52006DC0681

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar ir-rata ta' kontribuzzjoni għall-iskema ta' pensjonijiet għall-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej {SEC(2006)1441} /* KUMM/2006/0681 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 14.11.2006

KUMM(2006) 681 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

dwar ir-rata ta' kontribuzzjoni għall-iskema ta' pensjonijiet għall-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej {SEC(2006)1441}

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

dwar ir-rata ta' kontribuzzjoni għall-iskema ta' pensjonijiet għall-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej

Skond l-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Persunal, kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill verżjoni aġġornata tal-valutazzjoni attwarjali ta’ l-iskema tal-pensjonijiet, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 1(2) ta’ l-Anness XII. Fejn jintwera li hemm qabża ta' mill-anqas 0.25 punti bejn ir-rata tal-kontribuzzjoni applikata bħalissa u r-rata meħtieġa biex jinżamm il-bilanċ attwarjali, il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ir-rata għandhiex tiġi adattata.

Il-Eurostat wettqet studju ta’ l-iskema skond l-Artikolu 13 ta’ l-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal li jistabbilixxi r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa biex jinżamm bilanċ attwarjali għal 10.4%. Ir-rata ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ hija ta’ 10.25. Għalhekk, id-differenza hija ta’ 0.15 u din hija taħt il-limitu indikat fl-Artikolu 83a.

B’hekk, il-Kummissjoni għal din is-sena mhix ser tippreżenta proposta li taġġusta r-rata ta' kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej.