52006DC0699

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-estensjoni tranżizzjonali u l-estensjoni tal-mandat tal- Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa fid-dawl ta’ reviżjoni ġenerali fil-ġejjieni ta’ l-istrutturi dwar it-theddid għas-saħħa fil-livell ta’ l-UE /* KUMM/2006/0699 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.11.2006

KUMM(2006)699 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

dwar l-estensjoni tranżizzjonali u l-estensjoni tal-mandat tal- Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa fid-dawl ta’ reviżjoni ġenerali fil-ġejjieni ta’ l-istrutturi dwar it-theddid għas-saħħa fil-livell ta’ l-UE

WERREJ

1. L-isfond 3

2. L-iskop u l-ambitu 4

3. Rwol il-Kumitat dwar is-Sigurtà tas-Saħħa fil-fażi tranżitorja sa l-2008 4

4. Mandat tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tas-Saħħa fil-fażi tranżitorja sa l-2008 5

5. Konklużjonijiet 6

1. L-ISFOND

Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) inħoloq mill-Kunsill fl-2001 fl-okkażjoni ta' diskussjoni wara l-attakki bioterroristiċi fl-Istati Uniti fejn kien rikonoxxut ir-rwol importanti ta' l-entitajiet pubbliċi tas-saħħa fl-isfida kontra l-bioterroriżmu. Il-Kumitat għandu r-responsabbiltà li jpartat tagħrif dwar theddid marbut mas-saħħa u biex jaqsam informazzjoni u esperjenza dwar it-tħejjija u pjani ta’ rispons u strateġiji dwar l-immaniġġjar ta’ kriżi. Ma’ dan, l-HSC jiżgura kommunikazzjoni rapida f’każ ta’ kriżijiet marbuta mas-saħħa, koordinazzjoni dwar it-tħejjija u rispons, ippjanar ta’ emerġenza fil-livell ta’ l-UE, u rispons ta’ l-Istati Membri. Il-membri ta' l-HSC ġew nominati mill-Ministri tas-Saħħa fl-aħħar ta’ l-2001.

Fl-2004, il-Kunsill irreveda l-attivitajiet ta' l-HSC, skond rapport mis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-mandat ta' l-HSC iġġedded biex jibqa' jappoġġja l-ħidma tal-Komunità fuq it-tħejjija għall-Influwenza

F’Ġunju 2005, Kumitat ta’ Ħidma ta' l-HSC iddiskuta l-ambitu u t-termini ta’ referenza possibbli tal-Kumitati, l-aktar fid-dawl li ċ-Ċentru Ewropew għal Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fi Stokkolma issa beda jaħdem, u identifika aktar attivitajiet, prijoritajiet u riżultati fuq il-bażi tad-dokument ta’ Strateġija dwar l-Ippjanar Ġeneriku ta’ Tħejjija għat-theddid tas-saħħa pubblika ta’ l-UE.

L-HSC stabbilixxa relazzjonijiet ma’:

- In-Netwerk tal-Komunità dwar il-mard li jittieħed[1], partikolarment ma' l-EWRS (Sistema ta’ Twissija minn Kmieni u ta' Risposta) u l-ESCON (il-Komponent tas-Sorveljanza Epidemjoloġika tan-Netwerk tal-Komunità”, attivitajiet ta’ sorveljanza u epidemjoloġiċi li issa huma mmaniġġjati miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

- Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC). L-ECDC jikkumplimenta l-attivitajiet tal-Komunità fis-saħħa pubblika billi jagħti pariri tekniċi u xjentifiċi u assessjar ta’ riskju. L-ECDC issa qed jaħdem għal kollox u mistenni jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku kontinwu lill-HSC.

Mindu twaqqaf fl-2001, ix-xogħol ta' l-HSC wassal, inter alia, għal adozzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fl-Unjoni Ewropea dwar it-tħejjija u ir-risposta għall-attakki bijoloġiċi u kimiċi(sigurtà tas-saħħa)[2] Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar it-tħejjija u r-rispons kontra l-influwenza pandemika fil-Komunità[3], u dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni dwar l-ippjanar ġeneriku ta’ tħejjija għal emergenzi ta’ saħħa pubblika f’livell ta’ l-UE[4].

2. L-ISKOP U L-AMBITU

Din il-komunikazzjoni tipproponi li testendi l-mandat tal-Kumitat tas-Sigurtà dwar is-Saħħa għat-tliet snin li ġejjin, kif ukoll tkabbar l-ambitu tagħha sakemm issir reviżjoni ġenerali tal-provvedimenti ġuridiċi kollha u ta’ l-arranġamenti l-oħra fl-oqsma tat-theddid għas-saħħa. Il-Kummissjoni qed tippjana li tressaq proposti xierqa matul l-2008, fosthom waħda dwar ir-reviżjoni tar-Regolament ta’ l-ECDC[5] Din ir-reviżjoni hija mmirata li toħloq qafas sod u koerenti li tkun magħmula mill-ECDC u n-Netwerk tal-Komunità dwar is-sorveljanza epidemjoloġika u kontroll ta’ mard li jittieħed u l-istrutturi t’appoġġ tagħhom. Bħala parti minn dan il-proċess, ir-responsabiltajiet ta' l-ECDC u l-kooperazzjoni tagħha ma' l-HSC ukoll għandu jiġi rivedut, ibbażat fuq l-esperjenza miksuba mill-perjodu tranżizzjonali.

