Proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-impliemtazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trattament ta’ eżenzjoni mid-dazji doganali taċ-ċirkuwiti integrati tal-multichip (MCPs) li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana /* KUMM/2006/0061 finali - ACC 2006/0017 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 15.2.2006 KUMM(2006) 61 finali 2006/0017 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jirrigwarda l-impliemtazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trattament ta’ eżenzjoni mid-dazji doganali taċ-ċirkuwiti integrati tal-multichip (MCPs) li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Raġunijiet għall-proposta u għanijiet tagħha Ċirkuwiti integrati multichip, jew “multichip packages” (l-MCPs) huma kategorija relattivament ġdida ta’ semikundutturi mmuntati li ma kinux jeżistu fi żmien tal-mekkaniżmu tat-tneħħija tat-tariffi ta’ l-ITA (il-Ftehim tad-WTO dwar it-Teknoloġiji ta’ l-Informatika) kien konkluż fl-1996.Kieku l-MCPs kienu jeżistu dak iż-żmien li kien innegozjat l-ITA, probabbilment kienu jkunu inkorporati fl-ITA b’rata ta’ dazju żero. Il-ħames Membri tal-Laqgħa tal-Gvernijiet / Awtoritajiet dwar is-Semikundutturi (GAMS), li huma l-Komunità Ewropea li hija rrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u t-Taipei Ċiniża, innegozjaw Ftehim dwar Trattament ta’ eżenjoni mid-Dazju ta’ Ċirkuwiti integrati tal-multichip (MCPs) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim MCP”) | 120 | Kuntest ġenerali F’isem il-Komunità Ewropea, il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim MCP bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/964/KE tal-21 ta’ Diċembru 2005. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proposta attwali għar-Regolament tal-Kunsill timplimenta l-konklużjoni tal-Ftehim MCP billi temenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana. | 141 | Konsistenza mal-politika u l-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Il-proposta tappoġġja l-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea rilevanti. | KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati | 219 | L-industrija Ewropea rilevanti tikkunsidra l-Ftehim MCP bħala inizjattiva ewlenija biex tappoġġja l-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea tas-semikundutturi. | Ġbir u użu ta’ għarfien espert | 229 | Din il-proposta sempliċement tfittex li timplimenta ftehim internazzjonali ffinalizzat mill-Komunità. | 230 | Valutazzjoni ta’ l-Impatt Din il-proposta ma teħtieġx valutazzjoni ta’ l-impatt. Ebda strateġija regolatorja oħra ma hija konċepibbli. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Taqsira ta’l-azzjoni proposta Ir-Regolament propost għandu jnaqqas għal żero r-rata tad-dazji doganali kollha u d-dazji u l-ħlasijiet l-oħra li japplikaw għall-MCPs. Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ l-MCP għadu jrid ikun hemm qbil dwarha ma’ l-erba’ partijiet li rratifikawh. Huwa previst li l-Ftehim MCP jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2006. | Bażi legali Il-Regolament propost huwa bbażat fuq l-Artikolu 133 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. | 329 | Prinċipju ta’ Sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà għalhekk ma japplikax | Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja. | 331 | Il-regolament propost huwa limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jimplimenta l-ftehim internazzjonali ffinalizzat mill-Komunità. | 332 | Ir-regolament propost ma joħloq ebda piż amministrattiv żejjed. | Għażla ta’ strumenti | 341 | Strumenti proposti: regolament. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(ijiet) li ġejja. Regolament huwa l-uniku mezz possibbli biex id-dispożizzjonijiet legali eżistenti jiġu emendati. | IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | 401 | F’termini baġitarji, trattament ta’ eżenzjoni mid-dazju ta’ l-MCPs huwa stmat li jissarraf fi tnaqqis mid-dħul doganali għall-baġit ta’ l-UE għal madwar € 7.9 m/sena. | 1. 