Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar ir-reviżjoni ta' l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja maħsuba fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (EMCDDA) /* KUMM/2006/0115 finali - CNS 2006/0037 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 14.03.2006 KUMM(2006) 115 finali 2006/0037 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar ir-reviżjoni ta' l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja maħsuba fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (EMCDDA) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. Introduzzjoni Il-Kummissjoni tipproponi Deċiżjoni tal-Kunsill għall-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-ftehim dwar ir-reviżjoni ta’ l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja maħsuba fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (EMCDDA), abbażi tal-mandat mogħti lilha mill-Kunisll. Il-Kummissjoni għalqet in-negozjati man-Noverġja bl-inizjalar ta’ l-abbozz ta’ ftehim f’Novembru 2005. 2. DEċIżJONI TAL-KUNSILL LI TAWTORIZZA L-KUMMISSJONI TMEXXI N-NEGOZJATI MAN-NORVERġJA BIL-ħSIEB LI JKUN RIVEDUT L-AMMONT TAL-KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA MIN-NORVEġJA MAħSUBA FIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U R-RENJU TAN-NORVEġJA DWAR IL-PARTEċIPAZJZONI TAN-NORVEġJA FIX-XOGħOL TAċ-ĊENTRU EWROPEW TA’ MONITORAġġ TAD-DROGA U D-DIPENDENZA MID-DROGA (EMCDDA). Fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni SEC (2005) 517 ta’ l-20 t’April 2005, il-Kunsill iddeċieda fit-18 ta’ Lulju 2005 li jawtorizza l-Kummissjoni li tmexxi n-negozjati dwar ir-reviżjoni ta’ l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja maħsuba fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Nroveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol ta’ l-EMCDDA. Id-direttivi tan-negozjati jistipulaw li l-formula ta’ kalkolu għandha tippermetti li l-kontribuzzjoni tan-Norveġja tkun aġġustata awtomatikament ma’ kull tkabbir ta’ l-Unjoni. Għandha tkun inkluża klawsola dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja minima li tiffissa l-ammont minimu li għandu jkun rispettat irrispettivament min-numru ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni. 3. Abbozz ta’ ftehim Il-Kummissjoni, abbażi tal-mandat mogħti mill-Kunsill, innegozjat man-Norveġja. Il-Kummissjoni qablet man-Norveġja dwar abbozz ta’ ftehim li jaddatta l-kontribuzzjoni finanzjarja lill-baġit ta’ l-EMCCDA. Dan il-ftehim jirrevedi l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol ta’ l-EMCDDA. Jiffissa formula ġdida ta’ kalkolu li tippermetti l-kontribuzzjoni tan-Norveġja tkun aġġustata awtomatikament ma’ kull tkabbir. Jistabbilixxi wkoll ammont minimu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja li tkun rispettata irrispettivament min-numru ta’ l-Istati Membri ta' l-Unjoni. Il-Partijiet se japprovaw il-ftehim skond il-proċeduri tagħhom stess. Dan jidħol fis-seħħ meta ż-żewġ partijiet ikunu għarrfu lil xulxin li l-proċeduri rispettivi tagħhom ikunu tlestew. 4. KONKLUżJONI TAL-FTEHIMIET 4.1. Il-bażi legali L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta’ Frar 1993 dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga[1], kif emendat mir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Numri 3294/94[2], 2220/2000[3] u 1651/2003[4], jippermetti pajjiżi mhux tal-Komunità jieħdu sehem fix-xogħol ta' l-EMCCDA. Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Noverġja dwar il-parteċipazzjoni fix-xogħol ta' l-EMCDDA kien iffirmat fid-19 ta' Ottubru 2000 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2001[5]. L-Artikolu 5 ta’ dan il-ftehim jiffissa l-kontribuzzjoni finanzjarja min-Noverġja għax-xogħol ta’ l-EMCDDA. Il-Kummissjoni Ewropea, abbażi tad-direttivi tan-negozjar tal-Kunsill, ikkonkludiet in-negozjati man-Noverġja bil-ħsieb li jkun rivedut l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-Noverġja maħsuba fil-ftehim bejn l-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol ta’ l-EMCDDA. Sabiex tipproċedi, il-Kummissjoni qiegħda issa tipproponi Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim man-Norveġja li jirrevedi l-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ dan il-pajjiż lill-baġit ta’ l-EMCDDA. 4.2. Implikazzjonijiet finanzjarji Skond in-negozjati konklużi, in-Norveġja se tħallas kontribuzzjoni finanzjarja lill-baġit ta’ l-EMCDDA skond il-formula ffissata fil-ftehim sa mill-bidu tas-sena li fiha l-ftehim jidħol fis-seħħ. Il-baġit ta’ l-EMCDDA għal dik is-sena għandu jkun aġġustat kif inhu xieraq. 5. RAKKOMANDAZZJONI In-negozjati kienu konklużi u ntlaħaq ftehim man-Norverġja dwar ir-reviżjoni ta’ l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja maħsuba fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (EMCDDA). Għalhekk hu possibbli għall-Komunità li tapprova l-konklużjoni ta’ dan il-ftehim. 