52006PC0042

Proposta għal regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistipola r-regolamenti għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerkau universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika ugħat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011) /* KUMM/2006/0042 finali - CNS 2006/0014 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 7.2.2006

KUMM(2006) 42 finali

2006/0014 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom)

li jistipola r-regolamenti għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerkau universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika ugħat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-proposta tal-Kummissjoni għas-Seba' Programm ta' Qafas (PQ7), adottat fis-6 ta' April 2005, kien akkumpanjat minn dokument ta' ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni “Simplification in the 7th Framework Programme” (Is-Simplifikazzjoni fis-7 Programm ta’ Qafas), li ħareġ b’10 miżuri li għandhom jiġu implimentati, u li saħaq dwar l-importanza tas-simplifikazzjoni bħala “critical success factor” (fattur kritiku għas-suċċess).

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-Regoli tal-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm ta’ Qafas tipprovdi l-mezz għat-twettiq ta’ bosta aspetti ta' dik is-simplifikazzjoni u tibni fuq il-prinċipji stabbiliti fis-6PQ.

2. IL-BAŻI LEGALI

Il-proposta għal Regolament tal-Kunsill hija bbażata fuq l-Artikolu 7 u 10 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika. Dawn ir-regoli ta’ parteċipazzjoni jiddefinixxu d-drittijiet u l-obbligi ta’ l-entitajiet legali li jixtiequ jieħdu sehem fil-programm ta’ qafas u jistabbilixxu l-prinċipji ta’ l-użu u t-tixrid tal-ħidma tagħhom li tirriżulta minn dik il-parteċipazzjoni. Is-Seba’ Programm ta’ Qafas jitwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta’ l-implimentazzjoni tiegħu, u r-regoli dwar l-għajnuna statali, b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna statali għar-riċerka u l-iżvilupp.

3. KONSULTAZZJONI MINN QABEL

Il-partijiet interessati, l-Istati Membri u l-istati Assoċjati ġew ikkonsultati f’seminars u permezz ta’ websajt ta’ konsultazzjoni dwar it-tibdiliet li jistgħu jsiru fir-Regoli tal-Parteċipazzjoni fis-7PQ. Barra minn hekk, is- Sounding Board (komponenti rappreżentattivi) ta’ parteċipanti iżgħar ġie kkonsultati dwar il-proposti sabiex jiġi żgurat li t-tibdiliet ma joħolqux żvantaġġi għal parteċipanti bħal dawn.

4. KONTENUT

Il-proposta attwali fiha erba’ kapitoli: dispożizzjonijiet introduttorji (suġġett, definizzjonijiet u kunfidenzjalità), il-parteċipazzjoni (il-kondizzjonijiet minimi għall-parteċipazzjoni, aspetti ta’ proċedura, inklużi n-numri minimi ta’ parteċipanti, il-post fejn huma stabbiliti, it-tressiq u l-evalwazzjoni tal-proposti, l-implimentazzjoni u ftehimiet dwar l-għotjiet, il-monitoraġġ ta’ proġetti u programmi, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità: l-eliġibbiltà għal fondi u forom ta' għotjiet, rati ta’ rimborż, ħlas, distribuzzjoni, irkupru u garanziji), ir-regoli għat-tixrid u l-użu u d-drittijiet ta’ l-aċċess (sjieda, protezzjoni, pubblikazzjoni, tixrid u użu, u drittijiet ta’ l-aċċess għal tagħrif eżistenti u tagħrif miksub) u r-regoli speċifiċi għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet taħt iż-żona tematika tar-“riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni” (“fusion energy research” .)

In-numru minimu ta’ parteċipanti u l-kondizzjonijiet dwar il-post ta’ l-istabbiliment tal-parteċipanti huma stabbiliti skond it-tip ta’ azzjoni. Entitajiet legali stabbiliti fil-pajjiżi Assoċjati jistgħu jieħdu sehem fuq l-istess bażi bħal dawk imwaqqfa fl-Istati Membri.

Ir-Regoli jidentifikaw il-proċeduri għall-ħruġ ta' sejħiet għall-proposti u l-eċċezzjonijiet għas-sejħiet għall-proposti, għat-tressiq, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni ta’ proċeduri. Barra minn hekk, huma jistabbilixxu l-proċeduri għall-ħatra ta’ esperti esterni. Aktar regoli interni dettaljati li jirregolaw il-proċeduri għat-tressiq, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni tal-proposti għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni u jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-ħatra ta’ esperti indipendenti. Dawk ir-regoli se jinkludu dispożizzjonijiet speċjali dwar proċedura ta' tressiq f’żewġ stadji (li għandha tintuża l-aktar fejn tapplika, pereżempju fejn tkun mistennija konkorrenza eċċessiva, għal proġetti kbar ħafna u sabiex tillimita l-ispejjeż ta’ tħejjija ta’ proposti li jistgħu ma jiġu ffinanzjati qatt, eċċ.) u għal evalwazzjoni f’darbtejn (b’sottomissjoni waħda). Il-proċess ta’ evalwazzjoni żviluppat tul il-programmi ta’ qafas preċedenti u rifless f’dawn ir-regoli interni se jkompli mingħajr tibdiliet sostanzjali. Se jsir użu akbar ta’ evalwazzjoni mill-bogħod fejn ikun possibbli u qed isir titjib kontinwu fl-istruzzjonijiet lill-evalwaturi. L-użu ta’ seduti ta’ smigħ għandu jiġi razzjonalizzat. Il-kriterji ta’ l-evalwazzjoni issa jinsabu fil-Programmi Speċifiċi aktar milli fir-Regoli u jistgħu jiġu żviluppati aktar fil-programmi ta’ ħidma (u fis-sejħiet għall-proposti).

Għalkemm mhux speċifikat fir-Regoli huwa propost li sottomissjoni kompletament elettronika tkun ir-regola fis-7PQ, billi din ġiet ittestjata u użata sew fis-6PQ. Flimkien ma’ dan, l-użu ta’ formoli mimlijin bil-lest/minn qabel ir-reġistrazzjoni bl-użu ta’ tagħrif minn sors ċentrali u t-tibdiliet fil-kontenut u l-format tal-proposti għandhom jippermettu li proposti aċċettati jibdew aktar kmieni. Sistema waħdanija ta’ reġistrazzjoni li tinkludi bank tat-tagħrif komuni għas-servizzi kollha tal-Kummissjoni għandha tgħin b’mod sinifikanti.

Sabiex tiġi żgurata konsistenza fl-evalwazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja tal-parteċipanti u l-proċeduri finanzjarji relatati, il-Kummissjoni se tadotta u tippubblika regoli interni għall-applikazzjoni tagħhom.

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi mudell ta’ ftehim ta’ għotja li se jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti vis-à-vis il-Komunità u bejniethom stess. L-awtonomija u l-flessibbiltà tal-konsorzju, partikolarment fir-rigward ta’ tibdiliet fil-kompożizzjoni tiegħu li kienu stabbiliti fis-6PQ għandhom jitkomplew. Il-ftehim ta’ l-għotja se jidħol fis-seħħ mal-firma tal-koordinatur u l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, kif kien jiġri fis-6PQ. Il-parteċipanti kollha jridu jikkonkludu l-ftehim ta’ għotja biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt il-proġett.

Il-parteċipanti se jkunu meħtieġa jikkonkludu ftehim ta’ konsorzju, ħlief fejn ikunu eżentati minn dan fis-sejħa għall-proposti, kif kienu fis-6PQ. Madankollu, ħafna mid-dispożizzjonijiet il-ġodda li jirrigwardaw proprjetà intellettwali għandhom iħaffu t-twaqqif u l-adattament ta’ dawn il-ftehimiet kif meħtieġ.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-azzjonijiet indiretti kollha ffinanzjati mill-Komunità kif ukoll is-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-Programmi Speċifiċi tiegħu, kif u meta meħhtieġ bl-għajnuna ta’ esperti esterni.

Il-parteċipanti li huma eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Komunità huma identifikati fis-subsezzjoni dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità li tkopri wkoll forom ta’ għotjiet, rati ta' rimborż, ħlas, distribuzzjoni, irkupru u garanziji.

Tliet forom ta’ għotjiet huma proposti għall-kontribut finanzjarju tal-Komunità: rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli, somom f'daqqa, u ffinanzjar b’rata fissa (dan ta' l-aħħar jista’ jissejjes fuq skala ta’ spejjeż kull unità imma jinkludi wkoll rati fissi għal spejjeż indiretti). Dawn jistgħu jintużaw biex ikopru l-kontribut finanzjarju tal-Komunità kollu kemm hu għal skema ta’ ffinanzjar jew f’tagħqida. Għall-parti l-kbira ta’ l-iskemi ta’ ffinanzjar, ir-rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli għandu jkun il-metodu ppreferut, partikolarment fil-bidu tas-7PQ. L-użu ta’ ffinazjar permezz ta’ somma f’daqqa u rata fissa għandu jiddaħħal bil-mod u jekk jirnexxi jibda jintuża b'mod usa’.

Id-definizzjoni ta’ spejjeż eliġibbli ġiet issimplifikata u t-tliet mudelli ta’ rappurtar ta’ l-ispejjeż użati fi Programmi ta’ Qafas preċedenti ġew abbandunati. Dan ifisser li l-parteċipanti jistgħu jiddebitaw l-ispejjeż diretti u indiretti kollha tagħhom u jkollhom l-għażla ta’ rata fissa għal spejjeż indiretti. L-ispejjeż jiġu ddeterminati skond il-prinċipji normali tal-kontabilità u l-amministrazzjoni tal-parteċipanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-proġett imsejsa fuq il-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività.

Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità se jkopri massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż eliġibbli wara li jitnaqqas id-dħul minn attivitajiet kemm ta’ riċerka u kemm ta’ wiri. Għall-SMEs (intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju), korpi pubbliċi, istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja u organizzazzjonijiet tar-riċerka li ma joperawx bi qligħ, ikun hemm żieda sa massimu ta’ 25% għall-attivitajiet ta’ riċerka. L-attivitajiet l-oħra kollha, inklużi dawk relatati ma’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, jiġu rrimborżati sa 100% għall-entitajiet kollha.

Il-limiti massimi indikati hawn fuq japplikaw għall-ispejjeż kollha eliġibbli tat-tali entitajiet anki fejn parti mir-rimborż ta’ l-ispejjeż ikun imsejjes fuq somom f'daqqa jew rati fissi. Il-limiti massimi japplikaw ukoll għal entitajiet li jieħdu sehem fi proġetti fejn iffinanzjar b'rata fissa, u fejn hu xieraq, fejn iffinanzjar permezz ta’ somma f'daqqa jintuża għall-proġett kollu.

Għan-Netwerks ta’ Eċċellenza, hija proposta somma f’daqqa speċjali. L-ammont tas-somma f’daqqa huwa ffissat mir-Regoli bħala ammont fiss għal kull riċerkatur u għal kull sena. Ħlasijiet perjodiċi ta’ porzjonijiet mis-somma f’daqqa jitħallsu skond jekk jintlaħqux l-indikaturi li juru implimentazzjoni progressiva tal-Programm Konġunt ta' Attivitajiet (Joint Programme of Activities - JPA).

Korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka li ma joperawx bi qligħ, u istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni sekondarja u għolja jkunu permessi li jippreżentaw ċertifikat ta’ verifika maħruġ minn uffiċjal pubbliku kompetenti. In-numru ta’ ċertifikati ta’ verifika għal kull ftehim ta’ għotja u kull parteċipant jitnaqqas u r-rapporti u l-perjodi ta’ rappurtar għandhom jiġu razzjonalizzati.

Bħal fis-6PQ, il-parteċipanti f’konsorzju se jkollhom ir-responsabbiltà li jwettqu l-ħidmiet fdati lilhom anki jekk wieħed mill-parteċipanti jonqos milli jonora l-ħidmiet assenjati. Madankollu, il-prinċipju tar-responsabbiltà finanzjarja kollettiva stabbilit fis-6PQ għall-parti l-kbira ta’ l-azzjonijiet mhux se jitkompla sabiex ikunu jistgħu jitneħħew l-ostakli għall-parteċipazzjoni, b’mod partikolari għall-SMEs. Dan għandu wkoll iħaffef sew il-proċeduri u jkun ekonomikament aktar effikaċi. Skond l-eżitu ta’ evalwazzjoni tar-riskji inerenti fl-iffinanzjar tar-Riċerka Ewropea għall-baġit Komunitarju, jista’ jiġi introdott mekkaniżmu biex ikopri r-riskju finanzjarju li parteċipant jonqos milli jrodd lura xi ammont dovut lill-Komunità. Dan il-mekkaniżmu jkun iffinanzjat minn kontribuzzjoni żgħira mill-impriżi u l-parteċipanti l-oħra li mhumiex korpi pubbliċi, istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni sekondarja u għolja, jew li l-parteċipazzjoni tagħhom mhijiex garantita mill-Istat Membru jew il-pajjiż Assoċjat tagħhom. Il-parteċipanti f’ azzjonijiet li jappoġġaw it-taħhriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi mhumiex se jikkontribwixxu għall-mekkaniżmu. Il-kontribuzzjoni se ssir billi jinżammu l-ammonti dovuti. F’konformità ma’ l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju, ammonti miżmuma li ma jkunux aktar meħtieġa biex ikopru r-riskji finanzjarji jiġu assenjati mill-ġdid għal azzjonijiet ta’ riċerka taħt il-programm ta’ qafas għar-riċerka rilevanti. Għalhekk, garanziji bankarji jintalbu biss f’każijiet rari fejn l-iffinanzjar minn qabel ikun ta’ aktar minn 80% ta’ l-għotja, li huwa l-uniku każ fejn ir-Regolament Finanzjarju jimponi l-preżentazzjoni ta’ garanzija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tagħmel dak kollu meħtieġ biex tiżgura li r-riskji speċifiċi marbuta ma’ xi parteċipant partikolari jitnaqqsu.

Ġew introdotti dispożizzjonijiet fir-rigward tad-drittijiet għat-tixrid, l-użu u l-aċċess (sjieda, protezzjoni, pubblikazzjoni, tixrid u użu, u drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif miksub u t-tagħrif eżistenti). Dawn ir-regoli jispeċifikaw id-definizzjoniiet ta’ u r-regoli applikabbli għad-drittijiet dwar, l-aċċess, it-tagħrif eżistenti u t-tagħrif miksub, billi jqisu d-dispożizzjoniiet speċifiċi stabbiliti fit-Trattat. Partikolarment, l-Artikolu 45 tar-regoli jikkonferixxi lil-Kummissjoni d-dritt li xxerred it-tagħrif miksub meta l-paerteċipanti joqnsu milli jagħmlu dan. Id-dispożizzjonijiet dwar il-propjetà intellettwali għall-qasam “Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni” huma stipulati fl-istrumenti speċifiċi għal dan.

Miżuri oħra li mhumiex indirizzati fir-Regoli

Helpdesks (Deskijiet ta’ għajnuna)

Interpretazzjoni uniformi, partikolarment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet legali u finanzjarji ta’ proġetti għandha tiġi żgurata fil-firxa kollha tas-servizzi tal-Kummissjoni kkonċernati. Sa ċertu punt din tista’ tinkiseb permezz tar-regoli tal-Kummissjoni li għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-abbozz tar-Regoli tal-Parteċipazzjoni. Madankollu, deskijiet ta’ għajnuna u “clearing houses” (punti nazzjonali ta’ kuntatt) għandhom jiżguraw li l-messaġġi maħruġa mill-Kummissjoni jkunu konsistenti u uniformi. L-assistenza ta’ desk ta’ għajnuna ta’ l-IPR (Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali) se titkompla.

Il-Komunikazzjoni

Se jsiru aktar sforzi biex jiġi żgurat li t-tagħrif ikun kemm jista’ jkun ċar u aċċessibbli. In-numru u d-daqs tad-dokumenti għandu jitnaqqas u jiġi kkonsolidat. Id-duplikazzjoni tat-tagħrif u l-varjazzjonijiet fil-preżentazzjoni ta’ l-istess informazzjoni f’dokumenti differenti se tiġi evitata.

2006/0014 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom)

li jistipola r-regolamenti għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerkau universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika ugħat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011) (Test b'rilevanza għaz-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 7 u 10 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali[3],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri[4],

Billi:

(1) Is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika ġie adottat bid-Deċiżjoni Nru […/…/Euratom] tal-Kunsill ta’ […] dwar is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (mill-2007 sa l-2011).[5] Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura l-implimentazzjoni tal-programm ta’ qafas u l-programmi speċifiċi tiegħu, inklużi l-aspetti finanzjarji relatati.

(2) Is-Seba’ Programm ta’ Qafas qed ikun implimentat f’konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”, u mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju[7], minn hawn ’il quddiem imsejħa “ir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni”.

(3) Is-Seba’ Programm ta’ Qafas qed ikun implimentat ukoll skond ir-regoli dwar l-għajnuna statali, b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp.[8]

(4) Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet għandhom jipprovdu qafas koerenti u trasparenti biex jiġu żgurati implimentazzjoni effiċjenti u aċċess faċli għall-parteċipanti kollha fis-Seba’ Programm ta’ Qafas.

(5) Is-Seba’ Programm ta’ Qafas għandu jippromwovi parteċipazzjoni mill-ibgħad reġjuni tal-Komunità, kif ukoll minn firxa wiesgħa ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet.

(6) Id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) mogħtija fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE[9] għandha tapplika, għall-finijiet tal-koerenza u trasparenza.

(7) Għaldaqstant huwa xieraq li titħalla mhux biss il-parteċipazzjoni ta’ persuni legali, sakemm ikunu intitolati li jeżerċitaw drittijiet u jidħlu għal obbligi, imma wkoll ta’ persuni naturali. Il-parteċipazzjoni ta’ persuni naturali se tiżgura l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ l-eċċellenza u l-ħila xjentifika li ma jkunux limitati għal iffinanzjar mill-Komunità ta’ proġetti li jinvolvu biss persuni legali, waqt li tiżgura wkoll il-parteċipazzjoni ta’ SMEs li mhumiex persuni legali.

(8) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet minimi għall-parteċipazzjoni, kemm bħala regola ġenerali u kemm fir-rigward ta’ l-ispeċifiċitajiet ta’ l-azzjonijiet indiretti taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas. B’mod partikolari, għandhom jiġu stipulati regoli dwar in-numru ta’ parteċipanti u l-post fejn għandhom l-istabbiliment imwaqqaf.