Dawn il-kwistjonijiet iridu jiġu eżaminati bħala parti minn din ir-reviżjoni:

- Kif jiġu indirizzati theddidiet għas-saħħa li m’humiex ikkawżati minn aġenti bijoloġiċi (kimiċi, ambjentali, radju-nukleari, kemm jekk naturali u kemm kaġunati mill-bniedem)

- Aktar żvilupp fl-inter-operabilità fit-tħejjija u r-rispons kontra theddid għas-saħħa

- Proċeduri biex tiġi żgurata komunikazzjoni koordinata lill-pubbliku, b’mod partikolari waqt emerġenzi għas-saħħa

- Li tiġi żgurata kumplimentarità sħiħa tal-gruppi kollha ta’ esperti u tal-kumitati li jaħdmu fil-qasam tat-theddid kontra s-saħħa, kemm taħt il-Kummissjoni kif ukoll l-ECDC

- Jiġu stabbiliti proċeduri koerenti għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u gwida dwar theddid għas-saħħa

- Operazzjoni integrata tas-sistemi eżistenti ta’ twissija ta’ malajr fil-qasam tat-theddid tas-saħħa, billi wieħed iqis is-sistema ta’ notifika li trid tiġi stabbilita skond l-Art. 29 (i) tad-Direttiva 2002/98/KE (Proċedura tal-Komunità għan-notifika ta’ reazzjonijiet u avvenimenti serji u ta’ dannu u l-format ta’ notifika relatat mad-demm uman u l-komponenti tad-demm)

- Jitqies il-proċess attwali ta’ implimentazzjoni tar-Regoli Internazzjonali riveduti dwar is-Saħħa tad-WHO.

- Kienu xierqa possibiltajiet għall-osservaturi minn pajjiżi terzi u ġirien biex jattendu laqgħat rileventi

3. Rwol il-Kumitat dwar is-Sigurtà tas- SAħħA FIL-FAżI TRANżITORJA SA L-2008

L-eżami ġenerali ta’ l-istrutturi fil-qasam tat-theddid għas-saħħa se jieħu ż-żmien, b’mod partikolari biex titqies l-evalwazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-ECDC li huma ppjanati li jitlestew fl-2008. Madanakollu, il-mandat ta' l-HSC għandu jiġi rivedut issa biex ikopri il-perjodu interim.

Il-funzjonijiet ewlenin ta' l-HSC huma tnejn: l-istat ta’ tħejjija u l-immaniġġjar tat-theddid. L-ewwel waħda hija forum dwar l-istat ta’ tħejjija, li jitlaqqa’ regolarment, u t-tieni hija forum tas-saħħa pro-attiv dwar il-koordinazzjoni waqt il-kriżi, il-bdil ta’ informazzjoni u ta’ pariri, li jaħdem fuq il-post fi żmien ta’ kriżi, partikolarment meta jkun hemm bżonn ta’ koordinazzjoni fi kwistjonijiet intersettorali jew ta’ sigurtà (i.e. azzjoni sinifikanti tmur lil hinn mis-settur tas-saħħa). L-HSC jiffaċilita l-politika koordinata tat-teħid ta’ deċiżjonijiet bejn l-Istati Membri u f’livell ta' l-UE dwar kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu. Dan jinkludi t-tqegħid lill-proċess ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tad-WHO kif mfassla fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa[6].

L-istat ta' preparazzjoni: il-Komunikazzjoni dwar l-Ippjanar ta’ Tħejjija Ġenerika u l-pjan dwar l-Influwenza ta' l-UE jisħqu fuq l-importanza ta' l-istat tal-preparazzjoni. Din trid tindirizza theddid ewlieni għas-saħħa u għas-soċjetà, ikkawżati minn avvenimenti bijoloġiċi, kimiċi, radju-nukleari u ambjentali kemm jekk iseħħu b'mod deliberat, b’mod naturali jew aċċidentali. L-HSC jistħarreġ il-parir xjentifiku u tekniku provdut, inter alia , mill-aġenziji ta' l-UE fil-kuntest ta’ l-implikazzjonijiet politiċi, soċjali u ekonomiċi għal kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika. Fil-kuntest ta’ tħejjija għall-influwenza, l-ECDC jkompli jipprovdi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet b’pariri xjentifiċi u appoġġ sabiex ikun hemm tħejjija aħjar f’livell Nazzjonali u Komunitarju. Il-Kumitat jeżamina u jikkoordina l-bdil ta’ informazzjoni dwar miżuri li għandhom jiġu implimentati f’livell nazzjonali fejn għandu x’jaqsam l-impatt supranazzjonali tagħhom.

