52006PC0315

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta’ ċertu mard ta’ l annimali (verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2006/0315 finali - CNS 2006/0104 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.6.2006

KUMM(2006) 315 finali

2006/0104 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta’ ċertu mard ta’ l-annimali (verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il- kodifikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta’ ċertu mard ta’ l-annimali [3] . Id-Deċiżjoni l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Deċiżjoni 90/638/KEE u ta’ l-att li jemendaha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness V tad-Deċiżjoni kkodifikata.

ê 90/638/KEE (adatta)

2006/0104 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta’ ċertu mard ta’ l-annimali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju[5], u b’mod partikolari l-Artikolu 24(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[6],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

Billi:

ê

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE. tas-27 ta’ Novembru 1990 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta’ ċertu mard ta’ l-annimali[8] ġiet emendata[9] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata.

ê 90/638/KEE Premessa 2 (adatta)

(2) Il-kriterji Ö għal miżuri finanzjarji tal-Komunità għall-qerda, is-sorveljanza u l-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali Õ għandhom jassiguraw illi l-miżura tkun effettiva u tippermetti lill-Istati Membri li jissottomettu lill-Kummissjoni programmi li jassiguraw l-qerda ta’ malajr jew sorveljanza xierqa tal-mard in kwistjoni,

ê 90/638/KEE

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sabiex tkun approvata skond il-miżura li jipprovdi għaliha l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, programmi mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a) għal programmi ta’ qerda: il-kriterji li hemm fl-Anness I;

(b) għal programmi ta’ sorveljanza: il-kriterji li hemm fl-Anness II;

ê 92/65/KEE Art. 10(5) pt. 1

(ċ) għal programmi ta’ kontroll tal-marda tar-rabja: il-kriterji provduti fl-Anness III.

ê

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 90/638/KEE hi mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

ê 90/638/KEE

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

ê 90/638/KEE (adatta)

L-ANNESS I

Kriterji għal programmi ta' qerda

Fi programmi ta' qerda għandu jkun jinstab għal anqas:

1. deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidelmjoloġika tal-marda;

2. analiżi ta' l-ispejjeż stmati u stima ta' benefiċċji antiċipati tal-programm;

3. it-tul li aktarx ser jieħu l-programm u l-iskop li għandu jintlaħaq sad-data tat-tlestija;

4. deskrizzjoni tal-awtorità ċentrali li għandha tissorvelja u tikkoordina d-dipartimenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm;

5. deskrizzjoni u delimitazzjoni taż-żona ġeografika u amministrattiva li fiha il-programm ser ikun japplika;

6. sistema li tassigura n-notifika ta' bidu ta' mard suspettat jew konfermat fiż-żona konċernata;

7. il-proċeduri ta' kontroll u b'mod partikolari regoli dwar il-moviment ta' annimali suġġetti li jkunu affettwati jew kontaminati b'marda speċifika u l-ispezzjoni regolari tal-propjetajiet jew ż-żoni partikolari;

8. sistema għar-reġistrazzjoni tal-propjetajiet involuti fil-programm;

9. miżuri sabiex tiġi identifikata l-oriġini ta' l-annimali;

10. l-Istatus differenti applikabbli għal propjetajiet jew żoni, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu fil-każ ta' kull status, il-kundizzjonijiet applikabbli għall-moviment ta' annimali bejn propjetajiet jew żoni ta' status differenti u l-konsegwenzi ta' telf ta' status;

11. jekk ikun meħtieġ, deskrizzjoni ta' l-analiżi, metodi ta' ttestjar u kampjuni użati għal kull marda;

12. il-miżuri li għandhom jittieħdu fejn jinstabu riżultati pożittivi waqt il-verifiki li jsiru skond il-programm. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha sabiex tiġi assigurata il-qerda ta' malajr tal-marda, fid-dawl ta' l-informazzjoni epidemjoloġika u mezzi preventivi li huma speċifiċi għaliha, per eżempju:

(a) il-qtil ta' annimali affettwati jew kontaminati, jew suspettati illi huma affettwati jew kontaminati, bi:

- jew il-qerda tal-karkassi jew l-użu sussegwenti wara trattament għal skopijiet oħra ħlief dawk ta' konsum mill-bniedem, iżda t-trattamenti użati għandhom joffru garanziji adekwati fejn għandu x' jaqsam mas-saħħa pubblika jew ta' l-annimali jew

- l-użu sussegwenti tal-laħam, basta illi dan ma jkunx ta' dannu għas-saħħa tal-bniedem;

(b) il-qerda tal-prodotti kollha illi jistgħu jittrażmettu l-marda u t-trattament ta' dawn il-prodotti sabiex tiġi evitata kwalunkwe kontaminazzjoni possibbli;

(ċ) proċedura ta' diżinifestazzjoni tal-propjetajiet infettati;

(d) t-trattament terapewtiku u preventiv magħżul;

(e) proċedura sabiex jerġgħu jiġu mimlija b'annimali b'saħħithom l-propjetajiet li ġew spopolati permezz tal-qtil;

(f) il-ħolqien ta' żona ta' sorveljanza madwar il-propjetà infettata;

13. fejn neċessarju, regoli għall-kumpens adekwat lill-bdiewa għall-annimali maqtula kemm jista' jkun malajr;

14. impriża bl-awtorità li jagħmel riferenza għaliha l-punt 4 biex tinforma lid-dipartimenti tal-Kummissjoni regolarment u b'mod sħiħ.

_____________

L-ANNESS II

Kriterji għal programmi ta' Ö sorveljanza Õ

Fi programmi ta' sorveljanza għandu Ö jkollhom Õ għall-anqas is-segwenti:

1. il-kriterji li jagħmlu riferenza għalihom il-punti 1 sa 9, 12, 13 u 14 tal-Anness I;

2. sistema ta' sorveljanza bażata fuq analiżi serjoloġiċi, mikrobijoloġiċi, patoloġiċi jew epidemjoloġiċi, jew b'xi metodu ieħor xieraq għall-marda;

3. sistema sabiex tiġi aċċertata l-assenza tal-marda fid-dawl ta' karatteristiċi epidemjologiċi.

_____________

ê 92/65/KEE Art. 10(5) pt. 2

ANNESS III

Kriterji għal programmi ta’ kontroll tal-marda tar-rabja

Programmi għal kontroll tal-marda tar-rabja għandhom mill-anqas ikun fihom:

1. il-kriterji li hemm referenza dwarha f’punti 1 sa 7 ta’ l-Anness 1;

2. informazzjoni ddettaljata rigward ir-reġjun jew reġjuni li dwarhom immunizzazzjoni orali ta’ volpi tkun seħħet bil-limiti naturali tagħha. Dan ir-reġjun jew dawn ir-reġjuni għandhom ikopru mill-anqas 6000 km2 taż-żona nazzjonali totali ta’ Stat Membru u jistgħu jinkludu żoni ta’ biswit ta’ pajjiż terz;

3. informazzjoni ddettaljata rigward it-tilqim li għandhom ikunu użati, is-sistema ta’ distribuzzjoni, id-densità u l-frekwenza ta’ kif tkun tqiegħdet in-nasba;

4. fejn xieraq, id-dettalji kollha u n-nefqa u l-iskop ta’ skemi biex jikkonservaw jew jippreżervaw flora u fawna li jkunu ttieħdu minn organizzazzjonijiet volontarji fit-territorju kopert b’dawn il-proġetti.

_____________

é

ANNESS IV

Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ l-emenda tagħha

Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE (ĠU L 347, tat-12.12.1990, p. 27) |

Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54) | L-Artikolu 10(5) biss |

_____________

ANNESS V

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Deċiżjoni 90/638/KEE | Din id-Deċiżjoni |

Artikolu 1, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi | Artikolu 1(a), (b) u (ċ). |

- | Artikolu 2 |

Artikolu 2 | Artikolu 3 |

L-Annessi I, II u III | L-Annessi I, II u III |

- | L-Annessi IV u V |

_____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness IV għal din il-proposta.

[5] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Ö Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31). Õ

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU C [...], [...], p. [...].

[8] ĠU L 347, 12.12.1990, p. 27. Deċiżjoni kif emendata mid-Direttiva 92/65/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

[9] Ara l-Anness IV.