(9) Huwa xieraq li kull entità legali għandha tkun ħielsa li tieħu sehem ladarba tkun issodisfat il-kondizzjonijiet minimi. Parteċipazzjoni ’l fuq mill-minimu għandha tiżgura t-twettiq b’effiċjenza ta’ l-azzjoni indiretta kkonċernata.

(10) Organizzazzjonijiet internazzjonali ddedikati għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka nukleari u t-taħriġ fl-Ewropa u komposti l-aktar minn Stati Membri jew pajjiżi Assoċjati għandhom jitħeġġu jieħdu sehem fis-Seba’ Programm ta’ Qafas.

(11) Il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali mwaqqfa f’pajjiżi terzi u l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tkun ikkunsidrata wkoll, skond l-għanijiet tal-kooperazzjoni internazzjonali, partikularment kif misjub fl-Artikolu 101 tat-Trattat. Madankollu, jixraq li jintalab li parteċipazzjoni bħal din tkun ġustifikata fit-termini tal-kontribut imsaħħaħ lill-għanijiet tas-Seba’ Programm ta’ Qafas.

(12) Konformi ma’ l-għanijiet imsemmija hawn fuq, jeħtieġ li jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet biex ikunu pprovduti fondi mill-Komunità għall-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti.

(13) Jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw it-tressiq, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni tal-proposti. B’mod partikolari għandhom jiġu stabbiliti r-regoli li jiddeterminaw l-użu ta’ esperti indipendenti.

(14) Jixraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw l-evalwazzjoni tal-vijabbiltà legali u finanzjarja tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas.

(15) F’dan il-kuntest, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, jirregolaw, inter alia l-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolarità, il-proċeduri għall-irkupru ta’ ammonti dovuti lill-Kummissjoni, l-esklużjoni mill-proċeduri kuntrattwali u ta’ l-għotjiet u l-penali relattivi, u l-awditjar, il-kontrolli, u l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Qorti ta’ l-Awdituri, kif stipulat fl-Artikolu 160(c) tat-Trattat.

(16) Il-ftehimiet konklużi għal kull azzjoni għandhom jipprevedu s-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew kull rappreżentant awtorizzat mill-Kummissjoni, kif ukoll għal verifiki mill-Qorti ta’ l-Awdituri u kontrolli mwettqa fuq il-post mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (European Anti-Fraud Office – OLAF) f’konformità mal-proċeduri stipulati fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2185/96.

(17) Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kemm l-azzjonijiet indiretti mwettqa taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u kemm is-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-Programmi Speċifiċi tiegħu.

(18) Ir-regoli li jiddeterminaw it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, il-parteċipanti jipproteġu l-proprjetà intellettwali prodotta fl-azzjonijiet, u l-użu u t-tixrid ta’ dawk ir-riżultati.

(19) Filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà intellettwali, dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla b’mod li jiżguraw li l-parteċipanti jkollhom aċċess għat-tagħrif li jġibu lejn il-proġett u għat-tagħrif li joħroġ mix-xogħol ta’ riċerka mwettaq fil-proġett safejn huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ xogħol ta’ riċerka jew għall-użu tat-tagħrif li jirriżulta.

(20) L-obbligu stabbilit fis-sitt Programm ta’ Qafas li ċerti parteċipanti jerfgħu r-reponsabbiltà finanzjarja ta’ l-imsieħba tagħhom fl-istess konsorzju se jitneħħa. Skond il-livell ta’ riskju marbut man-nuqqas ta’ rkupru ta’ ammonti, parti mill-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jinżamm biex ikopri ammonti dovuti minn imsieħba u li jonqsu milli jirrimborżaw. Il-parteċipanti li kienu jiġu obbligati jkopru r-responsabbiltà finanzjarja tal-parteċipanti l-oħra għandhom jagħmlu kontribuzzjoni għall-evitar tar-riskju, li għandha tinżamm mill-Kummissjoni meta tagħmel il-pagamenti.

(21) Kontributi tal-Komunità lil xi impriża konġunta jew xi struttura oħra mwaqqfa skond l-Artikolu 45 tat-Trattat, jew skond l-Artikolu 51 tat-Trattat ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(22) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(23) Il-Komunità tista’ tipprovdi sostenn finanzjarju, kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju, inter alia permezz ta’:

(a) akkwisti pubbliċi, fil-forma ta’ prezz għal oġġetti u servizzi stabbilit b’kuntratt u magħżul abbażi ta’ sejħiet għall-offerti;

(b) għotjiet;

(c) ħlasijiet ta’ affiljazzjoni lil xi organizzazzjoni, f’sura ta’ miżata tas-sħubija;

(d) ħlasijiet ta’ onorarja lil esperti indipendenti identifikati fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I Dispożizzjonijiet introduttorji

Artikolu 1

Is-Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet u entitajiet legali oħra f’azzjonijiet imwettqa minn parteċipant wieħed jew aktar permezz ta’ l-iskemi ta’ ffinanzjar identifikati fil-parti (a) ta’ l-Anness II għad-Deċiżjoni […/…] li tistabbilixxi s-Seba’ Programm ta’ Qafas, minn hawn ’il quddiem imsejħa “azzjonijiet indiretti”.

Dan jistabbilixxi wkoll regoli, f’konformità ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament (KE/Euratom) Nru 1605/2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”, u r-Regolament (KE/Euratom) Nru 2342/2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni”, li jikkonċernaw il-kontribut finanzjarju tal-Komunità lil parteċipanti f’azzjonijiet indiretti taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas.

Fir-rigward tar-riżultati tar-riċerka mwettqa taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għhall-kxif ta’ tagħrif miksub b’kull mezz xieraq barra dawk li jirriżultaw mill-formalitajiet għall-protezzjoni tiegħu, u inkluża l-pubblikazzjoni tat-tagħrif f’kull mezz, minn hawn ’il quddiem imsejħa “tixrid”.

Barra minn hekk, dan jistabbilixxi r-regoli għall-użu dirett jew indirett ta’ tagħrif miksub f’attivitajiet ta’ riċerka ulterjuri barra dawk koperti mill-azzjoni indiretta kkonċernata, jew għall-iżvilupp, il-ħolqien u l-promozzjoni ta’ prodott jew proċess, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “użu”.

Fir-rigward kemm tat-tagħrif miksub u kemm tat-tagħrif eżistenti, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-liċenzji u d-drittijiet ta’ l-utenti għalihom, minn hawn ’il quddiem imsejħa “drittijiet ta’ l-aċċess”.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda ma’ dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni:

(1) “tagħrif miksub” tfisser ir-riżultati, inkluż tagħrif, kemm jekk jistgħu jiġu protetti u kemm jekk le, li joħorġu mill-azzjonijiet. Dawn ir-riżultati jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur; drittijiet tad-diżinn; drittijiet tal-brevetti; drittijiet tal-varjetà tal-pjanti; jew forom simili ta’ protezzjoni;

(2) “tagħrif eżistenti” tfisser it-tagħrif li jkollhom il-parteċipanti qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim ta’ għotja, kif ukoll drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet ta’ proprjetà intellettwali oħra li jkollhom x’jaqsmu ma’ dan it-tagħrif, li applikazzjoni għalih tkun ġiet ippreżentata qabel ma jikkonkludu l-ftehim ta’ għotja, u li huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ l-azzjoni indiretta jew għall-użu tar-riżultati ta’ l-azzjoni indiretta;

(3) “organizzazzjoni tar-riċerka ” tfisser organizzazzjoni li ma toperax bi qligħ bit-twettiq ta’ riċerka xjentifika jew teknika bħala l-għan ewlieni tagħha;

(4) “pajjiż terz” tfisser Stat li mhuwiex Stat Membru;

(5) “Pajjiż Assoċjat” tfisser pajjiż terz li huwa parti minn ftehim internazzjonali mal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, li taħt it-termini jew abbażi tiegħu dan jikkontribwixxi finanzjarjament għas-Seba’ Programm ta’ Qafas kollu jew xi parti minnu;

(6) “organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni intergovernattiva, barra l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, li għandha personalità legali taħt il-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa minnali organizzazzjoni internazzjonali bħal din;

(7) “organizzazzjoni internazzjonali b’interessi Ewropej” tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri jew pajjiżi Assoċjati, u li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa;

(8) “korp pubbliku” tfisser kull entità pubblika mwaqqfa bħala tali bil-liġi pubblika nazzjonali, u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(9) “SMEs” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fit-tifsir tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fil-verżjoni tas-6 ta’ Mejju 2003;

(10) “programm ta’ ħidma” tfisser pjan adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ programm speċifiku kif identifikat fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni […/…];

(11) “skemi ta’ ffinanzjar” tfisser il-mekkaniżmi għall-iffinanzjar ta’ azzjonijiet indiretti mill-Komunità kif stabbilit fil-parti (a) ta’ l-Anness II għad-Deċiżjoni […/…];

(12) “Assoċjazzjoni ta’ SMEs” tfisser kull entità legali li fil-parti l-kbira tagħha tkun magħmula minn SMEs u li tirrappreżenta l-interessi tagħhom;

Artikolu 3

Kunfidenzjalità

Il-Kummissjoni u l-parteċipanti, suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja, l-ittra ta’ approvazzjoni jew il-kuntratt, iżommu konfidenzjali kull dejta, għarfien u dokumenti mgħoddija lilhom bħala kunfidenzjali.

