52006PC0060

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrevoka r-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93 dwar l-aċċess għal kuntratti pubbliċi għal min jitfa' offerta għal xogħol bl-appalt mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika. /* KUMM/2006/0060 finali - ACC 2006/0015 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 15.2.2006

KUMM(2006) 60 finali

2006/15 (ACC)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93 dwar l-aċċess għal kuntratti pubbliċi għal min jitfa' offerta għal xogħol bl-appalt mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1) KUNTEST TAL-PROPOSTA Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta trid tirrevoka il-kontrosanzjonijiet imposti f’Ġunju ta’ l-1993 mill-KE bi tweġiba diretta għas-sanzjonijiet imposti f’Mejju ta’ l-1993 mill-Gvern ta’ l-Istati Uniti taħt it-Titolu VII ta’ l-Att dwar il-Kompetittività u l-Kummerċ Omnibus kontra l-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri tal-KE (1988). |

Kuntest ġenerali F’Mejju 1993, il-Gvern ta’ l-Istati Uniti impona sanzjonijiet taħt it-Titolu VII ta’ l-Att dwar il-Kompetittività u l-Kummerċ Omnibus kontra l-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri tal-KE wara l-adozzjoni tad-Direttiva 93/38/KEE (ĠU L 199, 9.8.1993, p.84-138, minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva ta’ l-Utilitajiet”). Id-Direttiva ta’ l-Utilitajiet tapplika, inter alia, għall-kuntratti mogħtija mill-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet tal-KE. L-Istati Uniti ħasset, b’mod partikolari, li l-Artikolu 36 tad-Direttiva ta’ l-Utilitajiet ġab diskriminazzjoni mhux f'lokha kontra l-produtturi tat-tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti. L-Artikolu 36 jitlob lill-operaturi tal-KE biex jagħtu preferenza fil-prezz ta' tlieta fil-mija lill-produtturi tal-KE kontra l-produtturi tal-pajjiżi terzi (f'dan il-każ il-produtturi ta' l-Istati Uniti) fejn ma jingħata l-ebda aċċess għas-suq reċiproku lill-produtturi tal-KE f’dan il-pajjiż terz. Bi tweġiba diretta għal dawn is-sanzjonijiet, il-KE imponiet kontromiżuri ekwivalenti f’Ġunju ta’ l-1993 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93 (ĠU L 146, 17.6.1993, p.1). Minn dak in-nhar, is-suq tat-telekomunikazzjonijiet tal-KE ġie lliberalizzat. Id-Direttiva l-ġdida 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (id-Direttiva ta' l-Utilitajiet), teskludi speċifikatament l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet mill-ambitu tagħha, minħabba l-introduzzjoni ta' kompetizzjoni effettiva, kemm de jure u kemm de facto. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-ġustifikazzjoni biex l-Istati Uniti żżomm is-sanzjonijiet tagħha taħt it-Titolu VII ma għadhom jeżistu. Il-Kummissjoni għalhekk kienet qiegħda tiddiskuti ma’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istati Uniti bil-ħsieb li jitneħħew dawn is-sanzjonijiet. Skambji ta' opinjonijiet wasslu biex l-Istati Uniti taqbel li toħroġ determinazzjoni li tirrevoka s-sanzjonijiet, iffirmata mir-Rappreżentant tal-Kummerċ ta' l-Istati Uniti, li tidħol fis-seħħ mal-pubblikazzjoni fir-Reġistru Federali fit-28 ta' Frar 2006. Il-kontromiżuri tal-KE, kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93, kienu imposti bi tweġiba diretta għas-sanzjonijiet ta' l-Istati Uniti. Għalhekk, ladarba jiġu revokati s-sanzjonijiet ta’ l-Istati Uniti, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93 għandu jiġi revokat ukoll. Peress li l-Istati Uniti ħadet il-miżuri xierqa għar-revoka tas-sanzjonijiet imposti taħt it-Titolu VII ta’ l-Att tal-Kummerċ ta’ l-1988, il-Kummissjoni qiegħda minn hawn tressaq quddiem il-Kunsill proposta għal Regolament li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93. Il-Kunsill huwa mistieden jadotta dan ir-Regolament.. |

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93. |

2) KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA’ L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Il-proposta sempliċement tirrevoka regolament ta’ qabel illi kien impost bħala kontromiżura bi tweġiba għas-sanzjonijiet adottati mill-Istati Uniti. Issa li dawn is-sanzjonijiet qegħdin jiġu revokati, jinħtieġ li jitneħħew ukoll il-kontromiżuri ta’ l-U.E.. |

Stima ta' l-impatt Din il-proposta ma teħtieġx stima ta’ l-impatt. L-ebda approċċ regolatorju ieħor m’hu konċepibbli. |

3) ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

Taqsira ta' l-azzjoni proposta Il-proposta sempliċement tirrevoka regolament ta’ qabel illi kien impost bħala kontromiżura bi tweġiba għas-sanzjonijiet adottati mill-Istati Uniti. Issa li dawn is-sanzjonijiet qegħdin jiġu revokati, jinħtieġ li jitneħħew ukoll il-kontromiżuri ta’ l-U.E.. |

Bażi legali L-Artikolu 133 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |

Għażla ta’ l-istrument u l-implikazzjoni fuq il-baġit |

Din il-proposta tirrevoka biss regolament ta’ qabel. |

L-ebda piż ma joħroġ minn din il-proposta peress li hija sempliċiment tirrevoka regolament ta’ qabel. |

Regolament huwa l-uniku mezz possibbli biex tirrevoka r-regolament ta' qabel. |

2006/15 (ACC)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93 dwar l-aċċess għal kuntratti pubbliċi għal min jitfa' offerta għal xogħol bl-appalt mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93[1], kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1836/95[2], jillimita l-aċċess għal min jitfa’ offerta għal xogħol bl-appalt mill-Istati Uniti rigward ċerti kuntratti mogħtija minn ċerti awtoritajiet pubbliċi bħala tweġiba għal ċerti miżuri meħuda mill-Istati Uniti taħt it-titolu VII ta' l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-1988 tagħha fir-rigward ta’ min jitfa’ offerta għal xogħol bl-appalt mill-Komunità.

(2) Id-deċiżjoni ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li tirrevoka s-sanzjonijiet imposti taħt it-Titolu VII ta’ l-Att tal-Kummerċ tagħha se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2006.

(3) Ir-Regolament (KEE) Nru 1461/93 għandu għalhekk jiġi revokat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93 dwar l-aċċess għal kuntratti pubbliċi għal min jitfa' offerta għal xogħol bl-appalt mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika huwa b’dan revokat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Maghmul fi Brussell,

Ghall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 146, 17.6.1993, p. 1.

[2] ĠU L 183, 2.8.1995, p. 4.