2006/0037 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar ir-reviżjoni ta' l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja maħsuba fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (EMCDDA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152 b’rabta ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 300 (3) tiegħu, Waqt li jikkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[6], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[7], Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta’ Frar 1993 dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga[8], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 3294/94[9], ir-Regolament (KE) Nru 2200/2000[10] u r-Regolament (KE) Nru 1651/2003[11], jistipula, fl-Artikolu 13, li ċ-Ċentru għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li mhumiex fil-Komunità li jaqsmu l-interessi tal-Komunità u dawk ta’ l-Istati Membri tagħha fl-għanijiet u l-ħidma taċ-Ċentru. (2) Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Noverġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol ta' l-EMCDDA kien iffirmat fid-19 ta' Ottubru 2000 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2001[12]. L-Artikolu 5 ta’ dan il-ftehim jaħseb għal kontribuzzjoni finanzjarja min-Noverġja għax-xogħol ta’ l-EMCDDA. (3) In-Norveġja talbet ir-reviżjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja għax-xogħol ta’ l-EMCDDA, wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea. (4) Il-Kummissjoni innegozjat f’isem il-Komunità ftehim man-Norverġja dwar ir-reviżjoni ta’ l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja maħsuba fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (EMCDDA). (5) Dan il-Ftehim kien inizjalat fil-11 ta’ Novembru 2004 għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: L-Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar ir-reviżjoni ta' l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja maħsuba fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga qed ikun hawn approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill permezz ta’ dan huwa awtorizzat li jaħtar lill-persuna li jkollha s-setgħa tiffirma l-Ftehim sabiex tesprimi l-kunsens tal-Komunità li tkun marbuta bih. L-Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika diplomatika stipulata fl-Artikolu 3 tal-Ftehim. L-Artikolu 4 Din id-deċiżjoni se tiġi ppublikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar ir-reviżjoni ta' l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja maħsuba fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Nroveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (EMCDDA) Il-KOMUNIT À EWROPEA min-naħa, u n-Norveġja min-naħa l-oħra, Tfakkar il-ftehim bejn l-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol ta’ l-EMCDDA li kien iffirmat fid-19 ta’ Ottubru 2000 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2001[13] u l-Artikolu 5 tiegħu li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Nroveġja għax-xogħol ta’ l-EMCDDA; Billi n-Norveġja talbet ir-reviżjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha għax-xogħol ta’ l-EMCDDA, wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea; FTEHMU KIF ĠEJ: L-Artikolu 1 L-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol ta’ l-EMCDDA għandu jinbidel b’dan li ġej: “In-Norveġja għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-attivitajiet taċ-Ċentru skond l-Artikolu 1 f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għal dan il-ftehim, li għandu jifforma parti integrali minnu. L-Artikolu 2 L-Anness ta’ dan il-ftehim għandu jsir l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol ta’ l-EMCDDA. Il-formula ffissata fl-Anness għandha tapplika għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja lill-baġit ta’ l-EMCDDA mill-bidu tas-sena li fiha dan il-ftehin jidħol fis-seħħ. L-Artikolu 3 Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar mid-data li fiha tkun waslet l-aħħar nota diplomatika li tikkonferma li r-rekwiżiti ġuridiċi tal-Parti Kontraenti rispettiva dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ikunu ġew sodisfati. ANNESS Il-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja 1. Bil-ħsieb ta’ tkabbir possibbli ta’ l-Unjoni Ewropea fil-futur u li jkunu evitati aktar aġġustamenti, il-formula tal-kalkoli tal-kontribuzzjoni tan-Norveġja hi kif ġej: L-ammont tas-sussidju tal-Komunità li teskludi l-finanzjament Reitox/ [(In-numru ta’ Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea + 1) –10%]. 2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja m’għandhiex tkun anqas minn EUR 271 000 (bi prezzijiet ta’ l-2004) irrispettivament tan-numru ta' l-Istati Membri ta’ l-Unjoni. Dan l-ammont jikkorrispondi ma’ l-ispiża tat-tkabbir għal kull pajjiż kif stmat mill-EMCDDA fl-2000[14]. Dak l-ammont ikun suġġett għal aġġustament tekniku kull sena, ibbażat fuq ix-xejriet tal-prezz u d-dħul gross nazzjonali (DGN) fl-Unjoni Ewropea. [1] ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1. [2] ĠU L 341, 30.12.1994, p. 7. [3] ĠU L 253, 7.10.2000, p. 1. [4] ĠU L 245, 29.09.2003, p. 30. [5] ĠU L 257, 11. 10.2000, p.23. [6] ĠU C [...], [...], p. [...]. [7] ĠU C [...], [...], p. [...]. [8] ĠU L 36, 29.09.2003, p. 1. [9] ĠU L 341, 30.12.1994, p. 7. [10] ĠU L 253, 7.10.2000, p.1 [11] ĠU L 245, 29.09.2003, p. 30 [12] ĠU L 257, 11. 10.2000, p.23. [13] ĠU L 257, 11. 10.2000, p.23. [14] Dokument a’ l-EMCDDA BUR/34/01 finali.