Kapitolu II Parteċipazzjoni

Artikolu 4

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda ma’ dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni:

Sezzjoni 1 KUNDIZZJONIJIET MINIMI

ARTIKOLU 5

Prinċipji ġenerali

1. Kull impriża, università jew ċentru ta’ riċerka jew entità legali oħra, sew jekk imwaqqfa fi Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, u sew f’pajjiż terz, tista’ tieħu sehem f’azzjoni indiretta sakemm tkun onorat il-kondizzjonijiet minimi stabbiliti f’dan il-Kapitolu, inklużi l-kondizzjonijiet speċifikati kif stipulat fl-Artikolu 11.

Madankollu, fil-każ ta’ azzjoni indiretta kif imsemmija fl-Artikoli 6(1) u 8, li taħthom huwa possibbli li l-kondizzjonijiet minimi jkunu ssodisfati mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ entità legali mwaqqfa fi Stat Membru, l-ilħiq ta’ l-għanijiet stipulati fl-Artikoli 1 u 2 tat-Trattat għandu għalhekk jittejjeb.

Entità legali hija kull persuna naturali, jew kull persuna legali maħluqa skond il-liġi nazzjonali tal-post tat-twaqqif ta’ l-istabbiliment tagħha, jew skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità legali u li tista’, waqt li taġixxi f’isimha, teżerċita drittijiet u tkun suġġetta għal obbligi.

2. Fil-każ ta’ persuni naturali, referenzi għall-istabbiliment għandhom jitqiesu li jirreferu għar-residenza normali.

3. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (Joint Research Centre of the European Commission) minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-JRC”, jista’ jieħu sehem bl-istess mod u bl-istess drittijiet u obbligi bħala entità legali mwaqqfa fi Stat Membru.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet minimi

1. Il-kundizzjonijiet minimi għal azzjonijiet indiretti għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) iridu jieħdu sehem minn ta’ l-inqas tliet entitajiet legali, li kull waħda minnhom tkun imwaqqfa fi Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, u mhux aktar minn tnejn minnhom ikunu mwaqqfa fl-istess Stat Membru jew pajjiż Assoċjat;

(b) it-tliet entitajiet legali kollha għandhom ikunu indipendenti minn xulxin f’konformità ma’ l-Artikolu 7.

2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, fejn wieħed mill-parteċipanti huwa l-JRC, jew organizzazzjoni internazzjonali b’interessi Ewropej jew entità maħluqa skond il-liġi Komunitarja, dan jitqies bħala stabbilit fi Stat Membru jew pajjiż Assoċjat barra xi Stat Membru jew pajjiż Assoċjat li fih ikun stabbilit parteċipant ieħor fl-istess azzjoni.

Artikolu 7

Indipendenza

1. Żewġ entitajiet legali għandhom jitqiesu bħala indipendenti minn xulxin fejn ebda waħda minnhom ma tkun taħt il-kontroll dirett jew indirett ta’ l-oħra jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħal ta’ l-oħra.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kontroll jista’ b’mod partikolari jieħu waħda mis-suriet li ġejjin:

(a) it-titolu dirett jew indirett ta’ aktar minn 50% tal-valur nominali tal-kapital ta’ l-ishma maħruġa fl-entità legali kkonċernata, jew tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ l-azzjonisti jew l-assoċjati ta’ dik l-entità;

(b) il-pussess dirett jew indirett, bil-fatti jew bil-liġi, ta’ setgħat li bihom jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-entità legali kkonċernata.

3. Madankollu, ir-relazzjonijiet li ġejjin bejn żewġ entitajiet legali m’għandhomx fihom infushom jitqiesu li jikkostitwixxu relazzjonijiet ta’ kontroll:

(a) l-istess korporazzjoni ta’ investiment pubbliku, investitur istituzzjonali jew kumpanija li tipprovdi kapital ta’ riskju b’titolu dirett jew indirett ta’ aktar minn 50% tal-valur nominali tal-kapital ta’ l-ishma maħruġa jew tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ l-azzjonisti jew ta’ l-assoċjati;

(b) l-istess korp pubbliku huwa s-sid jew jagħmel is-superviżjoni ta’ l-entitajiet legali konċernati.

Artikolu 8

Azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, u t-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi

Għal azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet favur it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kundizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda.

L-ewwel paragrafu m’għandux japplika fil-każ ta’ azzjonijiet li jikkoordinaw proġetti ta’ riċerka.

Artikolu 9

Parteċipanti waħdanin

Fejn il-kundizzjonijiet minimi għal azzjoni indiretta jiġu ssodisfati minn numru ta’ entitajiet legali, li flimkien jiffurmaw entità legali waħda, din ta’ l-aħħar tista’ tkun il-parteċipant waħdieni f’azzjoni indiretta, sakemm hija tkun stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż Assoċjat.

Artikolu 10

Organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi

Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi wara li jkunu ssodisfaw il-kundizzjonijiet minimi stabbiliti f’dan il-Kapitolu, kif ukoll kull kundizzjonijiet speċifikati fil-programmi speċifiċi jew il-programmi ta’ ħidma rilevanti.

Artikolu 11

Kundizzjonijiet addizzjonali

B’żieda mal-kondizzjonijiet minimi stabbiliti f’dan il-Kapitolu, il-programmi speċifiċi jew il-programmi ta’ ħidma jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet rigward in-numru minimu ta’ parteċipanti.

Huma jistgħu jistabbilixxu wkoll, skond it-tip u l-għanijiet ta’ l-azzjoni indiretta, kundizzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tat-tip ta’ parteċipant u, fejn hu xieraq, tal-post ta’ l-istabbiliment.

Sezzjoni 2 IL-PROċEDURI

SUBSEZZJONI 1

SEJħIET GħALL-PROPOSTI

Artikolu 12

Sejħiet għall-proposti

1. Il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħiet għall-proposti għal azzjonijiet indiretti f’konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fil-programmi speċifiċi u programmi ta’ ħidma rilevanti.

B’żieda mal-pubbliċità speċifikata fir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika s-sejħiet għall-proposti fil-paġni tas-Seba’ Programm ta’ Qafas fuq l-Internet, permezz ta’ kanali ta’ l-informazzjoni speċifiċi, u fil-punti ta’ kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati.

2. Fejn hu xieraq, il-Kummissjoni għandha tispeċifika fis-sejħa għall-proposti li l-parteċipanti m’għandhomx għalfejn jagħmlu ftehim ta’ konsorzju.

Artikolu 13

Eċċezzjonijiet

Il-Kummissjoni m’għandhiex toħroġ sejħiet għall-proposti għal dawn li ġejjin:

(a) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jridu jitwettqu mill-entitajiet legali identifikati fil-programmi speċifiċi jew fil-programmi ta’ ħidma meta l-programm speċifiku jippermetti li l-programmi ta’ ħidma jidentifikaw il-benefiċjarji, f’konformità mar-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni;

(b) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jikkonsistu f’xiri jew servizz suġġett għar-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi stipulati fir-Regolament Finanzjarju;

(c) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ relatati mal-ħatra ta’ esperti indipendenti;

(d) azzjonijiet oħra, fejn hekk huwa stipulat fir-Regolament Finanzjarju jew fir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni.

SUBSEZZJONI 2 EVALWAZZJONI TAL-PROPOSTI

Artikolu 14

Evalwazzjoni, għażla u approvazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-proposti abbażi tal-prinċipji tal-kriterji ta’ l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni stipulati fil-programm speċifiku u fil-programm ta’ ħidma.

Il-programm ta’ ħidma jista’ jistipula kriterji speċifiċi jew aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji.

2. Proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta’ l-etika jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fil-programm speċifiku, fil-programm ta’ ħidma jew fis-sejħa għall-proposti m’għandhiex tingħażel. Proposta bħal din tista’ tiġi eskluża mill-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni f’kull ħin.

3. Il-proposti għandhom jintgħażlu abbażi tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni.

Artikolu 15

Il-proċeduri għat-tressiq, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiddeterminaw il-proċedura għat-tressiq tal-proposti, kif ukoll il-proċeduri li jirrigwardaw l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni. B’mod partikolari, din għandha tistabbilixxi regoli dettaljati għall-proċedura tas-sottomissjoni f’żewġ stadji u għall-proċedura ta’ l-evalwazzjoni f’żewġ stadji.

2. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ sottomissjoni f’żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-evalwazzjoni għall-ewwel stadju li għandhom jintalbu jissottomettu proposta kompluta fit-tieni stadju.

3. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ evalwazzjoni f’żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jkunu għamlu b’suċċess l-ewwel pass, skond evalwazzjoni ta’ sett limitat ta’ kriterji, li għandhom jimxu ’il quddiem għal aktar evalwazzjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b’konsistenza l-eżistenza ta’ l-istatus legali tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.

Artikolu 16

Ħatra ta' esperti indipendenti

1. Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jgħinu fl-evalwazzjoni meħtieġa taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-programmi speċifiċi tiegħu.

Għall-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, imsemmija fl-Artikolu 13, l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk il-Kummissjoni tqis li dan ikun f’loku.

2. L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu b’konsiderazzjoni tal-ħiliet u l-għarfien xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom.

L-esperti indipendenti għandhom ikunu identifikati u jintgħażlu abbażi ta’ sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil aġenziji nazzjonali tar-riċerka, istituzzjonijiet jew intrapriżi tar-riċcerka bil-għan li jiġu stabbiliti listi ta’ kandidati adatti.