2006/0017 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jirrigwarda l-impliemtazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trattament ta’ eżenzjoni mid-dazji doganali taċ-ċirkuwiti integrati tal- multichip ( MCPs) li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1], Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87[2] stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, minn hawn ’il quddiem “In-Nomenklatura Magħquda”, u stipula r-rati konvenzjonali tad-dazju tat-Tariffa Komuni tad-Dwana. (2) Bid-Deċiżjoni tiegħu 2005/964/KE[3], il-Kunsill ikkonkluda, f’isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim dwar it-Trattament ta’ l-eżenzjoni mid-Dazji doganali taċ-ċirkuwiti integrati tal- multichip ( MCPs ) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”). (3) Il-Ftehim inaqqas għal żero r-rata tad-dazji doganali kollha u dazji u ħlasijiet oħra li japplikaw għall- MCPs. (4) Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea bħala d-depożitarju desinjat mill-Ftehim irċieva strumenti ta’ aċċettazzjoni minn erba’ Partijiet. Skond l-Artikolu 7(a) tal-Ftehim, dawn l-erba’ Partijiet qablu li l-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-[1 ta’ April 2006]. (5) Il-Ftehim issa għandu jiġi implimentat billi jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Anness I, l-Ewwel Parti, it-Taqsima II “Dispożizzjonijiet Speċjali” tar-Regolament (KEE) Nru 2658/97, għandha tiżdied l-ittra G "Trattament ta’ l-eżenzjoni mid-Dazji doganali taċ-ċirkuwiti integrati tal- multihip ( MCPs )” kif tinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Għandu japplika mill-[1 ta' April 2006]. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS G. Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati tal- Multichip ( MCPs ) 2. Eżenzjoni mid-dazji doganali huwa pprovdut għal ċirkuwiti integrati tal- multichip ( MCPs ) li jikkonsistu f’żewġ ċirkuwiti jew aktar ta’ ċirkuwiti integrati monolitiċi interkollegati, magħquda għall-għanijiet prattiċi kollha b’mod li ma jistgħux jinfirdu, kemm jekk huma fuq sustratt iżolatur wieħed, jew aktar minn wieħed, u kemm jekk mhumiex, bi frejm taċ-ċomb jew mingħajru, iżda mingħajr ebda elementi attivi jew passivi oħra ta’ ċirkuwiti; 3. Prodotti eliġibbli għall-eżenjoni mid-dazji doganali huma koperti mill-intestaturi li ġejjin: 8418, 8422, 8450, 8466, 8473, 8517, 8518, 8522, 8523, 8525, 8528, 8529, 8530, 8531, 8535, 8536, 8537 , 8538, 8543, 8548, 8708, 9009, 9026, 9031, 9504. 4. Mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l- MCPs lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri, min jiddikjara għandu jindika fil-kaxxa 44 tad-Dokument Amministrattiv Uniku (- “ SAD ”) in-numru ta’ referenza C500. DIKJA RAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT FUQ IL-BAĠIT ESKLUSSIVAMENT LIMITAT GĦAD-DĦUL 1. ISEM TAL-PROPOSTA: PROPOSTA GħAL REGOLAMENT TAL-KUNSILL LI JIMPLIMENTA L-FTEHIM DWAR TRATTAMENT TA’ EżENZJONI MID-DAZJU DOGANALI GħAċ-ĊIRKUWITI INTEGRATI B’ĦAFNA ĊIPPIJIET (L-MCPS) 2. LINJI TAL-BAĠIT: Kapitlu u Artikolu: Kapitlu 12 - Artikolu 120 Ammont stmat għas-sena kkonċernata: 12 905 400 000 Euro 3. IMPATT FINANZJARJU ( Il-Proposta m’għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji x Il-proposta m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej: (€ miljun sa punt wieħed deċimali) Linja tal-baġit | Dħul[4] | Perjodu ta’ 12-il xahar, li jibda 01/04/2006 | 2006 | Artikolu 1 | Impatt fuq ir-riżorsi propji | -7.9 M€ | -5.9 M€ | Artikolu... | Impatt fuq ir-riżorsi propji | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | Artikolu 1 | -7.9 M€* | -7.9 M€* | -7.9 M€* | -7.9 M€* | -7.9 M€* | Artikolu... | 4. MIŻURI KONTRA L-FRODI N.A. 5. RIMARKI OĦRA IL-VOLUM TA’ DAZJU IMPOST ATTWALMENT FL-UE FUQ L-MCPS HUWA STMAT FUQ IL-BAżI TA' DATA PPROVDUTA MILL-ASSOċJAZZJONI INDUSTRIJALI EWROPEA RELEVANTI. * Jekk jogħġbok innota li hemm probabilità li d-dazji u spejjeż oħra fuq l-MCPs jitneħħew f’kull eventwalità bħala riżultat taċ-Ċiklu ta' taħdidiet kummerċjali ta’ Doha, jew ta’ xi ftehim ieħor li jista’ jiġi konkluż taħt l-awspiċi tad-WTO. [1] ĠU C xx, xx.xx.xxxx, p.xx. [2] ĠU L 256, 7.9.1987, p.24. [3] ĠU L 34 9, 31.12.2005, p.1. [4] Fir-rigward ta’ riżorsi tradizzjonali proprji (dazji fuq l-agrikoltura , levies fuq iz-zokkor, dazji doganali) l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, i.e. ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25% ta’ l-ispejjeż tal-ġbir