkemm l-ammont totali ipprogrammat ta’ EUR 1.4 biljun għandu jinżamm bħala l-“bżonnijiet massimi baġitarji”, il-profil jista’ jiġi aġġustat matul il-perjodu ta’ programmazzjoni biex iqis żviluppi negattivi bħall-akkumulazzjoni tan-nuqqas ta’ ħlasijiet[18] u valutazzjoni negattiva ta’ l-assi[19], sabiex ilaħħaq ma’ sitwazzjonijiet estremi kif jintwera fil-“Bżonnijiet baġitarji massimi” totali (ara t-tabella ikat ‘l isfel). Min-naħa l-oħra, fil-bidu tal-perjodu, prattikament mhi se tkun meħtieġa l-ebda riżorsa finanzjarja minħabba l-bidla għas-sistema ta’ proviżjon il-ġdida. In-nefqa operattiva[20] | Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1. | a | 0.0 | 0.0 | 135.0 | 271.0 | 302.0 | 645.0 | 1353.0 | Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | 0.0 | 0.0 | 135.0 | 271.0 | 302.0 | 645.0 | 1353.0 | In-nefqa amministrattiva fl-ammont ta’ referenza[21] | Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | - | - | - | - | - | - | - | L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 0.0 | 0.0 | 135.0 | 271.0 | 302.0 | 645.0 | 1353.0 | Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c | 0.0 | 0.0 | 135.0 | 271.0 | 302.0 | 645.0 | 1353.0 | In-nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[22] | Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 0.8 | 0.8 | 0.8 | 0.8 | 0.8 | 1.5 | 5.3 | Spejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e | - | - | - | - | - | - | - | Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervent | AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.8 | 0.8 | 135.8 | 271.8 | 302.8 | 646.5 | 1358.3 | AĦ TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.8 | 0.8 | 135.8 | 271.8 | 302.8 | 646.5 | 1358.3 | Id-dettalji tal-kofinanzjament Mhu previst l-ebda kofinanzjament. 4.1.2. Il-kompatibilità mal-Programmazzjoni Finanzjarja ( Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti. ( Il-proposta se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-Qafas Finanzjarju. ( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[23] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibilità jew ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul ( Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: 4.2. Ir-riżorsi Umani FTE (inklużi l-uffiċċjali, l-istaff temporarju u estern) – ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1. Rekwiżiti annwali | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | Numru totali ta’ riżorsi umani | 7 | 7 | 7 | 7 | 7 | 14 | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET 5.1. Il-bżonnijiet li għandhom jiġu sodisfatti tul medda qasira jew twila ta’ żmien Kif intqal fid-dettall fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, il-mandat ġenerali tas-self eżistenti ta’ l-EIB se jiskadi fl-aħħar ta’ Jannar 2007, b’estensjoni possibbli ta’ 6 xhur, f’każ li s-self mogħti mill-EIB ma jkunx kiseb l-ammonti totali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill. Il-mandat separat ta’ l-EIB għal proġetti fir-Russja, fl-Ukrajna, fil-Moldova u fil-Belarus se jiskadi fl-istess data. Hemm bżonn li dawn il-mandati jiġu mġedda jekk il-Komunità se tkompli toffri garanzija għall-operazzjonijiet esterni ta’ finanzjament ta’ l-EIB bħala tkomplija ta’ l-għanijiet tal-politika ta’ l-UE. Il-mandat il-ġdid se jibni fuq dak eżistenti, billi jwessa’ attenzjoni ġeografika u settorjali ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-EIB skond il-prijoritajiet politiċi ġodda ta’ l-UE. 5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ l-istrumenti finanzjarji l-oħra u s-sinerġija possibbli L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB barra l-UE jirrappreżentaw għodda ferm viżibbli u effettiva b’appoġġ għall-azzjoni esterna ta’ l-UE. Ir-rapport li jakkumpanja l-proposta leġiżlattiva jagħti d-dettalji tal-benefiċċji prinċipali ta’ l-intervent ta’ l-EIB f’pajjiżi ta’ dan it-tip, bħal li tiġi mgħoddija l-kompetenza lill-promoturi tal-proġetti u l-applikazzjoni ta’ l-istandards ambjentali u ta’ akkwist ta’ l-UE għall-proġetti ffinanzjati. Flimkien mal-benefiċċju li jissemmew aktar ’il fuq, l-EIB jgħaddi b’mod sħiħ il-vantaġġi finanzjarji li jirriżultaw mill-garanzija Komunitarja u l-ispejjeż attraenti tal-finanzjament tal-Bank lill-benefiċjarji finali fil-forma ta’ rati ta’ l-imgħax kompetittivi. Il-mandat taħt il-kopertura tal-garanzija Komunitarja jipprovdi appoġġ politiku u finanzjarju neċessarju mill-Komunità għal pajjiżi u għal proġetti li normalment ma jaqgħux fil-linji ta’ gwida u fil-kriterji standard ta’ l-EIB. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB se jikkomplementaw l-attivitajiet imwettqa taħt l-istrumenti ta’ għajnuna esterna l-ġodda. Sabiex jiżdied aktar is-sostenn għall-politiki esterni ta’ l-UE f’kull reġjun speċifiku, il-konnessjoni bejn il-prijoritajiet ta’ l-EIB u l-politiki ta’ l-UE se tiġi msaħħa. Dan se jinkiseb permezz ta’ qafas aktar b’saħħtu għad-djalogu u għall-kooperazzjoni bejn l-EIB u l-Kummissjoni fid-definizzjoni tal-politiki reġjonali, l-istrateġiji tal-pajjiż, u fuq il-livell tal-proġetti. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB jistgħu jkunu kkombinati b’mod utli mar-riżorsi baġitarji ta’ l-UE fil-forma ta’ appoġġ għall-għotja, kapital ta’ riskju u sussidju tar-rati ta’ l-imgħax flimkien ma’ għajnuna teknika għall-preparazzjoni tal-proġetti u għall-implimentazzjoni jew għat-titjib tal-qafas legali u regolatorju. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ l-ABM L-għan prinċipali tal-proposta huwa li titmexxa ’l quddiem il-kontribuzzjoni ta’ l-EIB biex jiġu sodisfatti l-għanijiet tal-politika ta’ l-UE, permezz tal-finanzjament tal-proġetti ta’ investiment. L-għanijiet li għandhom jiġu mfittxija mill-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB taħt il-mandat se jvarjaw fir-reġjuni differenti u jingħataw id-dettalji tagħhom fl-att legali propost. Għan ieħor importanti tad-Deċiżjoni proposta hu li tiġi inkoraġġata l-kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħra (IFIs). . Il-kisba ta’ l-għanijiet se tiġi mkejla primarjament permezz tal-volum ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB skond ir-reġjuni u skond is-settur, kif ukoll permezz tal-volum ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB ko-finanzjati ma’ IFIs u/jew programmi tal-Kummissjoni oħra. 5.4. Il-Metodu ta’ l-Implimentazzjoni (indikattiv) ( Ġestjoni Ċentralizzata ( direttament mill-Kummissjoni ( indirettament b’delegazzjoni lill-: ( Aġenziji eżekuttivi ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet kif jissemma fl-art. 185 tar-Regolament Finanzjarju ( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku ( Ġestjoni mqassma jew deċentralizzata ( ma’ l-Istati Membri ( ma’ pajjiżi Terzi ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti rilevanti: B’konformità mad-dispożizzjonijiet eżistenti, il-proposta tipprevedi li l-EIB jingħata mandat mill-Kunsill biex jiffinanzja proġetti ta’ investiment skond ir-regoli u l-proċeduri tiegħu stess. Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-ġestjoni tal-garanzija Komunitarja. L-EIB u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li jirrelataw ma’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. 6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI 6.1. Is-sistema ta’ monitoraġġ L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB taħt il-garanzija Komunitarja se jiġu ġestiti mill-EIB skond ir-regoli u l-proċeduri tal-Bank stess, inklużi miżuri ta’ verifika, kontroll u monitoraġġ xierqa. Kif previst fl-istatut ta’ l-EIB, il-Kumitat tal-Verifika tal-Bank, li huwa appoġġjat minn awdituri esterni, huwa responsabbli li jivverifika li l-operazzjonijiet tal-Bank twettqu u l-kotba tiegħu nżammu b’mod xieraq. Il-kontijiet ta’ l-EIB jiġu approvati kull sena mill-Bord tal-Gvernaturi tiegħu. Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi ta’ l-EIB, fejn il-Kummissjoni hija rrapreżentata minn Direttur u minn Direttur li jalterna, japprova kull Operazzjoni ta’ Finanzjament ta’ l-EIB u jimmonitorja li l-Bank huwa ġestit skond l-Istatut tiegħu u skond id-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Bord tal-Gvernaturi. Il-ftehim eżistenti bejn it-tliet partijiet bejn il-Kummissjoni, il-Qorti ta’ l-Awdituri u l-EIB, li l-aħħar li ġie mġedded kien f’Ottubru 2003 jagħti d-dettalji tar-regoli li l-Qorti ta’ l-Awdituri għandha ssegwi meta twettaq il-verifiki tagħha fuq l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB taħt il-garanzija Komunitarja. Skond l-Artikolu 7 tal-proposta, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena dwar l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB li twettqu skond din id-Deċiżjoni, fejn tagħmel użu mir-rapporti annwali ppreparati mill-EIB, tipprovdi informazzjoni dwar il-finanzjament mogħti fir-reġjuni jew fis-setturi differenti u dwar il-kooperazzjoni ma’ l-IFIs l-oħra. Barra minn hekk, l-EIB għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’data statistika, finanzjarja u ta’ kontabilità dwar kull waħda mill-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB kif ikun neċessarju biex jissodisfa d-dmirijiet ta’ rappurtaġġ tiegħu jew it-talbiet mill-Qorti ta’ l-Awdituri Ewropea kif ukoll ċertifikat ta’ awditur dwar l-ammonti ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ l-EIB li jkunu għadhom pendenti. 6.2. L-evalwazzjoni 6.2.1. L-evalwazzjoni ex-ante Il-proposta leġiżlattiva hija akkumpanjata minn rapport tal-Kummissjoni li jinkludi valutazzjoni dettaljata tal-Garanzija Komunitarja eżistenti għall-operazzjonijiet barra l-UE ta’ l-EIB. Ir-rapport fih ukoll, f’anness separat, analiżi tal-bżonnijiet futuri fir-reġjuni differenti koperti mill-mandat, inkluża l-kapaċità ta’ assorbiment tagħhom, u jagħti deskrizzjoni qasira ta’ kif il-mandat propost jirrispondi għall-bżonn antiċipat. 6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlim miksub minn esperjenzi simili fil-passat) L-esperjenza mill-operazzjoni tal-Garanzija Komunitarja korrenti wasslet għal xi modifiki proposti għall-modalitajiet tagħha, speċjalment f’termini ta’ kopertura ġeografika, definizzjoni ta’ l-ambitu tal-mandat ta’ l-EIB fir-reġjuni differenti, iż-żjieda ta’ Mandat ta’ Riserva, tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-attivitajiet ta’ l-EIB u l-prijoritajiet esterni ta’ l-UE u rinforzar konsegwenti tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-EIB, kif ukoll kjarifika tar-riskji koperti mill-Garanzija. Il-mandat propost se jkopri wkoll garanziji ta’ l-EIB, li jestendu lil hinn mill-kopertura għas-self biss taħt il-mandati preċedenti. 6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni futura Il-proposta tipprevedi għall-preparazzjoni ta’ reviżjoni ta’ nofs it-term tal-mandat ta’ l-EIB sat-30 ta’ Ġunju 2010, li għandha tippermetti, jekk ikun neċessarju, li l-attenzjoni tiffoka mill-ġdid fuq il-prijoritajiet stabbiliti fil-bażi legali. Għandha tiġi ppreparata mill-Kummissjoni fuq il-bażi, inter alia , ta’ rapport ta’ attività mill-EIB kif ukoll ta’ evalwazzjoni provduta mid-dipartiment ta’ evalwazzjoni indipendenti ta’ l-EIB. Il-Kummissjoni se tipprepara rapport finali dwar il-mandat ta’ l-EIB sal-31 ta’ Lulju 2013 7. IL-MIżURI TA’ KONTRA L-FRODI Ir-regoli u l-proċeduri tal-Bank jinkludu arranġamenti dettaljati għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni. B’mod partikolari, f’Lulju 2004, il-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-EIB approva deċiżjoni relatata mal-proċeduri għall-kooperazzjoni ma’ l-OLAF u konsegwentement adatta l-proċeduri interni tiegħu. 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom (EUR miljuni) 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-13 | Uffiċċjali jew staff temporarju[24](XX 01 01) | A*/AD | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 | 8 | B*, C*/AST | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | 6 | Staff iffinanzjat[25] permezz ta’ l-art. XX 01 02 | Staff ieħor[26] iffinanzjat permezz ta’ l-art. XX 01 04/05 | TOTAL | 7 | 7 | 7 | 7 | 7 | 14 | 8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni Il-kompiti prinċipali li jirriżultaw mill-ġestjoni tal-garanzija Komunitarja huma dawn li ġejjin: - Il-preparazzjoni tal-proposti leġiżlattivi u tal-ftehimiet ta’ garanzija; - Il-ġestjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni; - L-amministrazzjoni tal-proċedura baġitarja annwali; - Ir-rappurtaġġ annwali lill-Kunsill u lill-Parlament; - L-immaniġġjar tat-talbiet; - Il-monitoraġġ tal-ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija; - Il-kontabilità; - Ir-relazzjonijiet mal-Qorti ta’ l-Awdituri, mal-Parlament u mal-Kunsill. 