Immaniġġjar ta’ theddid u kriżi: il-membri tal-kumitat ipartu informazzjoni dwar theddid għas-saħħa biex jiżguraw komunikazzjoni ta’ malajr f’każ ta’ kriżijiet ewlenin marbuta mas-saħħa, jagħtu pariri dwar it-tħejjija u r-rispons kif ukoll dwar ippjanar ta’ emerġenza koordinat f’livell ta' l-UE. Dan jinkludi l-qsim u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni, koordinazzjoni ta’ bdil ta’ informazzjoni dwar rispons u miżuri marbuta mas-saħħa mill-Istati Membri u koordinazzjoni u kooperazzjoni fl-Ewropa, fejn din il-koordinazzjoni ma tkunx provduta min-Netwerk tal-Komunità għall-mard li jittieħed. Se jinħolqu proċeduri operazzjonali biex jiżguraw tali koordinazzjoni u appoġġ xjentifiku f’waqtu mill-ECDC fi żmien ta’ kriżi.

4. Mandat tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tas-Saħħa fil-fażi tranżitorja sa l-2008

Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) jipprovdi forum għal rappreżentanti f’livell għoli ta' l-Istati Membri biex jikkoordina u jagħti pariri dwar għażliet u deċiżjonijiet biex jiġu adottati jew mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni jew mill-Istat Membru fit-tħejjija u r-rispons għat-theddid ewlieni għas-saħħa u biex jaġixxi bħala post fejn jiltaqgħu l-atturi differenti f’livell Ewropew. L-HSC jipprovdi forum f’livell Ewropew li jikkoordina informazzjoni dwar modi intersettorali u kwistjonijiet ta’ sigurtà u ta’ saħħa lejn miżuri koordinati f’livell nazzjonali.

L-HSC jikkontribwixxi għat-titjib ta' l-immaniġġjar, f’livell tal-Komunità u ta' l-Istati Membri, ta’ riskji għas-saħħa, theddid u kriżi, billi jindirizza mistoqsijiet multi-settorali u interdixxiplinarji.Huwa jipproponi l-aħjar soluzzjonijiet, b’mod li jiffoka fuq ix-xogħol ta’ tħejjija għal theddid kimiku, bijoloġiku u radju-nukleari (CBRN) u theddid ewlieni għas-saħħa bħall-influwenza pandemika u jkompli bix-xogħol fuq l-ippjanar ta’ tħejjija ġenerika.

L-HSC jipprovdi lok fejn jiltaqgħu rappreżentanti ta' l-Istati Membri meta jkun hemm bżonn t’azzjoni li taqbeż ir-rispons regolari għal tifqigħa żgurat mill-awtoritajiet ta' l-EWRS kif prevista fid-Deċiżjoni 2119/98 minħabba n-natura multi-settorali tagħha jew minħabba konsegwenzi politici u ekonomiċi ewlenin.

L-HSC huwa magħmul minn rappreżentanti għolja tal-Ministeri tas-Saħħa ta' l-Istati Membri ta' l-UE awtorizzati biex jieħdu deċiżjonijiet koordinati u marbuta fir-rispett għall-ippjanar ta’ tħejjija u rispons kontra theddid ewlieni għas-saħħa.

Sħubija fil-Kumitat hija ristretta għal rappreżentant wieħed u d-deputat tiegħu jew tagħha għal kull Stat Membru.In-nomini mill-Ministri tas-Saħħa għandhom ikunu indirizzati lid-Direttur-Ġenerali għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur fil-Kummissjoni Ewropea. L-ECDC u l-EMEA huma rappreżentati. Rappreżentanti ta' l-Istati Membri li se jissieħbu, tad-WHO, tal-pajjizi taż-ŻEE u ta' l-Iżvizzera huma mistiedna jipparteċipaw bħala osservaturi f’diskussjonijiet mhux ristretti. Awtorizzazzjoni ta’ sigurtà hija neċessarja għas-sħubija.

L-HSC jista’ jiddelega xogħol preċiż jew oqsma ta’ xogħol lill-gruppi ta’ ħidma magħmula mill-membri tiegħu. Jistgħu jiġu mistiedna esperti għal-laqgħat. Il-Kumitat jiftiehem dwar proċeduri ta’ ħidma u metodi ta’ ħidma għal Kumitat u gruppi ta’ ħidma tiegħu.

5. Konklużjonijiet

Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill biex jadotta konklużjonijiet li japprovaw il-mandat tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa kif imfisser hawn fuq fis-sezzjoni 4 u jkomplu bil-kooperazzjoni eżisteni mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa fuq dik il-bażi.

[1] Stabbillit mill-Parlament Ewropew u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2119/98/KE

[2] COM(2003) 320 finali

[3] COM(2005) 607 finali

[4] COM (2005) 605 finali

[5] Regolament (KE) 851/2004 tal-Parlament Eewropew u tal-Kunsill

[6] COM(2006) 552 finali