52006PC0083

Proposta emendata ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali ("Ruma II") (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) /* KUMM/2006/0083 finali - COD 2003/0168 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.02.2006

KUMM(2006) 83 finali

2003/0168 (COD)

Proposta emendata ta’

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DWAR IL-LIĠI APPLIKABBLI GĦALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI ("RUMA II")

(preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. SFOND TAL-PROĊEDURA

Il-proposta[1] ġiet adottata mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Lulju 2003 u mgħoddija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess data.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Lulju 2004[2].

Il-Parlament Ewropew, imlaqqa’ f’sessjoni plenarja, adotta 54 emenda ma’ l-ewwel qari fis-6 ta’ Lulju 2005[3].

2. GĦAN TAL-PROPOSTA EMENDATA

Il-proposta emendata tadatta l-proposta oriġinali ta’ Regolament dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali sabiex ikunu kkunsidrati ċertu numru ta’ emendi vvutati mill-Parlament, filwaqt li jiġu kkunsidrati wkoll ir-riżultati tal-ħidmiet tal-Kunsill.

3. OPINJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-EMENDI ADOTTATI MILL-PARLAMENT

3.1 L-emendi aċċettati bis-sħiħ mill-Kummissjoni

L-emendi 2, 12, 17, 19, 22, 24, 35, 38, 39, 40, 44, 45, 48, 51, 52 u 53 jistgħu jiġu aċċettati hekk kif inhuma ppreżentati mill-Parlament, billi dawn l-emendi jintroduċu ċertu numru ta’ titjib kemm dwar iċ-ċarezza tat-test kif ukoll dwar ċerti kwistjonijiet ta’ dettall, jew ta’ żidiet li jistgħu jkunu utli għall-attwazzjoni tal-proposta inizjali

3.2 L-emendi aċċettati mill-Kummissjoni fis-sustanza, suġġetti għal riformulazzjoni

L-emendi 1, 5, 18, 20, 21, 23, 25, 28, 34, 36, 37, 46 u 49 jistgħu jiġu aċċettati fil-prinċipju, iżda huma suġġetti għal riformulazzjoni.

L- emenda 1 tirreferi għar-regolament “Ruma I”. Madankollu, qabel ma’ din tiġi adottata, jaqbel li ssir referenza għall-istrument Komunitarju futur li se jissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Ruma ta’ l-1980.

L- emenda 5 għandha skop li tippreċiża li l-obbligi mhux kuntrattwali bbażati fuq sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva kif ukoll il-kompetenza tat-tort jidħlu fil-qasam ta’ applikazzjoni tar-regolament. Jekk il-Kummissjoni taċċetta din l-analiżi, hija tippreferi li tlaqqa’ l-ispjegazzjonijiet kollha fir-rigward tal-qasam ta’ applikazzjoni tar-regolament fi premessa waħda, f’dan il-każ il-premessa 5, mingħajr għalhekk ripetizzjoni tad-domandi li kienu diġà msemmija b’mod espliċitu fl-Artikolu 12 li għandu x’jaqsam mal-liġi applikabbli.

L- emenda 18 għandha skop li tippreċiża li l-arrikkiment inġust u l-azzjonijiet li saru mingħajr mandat għandhom jikkwalifikaw bħala obbligi mhux kuntrattwali skond ir-Regolament. Il-Kummissjoni taqbel ma’ din l-analiżi. Madankollu, biex ma jittaqqalx it-test, hija tixtieq tiġbor l-ispjegazzjonijiet kollha dwar il-qasam ta’ applikazzjoni tar-Regolament fi premessa waħda. Fuq kollox, hija tħoss li jkun aħjar li tfakkar li l-kunċetti ġuridiċi użati fl-istrumenti “Brussell I”, “Ruma II” u l-Konvenzjoni ta’ Ruma ta’ l-1980 – jew l-istrument Komunitarju li se jissostitwiha -, iridu jkunu suġġetti għal interpretazzjoni awtonoma u koerenti mill-Qorti tal-Ġustizzja, aktar milli tipprovdi lista twila ta’ spjegazzjonijiet minnhom infushom inkompleti. Barra minn hekk, din l-emenda għandha skop li teskludi mill-qasam ta’ applikazzjoni r-responsabbiltà ta’ l-Istat fl-eżerċizzju tal-poter pubbliku. Il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda skond il-merti, iżda tippreferi l-abbozzar aċċettat komunement fil-konvenzjonijiet internazzjonali.

L- emenda 20 għandha skop li teskludi mill-qasam ta’ applikazzjoni tar-Regolament l-obbligi mhux kuntrattwali li huma oġġetti ta’ regolamentazzjoni speċifika fil-qafas tal-liġi tal-kumpaniji jew tad-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal entitajiet legali oħrajn, bħall-assoċjazzjonijiet. Il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda skond il-merti, iżda tipproponi abbozzar aktar sempliċi.

L- emenda 21 tippreċiża l-esklużjoni ta’ l-obbligi mhux kuntrattwali li bdew fil-qafas ta’ fond. Jekk il-Kummissjoni taċċetta l-emenda skond il-merti, hija għażlet li żżomm l-abbozzar miżmum fil-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1 ta’ Lulju 1985.

L- emenda 23 tippreċiża l-esklużjoni tar-responsabbiltà ta’ l-Istat, notevolment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti atti kommessi mill-aġenti pubbliċi kkummissjonati uffiċjalment. Jekk il-Kummissjoni tista’ taċċetta s-soluzzjoni proposta skond il-merti, hija tikkunsidra li din il-modifika hija żejda ma’ dik ta’ l-emenda 18.

L- emenda 25 għandha skop li tintroduċi l-possibbiltà għal ċerti partijiet li diġà għandhom relazzjonijiet kuntrattwali biex jagħżlu l-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali tagħhom qabel ma jseħħ tad-dannu. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-prinċipju ta’ għażla ex ante u taqbel ma’ l-analiżi li din l-għażla trid tkun imdawra b’kundizzjonijiet stretti biex iħarsu, notevolment, il-partijiet dgħajfa. Madankollu, huwa importanti li l-kundizzjonijiet ta’ din l-għażla jkunu mfissra f’termini sempliċi u ċari. Fil-fatt, meta jkun hemm termini mhux biżżejjed preċiżi fuq il-livell ġuridiku, il-partijiet jistgħu jitħeġġu għal-litigazzjoni, li ttaqqal il-proċedura f’termini ta’ dewmien u ta’ spejjeż u tmur kontra l-għan mixtieq mir-Regolament. L-abbozzar propost mill-Kummissjoni jippermetti, minn naħa, li l-konsumaturi u l-impjegati b’salarju jitħarsu minn għażla temerarja u eskluża, u minn naħa oħra, il-possibbiltà li tali għażla tidher f’kuntratt ta’ adeżjoni.

Il-prinċipju ta’ l- emendi 28 u 34 , li jimmodifikaw l-istruttura kif ukoll it-titoli tas-sezzjonijiet sabiex issir distinzjoni aħjar tar-regola ġenerali mir-regoli speċjali għal ċerti kategoriji ta’ delitti, jista’ jiġi aċċettat mill-Kummissjoni. Sabiex jiġu kkunsidrati r-riżultati tal-ħidmiet tal-Kunsill u tad-differenzi li huma karatteristiċi tas-sistemi ġuridiċi ta’ l-Istati Membri, il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi distinzjoni supplementari bejn ir-regoli speċjali applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ delitti u r-regoli proprji għall-arrikkiment inġust u għall-azzjonijiet li saru mingħajr mandat.

L- emendi 36 u 37 jissostitwixxu r-regola unika ta’ l-Artikolu 9 tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni, applikabbli għall-kważi-kuntratti kollha, minn żewġ regoli speċifiċi, waħda applikabbli għall-arrikkiment inġust, l-oħra għall-azzjonijiet li saru mingħajr mandat. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta din id-divrenzja supplementari. Fil-proposta emendata tagħha, hija madankollu tikkunsidra wkoll ċertu titjib ta’ ordni teknika tat-test li huwa riżultat tal-ħidmiet tal-Kunsill.

L- emenda 46 għandha skop li tiċċara r-regola dwar l-azzjoni diretta kontra l-aġent ta’ l-assigurazzjoni tal-persuna responsabbli mingħajr ma fil-fatt tibdilha. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-prinċipju ta’ abbozzar modifikat bil-ħsieb li jiffaċilita l-fehim tajjeb tar-regola. Madankollu, hija tippreferi l-abbozzar li jirriżulta mill-ħidmiet tal-Kunsill, li għandu l-istess għan.

L- emenda 49 għandha skop li tippreċiża l-post ta’ residenza normali ta’ individwu li jaħdem mid-dar. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-prinċipju ta’ tali spjegazzjoni, iżda tippreferi abbozzar aktar qrib ta’ dak li joħroġ b’riżultat tal-ħidmiet tal-Kunsill, li jistieden lill-imħallef biex jagħżel il-post reali ta’ l-eżerċizzju ta’ attività minflok l-indirizz uffiċjali li jista’ jkun purament fittizju.

3.3 L-emendi aċċettati parzjalment mill-Kummissjoni

L - emenda 3 għandha skop li tadatta l-premessa 7 tal-proposta inizjali għall-modifiki introdotti mill-emenda 26, relatata mar-regola ġenerali ta’ l-Artikolu 3. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tkunx tista’ taċċetta ħlief parzjalment l-emenda 26, hija xorta trid tirrifjuta l-modifiki korrispondenti tal-premessa. Għal dik li hija l-aħħar frażi ta’ din l-emenda, li tfakkar il-bżonn li jiġu rispettati l-intenzjonijiet tal-partijiet, din l-idea tidher fil-premessa 8 tal-proposta emendata tal-Kummissjoni.