Il-Kummissjoni tista’, jekk tqis li huwa xieraq, tagħżel kwalunkwe individwu bil-ħiliet xierqa li ma jkunx fil-listi.

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta’ esperti indipendenti.

3. Meta taħtar espert indipendenti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-espert ma jiġix f’kunflitt ta’ interessi fir-rigward tal-materja li dwarha huwa meħtieġ li jagħti opinjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta mudell ta’ l-ittra tal-ħatra, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ittra tal-ħatra”, li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-espert indipendenti m’għandu l-ebda konflitt ta’ interess fil-ħin tal-ħatra u huwa jintrabat li jgħarraf lill-Kummissjoni kemm-il darba jitfaċċa xi kunflitt ta’ interess waqt l-għoti ta’ l-opinjoni tiegħu jew il-qadi ta’ dmirijietu. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ittra ta’ ħatra bejn il-Komunità u kull wieħed mill-esperti indipendenti.

5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika perjodikament f’mezz xieraq il-lista ta’ l-esperti indipendenti li jkunu għenuha f’kull wieħed mill-programmi speċifiċci.

SUBSEZZJONI 3 IMPLIMENTAZZJONI U FTEHIMIET TA’ GħOTJA

ARTIKOLU 17

Ġenerali

1. Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw l-azzjoni indiretta u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u raġonevoli kollha għal dik il-fini. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għamdhom jimplimentaw ix-xogħol b’mod konġunt.

2. Il-Kummissjoni għandha tfassal, abbażi tal-mudell ipprovdut fl-Artikolu 18(7) u b’konsiderazzjoni tal-karatteristiċi ta’ l-iskema ta’ ffinanzjar ikkonċernata, ftehim ta’ għotja bejn il-Komunità u l-parteċipanti.

3. Il-parteċipanti m’għandhom jagħmlu ebda impenn li jkun inkompatibbli mal-ftehim ta’ l-għotja.

4. Fejn parteċipant jonqos milli jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu, il-parteċipanti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-ftehim ta’ għotja mingħajr ebda kontribut komplementari mill-Komunità sakemm il-Kummissjoni ma teħlishomx espressament minn dak l-obbligu.

5. Jekk l-implimentazzjoni ta’ azzjoni ssir impossibbli jew jekk il-parteċipanti jonqsu milli jimplimentawha, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-terminazzjoni ta’ l-azzjoni.

6. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata b’dak kollu li jkun qed jiġri li jista’ jaffettwa l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni indiretta jew l-interessi tal-Komunità.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom jiddaħħlu fil-ftehimiet ta’ għotja

1. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti fil-konfront tal-Komunità, f’konformità mad-Deċiżjoni […/…], dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, u f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja.

Dan għandu jistabbilixxi wkoll, f’konformità ma’ l-istess kundizzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi ta’ entitajiet legali li jidħlu jieħdu sehem waqt li l-azzjoni indiretta tkun għaddejja.

2. Fejn hu xieraq, il-ftehim ta’ għotja għandu jistipula liema parti mill-kontribut tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq ir-rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli, u liema parti għandha tkun ibbażata fuq rati fissi (inkluża skala ta’ spejjeż kull unità) jew somma f’daqqa.

3. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistipula liema tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju jkunu jeħtieġu l-pubblikazzjoni minn qabel ta’ sejħa kompetittiva.

4. Il-ftehim ta’ għotja jkun jeħtieġ il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta’ rapporti tal-progress perjodikament fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni indiretta kkonċernata.

5. Fejn ikun xieraq, il-ftehim ta’ għotja jista’ jistipula li l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa bil-quddiem b’kull intenzjoni ta’ trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub lil parti terza.

6. Fejn ftehim ta’ għotja jkun jeħtieġ li l-parteċipanti jwettqu attivitajiet ta’ benefiċċju għal partijiet terzi, il-parteċipanti għandhom jirriklamaw dan b’mod wiesa’ u jidentifikaw, jevalwaw u jagħżlu l-partijiet terzi b’mod trasparenti, ġust u imparzjali. F’każ li hekk ikun stipulat fil-programm ta’ ħidma, il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tat-tali partijiet terzi. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li toġġezzjona għall-għażla tal-partijiet terzi.

7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mudell ta’ ftehim ta’ għotja f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

8. Il-mudell tal-ftehim ta’ għotja għandu jirrifletti l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tar-Riċerkaturi Ewropea u tal-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġgġ tar-Riċerkaturi.[10]. Dan għandu jndirizza, kif jixraq, is-sinerġiji ma’ l-edukazzjoni fil-livelli kollha; id-disponibbiltà u l-kapaċità li jrawwem id-djalogu u d-dibattitu dwar kwistjonijiet xjentifiċi u r-riżultati tar-riċerka ma’ pubbliku wiesa’ lil hinn mill-komunità tar-riċerka; u attivitajiet li jżidu s-sehem u r-rwol tan-nisa fir-riċerka; u attivitajiet li jindirizzaw aspetti soċjo-ekonomiċi tar-riċerka.

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ l-aċċess, l-użu u t-tixrid

1. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-aċċess, l-użu u t-tixrid, safejn dawn l-obbligi ma jkunux ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Għal dawn il-finijiet, dan ikun jeħtieġ il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta’ pjan għall-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub.

2. Il-ftehim ta’ għotja jista’ jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom il-parteċipanti jistgħu joġġezzjonaw għal verifika teknoloġika dwar l-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub li tkun qed titwettaq minn ċerti rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet dwar it-terminazzjoni

Il-ftehim ta’ għotja għandu jispeċifika r-raġunijiet tat-terminazzjoni tiegħu, għal kollox jew parzjalment, b’mod partikolari għal nuqqas ta’ konformità mar-Regolament, prestazzjoni fqira jew ksur kuntrattwali, kif ukoll il-konsegwenzi fuq il-parteċipanti ta’ xi vjolazzjoni min-naħa ta’ parteċipant ieħor.

Artikolu 21

Disposizzjonijiet speċifiċi

1. Fil-każ ta’ azzjonijiet indiretti għall-appoġġg ta’ infrastrutturi ta’ riċerka eżistenti u, fejn japplika, ta’ infrastrutturi ta’ riċerka ġodda, il-ftehim ta’ għotja jista’ jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-kunfidenzjalità, il-pubbliċità u d-drittijiet ta’ l-aċċess u l-impenji li jistgħu jolqtu lill-utenti ta’ l-infrastruttura.

2. Fil-każ ta’ azzjonijiet indiretti għall-appoġġ ta’ taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-ftehim jista’ jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-kunfidenzjalità, id-drittijiet ta’ l-aċċess u l-impenji relatati mar-riċerkaturi li jibbenefikaw mill-azzjoni.

3. Fil-każ ta’ azzjonijiet indiretti fil-qasam tar-riċerka dwar is-sikurezza u l-ispazju, il-ftehim ta’ għotja jista’ jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-konfidenzjalità, il-klassifikazzjoni tat-tagħrif, id-drittijiet ta’ l-aċċess, it-trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub u l-użu tiegħu.

Artikolu 22

Firma u approvazzjoni formali

Il-ftehim ta’ għotja għandu jidħol fis-seħħ mal-firma tal-koordinatur u tal-Kummissjoni.

Dan għandu japplika għal kull parteċipant li jkun approvah formalment.

SUBSEZZJONI 4 KONSORZJI

ARTIKOLU 23

Ftehimiet ta’ konsorzji

Għajr fejn ipprovdut mod ieħor fis-sejħa għall-proposti, l-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’azzjoni indiretta għandhom ifasslu ftehim, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-ftehim ta’ konsorzju”, biex jirregola dawn li ġejjin:

(a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju;

(b) id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità;

(c) regoli addizzjonali dwar arranġamenti li jirrigwardaw it-tixrid u l-użu inklużi drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, kif ikun xieraq;

(d) is-soluzzjoni ta’ tilwim intern.

Artikolu 24

Koordinatur

1. L-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’azzjoni indiretta għandhom jaħtru wieħed minn fosthom biex jagħmilha ta’ koordinatur ħalli jwettaq il-ħidmiet li ġejjin f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, u l-ftehim ta’ għotja:

(a) jiżgura li l-entitajiet legali identifikati fil-ftehim ta’ għotja jlestu l-formalitajiet meħtieġa għall-approvazzjoni formali tal-ftehim ta’ għotja, kif stipulati fih;

(b) jirċievi l-kontribut finanzjarju tal-Komunità u jagħmel id-distribuzzjoni;

(c) iżomm il-kontijiet finanzjarji fl-ordni, iżomm ir-rekords u jinforma lill-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità f’konformità ma’ l-Artikolu 35;

(d) jiżgura l-komunikazzjoni effiċjenti u korretta bejn il-parteċipanti u l-Kummissjoni.

2. Il-koordinatur għandu jkun identifikat fil-ftehim ta’ għotja.

Il-ħatra ta’ koordinatur ġdid teħtieġ l-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.

Artikolu 25

Bidliet fil-konsorzju

1. Il-parteċipanti f’azzjoni indiretta jistgħu jipproponu ż-żieda ta’ parteċipant ġdid jew it-tneħħija ta’ parteċipant eżistenti.

