Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew /* KUMM/2006/0301 finali - COD 2004/0165 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 13.6.2006 KUMM(2006) 301 finali 2004/0165 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew 2004/0165 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew 1. SFOND Data ta’ trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill(dokument COM(2004)493 finali – 2004/0165 (COD)): | 15.7.2004 | Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 9.3.2005 | Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni: | 23.2.2005 | Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 6.7.2005 | Proposta tal-Kummissjoni emendata (dokument COM(2005) 523 finali – 2004/165(COD)): | 17.10.2005 | Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 12.6.2006 | 2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni kien li jiddefinixxi x-xogħol tal-Fond Soċjali Ewropew u l-ambitu ta’ l-għajnuna skond il-Fond fir-rigward ta’ l-għanijiet “tal-Konverġenza” u “l-Kompetittività Reġjunali u l-impjegar.” Flimkien mal-proposti għar-Regolamenti dwar il-Fond tal-Koeżjoni, dwar il-Fond Ewropew Reġjunali għall-Iżvilupp, dwar ir-Raggruppament Ewropew għall-koperazzjoni territorjali u dwar ir-regoli ġenerali applikabbli għal kull Fond, dan jirrappreżenta l-qafas Komunitarju legali għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Koeżjoni fil-perijodu ta’ l-2007-2013. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI Il-pożizzjoni komuni ġiet adottata fit-12 ta’ Ġunju 2006 minn maġġoranza kkwalifikata. Il-Kummissjoni tista’ tinfurzaha minħabba li tikkunsidraha bħala kompromess xieraq li jilħaq l-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni emendata, li aċċetta numru kbir ta’ emendi tal-Parlament Ewropew Fir-rigward tal-proposta emendata tal-Kummissjoni tibdil wieħed tas-sustanza ġie rikjest mill-Kunsill. L-Istati Membri indikaw b’mod unanimu l-oġġezzjoni tagħhom għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 (3) li jipprovdu allokazzjoni ta’ mhux inqas minn 2% ta’ riżorsi ESF skond l-Għan “tal-Konverġenza” lejn “il-bini tal-kapaċità u attivitajiet imwettqa konġuntament mal-partenarjati soċjali”. Wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Presidenza pproponiet li t-test għandu jiġi adattat biex jistipola li “ammont xieraq tar-riżorsi ESF għandhom jiġu allokati lejn il-bini tal-kapaċità, li għandu jinkludi stħarriġ, miżuri ta’ netwerking, it-tisħiħ tad-djalogu soċjali u attivitajiet imwettqa konġuntament mal-partenarjati soċjali.” Modifikazzjoniet oħrajn, rikjesti mill-Kunsill, ma jbiddlux is-sustanza tal-proposta tal-Kummissjoni. 4. KONKLUŻJONI Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pożizzjoni komuni adottata fit-12 ta’ Ġunju 2006 permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata hija bilanċjata u tista’ b’hekk tappoġġaha.