L- emenda 14 dwar ir-regoli ta’ sikurezza u ta’ mġieba fis-seħħ fil-pajjiż fejn jinħoloq id-dannu, għandha għan doppju: minn naħa waħda, dan huwa li jerġa’ jenfasizza, permezz taż-żjieda tal-kliem “ kemm jista’ jkun li dan ikun adattat ”, li l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli tiddependi fuq il-poter sovran diskrezzjonali ta’ l-imħallef u, minn naħa oħra, li jeskludi l-possibbiltà fir-rigward ta’ malafama u ta’ konkorrenza żleali. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-ispjegazzjoni proposta għall-ewwel frażi ta’ din il-premessa. Minn naħa l-oħra, ir-rapport tal-Parlament Ewropew m’għandu l-ebda ġustifikazzjoni ta’ l-esklużjoni ta’ din ir-regola fil-qasam ta’ malafama u ta’ konkorrenza żleali. Il-Kummissjoni taħseb, b’riżultat ta’ dan, li m’hemmx raġuni għaliex l-awturi ta’ dawn iż-żewġ kategoriji ta’ delitti għandhom jiċċaħħdu mill-protezzjoni li din ir-regola tipprovdilhom.

L- emenda 26 dwar ir-regola ġenerali ta’ l-Artikolu 3 tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni tista’ tiġi aċċettata f’dak li għandu x’jaqsam mat-titjib stilistiku introdott fil-paragrafu 1, li għalhekk jikkonferma r-regola proposta mill-Kummissjoni. Minn naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-modifiki introdotti fil-paragrafi 2 u 3. Il-paragrafu 2 jintroduċi regola speċifika fil-qasam ta’ inċidenti tat-traffiku, li, minn naħa waħda, tissottometti l-obbligi mhux kuntrattwali taħt żewġ liġijiet distinti, u minn naħa l-oħra, l-ammont tad-danni. Jekk il-Kummissjoni hija konxja ta’ l-isforzi tal-Parlament biex isib soluzzjoni ġusta għan-numru kbir ta’ vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku, tali soluzzjoni, li titbiegħed notevolment mil-liġi sostantiva fis-seħħ fl-Istati Membri, ma tiġix adottata mingħajr analiżi dettaljata preliminari. Huwa għalhekk li ġie propost li tiġi studjata aktar fid-dettall din il-kwistjoni fil-qafas tar-rapport ta’ applikazzjoni li huwa l-oġġett ta’ l-emenda 54. Fir-rigward tal-paragrafu 3, l-emenda twassal għal alterazzjoni sostanzjali fl-ispirtu ta’ l-istrument. Ċertament, huwa ppreċiżat li l-klawsola ta’ eċċezzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-imħallef għandha tiġi applikata b’mod “ eċċezzjonali ”. L-abbozzar miżmum jissogra madankollu li jibgħat messaġġ li jmur kontra l-għan ta’ previżjoni mixtieqa mir-Regolament. Fil-fatt, is-sempliċi fatt li dan il-paragrafu jgħodd mill-inqas ħames fatturi li jistgħu jiġu kkunsidrati biex jiġġustifikaw il-logħba tal-klawsola ta’ eċċezzjoni jissogra li jistieden lill-partijiet u lill-imħallef biex jistaqsu lilhom infushom b’mod sistematiku dwar il-merti tas-soluzzjoni li kienet twassal għaliha l-applikazzjoni tar-regola ġenerali, anke meta din ma’ l-ewwel daqqa t’għajn kienet tidher sodisfaċenti. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta din il-parti ta’ l-emenda 26 u li ssostni l-approċċ inizjali tagħha, li min-naħa l-oħra l-leġittimità tiegħu tidher ikkonfermata mill-ħidmiet tal-Kunsill. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi madankollu l-piż ta’ ċerti fatturi enumerati fil-paragrafu 3, notevolment f’dak li għandu x’jaqsam mar-residenza normali komuni tal-partijiet, relazzjoni ta’ dritt jew ta’ fatt preeżistenti jew inkella t-tamiet leġittimi tal-partijiet. Hekk kif l-ewwel tnejn diġà huma suġġett ta’ tismija espliċita fil-paragrafi 2 u 3 tal-proposta inizjali, l-Artikolu 5, il-paragrafu 3, tal-proposta emendata jinkludi minn issa ’l quddiem referenza espliċita għat-tamiet leġittimi tal-partijiet.

L- emenda 50, li għandha x’taqsam mal-mekkaniżmu ta’ l-eċċezzjoni ta’ politika pubblika, l-ewwel nett tintroduċi paragrafu ġdid 1a) li għandu skop li jippreċiża l-idea ta’ politika pubblika tal-qrati għall-enumerazzjoni ta’ testi ta’ referenza. Għalkemm il-politiki pubbliċi ta’ l-Istati Membri jinkludu, fiċ-ċert, elementi komuni, madankollu jeżistu varjazzjonijiet minn Stat Membru għal ieħor. Bħala riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta tali enumerazzjoni. Il-paragrafu propost ġdid 1b) jittratta l-kwistjoni tad-danni li l-ammont tagħhom huwa kkunsidrat eċċessiv, bħalma huma ċerti tipi ta’ danni eżemplari u punittivi, li diġà kienu s-suġġett ta’ regola speċifika ta’ l-Artikolu 24 tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Suġġetti għal modifiki stilistiċi, li għandhom skop li jiċċaraw li d-danni punittivi m’humiex ipso facto eċċessivi, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li din ir-regola terġa’ tiddaħħal fl-Artikolu relatat mal-politika pubblika tal-qrati. Il-paragrafu propost ġdid 1c) għandu skop li jżomm l-invokazzjoni tal-klawsola ta’ eċċezzjoni għall-partijiet. Issa, huwa l-uffiċċju ta’ l-imħallef li jħares ir-rispett tal-valuri fundamentali tal-forum u din il-ħidma ma tiġix delegata lill-partijiet, jekk dawn ma jkunux dejjem irrappreżentati minn avukat. Ir-Regolament “Brussell I” jipprevedi minn issa ’l quddiem il-possibbiltà għall-imħallef biex jirrifjuta lill- exequatur minn deċiżjoni ta’ Stat Membru ieħor f’każ li din toħloq oppożizzjoni meta tmur kontra l-politika pubblika tal-qrati. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-paragrafu 1c) propost.

L- emenda 54 tipprevedi l-obbligu għall-Kummissjoni biex tippreżenta rapport ta’ applikazzjoni wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-utilità ta’ tali rapport, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-kundizzjonijiet kollha maħsuba minn din l-emenda. L-ewwel nett, il-limitu ta’ żmien maħsub ta’ tliet snin wara l-adozzjoni tar-Regolament ma jippermettix id-dispożizzjoni ta’ numru ta’ deċiżjonijiet ta’ ġustizzja li jkunu biżżejjed għal valutazzjoni effikaċi tal-ħidma ta’ dan l-istrument. L-istess bħar-Regolament “Brussell I”, il-Kummissjoni tipproponi limitu ta’ żmien ta’ 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ l-istrument. Għal dak li hu l-kontenut ta’ dan ir-rapport, il-kwistjoni ta’ l-ammont tad-danni mogħtija mill-qrati kif ukoll l-elaborazzjoni ta’ kodiċi ta’ etika tal-medja tal-massa Ewropej tgħaddi bil-kbir il-qafas tar-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta wkoll li dawn il-kwistjonijiet ikunu trattati fil-qafas ta’ rapport ta’ applikazzjoni li jorbot fuq ir-Regolament preżenti. Minn naħa l-oħra, il-Kummissjoni taqbel ma’ l-analiżi tal-Parlament minħabba l-bżonn ta’ ħsieb dwar omoġenjità akbar fil-qasam ta’ applikazzjoni tal-liġi barranija mill-qrati ta’ l-Istati Membri. Jekk hija tikkunsidra li inizjattiva leġiżlattiva f’dan il-qasam hija prematura f’dan l-istadju (ara l-emenda 43), hija tista’ taċċetta l-idea ta’ l-analiżi aktar fil-fond ta’ din il-kwistjoni fil-qafas tar-rapport ta’ applikazzjoni.

3.4 L -emendi rrifjutati

L - emendi 4, 9, 10, 15, u 16 ma jistgħux jiġu aċċettati mill-Kummissjoni billi din irrifjutat l-emendi 26, 30, 54 (il-paragrafu 3), 31 u 42 li għalihom dawn jikkorrispondu.

L- emendi 6, 7, 8, 11 u 13 għandhom skop li jadattaw il-premessi għat-tħassir ta’ diversi regoli speċjali għal ċerti delitti speċjali, proposti fl-emendi 27, 29 u 33. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta t-tħassir ta’ dawn ir-regoli speċjali (ara hawn taħt), jirriżulta b’rifjut tat-tibdiliet li jikkorrispondu mal-premessi. Fir-rapport tiegħu, il-Parlament ma jeskludix għal kollox il-possibbilità li jżomm ir-regoli speċjali bil-kundizzjoni li dawn jinkludu definizzjoni tal-qasam ta’ applikazzjoni tagħhom, notevolment fil-qasam ta’ prassi kummerċjali żleali u ta’ ħsara għall-ambjent. Huwa għalhekk li l-premessi 12, 13 u 14 tal-proposta emendata jirreferu minn issa ’l quddiem għal-leġiżlazzjoni Komunitarja sekondarja li tittratta dawn il-kwistjonijiet. Barra minn hekk, it-terminoloġija ġuridika ta’ dawn l-Artikoli ġiet modifikata biex tenfasizza dik użata fil-leġiżlazzjoni sekondarja. Jekk il-liġi sostantiva Komunitarja għalhekk tippermetti li tiddefinixxi aħjar l-ideat użati, madankollu huwa importanti li jiġi enfasizzat li – għall-ħtiġijiet tal-kwalifika ta’ delitt fis-sens tal-liġi privata internazzjonali – dawn jista’ jkollhom definizzjoni usa’ minn dik fil-liġi sostantiva Komunitarja.

L- emenda 27 għandha skop li tħassar ir-regola speċjali fil-qasam ta’ responsabbiltà għall-prodotti difettużi. Bħad-delitti speċjali l-oħrajn li huma l-vjolazzjoni tal-konkorrenza u l-ħsara għall-ambjent, il-Kummissjoni tikkunsidra, minn naħa l-oħra, li r-regola ġenerali ma tippermettix li wieħed jipprevedi l-liġi applikabbli b’ċertezza raġonevoli. Fil-fatt, il-post tad-dannu jista’ jidher purament fortuwitu minħabba l-mobilità kbira tal-prodotti tal-konsumatur (eżempju ta’ hairdryer manifatturat fl-Olanda, f’idejn turist Ġermaniż li qiegħed jivvjaġġa fit-Tajlandja). Barra minn hekk, billi din il-materja hija ta’ sikwit suġġett ta’ transazzjonijiet amikevoli bejn l-aġenziji ta’ l-assigurazzjoni, huwa partikularment importanti li tinstab regola ċara u prevedibbli sabiex tiffaċilita dawn il-ftehimiet. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta t-tħassir propost.

L- emenda 29 għandha skop li tħassar ir-regola speċjali fil-qasam ta’ vjolazzjoni tal-konkorrenza. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-emenda: l-Artikolu 5 tal-proposta inizjali ma kellux skop li jdaħħal regola differenti mir-regola ġenerali fil-fatt, iżda biss li jiddetermina l-post fejn sar id-dannu, deċiżjoni li m’hix dejjem faċli f’din il-materja. L-abbozzar ta’ l-Artikolu 7 tal-proposta emendata ġie modifikat ftit sabiex jagħmel aktar ċar li sempliċement irid jiġi determinat il-post tad-dannu. Barra minn hekk, biex tirrispondi għat-talbiet tal-Parlament Ewropew f’termini ta’ definizzjonijiet, il-Kummissjoni għażlet li żżomm, għall-Artikolu 7 tal-proposta emendata, terminoloġija li hija meħuda direttament mid-Direttiva 2005/29 tal-11 ta’ Mejju 2005. Jirriżulta, minn naħa l-oħra, li l-obbligi mhux kuntrattwali b’riżultat ta’ prassi kummerċjali mhux kompetittivi, approvati notevolment fil-qafas ta’ l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew mir-regoli ekwivalenti ta’ l-Istati Membri, m’humiex koperti mill-Artikolu 7; dawn għalhekk jibqgħu taħt ir-regola ġenerali ta’ l-Artikolu 5. Madankollu, fil-qafas tal- Green Paper tagħha “ Azzjonijiet għall-kumpens ta’ danni b’riżultat ta’ vjolazzjoni tal-konkorrenza għal-liġi Komunitarja ”, li l-pubblikazzjoni tagħha hija maħsuba għal Diċembru 2005, il-Kummissjoni bi ħsiebha tissottometti għal dibattitu l-kwistjoni tal-liġi applikabbli għall-azzjonijiet ċivili bil-ħsieb għall-kumpens tad-dannu kkawżat minn prassi kummerċjali mhux kompetittivi. Skond ir-risposti li tirċievi, il-Kummissjoni żżomm il-possibbiltà li tkun favur soluzzjoni differenti fil-qafas ta’ proċedura ta’ kodeċiżjoni.

L- emenda 57 għandha skop fil-fatt li tbiddel ir-regola applikabbli fil-qasam ta’ vjolazzjoni tal-ħajja privata, notevolment permezz ta’ l-istampa. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-emenda li tiffavorixxi aktar lill-editur milli lill-vittma preżunta ta’ malafama permezz ta’ l-istampa u li ma tikkorrispondix mas-soluzzjoni li qiegħda fis-seħħ fil-maġġoranza kbira ta’ l-Istati Membri. Minħabba li mhuwiex possibbli li t-testi tal-Kunsill u dak adottat mill-Parlament wara l-ewwel qari jkunu rikonċiljati, il-Kummissjoni tqis li l-aħjar soluzzjoni għal din il-kwistjoni kontroversjali hi li jiġu esklużi mill-proposta l-offiżi kollha ta’ l-istampa u li jitħassar l-Artikolu 6 tal-proposta inizjali. Il-vjolazzjonijiet l-oħra tal-ħajja privata għandhom ikunu koperti mill-Artikolu 5 tal-proposta emendata.

L- emenda 31 għandha skop li tintroduċi regola speċjali ġdida li għandha x’taqsam mad-dannu b’riżultat ta’ l-eżerċizzju tad-dritt ta’ strajk minn persuni bis-salarju. Jekk il-Kummissjoni hija konxja ta’ l-argumenti politiċi impliċiti, hija ma tistax taċċetta din l-emenda minħabba l-karattru riġidu żżejjed tar-regola proposta.

L- emenda 32 tfakkar li, waqt iż-żmien ta’ stennija għal regola speċjali fuq livell Komunitarju fil-qasam ta’ inċidenti tat-traffiku, l-Istati Membri se japplikaw kemm il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1971, kemm ir-regoli ġenerali tar-Regolament “Ruma II”. Fil-każ fejn ma jistax jiġi eskluż li r-rapport ta’ applikazzjoni maħsub minn issa ’l quddiem għall-Artikolu 26 tal-proposta emendata jikkonferma li r-regoli ġenerali tar-Regolament jikkostitwixxu soluzzjoni sodisfaċenti, il-Kummissjoni ma tistax tintrabat minn issa għal proposta leġiżlattiva futura u għalhekk tirrifjuta din l-emenda. Il-paragrafu 2 ta’ din l-emenda jirrepeti l-proposta li tidher diġà fl-emenda 26 u li għandha x’taqsam ma’ l-introduzzjoni ta’ regola speċjali ġdida fil-qasam tal-valutazzjoni ta’ l-ammont tad-danni imġarrba fil-qafas ta’ inċident tat-traffiku, li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta (ara hawn fuq, l-emenda 26).

L- emenda 33 għandha skop li tħassar ir-regola speċjali fil-qasam ta’ vjolazzjoni ta’ l-ambjent. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-emenda, għaliex ir-regola proposta tikkorrispondi mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” ippromulgata mill-Komunità u li diġà qiegħed fis-seħħ f’ħafna Stati Membri. Fil-ħin tal-vot għal din l-emenda fis-Sessjoni Plenarja, il-Grupp tal-Ħodor fil-fatt kien astjena.

L- emenda 41 għandha x’taqsam mill-ġdid mal-kwistjoni tal-valutazzjoni ta’ l-ammont tad-danni, li jkunu, b’mod ġenerali (ħlief l-inċidenti tat-traffiku), irregolati mil- lex fori . Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-emenda. Fil-fatt, billi din il-kwistjoni tassumi importanza kruċjali għall-vittma mhux biss fil-qasam ta’ inċidenti tat-traffiku, iżda ugwalment f’oqsma oħrajn, notevolment f’każ ta’ danni fiżiċi, ir-regoli stabbiliti mir-Regolament jippermettu li tinstab soluzzjoni ġusta li tikkunsidra t-tamiet leġittimi kemm tal-vittma u kemm ta’ min għamel id-dannu.

L- emendi 42 u 43 jittrattaw il-kwistjoni ta’ l-applikazzjoni tal-liġi barranija mill-qorti. L-ewwel waħda għandha l-ħsieb li tobbliga lill-partijiet biex jindikaw, fiċ-ċitazzjoni, liema hija l-liġi applikabbli għat-talba tagħhom. Jekk il-Kummissjoni tiffavorixxi l-idea li tiffaċilita x-xogħol ta’ l-imħallef ikkonfrontat b’kawża internazzjonali, din ir-regola tkun diffiċli wisq biex tiġi implimentata minħabba li l-partijiet kollha ma jkunux jafu liema liġi tkun applikabbli għas-sitwazzjoni tagħhom, notevolment meta dawn ma jkunux irrappreżentati minn avukat. It-tieni waħda għandha skop li tagħmel uffiċjali r-regola li diġà qiegħda fis-seħħ f’ċerti Stati Membri, skond liema regola l-qorti trid b’mod uffiċjali tiddetermina l-kontenut tal-liġi barranija applikabbli, u dan kollu waqt li tista’ titlob għajnuna mill-partijiet. Il-Kummissjoni taħseb li, sal-lum, il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri ma jkunux kapaċi japplikaw tali regola ħlief jekk ikollhom strutturi effikaċi mwaqqfa biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-liġi barranija mill-imħallef, u tirrifjuta din l-emenda. Madankollu hija tikkunsidra li din hija triq ta’ riflessjoni interessanti ħafna li għaliha jkun jaqbel li tingħata attenzjoni partikulari fil-qafas tar-rapport ta’ applikazzjoni tar-regolament.

L- emenda 47 hija żejda flimkien ma’ l-emenda 22, li l-Kummissjoni tippreferi għall-kwistjonijiet stilistiċi. L-emenda 47 hija rrifjutata bħala riżultat ta’ dan.

4. KONKLUŻJONI

Skond l-Artikolu 250, il-paragrafu 2 tat-Trattat KE, il-Kummissjoni tbiddel il-proposta tagħha bil-kliem li ġejjin.

2003/0168 (COD)

Proposta emendata ta’

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DWAR IL-LIĠI APPLIKABBLI GĦALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI ("RUMA II")

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u notevolment l-Artikolu 61 tiegħu, punt c),

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[4],

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

waqt li jiddikjaraw b’mod konformi mal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6],

waqt li jikkunsidraw dan li ġej:

(1) L-Unjoni trid tilħaq l-għan li ssostni u tiżviluppa spazju ta’ libertà, ta’ sikurezza u ta’ ġustizzja. Għalhekk, il-Komunità trid notevolment tadotta miżuri rilevanti fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-isfera ġudizzjarja fl-oqsma ċivili li għandhom inċidenza transfruntieri, fil-limitu neċessarju għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern u bl-iskop, fost affarijiet oħrajn, biex tiffavorixxi il-kompatibilità tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri fil-qasam ta’ konflitt ta’ liġijiet.

(2) Bil-ħsieb ta’ attwazzjoni effikaċi tal-miżuri rilevanti tat-Trattat ta’ Amsterdam, il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, fit-3 ta’ Diċembru 1998, adotta pjan ta’ azzjoni li jippreċiża li l-elaborazzjoni ta’ strument ġuridiku dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi extra-kuntrattwali jidher fost il-miżuri li jridu jittieħdu fis-sentejn ta’ wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam.[7]

(3) Waqt il-laqgħa tiegħu f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999[8], il-Kunsill Ewropew approva l-prinċipju ta’ għarfien reċiproku ta’ deċiżjonijiet ta’ ġustizzja bħala azzjoni prijoritarja għall-ħolqien ta’ l-ispazju ta’ ġustizzja Ewropea. Il-Programm għall- għarfien reċiproku[9] jippreċiża li l-miżuri relatati ma’ l-armonizzazzjoni tar-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet jinkludu miżuri ta’ akkumpanjament li jiffaċilitaw l-attwazzjoni ta’ dan il-prinċipju.

(4) It-tħaddim tajjeb tas-suq intern, sabiex jiffavorixxi l-previżjoni tar-riżultat tat-tilwim, is-sikurezza ġuridika u ċ-ċirkolazzjoni libera tas-sentenzi, jesiġi li r-regoli ta’ konflitt tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri jirreferu għall-istess liġi nazzjonali tkun liema tkun il-qorti mqabbda għat-tilwima.

(5) Il-qasam ta’ applikazzjoni kif ukoll il-miżuri tar-Regolament irid, li huma suġġetti għal interpretazzjoni awtonoma mill-Qorti tal-Ġustizzja, iridu jkunu preskritt preskritti b’mod li jiżguraw il-koerenza mar-regolament (KE) n° 44/2001[10] /KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-kompetenza ġudizzjarja, l-għarfien u l-esekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fl-oqsma ċivili u kummerċjali (Brussell I) [11] , il-Konvenzjoni ta’ Ruma ta’ l-1980[12][13]. u l-istrument Komunitarju li se jissostitwiha . Barra minn hekk ir-Regolament preżenti ma japplikax biss għall-azzjonijiet b’kumpens għal dannu li diġà seħħ, iżda b’mod ugwali għall-azzjonijiet bi skop li jipprevedu danni li jheddu li se jseħħu. Huwa jkopri ugwalment l-obbligi bbażati fuq sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva .

(6) Huma biss ir-regoli uniformi li jiġu applikati tkun xi tkun il-liġi li huma jappuntaw li jippermettu li jiġi evitat t-tagħwiġ ta’ konkorrenza bejn litiganti Komunitarji.

(7) Jekk il-prinċipju lex loci delicti commissi jikkostitwixxi s-soluzzjoni bażika fir-rigward ta’ obbligi mhux kuntrattwali kważi fl-Istati Membri kollha, id-determinazzjoni ta’ dan il-prinċipju f’każ ta’ tixrid ta’ l-elementi f’diversi pajjiżi tkun suġġetta għal trattamenti differenti. Din is-sitwazzjoni hija sors ta’ inċertezza ġuridika.

(7) It-tħassib għal koerenza tal-liġi Komunitarja jirrekjedi li r-Regolament preżenti ma jaffettwax il-miżuri relatati mal-liġi applikabbli jew li għandhom effett fuq il-liġi applikabbli inklużi fit-trattati jew l-istrumenti ta’ leġiżlazzjoni sekondarja ħlief għar-regolament, bħar-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet fl-oqsma partikulari, il-liġijiet ta’ politika ta’ oriġini Komunitarja jew il-prinċipji ġuridiċi fundamentali tas-suq intern. Ir-regolament preżenti jrid ikollu bħala riżultat li jiffavorixxi t-tħaddim tajjeb tas-suq intern, u b’mod partikulari ċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti u s-servizzi.

(8) Fl-interess ta’ l-awtonomija tal-volontà tal-partijiet, dawn iridu jkunu jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għal obbligu mhux kuntrattwali. Madankollu, huwa opportun li din l-għażla tkun imdawwra b’ċerti kundizzjonijiet kif ukoll li teskludi lill-konsumaturi u lin-nies b’salarju mill-possibbiltà li jagħżlu l-liġi applikabbli qabel is-seħħ ta’ dak li jikkawża d-dannu.

(9) Jekk il-prinċipju lex loci delicti commissi jikkostitwixxi s-soluzzjoni bażika fir-rigward ta’ obbligi mhux kuntrattwali kważi fl-Istati Membri kollha, id-determinazzjoni ta’ dan il-prinċipju f’każ ta’ tixrid ta’ l-elementi f’diversi pajjiżi tkun suġġetta għal trattamenti differenti. Din is-sitwazzjoni hija sors ta’ inċertezza ġuridika .

(8 10) Ir-regola uniformi għandha ttejjeb il-previżjoni tad-deċiżjonijiet ta’ ġustizzja u tiżgura bilanċ raġonevoli bejn l-interessi tal-persuna li hija msejjħa biex tieħu r-responsabbiltà u dawk tal-persuna li ġarrbet id-danni. It-tqabbil mal-pajjiż tal-post fejn ġara d-dannu ( lex loci delicti commissi ) joħloq bilanċ ġust bejn l-interessi ta’ l-awtur tad-dannu u tal-persuna li ġarrbet id-dannu, u jikkorrispondi ugwalment mal-kunċett modern tal-liġi tar-responsabbiltà ċivili u ma’ l-iżvilupp tas-sistemi ta’ responsabbiltà oġġettiva.

(9 11) Ikun siewi li jkunu previsti regoli speċifiċi għad-delitti speċjali għal liema r-regola ġenerali ma tippermettix li jintlaħaq bilanċ raġonevoli bejn l-interessati preżenti.

(10 12) Fir-rigward ta’ responsabbiltà għall-prodotti difettużi, kif issanzjonati notevolment fil-qafas tad-Direttiva 374/1985/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar it-tqabbil tal-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi ta’ l-Istat Membri dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti difettużi [14], ir-regola ta’ konflitt trid twieġeb għall-għanijiet li huma t-tqassim ġust tar-riskji inerenti għal soċjetà moderna karatterizzata minn livell għoli ta’ natura teknika, il-ħarsien tas-saħħa tal-konsumaturi, l-impuls għall-innovazzjoni, il-garanzija ta’ konkorrenza mhux żleali u t-tħaffif ta’ l-iskambji kummerċjali. It-tqabbil mal-liġi tar-residenza abitwali tal-persuna li ġarrbet id-dannu, flimkien ma’ klawsola ta’ previżjoni, tikkostitwixxi soluzzjoni bilanċjata fir-rigward ta’ dawn l-għanijiet.

(11 13) Fil-qasam ta’ konkorrenza żleali prassi kummerċjali żleali, bħal dawk sanzjonati notevolment fil-qafas tad-Direttiva 29/2005/KE tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar il-prassi kummerċjali żleali ta’ l-intrapriżi vis-à-vis il-konsumaturi fis-suq intern[15], ir-regola ta’ konflitt trid ġenerali tippermetti li tħares ir-rivali, il-konsumaturi u l-pubbliku inġenerali u kif ukoll li tiżgura it-tħaddim tajjeb ta’ l-ekonomija tas-suq. It-tqabbil mal-liġi tas-suq affettwat tippermetti li jintlaħqu dawn l-għanijiet, ħlief f’każijiet partikulari li jiġġustifikaw li jirrikorru għal regoli oħrajn Id-determinazzjoni, f’Artikolu speċifiku, tal-post tad-dannu bħala dak tas-suq affettwat tikkontribwixxi għar-rinfurzar tas-sikurezza ġuridika.

(1314) Fil-qasam ta’ vjolazzjoni ta’ l-ambjent, l-Artikolu Fil-qasam ta’ danni għall-ambjent, bħal dawk speċifikati notevolment fid-Direttiva 35/2004/KE tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u l-kumpens tad-danni ambjentali [16] , is-soluzzjoni li tikkonsisti milli tingħata għażla lill-persuna li ġarrbet id-dannu hija ġustifikata bis-sħiħ fir-rigward ta’ l-Artikolu 174 tat-Trattat -, li jimmira għal livell għoli ta’ protezzjoni u li huwa bbażat fuq il-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ azzjoni preventiva, fuq il-prinċipju tar-retifika, bi prijorità fis-sors, u fuq il-prinċipju ta’ min iħammeġ iħallas- tiġġustifika bi sħiħ ir-rikors għall-prinċipju li jiffavorixxi l-persuna li ġarrbet id-dannu.

(14 15) F’dak li għandu x’jaqsam ma’ vjolazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, ikun jaqbel li jinżamm il-prinċipju ta’ “ lex loci protectionis ” li hu magħruf universalment. Għall-finijiet tar-regolament preżenti, l-espressjoni drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tfisser id-dritt ta’ l-awtur, id-drittijiet anċillari, id-dritt sui generis għall-ħarsien tad- databases kif ukoll id-drittijiet ta’ proprjetà industrijali.

(15 16) Ta’ min jaħseb għar-regoli analogi f’każijiet speċjali għall-obbligi mhux kuntrattwali derivati ta’ dannu kkawżat minn att ieħor ħlief delitt, bħal l-arrikkiment inġust jew ta’ l-azzjonijiet li saru mingħajr id-debita awtorizzazzjoni.

(16) Fl-interess ta’ l-awtonomija tax-xewqa tal-partijiet, dawn iridu jkunu jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għal obbligu mhux kuntrattwali. Huwa opportun li jitħarsu l-partijiet dgħajfa billi tkopri din l-għażla b’ċerti kundizzjonijiet.

(17 17) Il-fatturi ta’ interess pubbliku jiġġustifikaw, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ir-rikors mill-qrati ta’ l-Istati Membri għall-mekkaniżmi li huma l-eċċezzjoni ta’ politika pubblika u r-regoli mandatarji.

(18 18)It-tħassib għal bilanċ raġonevoli bejn il-partijiet jesiġi li jiġu kkunsidrati r-regoli ta’ sikurezza u ta’ mġieba fis-seħħ fil-pajjiż fejn sar l-att tad-danni, anke meta l-obbligu mhux kuntrattwali tkun immexxija minn liġi oħra, sakemm dan ikun adattat.

(19) It-tħassib għall-koerenza tad-dritt Komunitarju jordna li r-Regolament preżenti ma jaffettwax il-miżuri relatati mal-liġi applikabbli jew li għandhom effett fuq il-liġi applikabbli inklużi fit-trattati jew fl-istrumenti ta’ leġiżlazzjoni sekondarja ħlief ir-Regolament, bħar-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet f’oqsma partikulari, ir-regoli mandatarji ta’ oriġini Komunitarja, l-eċċezzjoni ta’ politika pubblika Komunitarja jew il-prinċipji adattati għas-suq intern. Barra minn hekk, ir-Regolament preżenti m’għandux skop – u l-attwazzjoni tiegħu m’għandhiex twassal – li tfixkel it-tħaddim tajjeb tas-suq intern, u b’mod partikulari ċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti u s-servizzi.

(19) Ir-rispett għall-ftehimiet internazzjonali ffirmati mill-Istati Membri jiġġustifika li r-Regolament ma jaffettwax il-konvenzjonijiet li għalihom l-Istati Membri huma P artijiet u li għandhom x’jaqsmu ma’ l-oqsma speċjali. Sabiex tiżgura qari aħjar tar-regoli fis-seħħ f’dan il-qasam, il-Kummissjoni, waqt li tibbaża ruħha fuq it-tagħrif mgħoddi lilha mill-Istati Membri, se tippubblika l-lista tal-konvenzjonijiet konċernati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(20) Billi l-għan ta’ l-azzjoni maħsuba, biex tkun taf l-aħjar previżjoni tad-deċiżjonijiet ta’ ġustizzja li jirrekjedu regoli verament uniformi ddeterminati minn strument ġuridiku Komunitarju li jikkostrinġi u huwa applikabbli direttament, ma jistax ikun milħuq b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri li m’għandhomx il-kapaċità li jordnaw ir-regoli uniformi fuq livell Komunitarju u allura minħabba l-effetti tiegħu fil-Komunità sħiħa jkun milħuq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà speċifikat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità bħal dak imsemmi fl-istess Artikolu, ir-Regolament, li jirrinforza s-sikurezza ġuridika mingħajr ma jitlob armonizzazzjoni tar-regoli sostantivi tal-liġi interna, ma jaqbiżx dak li jkun hemm bżonn biex jintlaħaq dan il-għan.

(21) [Ir-Renju Unit u l-Irlanda, konformi ma’ l-Artikolu 3 tal-protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, urew ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni tar-regolament preżenti./ Ir-Renju Unit u l-Irlanda, konformi ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma jieħdux sehem fl-adozzjoni tar-regolament preżenti, li għalhekk ma jorbotx lil dawn iż-żewġ Stati Membri.]

(22) Id-Danimarka, konformi ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma tieħux sehem fl-adozzjoni tar-regolament preżenti, li għalhekk ma jorbotx lil dan l-Istat Membru.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Il-Kapitolu I – Firxa ta’ applikazzjoni

L-Artikolu 1 – Firxa ta’ applikazzjoni materjali

1. Ir-Regolament preżenti japplika, fis-sitwazzjonijiet li għandhom konflitt ta’ liġijiet, għall-obbligi mhux kuntrattwali relatati mal-qasam ċivili u kummerċjali.

Ma japplikax għall-materji fiskali, doganali u amministrattivi.

2. Huma esklużi mill-iskop ta’ dan ir-Regolament:

a) l-obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw mir-relazzjonijiet familjari jew relazzjonijiet komparabbli, inklużi li għandhom l-effetti komparabbli skond il-liġi applikabbli għal dawn ir-relazzjonijiet, inklużi l-obbligi ta’ manteniment;

b) l-obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw mid-drittijiet ta’ proprjetà matrimonjali u tas-suċċessjonijiet jew minn drittijiet li għandhom l-effetti komparabbli skond il-liġi applikabbli għal dawn ir-relazzjonijiet;

c) l-obbligi mhux kuntrattwali li ġejjin minn kambjali, ċekkijiet, ċedoli kif ukoll strumenti negozjabbli oħrajn, sakemm l-obbligi li ġejjin minn dawn l-istrumenti l-oħrajn jidderivaw mill-karattru negozjabbli tagħhom;

d) ir-responsabbiltà legali personali tas-soċji u ta’ l-organi għad-djun ta’ kumpanija, assoċjazzjoni jew entità legali u r-responsabbiltà legali personali tal-persuni inkarigati bil-kontroll legali taż-żamma tal-kotba l-obbligi mhux kuntrattwali, notevolment ir-responsabbiltà tas-soċji, ta’ l-organi u tal-persuni inkarigati bil-kontroll legali taż-żamma tal-kotba ta’ kumpanija, assoċjazzjoni jew entità legali, bil-kundizzjoni li dawn ikunu suġġetti għal regolamentazzjoni speċifika fil-qafas tal-liġi tal-kumpaniji jew fil-qafas ta’ miżuri speċifiċi oħrajn applikabbli għal dawn il-persuni;

e) l-obbligi mhux kuntrattwali li ġejjin mir-relazzjonijiet bejn il-kostitwenti, id-depożitarji u l-benefiċjarji ta’ fond maħluq volontarjament u li tiegħu hemm prova bil-miktub;

f) l-obbligi mhux kuntrattwali li ġejjin minn dannu nukleari.

g) l-obbligi mhux kuntrattwali li ġejjin fil-qafas tar-responsabbiltà ta’ l-Istat għall-atti li jseħħu waqt l-eżerċizzju tal-poter pubbliku (“ acta iure imperii ”);

h) il-ksur tal-ħajja privata jew tad-drittijiet tal-personalità mwettqa mill-mezzi tax-xandir.

i) l-amministrazzjoni tal-prova u tal-proċedura, skond l-Artikolu 19.

3. F’dan ir-Regolament, wieħed jifhem bi “Stat Membru”, l-Istati Membri kollha ħlief [għar-Renju Unit, l-Irlanda u] għad-Danimarka.

L-Artikolu 2 – Karattru universali Applikazzjoni tal-liġi ta’ pajjiż terz

Il-liġi msemmija f’dan ir-Regolament tapplika anke jekk din il-liġi m’hijiex dik ta’ Stat Membru.

L-Artikolu 3 – Relazzjoni ma’ miżuri oħrajn tal-liġi Komunitarja

1. Ir-Regolament preżenti ma jaffettwax l-applikazzjoni jew l-adozzjoni ta’ atti li joħorġu mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej li:

a) fl-oqsma partikulari, jirregolaw il-konflitti ta’ liġijiet fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali, jew

b) jordnaw regoli li japplikaw tkun xi tkun il-liġi nazzjonali li tmexxi, skond ir-Regolament preżenti, l-obbligu mhux kuntrattwali msemmija, jew

c) jopponu l-applikazzjoni ta’ miżura jew ta’ miżuri tal-liġi tal-forum jew tal-liġi msemmija mir-Regolament preżenti.

d) jordnaw ir-regoli mmirati biex jiffavorixxu t-tħaddim tajjeb tas-suq intern sakemm dawn ir-regoli ma jistgħux jiġu applikati b’mod konġunt mal-liġi msemmija mir-regoli tal-liġi privata internazzjonali.

Il-Kapitolu II – Regoli uniformi

S EZZJONI 1 REGOLI APPLIKABBLI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI LI JIDDERIVAW MINN DELITT LIBERTÀ TA’ GħAżLA

L-Artikolu 3 – Regola ġenerali L-Artikolu 4 – Libertà ta’ għażla

1. Il- Il-partijiet jistgħu jiltaqgħu, wara konvenzjoni li ssir wara l-bidu tad-diverġenza tagħhom, biex jissottomettu l-obbligu mhux kuntrattwali għal-liġi li huma jagħżlu. Din l-għażla trid tiġi mfissra jew tirriżulta b’mod ċert miċ-ċirkostanzi tal-kawża. M’għandhiex iddgħajjef id-drittijiet tat-terzi.

2. Meta l-partijiet kollha jeżerċitaw attività kummerċjali, tali għażla tista’ wkoll tiġi inkluża f’kuntratt negozjat liberament qabel is-seħħ ta’ l-att li jikkawża d-dannu.

3. L-għażla ta’ liġi mill-partijiet, meta l-elementi l-oħrajn kollha tas-sitwazzjoni, fil-mument tas-seħħ tad-dannu, ikunu qegħdin f’pajjiż ieħor ħlief għal dak li tiegħu ġiet magħżula l-liġi, ma tistax iddgħajjef l-applikazzjoni tal-miżuri li għalihom il-liġi ta’ dak il-pajjiż ma tippermettix li tidderoga b’mod konvenzjonali, minn issa ’l quddiem imsejħa “miżuri mandatarji”.

4. L-għażla tal-liġi ta’ pajjiż terz mill-partijiet, meta l-elementi kollha tas-sitwazzjoni, fil-mument tas-seħħ tad-dannu, kienu qegħdin f’wieħed jew f’għadd ta’ Stati Membri, ma tistax iddgħajjef l-applikazzjoni tal-miżuri tal-liġi Komunitarja.

SEZZJONI 2REGOLA ġENERALI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI B’RIżULTAT TA’ DELITT

L-Artikolu 5 – Regola ġenerali

1. Fin-nuqqas ta’ għażla ta’ liġi skond l-Artikolu 4, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali hija dik tal-pajjiż fejn iseħħ jew jhedded li jseħħ id-dannu, ikun xi jkun il-pajjiż fejn ġara l-att li kkawża d-dannu u jkun xi jkun il-pajjiż jew il-pajjiżi fejn iseħħ(u) konsegwenzi indiretti tad-dannu.

2. Madankollu, meta l-persuna li titgħabba bir-responsabbiltà u l-persuna li ġarrbet id-dannu jkunu joqogħdu abitwalment fl-istess pajjiż fil-mument tas-seħħ tad-dannu, l-obbligu mhux kuntrattwali titmexxa mil-liġi ta’ dak il-pajjiż.

3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, jekk jirriżulta mill-ġabra taċ-ċirkostanzi li l-obbligu mhux kuntrattwali tippreżenta rabtiet ovvjament aktar stretti mal-pajjiż l-ieħor, il-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor tiġi applikata. Rabta ovvjament aktar stretta ma’ pajjiż ieħor tista’ tkun ibbażata notevolment fuq relazzjoni preeżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt li jippreżenta rabta stretta ma’ l-obbligu mhux kuntrattwali inkwistjoni. Waqt il-valutazzjoni ta’ l-eżistenza ta’ rabtiet ovvjament aktar stretti ma’ pajjiż ieħor, għandhom jiġi kkunsidrati notevolment it-tamiet tal-partijiet fir-rigward tad-dritt applikabbli.

SEZZJONI 3REGOLI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI B’RIżULTAT TA’ ċERTI DELITTI SPEċJALI

L-Artikolu 6 – Responsabbiltà għall-prodotti difettużi

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 5, il-paragrafi 2 u 3, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali f’każ ta’ dannu jew ta’ riskju ta’ dannu kkawżat minn prodott difettuż hija dik tal-pajjiż fejn il-persuna li ġarrbet id-dannu toqgħod abitwalment fil-mument tas-seħħ ta’ dan id-dannu, sakemm il-persuna li titgħabba bir-responsabbiltà ma tagħtix prova li l-prodott kien innegozjat f’dak il-pajjiż mingħajr il-kunsens tagħha, f’liema każ il-liġi applikabbli hija dik tal-pajjiż fejn il-persuna li titgħabba bir-responsabbiltà hija abitwalment residenti.

L-Artikolu 5 – Konkorrenza żleali L-Artikolu 7 – Prassi kummerċjali żleali

1. Il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali li tirriżulta minn att ta’ konkorrenza minn prassi kummerċjali żleali hija dik tal-pajjiż speċifikata mill-Artikolu 5, il-paragrafu 1. Il-pajjiż fejn seħħ jew jhedded li jseħħ id-dannu huwa dak fuq it-territorju ta’ liema r-relazzjonijiet ta’ konkorrenza jew ta’ l-interessi kollettivi tal-konsumaturi huma affettwati jew hemm riskju li jkunu affettwati b’mod dirett u sostanzjali.

2. Meta att ta’ konkorrenza żleali jaffettwa esklussivament l-interessi ta’ rivali definit, l-Artikolu 3 5, il-paragrafi 2 u 3, huwa ugwalment applikabbli.

L-Artikolu 7 –Vjolazzjoni fl-ambjent L-Artikolu 8 – Ħsara għall-ambjent

Il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali b’riżultat ta’ vjolazzjoni ta’ ħsara għall-ambjent jew għall-ħsarat ikkawżati minn persuni jew għall-beni b’riżultat ta’ tali ħsara, hija dik li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 35, il-paragrafu 1, sakemm il-persuna li ġarrbet id-dannu m’għażlitx li tibbaża l-pretensjonijiet tagħha fuq il-liġi tal-pajjiż fejn sar l-att li kkawża d-dannu. L-Artikolu 89 – Vjolazzjoni tad-drittijiet għall-proprjetà intellettwali

1. Il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali li rriżulta minn vjolazzjoni għal dritt ta’ proprjetà intellettwali hija dik tal-pajjiż li għalih hemm talba għall-protezzjoni.

2. F’każ ta’ obbligu mhux kuntrattwali li rriżulta minn vjolazzjoni għal dritt ta’ proprjetà industrijali Komunitarja ta’ karattru unitarju, ir-Regolament Komunitarju relevanti huwa applikabbli. Għal kull kwistjoni li ma taqax taħt dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli hija dik ta’ l-Istat Membru fejn saret vjolazzjoni għal dan id-dritt.

3. Minkejja s-sezzjonijiet 1, 2 u 4, l-Artikolu preżenti jmexxi l-obbligi mhux kuntrattwali kollha li rriżultaw minn vjolazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

SEZZJONI 2 REGOLI APPLIKABBLI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI LI ġEJJIN MINN ATT IEħOR LI M’HUX DELITT

L-ARTIKOLU 9 – DETERMINAZZJONI TAL-LIġI APPLIKABBLI

SEZZJONI 4REGOLI SPEċJALI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI LI ġEJJIN MILL-ARRIKKIMENT INġUST U AZZJONIJIET LI SARU MINGħAJR ID-DEBITA AWTORIZZAZZJONI

L-Artikolu 10– Arrikkiment inġust

1. Meta obbligu mhux kuntrattwali li ġej minn att li m’hux delitt bbażata fuq arrikkiment inġust, inkluż il-ħlas ta’ ammonti mhux ġustifikati, jintrabat ma’ relazzjoni preeżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt jew delitt skond is-sezzjonijiet 2 u 3, li jippreżenta rabta stretta ma’ l-obbligu mhux kuntrattwali, il-liġi applikabbli hija dik li tmexxi din ir-relazzjoni.

2. Mingħajr preġudizzju għal Meta l-paragrafu 1, ma jippermettix li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli u meta l-partijiet għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż fil-mument meta seħħ id-dannu fejn qiegħed dak li kkawża l-arrikkiment inġust, il-liġi applikabbli għall-obbligu kuntrattwali hija dik ta’ dak il-pajjiż.

3. Mingħajr preġudizzju għal Meta l-paragrafi 1 u 2 ma jippermettux li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali bbażata fuq arrikkiment inġust hija dik tal-pajjiż li fih seħħ l-arrikkiment l-att li kkawża l-arrikkiment seħħ prinċipalment.

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali li rriżultat minn azzjoni li saret mingħajr id-debita awtorizzazzjoni hija dik tal-pajjiż fejn il-benefiċjarju għandu r-residenza abitwali tiegħu fil-mument ta’ l-azzjoni. Madankollu, meta obbligu mhux kuntrattwali li tirriżulta minn azzjonijiet li saru mingħajr id-debita awtorizzazzjoni huwa relatat mal-protezzjoni fiżika ta’ persuna jew għall-ħarsien ta’ beni korporali definiti, il-liġi applikabbli hija dik tal-pajjiż fejn kienu l-persuna jew il-beni fil-mument ta’ l-azzjoni.

5. Minkejja l-paragrafi 1, 2, 3 u 4, jekk jirriżulta mill-ġabra taċ-ċirkostanzi li l-obbligu mhux kuntrattwali jippreżentaw rabtiet ovvjament aktar stretti ma’ pajjiż ieħor, tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor.

6. Minkejja l-Artikolu preżenti, l-obbligi mhux kuntrattwali kollha fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali huma mmexxija skond l-Artikolu 8.

4. Meta jirriżulta mill-ġabra taċ-ċirkostanzi li l-obbligu mhux kuntrattwali jippreżentaw rabta ovvjament aktar stretta ma’ pajjiż ieħor li mhux dak ta’ liema ġiet imsemmija l-liġi skond il-paragrafi 1 sa 3, tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor.

L-Artikolu 1 1– Azzjonijiet li saru mingħajr id-debita awtorizzazzjoni

1. Meta obbligu mhux kuntrattwali li tirriżulta minn azzjoni mingħajr awtorità tintrabat ma’ relazzjoni preeżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt jew delitt skond is-sezzjonijiet 2 u 3, li tippreżenta rabta stretta ma’ l-obbligu mhux kuntrattwali, il-liġi applikabbli hija dik li tmexxi din ir-relazzjoni.

2. Meta l-paragrafu 1 ma jippermettix li tiġi determinata l-liġi applikabbli u meta l-partijiet għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż fil-mument meta jseħħ id-dannu, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali hija dik ta’ dak il-pajjiż.

3. Meta l-paragrafi 1 u 2 ma jippermettux li tiġi determinata l-liġi applikabbli, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali bbażata fuq l-azzjoni mingħajr awtorità hija dik tal-pajjiż fejn il-persuna li mexxiet l-azzjoni aġixxiet.

4. Meta jirriżulta mill-ġabra taċ-ċirkostanzi li l-obbligu mhux kuntrattwali tippreżenta rabta ovvjament aktar stretta ma’ pajjiż ieħor li m’hux dak fejn il-liġi ġiet definita mill-paragrafi 1 sa 3, tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor.

SEZZJONI 3 REGOLI KOMUNI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI LI ġEJJIN MINN DELITT U MINN ATT IEħOR LI M’HUX DELITT

L-ARTIKOLU 10 – LIBERTÀ TA’ GħAżLA

1. Ħlief għall-obbligi mhux kuntrattwali mmexxija mill-Artikolu 8, il-partijiet jistgħu jiftiehmu, permezz ta’ ftehim li jsir wara l-bidu ta’ diverġenza tagħhom, li jissottomettu l-obbligu mhux kuntrattwali għal-liġi li huma jagħżlu. Din l-għażla trid tiġi mfissra jew trid tirriżulta b’mod ċert miċ-ċirkostanzi tal-kawża. M’għandhiex iddgħajjef id-drittijiet tat-terzi.

2. L-għażla ta’ liġi mill-partijiet, meta l-elementi l-oħrajn kollha tas-sitwazzjoni, fil-mument tas-seħħ tad-dannu, ikunu qegħdin f’pajjiż ieħor ħlief dak fejn ġiet magħżula l-liġi, ma tistax iddgħajjef l-applikazzjoni tal-miżuri għal-liema l-liġi ta’ dak il-pajjiż ma tippermettix li jidderoga b’mod konvenzjonali.

3. L-għażla tal-liġi ta’ pajjiż terz mill-partijiet, meta l-elementi l-oħrajn kollha tas-sitwazzjoni, fil-mument tas-seħħ tad-dannu, ikunu qegħdin f’wieħed jew f’għadd ta’ Stati Membri tal-Komunità Ewropea, ma tistax iddgħajjef l-applikazzjoni tal-miżuri tal-liġi Komunitarja.

SEZZJONI 5REGOLI KOMUNI

L-Artikolu 11 12 – Skop tal-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali

Il-liġi applikabbli għall- obbligu mhux kuntrattwali skond l-Artikoli 3 4 sa 1011 tar-Regolament preżenti tieħu ħsieb notevolment:

a) il-kundizzjonijiet u l-firxa tar-responsabbiltà, inkluża d-deċiżjoni dwar il-persuni li jistgħu jkunu responsabbli għall-atti li kkommettew;

b) il-kawżi ta’ eżenzjoni, kif ukoll ir-restrizzjonijiet kollha u t-tqassim kollu ta’ responsabbiltà;

c) l-eżistenza u n-natura tad-danni li jistgħu jkunu eliġibbli għal kumpens;

d) fil-limiti tal-poteri mgħotija lill-qorti mil-liġi ta’ proċedura tagħha, il-miżuri li l-imħallef jista’ jieħu biex jiżgura l-prevenzjoni, it-twaqqif tad-danni jew il-kumpens tagħhom;

e) l-evalwazzjoni tad-dannu sakemm ir-regoli tal-liġi jmexxuha;

f) it-trasferibbiltà tad-dritt għal kumpens;, notevolment permezz ta’ ċessjoni jew suċċessjoni;

g) il-persuni li għandhom dritt għal kumpens għad-dannu li jkunu ġarrbu personalment;

h) ir-responsabbiltà għall-atti ta’ persuna oħra;

i) il-modi diversi ta’ trażżin ta’ l-obbligi kif ukoll il-preskrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ibbażati fuq l-għeluq ta’ limitu ta’ żmien, inkluż il-punt tal-bidu, l-interruzzjoni u s-sospensjoni tal-limiti ta’ żmien.

L-Artikolu 12 13 – Regoli mandatarji

21. Il-miżuri tar-Regolament preżenti ma jdgħajfux l-applikazzjoni tar-regoli tal-qrati tal-liġi tal-pajjiż li jmexxu b’mod awtoritarju s-sitwazzjoni tkun xi tkun il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali.

1.2. Meta tiġi applikata, skond ir-Regolament preżenti, il-liġi ta’ pajjiż definit, jista’ jingħata effett lir-regoli mandatarji tal-liġi ta’ pajjiż ieħor li mas-sitwazzjoni għandha rabta stretta, jekk u sakemm, skond il-liġi ta’ dan il-pajjiż ta’ l-aħħar, dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati tkun xi tkun il-liġi li tapplika għall-obbligu mhux kuntrattwali. Sabiex tiddeċiedi jekk għandux jingħata effett lil dawn ir-regoli mandatorji, għandhom jiġu kkunsidrati n-natura u l-għan tagħhom, kif ukoll il-konsegwenzi li jistgħu jsegwu kemm jekk jiġu applikati jew le.

L-Artikolu 1314 – Regoli ta’ sikurezza u ta’ mġiba

Tkun xi tkun il-liġi applikabbli, waqt li tkun qiegħda tiġi determinata r-responsabbiltà, iridu jiġu kkunsidrati, bħala element ta’ fatt, ir-regoli ta’ sikurezza u ta’ mġieba fis-seħħ fil-post u fil-mument tas-seħħ ta’ l-att li kkawża d-dannu., sakemm dan ikun adattat.

L-Artikolu 1415 – Azzjoni diretta kontra l-aġent ta’ l-assigurazzjoni tal-persuna responsabbli

Id-dritt tal- Il-persuna li ġarrbet id-dannu litista’ tieħu passi direttament kontra l-aġent ta’ l-assigurazzjoni tal-persuna kkunsidrata responsabbli meta tali azzjoni hija mmexxija prevista, kemm mil-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, sakemm il-persuna li ġarrbet id-dannu m’għażlitx li tibbaża l-pretensjonijiet tagħha fuq kemm mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni.

L-Artikolu 1516 - Surroga legaliu pluralità ta’ awturi

1. Meta persuna, il-kreditur, skond obbligu mhux kuntrattwali, għandha drittijiet fir-rigward ta’ persuna oħra, id-debitur, u terza persuna għandha l-obbligu li tħallas lill-kreditur jew inkella t-terza persuna ħallset lill-kreditur biex teħles minn dan l-obbligu, l-liġi applikabbli għal dan l-obbligu tat-terza persuna tiddetermina jekk dan għandux jeżerċita bis-sħiħ jew parzjalment id-drittijiet li kellu l-kreditur kontra d-debitur skond il-liġi li tmexxi ir-relazzjonijiet tagħhom.

2. L-istess regola tapplika fejn diversi persuni għandhom l-istess obbligu u l-kreditur ġie mħallas minn waħda minnhom.

Meta terza persuna, pereżempju aġent ta’ l-assigurazzjoni, għandha l-obbligu li tħallas persuna bi kreditu ta’ obbligu mhux kuntrattwali, id-dritt ta’ appell ta’ din il- persuna terza kontra d-debitur ta’ l-obbligu mhux kuntrattwali huwa mmexxi mil-liġi applikabbli għall-obbligu li titħallas din il-persuna terza li jirriżulta minn, pereżempju, kuntratt ta’ assigurazzjoni.

L-Artikolu 1617 – Pluralità ta’ awturi

Meta kreditur għandu drittijiet fir-rigward ta’ diversi debituri li huma responsabbli b’mod konġunt, u meta wieħed minn dawn id-debituri diġà ħallas lill-kreditur, id-dritt ta’ dan id-debitur li jmur kontra d-debituri l-oħrajn huwa mmexxi mil-liġi applikabbli għall-obbligu ta’ dan id-debitur lejn il-kreditur.

L-Artikolu 1 8 – Validità formali

Att ġuridiku unilaterali relatat ma’ l-obbligu mhux kuntrattwali huwa validu formalment jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet formali tal-liġi li tmexxi l-obbligu mhux kuntrattwali ikkonċernat jew tal-liġi tal-pajjiż fejn seħħ dan l-att.

L-Artikolu 17 19 – Prova

1. Il-liġi li tmexxi l-obbligi mhux kuntrattwali fir-rigward tar-Regolament preżenti tapplika sakemm, fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali, hija tistabbilixxi presupposti legali jew tqassam il-piż tal-prova.

2. L-atti ġuridiċi jistgħu jiġu ppruvati permezz ta’ kull tip ta’ prova ammessa kemm mil-liġi tal-qrati, kemm minn waħda mil-liġijiet speċifikati mill-Artikolu 1618, skond liema l-att ikun validu formalment, sakemm il-prova tista’ tiġi amministrata b’dan il-mod quddiem il-qorti appuntata.

Il-Kapitolu III – Miżuri oħrajn

L-Artikolu18 – Assimilazzjoni mat-territorju ta’ Stat

Għall-applikazzjoni tar-Regolament preżenti jiġu assimilati mat-territorju ta’ l-Istat:

a) l-installazzjonijiet u tagħmir ieħor iddestinati għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament ta’ riżorsi naturali li jinsabu ġo, fuq jew taħt il-parti tal-qiegħ il-baħar li qiegħda barra mill-ibħra territorjali ta’ dan l-Istat, sakemm dan l-Istat m’għandux il-ħila li jeżerċita, skond il-liġi internazzjonali, drittijiet sovrani għall-finijiet ta’ l-esplorazzjoni u ta’ l-isfruttament ta’ riżorsi naturali;

b) bastiment li jinsab f’baħar miftuħ, reġistrat jew mgħammar bil-permessi ta’ l-ivvjaġġar jew ta’ dokument simili, minn dan l-Istat jew f’ismu, jew li, fin-nuqqas ta’ reġistrazzjoni, ta’ permessi ta’ l-ivvjaġġar jew ta’ dokument simili, jappartjeni għal ċittadin ta’ dak l-Istat;

c) ajruplan li jinsab fl-ispazju ta’ l-ajru, li hu reġistrat minn dak l-Istat jew f’ismu jew li huwa mniżżel fir-reġistru ta’ nazzjonalità ta’ dak l-Istat, jew li, f’nuqqas ta’ reġistrazzjoni jew ta’ iskrizzjoni fir-reġistru ta’ nazzjonalità, jappartjeni għal ċittadin ta’ dak l-Istat.