2. Kull entità legali li tissieħeb f’azzjoni li tkun għaddejja għandha tapprova formalment il-ftehim ta’ għotja.

3. Fejn huwa pprovdut fil-ftehim ta’ għotja, il-konsorzju għandu jippubblika sejħa kompetittiva u jirriklamaha b’mod wiesa’ bl-użu ta’ sostenn ta’ informazzjoni speċifika, partikolarment is-siti ta’ l-Internet dwar is-Seba’ programm ta’ qafas, u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati għall-informazzjoni u s-sostenn.

Il-konsorzju għandu jevalwa l-offerti fid-dawl tal-kriterji li jkunu rregolaw l-azzjoni inizjali u bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti maħtura mill-konsorzju, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 14 u 16, rispettivament.

4. Il-konsorzju għandu jinnotifika b’kull bidla li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li tista’ toġġezzjona fi żmien 45 jum min-notifika.

Bidliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju marbuta mal-proposti għal bidliet oħrajn fil-ftehim ta’ għotja li mhumiex relatati direttament mal-bidla fil-kompożizzjoni huma suġġetti għall-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.

SUBSEZZJONI 5MONITORAġġ TA’ PROGRAMMI U AZZJONIJIET INDIRETTI U L-KOMUNIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI

Artikolu 26

Sorveljanza

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet indiretti abbażi ta’ rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati skond l-Artikolu 18(4).

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub, ippreżentat skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(1). Għal dawk il-finijiet, il-Kummissjoni tista’ tkun megħjuna minn esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16.

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja s-Seba’ Programm ta’ Qafas, il-programmi speċifiċi tiegħu, fejn hu xieraq, programmi ta’ qafas preċedenti, bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16. Barra minn hekk, din tista’ twaqqaf gruppi ta’ esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16, biex jagħtu pariri dwar l-implimentazzjoni tal-politika tar-riċerka tal-Komunità.

Artikolu 27

It-tagħrif li għandu jsir disponibbli

1. Meta tintalab, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ kull Stat Membru jew pajjiż Assoċjat kull tagħrif utli fil-pussess tagħha dwar it-tagħrif miksub li joħroġ mill-ħidma mwettqa fil-kuntest ta’ azzjoni indiretta, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tagħrif ikkonċernat huwa rilevanti għall-politika pubblika;

(b) il-parteċipanti ma jkunux ġabu raġunijiet sodi u biżżejjed biex jinżamm l-għoti ta’ l-informazzjoni kkonċernata.

2. Taħt l-ebda ċirkostanza m’għandu l-għoti ta’ l-informazzjoni skond il-paragrafu 1 jitqies li jkun qed jittrasferixxi lir-reċipjent xi drittijiet jew obbligi tal-Kummissjoni jew tal-parteċipanti.

Madankollu, ir-reċipjent għandu jittratta kull tagħrif bħal dan bħala konfidenzjali sakemm ma jsirx pubbliku jew ma jagħmluhx disponibbli pubblikament il-parteċipanti, jew sakemm ma jkunx ġie kkomunikat lill-Kummissjoni mingħajr restrizzjonijiet dwar il-konfidenzjalità tiegħu.

Sezzjoni 3 KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA KOMUNITARJA

SUBSEZZJONI 1 ELIġIBBILTÀ GħALL-IFFINANZJAR U FOROM TA’ GħOTJIET

Artikolu 28

Eliġibbiltà għall-iffinanzjar

1. Fejn xi waħda mill-entitajiet legali li ġejjin tieħu sehem f’azzjoni indiretta, din tista’ tirċievi kontribut finanzjarju mill-Komunità:

(a) kull entità legali mwaqqfa fi Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, jew maħluqa taħt il-liġi Komunitarja,

(b) kull organizzazzjoni internazzjonali b’interessi Ewropej,

2. Fil-każ ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tkun qed tieħu sehem, barra xi organizzazzjoni internazzjonali b’interessi Ewropej, jew entità legali mwaqqfa f’pajjiż terz, jista’ jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità sakemm tigi ssodisfata minn ta’ l-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) issir dispożizzjoni għal dak il-għan fil-programmi speċifiċi jew fil-programm ta’ ħidma rilevanti,

(b) tkun essenzjali għat-twettiq ta’ l-azzjoni indiretta,

(c) ikun hemm dispożizzjonijiet dwar it-tali ffinanzjar fi ftehim bilaterali xjentifiku u teknoloġiku jew xi ftehim ieħor bejn il-Komunità u l-pajjiż li fih l-entità legali hija mwaqqfa.

Artikolu 29

Forom ta’ għotjiet

1. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-għotjiet identifikati fil-parti (a) ta’ l-Anness II għas-Seba’ Programm ta’ Qafas għandu jissejjes fuq ir-rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli.

Madankollu, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jieħu s-sura ta’ ffinanzjar b’rata fissa, inkluż iffinanzjar permezz ta’ skala ta’ spejjeż kull unità, jew somma f’daqqa, jew jista’ jkun taħlita ta’ rimborż ta’ l-spejjeż eliġibbli ma’ rati fissi u somom f’daqqa. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jieħu wkoll is-sura ta’ boroż ta’ studju jew premjijiet.

2. Filwaqt li l-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jiġi kkalkulat b’referenza għall-ispiża totali ta’ l-azzjoni indiretta, dan għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż rappurtati ta’ kull parteċipant.

Artikolu 30

Rimborż ta’ l-spejjeż eliġibbli

1. L-għotjiet għandhom ikunu kofinanzjati mill-parteċipanti.

Biex isir rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità m’għandux iwassal għal profitt.

2. Xi dħul għandu jkun ikkunsidrat għall-ħlas ta’ l-għotja fi tmiem l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni.

3. Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, l-ispejjeż li jsiru għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni indiretta għandhom jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) iridu jkunu attwali;

(b) għandhom ikunu saru tul il-perjodu ta’ l-azzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapporti finali fejn ikun sar provvediment għal dan fil-ftehim ta’ l-għotja;

(c) għandhom ikunu ġew determinati skond il-prinċipji u l-prassi normali tal-kontabbiltà u l-amministrazzjoni tal-parteċipant u użati għall-iskop waħdieni li jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-azzjoni indiretta u r-riżultati mistennija minnha, b’mod konsistenti mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività;

(d) għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-parteċipant u mħallsa u, fil-każ ta’ xi kontribut minn partijiet terzi, għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-partijiet terzi;

(e) għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b’mod partikolari taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibbiltà ta’ telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta’ proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż tad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).

Għall-finijiet tal-punt (a), għall-persunal jistgħu jintużaw l-ispejjeż medji jekk dawn ikunu konsistenti mal-prinċipji ta’ l-amministrazzjoni u l-prassi tal-kontabbiltà tal-parteċipant u ma jvarjawx b’mod sinifikanti mill-ispejjeż attwali.

Artikolu 31

Spejjeż diretti eliġibbli u spejjeż indiretti eliġibbli

1. Spejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fi spejjeż li jistgħu jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa “spejjeż diretti eliġibbli” u, fejn japplikaw, fi spejjeż li ma jistgħux jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, imma li jkunu saru b’rabta diretta ma’ l-ispejjeż diretti eliġibbli attribwiti lill-azzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa “spejjeż indiretti eliġibbli”.

2. Biex jiġu koperti l-ispejjeż diretti eliġibbli, parteċcipant jista’ jagħżel li jieħu rata fissa għat-total ta’ l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu għas-sottokuntratti.

3. Il-ftehim ta’ għotja jista’ jipprovdi li r-rimborż ta’ spejjeż indiretti eliġibbli għandu jkun limitat għal persentaġgġ massimu ta’ l-ispejjeż diretti eliġibbli, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli għas-sottokuntratti, b’mod partikolari fil-każ ta’ l-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġgġ, u, fejn huwa xieraq, l-azzjonijiet ta’ taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.

Artikolu 32

L-ogħla limiti ta’ ffinanzjar

1. Għal attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

Madankollu, fil-każ ta’ korpi pubbliċi, istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja, organizzazzjonijiet tar-riċerka u SMEs, dan jista’ jilħaq massimu ta’ 75% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

2. Għal attivitajiet ta’ wiri, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

3. Għal attivitajiet appoġġjati minn azzjonijiet ta’ riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien, azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet ta’ taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 100% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

4. Għal ċertifikati ta’ ġestjoni u verifika, u attivitajiet oħra mhux koperti mill-paragrafi 1, 2 u 3, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 100% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

L-attivitajiet l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, inter alia, it-taħriġ fl-azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta’ ffinanzjar għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, koordinazzjoni, netwerking, u tixrid.

5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, għandhom jitqiesu l-ispejjeż eliġibbli wara t-tnaqqis tad-dħul sabiex ikun iddeterminat il-kontribut finanzjarju tal-Komunità.

6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, kif ikun xieraq, fil-każ ta’ azzjonijiet indiretti fejn jintuża ffinanzjar b’rata fissa jew iffinanzjar permezz ta’ somma f’daqqa għall-azzjoni indiretta kollha.

Artikolu 33

Rappurtaġġ u verifika ta’ spejjeż eliġibbli

1. Għandhom jitressqu rapporti perjodikament lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli, l-interessi finanzjarji li jkunu daħlu minn qabel l-iffinanzjar, u d-dħul relatat ma’ l-azzjoni indiretta kkonċernata u, fejn hu xieraq, jiġu ċċertifikati b’ċertifikat ta’ l-awditjar, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni.