8.2.3. Is-sorsi tar- riżorsi umani (statutarji) ( Il-postijiet allokati bħalissa għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu sostitwiti jew estiżi ( Il-postijiet allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena 2007 ( Il-postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss ( Il-postijiet li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fis-servizz ta’ ġestjoni (trasferimenti interni) ( Il-postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata Il-bżonnijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni mogħtija lis-servizz ta’ ġestjoni fil-qafas tal-proċedura ta’ l-allokazzjoni annwali. 8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva ) EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) Linja baġitarja (numru u intestatura) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | TOTAL | Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | - intra muros | - extra muros | Għajnuna Teknika u amministrattiva totali | - | - | - | - | - | - | - | 8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali) Tip ta’ riżorsi umani | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | Uffiċċjali u staff temporarju (XX 01 01) | 0.756 | 0.756 | 0.756 | 0.756 | 0.756 | 1.512 | Staff iffinanzjat permezz ta’ l-Art XX 01 02 (awżiljarju, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | - | - | - | - | - | - | L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.756 | 0.756 | 0.756 | 0.756 | 0.756 | 1.512 | 8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | XX 01 02 11 03 – Kumitati[28] | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ Informazzjoni | 2 Nefqa Oħra ta’ Ġestjoni Totali (XX 01 02 11) | 3 Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi r-referenza għal-linja baġitarja) | In-nefqa Amministrattiva Totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | - | - | - | - | - | - | - | [1] ĠU C ,p. [2] ĠU C , p. [3] ĠU L 9, 13.1.2000, p. 24, id-Deċżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/174/KE (ĠU L 62, 3.3.2006, p. 26). [4] ĠU L 292, 9.11.2001, p. 41. [5] ĠU L 21, 25.1.2005, p. 11. [6] COM(2004) 627 finali. [7] COM(2004) 628 finali. [8] COM(2004) 629 finali. [9] COM(2004) 561 finali. [10] COM(2004) 373 finali. [11] COM(2005) 636 finali. [12] COM(2003) 399 finali. [13] COM(2004) 630 finali. [14] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [15] ĠU L 293, 12.11.1994, p.1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2273/2004 (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 28). [16] COM(2005) 130 finali. [17] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati li minn hawn ’il quddiem se jissejħu NDA. [18] EUR 100 miljun/sena ġejjin mill-attivazzjoni tal-garanzija f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlasijiet kbar (ara l-“mekkaniżmu fformolat biex inaqqas l-impatt tat-telf (li ġej min-nuqqas li d-debituri jonoraw id-djun) fuq il-baġit” f’COM(2005) 130 tal-5.4.2005). [19] Sabiex jiġu evalwati l-implikazzjonijiet għall-proviżjon tal-varjazzjonijiet possibbli fil-valutazzjoni ta’ l-assi tal-Fond ta’ Garanzija, saru dawn is-suppożizzjonijiet li ġejjin: portafoll li jdum għal 3.3 snin; żieda ta' 1% fir-rati ta' l-imgħax ta' kull sena; evoluzzjoni fl-assi tal-Fond ta' Garanzija li tirriżulta mill-'proviżjon normali' stmat. M’hemm l-ebda implikazzjoni għall-2007 u għall-2008 minħabba l-perjodu tranżitorju. [20] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx O1 tat-Titolu xx ikkonċernat. [21] Nefqa fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [22] Nefqa fil-Kapitolu xx 01 għajr għall-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [23] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali. [24] L-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza [25] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza [26] L-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza [27] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) konċernata(i). [28] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.