L-Artikolu 1920 – Assimilazzjoni għar-residenza abitwali

1. L-istabbiliment prinċipali ta’ kumpanija, assoċjazzjoni jew entità legali jkun il-post ta’ residenza abitwali. Madankollu, meta l-att li kkawża d-dannu jkun seħħ jew id-dannu jkun ikkawżat waqt li tkun qiegħda tintuża kumpanija sussidjarja, aġenzija jew kull tip ieħor ta’ stabbiliment, dan l-istabbiliment ikun il-post ta’ residenza abitwali.

2. Meta l-att li kkawża d-dannu jkun seħħ jew id-dannu jkun ikkawżat matul l-attività professjonali ta’ persuna fiżika, l-istabbiliment prinċipali professjonali tagħha jkun il-post ta’ residenza abitwali.

L-Artikolu 2021 – Esklużjoni ta’ dritt ta’ għażla

Meta r-Regolament preżenti jippreskrivi l-applikazzjoni tal-liġi ta’ pajjiż, dan ifisser ir-regoli tal-liġi fis-seħħ f’dak il-pajjiż ħlief għar-regoli tal-liġi privata internazzjonali.

L-Artikolu 2122 – Sistemi mhux unifikati

1. Meta Stat għandu diversi unitajiet territorjali fejn kull waħda għandha r-regoli proprji tagħha fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali, kull unità territorjali tkun ikkunsidrata bħala pajjiż għall-finijiet tad-deċiżjoni tal-liġi applikabbli skond dan ir-Regolament.

2. Stat fejn unitajiet territorjali differenti għandhom ir-regoli proprji tagħhom tal-liġi fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali ma jkunux marbuta li japplikaw ir-Regolament preżenti għall-konflitti ta’ liġijiet li għandhom x’jaqsmu biss ma’ dawn l-unitajiet territorjali.

L-Artikolu 2223 – Politika pubblika tal-qrati

L-applikazzjoni ta’ miżura tal-liġi speċifikata mir-Regolament preżenti ma tistax titwarrab sakemm din l-applikazzjoni m’hijiex ovvjament inkompatibbli mal-politika pubblika tal-qrati. Tista’ tiġi kkunsidrata inkompatibbli mal-politika pubblika tal-qrati, fir-rigward ta’ r-Regolament preżenti, l-applikazzjoni ta’ liġi li twassal għall-attribuzzjoni ta’ danni li ma jistgħux jiġu kkumpensati li tagħhom l-ammont ikun eċċessiv.

L-Artikolu 2324 – Relazzjoni ma’ miżuri oħrajn tal-liġi Komunitarja l-ftehimiet internazzjonali

1. Ir-Regolament preżenti ma jaffettwax l-applikazzjoni tal-miżuri inklużi fit-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej jew fl-Atti li joħorġu mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej u li: Ir-Regolament preżenti ma jdgħajjifx l-applikazzjoni ta’ ftehimiet multilaterali internazzjonali li għalihom l-Istati Membri huma Partijiet fil-mument ta’ l-adozzjoni tar-Regolament preżenti, u li, f’oqsma partikulari, imexxu l-konflitti ta’ liġijiet fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali u li kienu notifikati lill-Kummissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 25.

- f’oqsma partikulari, imexxu l-konflitti ta’ liġijiet fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali, jew

- jordnaw regoli li japplikaw tkun xi tkun il-liġi nazzjonali li tmexxi, fir-rigward tar-Regolament preżenti, l-obbligu mhux kuntrattwali inkwistjoni, jew

- jopponu l-applikazzjoni ta’ miżura jew ta’ miżuri tal-liġi tal-qrati jew tal-liġi speċifikata mir-Regolament preżenti.

2. Ir-Regolament preżenti ma jaffettwax l-istrumenti Komunitarji li, f’oqsma partikulari, u fil-kamp ikkoordinat mill-istrumenti msemmija, jissottomettu l-forniment ta’ servizzi u ta’ prodotti għall-miżuri nazzjonali applikabbli fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn il-fornitur huwa stabbilit u li, fil-kamp ikkoordinat, ma jippermettux li jirrestrinġu ċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi jew tal-prodotti li ġejjin minn Stat Membru ieħor ħlief, jekk jinqala’ l-każ, taħt ċerti kundizzjonijiet.

L-Artikolu 24 – Danni li ma jistgħux jiġu kkumpensati

L-applikazzjoni ta’ miżura tal-liġi speċifikata mir-Regolament preżenti li twassal għall-attribuzzjoni ta’ danni li ma jistgħux jiġu kkumpensati, bħad-danni eżemplari jew punittivi, hija kontra l-politika pubblika Komunitarja.

L-Artikolu 25 – Relazzjoni ma’ ftehimiet internazzjonali eżistenti

Ir-Regolament preżenti ma jaffettwax l-applikazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Istati Membri huma parti fil-mument ta’ l-adozzjoni tar-Regolament preżenti, u li, f’oqsma partikulari, imexxu l-konflitti ta’ liġijiet fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali.

2. Madankollu, meta l-elementi kollha relatati mas-sitwazzjoni, fil-ħin tas-seħħ tad-dannu, ikunu qegħdin f’wieħed jew għadd ta’ Stati Membri, ir-Regolament preżenti jegħleb il-konvenzjonijiet li ġejjin:

- il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-4 ta’ Mejju 1971 dwar l-inċidenti taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku;

- il-Konvenzjoni ta’ L-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar il-liġi applikabbli għar-responsabbiltà għal prodotti difettużi.

Il-Kapitolu IV – Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 25 – Lista ta’ konvenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 24

1. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn t-30 ta’ Ġunju 2004…., il-lista ta’ konvenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 24. Wara din id-data, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull denunzja ta’ dawn il-konvenzjonijiet.

2. Il-Kummissjoni tippubblika fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea l-lista ta’ konvenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet il-din il-lista kompleta.

L-Artikolu 2 6 – Rapport ta’ applikazzjoni

Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti, il-Kummissjoni tippreżenta rapport relatat ma’ l-applikazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. Ma’ dan ir-rapport, jekk jinqala’ l-każ, irid ikun hemm mehmużin proposti biex jadattaw ir-Regolament.

Waqt l-abbozzar tar-rapport tagħha, il-Kummissjoni trid toqgħod attenta partikularment għall-mod kif, fil-prattika, il-liġi barranija tiġi milqugħa quddiem il-ġurisdizzjonijiet ta’ l-Istati Membri differenti. Jekk jinqala’ l-każ, ir-rapport jinkludi rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ l-opportunità għal avviċinament komuni dwar l-applikazzjoni tal-liġi barranija.

Ir-rapport jeżamina wkoll il-kwistjoni ta’ l-opportunità għal leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja fil-qasam ta’ liġi applikabbli għall-inċidenti tat-traffiku.

L-Artikolu 2 7 – Dħul fis-seħħ u applikazzjoni fil-ħin

Ir-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2005…..

Huwa japplika għall-obbligi mhux kuntrattwali li ġejjin minn atti li ġraw wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Ir-Regolament preżenti huwa obbligatorju fl-elementi kollha tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri konformi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] KUMM (2003) 427 finali – 2003/0168 (COD); għadu ma ġiex ippubblikat fil-ĠU.

[2] ĠU C 241, tat-28.9.2004, p. 1.

[3] A6-0211/2005.

[4] ĠU C tal-, p. Għadha m’hix ippubblikata fil-ĠU

[5] ĠU C 241 tat-28.9.2004, p.1.

[6] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal- […] (ĠU C […] tas- […], […] 6 ta’ Lulju 2005.

[7] Pjan ta’ azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-aħjar modi ta’ attwazzjoni tal-miżuri tat-Trattat ta’ Amsterdam relatati mat-twaqqif ta’ spazju ta’ libertà, ta’ sikurezza u ta’ ġustizzja, ĠU C 19 tat- 23.1.1999, p. 1.

[8] Konklużjonijiet tal-Presidenza tas-16 ta’ Ottubru 1999, il-punti 28 sa 39.

[9] ĠU C 12 tal-15.1.2001, p.1.

[10] ĠU L 12 tas-16.1.2001, p. 1.

[11] ĠU L 12 tas-16.1.2001, p.1

[12] Għat-test tal-Konvenzjoni kif ġie emendat mill-konvenzjonijiet differenti ta’ adeżjoni, id-dikjarazzjonijiet u l-protokolli annessi, ara l-verżjoni sħiħa ppubblikata fil-ĠU nru C 27 tas-26.1.1998, p. 34.

[13] Għat-test tal-Konvenzjoni kif ġie emendat mill-konvenzjonijiet differenti ta’ adeżjoni, id-dikjarazzjonijiet u l-protokolli annessi, ara l-verżjoni sħiħa ppubblikata fil-ĠU nru C 27 tas-26.1.1998, p. 34.

[14] ĠU L 210 tas-7.8.1985, p. 29, kif emendata mid-Direttiva 34/1999/KE ta’ l-10 ta’ Mejju 1999, ĠU L 141 ta’ l-4.6.1999, p. 20.

[15] ĠU L 149 tal-11.6.2005, p. 22.

[16] ĠU L 143 tat-30.4.2004, p. 56.