L-eżistenza tal-kofinanzjar fir-rigward ta’ l-azzjoni kkonċernata għandha tiġi rrappurtata u, fejn hu xieraq, iċċertifikata fi tmiem l-azzjoni.

2. Fil-każ ta’ korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka, u istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja, ċertifikat ta’ verifika kif meħtieġ skond il-paragrafu 1 jista’ jsir minn uffiċjal pubbliku kompetenti.

Artikolu 34

Netwerks ta' Eċċellenza

1. Għajr fejn huwa stipulat mod ieħor fil-programm ta’ ħidma, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal Netwerks ta’ Eċcċellenza għandu jieħu sl-forma ta’ somma f’daqqa kkalkulata skond in-numru ta’ riċerkaturi li jridu jiġu integrati fin-Netwerk ta’ Eċċellenza u ż-żmien li tieħu l-azzjoni.

2. Il-valur ta’ l-unità għal somom imħallsa f’daqqa taħt il-paragrafu 1 għandu jkun ta’ EUR 23 500 fis-sena u għal kull riċerkatur.

L-ammont għandu jiġi aġġustat mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni.

3. Il-programm ta’ ħidma għandu jistabbilixxi n-numru massimu ta’ parteċipanti u, fejn huwa xieraq, in-numru massimu tar-riċerkaturi li jista’ jintuża bħala bażi tal-kalkolu tas-somma f’daqqa massima skond il-paragrafu 1. Madankollu, parteċipanti aktar mill-maxima li jistabbilixxu l-massimu tal-kontribut finanzjarju jistgħu jieħdu sehem skond kif ikun xieraq.

4. Il-ħlas ta’ somom f’daqqa taħt il-paragrafu 1 għandu jsir permezz ta’ ħlasijiet perjodiċi.

Dawk il-ħlasijiet perjodiċi għandhom isiru skond l-evalwazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt ta’ l-Attivitajiet permezz tal-kejl ta’ l-integrazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tar-riċerka msejjes fuq indikaturi tal-prestazzjoni nnegozjati mal-konsorzju u speċifikati fil-ftehim ta’ għotja.

SUBSEZZJONI 2 ĦLAS, DISTRIBUZZJONI, IRKUPRU U GARANZIJI

ARTIKOLU 35

Ħlas u distribuzzjoni

1. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jitħallas lill-parteċipanti permezz tal-koordinatur.

2. Il-koordinatur għandu jżomm rekords li jippermettu li jkun determinat f’kull ħin x’porzjon tal-fondi tal-Komunità jkun tqassam lil kull parteċipant.

Il-koordinatur għandu jgħaddi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni meta jintalab jagħmel dan.

Artikolu 36

L-irkupru

Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni dwar l-irkupru f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 37

Ammonti miżmuma għall-evitar tar-riskju

1. Skond il-livell tar-riskju marbut man-nuqqas ta’ rkupru ta’ somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni tista’ żżomm persentaġġ żgħir tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità lil kull parteċipant f’azzjoni indiretta sabiex tkopri xi ammonti dovuti minn parteċipanti f’azzjonijiet indiretti u li jonqsu li jirrimborżaw.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal dawn li ġejjin:

(a) korpi pubbliċi, entitajiet legali li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni indiretta hija ggarantita minn Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, u istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja;

(b) xi azzjonijiet li jappoġġaw it-taħhriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.

Kull wieħed mit-tipi ta’ parteċipant msemmija fil-punti (a) u (b) għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.

3. L-ammonti miżmuma jikkostitwixxu dħul assenjat lis-Seba’ Programm ta’ Qafas fit-tifsir ta’ l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju.

4. Fi tmiem il-programm ta’ qafas għandha ssir evalwazzjoni ta’ l-ammonti meħtieġa biex ikopru riskji pendenti. Kull somma li taqbeż dawn l-ammonti għandha titħallas lura lill-programm ta’ qafas u tkun jikkostitwixxu dħul imwarrab.

Kapitolu IIITixrid u użu, u drittijiet ta’ l-aċċess

Artikolu 38

Ir-regoli stipulati f’dan il-Kapitlu japplikaw bla ħsara għar-regoli speċifiċi għall-attivitajiet taħt il-qasam tematiku "Riċewrka fl-enerġija mill-fużjoni” stipulati fil-Kapitolu IV ta’ dan ir-regolament.

Sezzjoni 1 TAGħRIF MIKSUB

SUBSEZZJONI 1 SJIEDA

ARTIKOLU 39

Sjieda ta’ tagħrif miksub

1. It-tagħrif miksub għandu jkun il-proprjetà tal-Komunità fil-każijiet li ġejjin:

(a) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jikkonsistu f’xiri jew servizz suġġett għar-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi stipulati fir-Regolament Finanzjarju;

(b) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ relatati ma’ esperti indipendenti.

2. It-tagħrif miksub li joħroġ mill-ħidma mwettqa taħt l-azzjonijiet indiretti barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun il-proprjetà tal-parteċipanti li jkunu qed iwettqu l-ħidma li tipproduċi dak it-tagħrif miksub.

3. Jekk impjegati jew persunal ieħor li jaħdem għal parteċipant ikunu intitolati għal drittijiet fuq tagħrif miksub, il-parteċipant għandu jiżgura li jkun possibbli li dawk id-drittijiet jiġgu eżerċitati b’mod kompatibbli ma’ l-obbligi tiegħu taħt il-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 40

Sjieda konġunta ta’ tagħrif miksub

1. Fejn għadd ta’ parteċipanti jkunu wettqu ħidma flimkien li tiġġenera tagħrif miksub u fejn is-sehem rispettiv tagħhom ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, huma għandu jkollhom sjieda konġunta tat-tali tagħrif miksub.

2. Fejn ma jkunx ġie konkluż ftehim ta’ sjieda konġunta fir-rigward ta’ l-allokazzjoni u t-termini ta’ l-eżerċizzju tas-sjieda konġunta, kull wieħed mis-sidien konġunti għandu jkun intitolat li jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi, mingħajr ebda dritt ta’ subliċenzjar u jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandu jingħata avviż bil-quddiem lis-sidien konġunti l-oħra;

(b) għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.

Artikolu 41

Trasferiment ta’ tagħrif miksub

1. Fejn parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-tagħrif miksub, huwa għhandu jgħaddi l-obbligi tiegħu liċ-ċessjonarju, b’mod partikolari dawk dwar l-għoti tad-drittijiet ta’ l-aċċess, u t-tixrid u l-użu, f’konformità mal-ftehim ta’ għotja.

2. Suġġett għall-obbligi tiegħu rigward il-kunfidenzjalità, fejn il-parteċipant jeħtieġlu li jgħaddi d-drittijiet ta’ l-aċċess, huwa għandu javża bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni, flimkien ma’ informazzjoni biżżejjed dwar is-sid il-ġdid tat-tagħrif miksub biex jippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ l-aċċess tagħhom taħt il-ftehim ta’ għotja.

Madankollu, il-parteċipanti l-oħra jistgħu, permezz ta’ ftehim bil-miktub, jirrinunzjaw għad-dritt ta’ avviż individwali bil-quddiem fil-każ ta’ trasferimenti tas-sjieda minn parteċipant lil xi parti terza identifikata speċifikament.

3. Wara l-avviż skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-parteċipanti l-oħra jistgħu joġġezzjonaw għal kwalunkwe trasferiment ta’ sjieda għar-raġuni li tkun taffettwa ħażin id-drittijiet ta’ l-aċċess tagħhom.

Fejn il-parteċipanti l-oħra juru li d-drittijiet tagħhom ikunu se jiġu affettwati ħażin, it-trasferiment maħsub m’għandux iseħħ qabel jintlaħaq ftehim bejn il-parteċipanti kkonċernati.

4. Fejn hu f’loku, il-ftehim ta’ għotja jista’ jipprovdi, permezz ta’ kondizzjoni addizzjonali, li l-Kummissjoni tkun trid tiġi avżata minn qabel b’kull trasferiment maħsub ta’ sjieda lil parti terza.

Artikolu 42

Preservazzjoni tal-kompetittività Ewropea, l-interessi tad-difiża u l-prinċipji ta’ l-etika Ewropej

Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona għat-trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub, jew għall-għoti ta’ liċenzja esklussiva rigward it-tagħrif miksub, lil xi entità legali mwaqqfa f’pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba’ Programm ta’ Qafas, jekk tqis li dan mhuwiex konformi ma’ l-interessi ta’ l-iżvilupp tal-kompetittività ta’ l-ekonomija Ewropea jew li mhuwiex konsistenti mal-prinċipji ta’ l-etika. F’dawn il-każijiet, it-trasferiment tas-sjieda jew l-għoti ta’ liċenzja esklussiva m’għandux isir sakemm il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li twaqqfu s-salvagwardji xierqa.

SUBSEZZJONI 2 PROTEZZJONI, PUBBLIKAZZJONI, TIXRID U UżU

ARTIKOLU 43

Protezzjoni tat-tagħrif miksub

1. Fejn it-tagħrif miksub jista’ jiġi applikat fl-industrija u kummerċjalment, sidu għandu jipprovdi għat-tħaris adegwat u effettiv tiegħu f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti, u b’konsiderazzjoni mistħoqqa ta’ l-interessi leġittimi, partikolarment l-interessi kummerċjali tal-parteċipanti l-oħra fl-azzjoni indiretta kkonċernata.

Fejn parteċipant jinvoka interess leġittimu, huwa għandu, f’kull każ, juri li jkun se jsofri dannu kbir sproporzjonat.

2. Fejn sid it-tagħrif miksub ma jħarisx it-tagħrif miksub li jippossjedi, u ma jittrasferihx lil parteċipant ieħor skond l-Artikolu 41(1) u (2), ebda attivitajiet ta’ tixrid ma jistgħu jsiru qabel ma l-Kummissjoni tkun ġiet informata.

F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’, bil-kunsens tal-parteċipant ikkonċernat, tieħu f’idejha s-sjieda tat-tagħrif miksub u tadotta miżuri għall-ħarsien adegwat u effettiv tiegħu. Il-parteċipant ikkonċernat jista’ jirrifjuta l-kunsens biss jekk ikun kapaċi juri li l-interessi leġittimi tiegħu jkunu se jsofru dannu kbir sproporzjonat.

Artikolu 44

Dikjarazzjoni rigward is-sostenn finanzjarju tal-Komunità

Il-pubblikazzjonijiet kollha, l-applikazzjonijiet kollha għall-brevetti magħmula minn jew f’isem parteċipant, jew kull tixrid ieħor relatat ma’ tagħrif miksub, għandhom jinkludu dikjarazzjoni li t-tagħrif miksub ikkonċernat ġie prodott bl-għajnuna tas-sostenn finanzjarju tal-Komunità.

It-termini ta’ dik id-dikjarazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 45

Użu u tixrid

1. Il-parteċipanti għandhom jużaw it-tagħrif miksub li jippossjedu, jew jiżguraw li dan jintuża.

2. Kull parteċipant għandu jiżgura li t-tagħrif miksub li tiegħu huwa s-sid jixxerred malajr kemm jista’ jkun. Jekk jonqos milli jagħmel dan, il-Kummissjoni tista’ xxerred dak it-tagħrif miksub skond l-Artikolu 12.

3. Attivitajiet ta’ tixrid għandhom ikunu kompatibbli mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-konfidenzjalità, u l-interess leġittimu tas-sid tat-tagħrif miksub.

4. Avviż bil-quddiem dwar kull attività ta’ tixrid għandu jingħata lill-parteċipanti l-oħra kkonċernati.

Wara l-avviż, kull wieħed minn dawk il-parteċipanti jista’ joġġezzjona jekk huwa jqis li l-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tat-tagħrif miksub tiegħu jistgħu jsofru dannu kbir sproporzjonat. Fit-tali każijiet, l-attività ta’ tixrid ma tistax issir sakemm ma jittieħdux il-passi xierqa għas-salvagwardja ta’ dawk l-interessi leġittimi.

SEZZJONI 2DRITTIJIET TA’ L-AċċESS GħAL TAGħRIF EżISTENTI U TAGħRIF MIKSUB

Artikolu 46

It-tagħrif eżistenti kopert

Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu t-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-finijiet ta’ azzjoni indiretta fi ftehim bil-miktub u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu tagħrif eżistenti speċifiku.

Artikolu 47

Il-Prinċipji

1. It-talbiet kollha għad-drittijiet ta’ l-aċċess għandhom isiru bil-miktub.

2. Sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor mas-sid tat-tagħrif miksub jew it-tagħrif eżistenti, id-drittijiet ta’ l-aċċess ma jagħtu ebda dritt li jingħataw subliċenzji.

3. Liċenzji esklussivi għal tagħrif miksub jew tagħrif eżistenti jistgħu jingħataw, suġġetti għall-konferma bil-miktub mill-parteċipanti l-oħra kollha kkonċernati li huma jirrinunzjaw għad-drittijiet ta’ l-aċċess fuqu.

4. Bla ħsara għall-paragrafu 3, kull ftehim li jipprovdi drittijiet ta’ l-aċċess għal tagħrif miksub jew tagħrif eżistenti għal parteċipanti jew partijiet terzi għandu jkun tali li jiżgura li d-drittijiet ta’ l-aċċess potenzjali għall-parteċipanti l-oħra jinżamm.

5. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista’ jkun b’kull limitazzjoni għall-għoti ta’ drittijiet ta’ l-aċċess għal tagħrif eżistenti, jew b’kull restrizzjoni oħra li tista’ taffettwa b’mod sostanzjali l-għoti tad-drittijiet ta’ l-aċċess.

6. It-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tiegħu f’azzjoni indiretta m’għandha bl-ebda mod taffettwa l-obbligu ta’ dak il-parteċipant li jagħti drittijiet ta’ l-aċċess lill-bqija tal-parteċipanti fl-istess azzjoni taħt it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 48

Drittijiet ta’ l-aċċess għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti

1. Id-drittijiet ta’ l-aċċess għal tagħrif miksub għandhom jingħataw lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta, jekk dawn ikunu meħtieġa biex jippermettu lil dawk il-parteċipanti li jwettqu l-ħidma tagħhom taħt dik l-azzjoni indiretta.

It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw ħielsa mir- royalties .

2. Id-drittijiet ta’ l-aċċess għal tagħrif eżistenti għandhom jingħhataw lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta, jekk dawn ikunu meħtieġa biex jippermettu lil dawk il-parteċipanti li jwettqu l-ħidma tagħhom taħt dik l-azzjoni indiretta sakemm il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom.

It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw ħielsa mir-royalties, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mall-parteċipanti kollha qabel l-approvazzjoni formali għall-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 49

Id-drittijiet ta' access għall-użu

1. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif miksub, jekk dawn ikunu meħtieġa għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess.

It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw jew b’kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir- royalties .

2. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif eżistenti, jekk dan ikun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess kemm-il darba il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom.

It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw jew b’kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir- royalties .

3. Talba għad-drittijiet ta’ l-aċċess skond il-paragrafi 1 jew 2 tista’ ssir sa żmien sena wara xi waħda minn dawn l-eventwalitajiet:

(a) it-tmiem ta’ l-azzjoni indiretta ;

(b) it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-sid tat-tagħrif eżistenti jew tat-tagħrif miksub ikkonċernat.

Madankollu, il-parteċipanti kkonċernati jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta’ żmien differenti.

Kapitolu IV Specific Rules for Participation in activities under the thematic area “fusion energy research”

Artikolu 50

Ambitu

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda ma’ dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni: Fil-każ ta' xi konflitt bejn ir-regoli dikjarati f'dan il-Kapitolu u dawk dikjarati fil-Kapitoli II u III, ir-regoli dikjarati f'dan il-Kapitolu għandha japplikaw.

Artikolu 51

Implementation of Fusion Energy Research

Is-Seba’ Programm ta’ Qafas qed ikun implimentat ukoll skond ir-regoli dwar l-għajnuna statali, b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp..

(a) The Contracts of Association, concluded between the Community and Member States or Associated Third Countries or legal entities within Member States or Associated Third Countries;

(b) The European Fusion Development Agreement (EFDA), concluded between the Community and organisations in, or acting for, Member States and Associated Countries;

(c) The European Joint Undertaking for ITER, based on the provisions of Title II, Chapter 5 of the Treaty;

(d) International agreements relating to cooperation with third countries, or any legal entity which may be established by such an agreement, in particular the ITER Agreement;

(e) Any other multilateral agreement concluded between the Community and associated organisations, in particular the Agreement on Staff Mobility;

(f) Cost sharing actions to promote and contribute to fusion energy research with bodies in the Member States or the Countries associated with the Seventh Framework Programme in which there is no Contract of Association.

Artikolu 52

Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja

1. The Contracts of Association referred to in Article 51(a) and cost sharing actions referred to in Article 51(f) shall establish the rules relating to the Community financial contribution to the activities they cover.

The annual base rate for the Community financial contribution shall not exceed 20 % over the duration of the Seventh Framework Programme.

2. After consultation of the consultative committee for the fusion programme referred to in Article 7(2) of the specific programme (Euratom) for nuclear research and training activities under the Seventh Framework Programme, the Commission may finance:

(a) within the framework of the Contracts of Association at a rate not exceeding 40%: expenditure of specific co-operative projects between the Associates which have been recommended for priority support by the consultative committee and approved by the Commission; priority support will concentrate on actions of relevance to the ITER/DEMO, except in the case of projects which have already been awarded priority status during earlier framework programmes;

(b) actions carried out under the European Fusion Development Agreement including procurements or within the framework of the Joint Undertaking referred to in Article 51 (c);

(c) actions carried out under the Agreement on Staff Mobility.

3. In the case of projects and actions receiving a financial contribution according to paragraph (2) (a) or (b), all the legal entities referred to in Article 51(a) and (b) shall have the right to take part in the experiments carried out on the equipment concerned.

4. The Community financial contribution to actions carried out within the framework of an international cooperation agreement referred to in Article 51(d) shall be set out in accordance with the terms of such agreement or by any legal entity established by the agreement. The Community may manage its participation and its financial contribution to such an agreement through any appropriate legal entity.

Kapitolu V Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 53

Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi pubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU C , , p. .

[3] ĠU C , , p. .

[4] ĠU C , , p. .

[5] ĠU C , , p. .

[6] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[7] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

[8] Attwalment il-Qafas Komunitarju dwar l-Għajnuna Statali għar-Riċerka u l-Iżvilupp,ĠU C 45, 17.2.1996, p. 5.

[9] ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

[10] ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67.