Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+) /* KUMM/2006/0355 finali - COD 2004/0218 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 28.6.2006 KUMM(2006) 355 finali 2004/0218 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta' regolament tal-parlament ewropew u tal-kunsill dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+) 2004/0218 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta' regolament tal-parlament ewropew u tal-kunsill dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+) 1. SFOND - Fid-29 ta’ Settembru 2004 il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1] dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (Life+) għall-adozzjoni permezz tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni kif stabbilit fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE. - Il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew taw l-Opinjonijiet tagħhom f’April 2005. - Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu ma’ l-ewwel qari fis-7 ta’ Lulju 2005. - Il-Kunsill adotta ftehim politiku parzjali fit-2 ta’ Diċembru 2005. - Il-Kummissjoni adottat proposta emendata fl-24 ta' Mejju 2006[2]. - Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu fis-27 ta' Ġunju 2006. 2. L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni Ir-Regolament propost huwa wieħed minn ħafna marbuta mal-qafas finanzjarju għall-2007 sa’ l-2013, iżda huwa l-unika proposta speċifika għall-ambjent. L-għan tiegħu huwa li : - jipprovdi appoġġ speċifiku fil-livell Komunitarju għal miżuri u proġetti b’valur miżjud Ewropew għall-implimentazzjoni, l-aġġornament u l-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Komunità, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tas-sitt Programm ta’ Azzjoni Komunitarju dwar l-Ambjent (waqt li l-iffinanzjar għall-investimenti u l-miżuri ta’ ġestjoni għall-benefiċċju ta’ l-ambjent ġeneralment ikunu disponibbli permezz ta’ strumenti finanzjarji oħra); kif ukoll - biex jieħu post numru ta’ programmi eżistenti (filwaqt li xi elementi tar-reġim attwali LIFE jiġu integrati fi strumenti finanzjarji oħra). L-għan ta’ din "l-istrateġija integrata" huwa li tipprovdi iktar opportunitajiet għall-kofinanzjament, biex tħeġġeġ it-tiswir tal-politka b'mod konġunt u li tgħin biex il-finanzjament jiġi jirrifletti l-prijoritajiet nazzjonali u reġjonali. 3. Kummenti dwar il-pożizzjoni komuni 3.1. Kummenti ġenerali Fis-seduta plenarja tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2005, il-Parlament Ewropew adotta 37-il emenda (u waħda parzjalment), minn fost l-44 li tressqu. Mis-37 emenda (u waħda parzjalment), 4 kienu aċċettabbli għall-Kummissjoni, fil-prinċipju jew parzjalment, għax iċċaraw jew tejbu l-proposta oriġinali. Il-pożizzjoni komuni temenda l-proposta tal-Kummissjoni billi : - tinkludi komponent speċifiku fir-rigward tan-natura u l-bijodiversità; - tiddefinixxi b’mod iktar ċar il-kunċett tal-valur miżjud Ewropew; - tiċċara r-rwol ta’ l-Istati Membri, l-aġenziji nazzjonali u l-Kummissjoni fl-ippjanar tal-programm u l-mekkaniżmi operattivi; u, - tfassal baġit għall-programm. 3.2. Kummenti dettaljati Wara xogħol mill-Kunsill u, speċifikament, il-konklużjonijiet mill-ftehim politiku parzjali tat-2 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni setgħet taċċetta, jew verbatim jew fil-prinċipju, numru ikbar ta’ emendi. 3.2.1. Emendi Parlamentari aċċettati mill-Kummissjoni u inkorporati għal kollox, parzjalment jew fil-prinċipju fil-pożizzjoni komuni L-emendi li ġejjin ġew aċċettati għal kollox jew parzjalment : - 12, 15 (parti), 34 u 42 jiġifieri l-abbozz ta' l-Artikolu 3 dwar il-kriterji ta’ eliġibilità u speċifikament dawk marbuta mal-valur miżjud Ewropew, kif ukoll komponent dwar in-natura u l- bijodiversità, huma inklużi fil-pożizzjoni komuni; - 26 dwar garanziji għan-natura u l-bijodiversità u 44 sakemm l-anness 2 tal-proposta tal-Kummissjoni ikun ġie mħassar; - L-Artikolu 5 huwa konsistenti ma’ l-emenda 34 minħabba li r-rata massima ta’ kofinanzjament hija stabbilita u hija parzjalment konsistenti mat-13 fil-fatt li tippermetti rata ogħla għal ċerti proġetti tan-natura; - Il-komplimentarjetà hija inkluża fil-pożizzjoni komuni (l-Artikolu 10) u għalhekk hija l-għan ta' l-emenda 23. L-emenda 27 titqies fir-rigward tal-kontrolli ta’ monitoraġġ mill-Kummissjoni; - 36 għall-finanzjament lil NGO billi għad hemm il-bżonn li jiġi pprovdut finanzjament f' livell Ewropew għal ċerti NGOs; - 14 għax l-Artikolu 6 jagħmilha ċara li LIFE+ jista’ jiffinanzja l-miżuri transnazzjonali, u 16 li jagħti lill-Istati Membri l-flessibilità li jqisu l-prijoritajiet nazzjonali u reġjonali; - Hemm konsistenza wiesgħa ma' l-emenda 29 li tiżgura li d-deċiżjonijiet kollha ewlenija jkunu suġġetti għal proċedura tal-komitoloġija; - L-evalwazzjoni u l-attivitajiet ta’ segwitu huma inklużi permezz ta’ l-emendi 19, 32 u 33;; - 9 u 24 huma inklużi fil-premessi għall-abbozz tar-Regolament; 3.2.2. Emendi Parlamentari rrifjutati mill-Kummissjoni u mill-Kunsill u mhux inkorporati fil-pożizzjoni komuni L-emendi li ġejjin ma ġewx aċċettati għal kollox jew parzjalment : - 43 fir-rigward tal-proposta tal-Parlament għal baġit miżjud minħabba li l-figura attwali tal-baġit tifforma parti mill-perspettivi finanzjarji miftiehma; - 21 minħabba li lista ta’ benefiċjarji possibbli tista’ tkun restrittiva u jeħtieġ li l-programm ikun flessibbli kemm jista' jkun. - 15 (parti), 17, 18 u 37 (parti) bħala proċedura ta’ kodeċiżjoni fir-rigward li l-programm multi-annwali ikun eċċessiv f’termini ta’ ħin; - 28, 30 u 31 minħabba li jiddevjaw mill-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni 1999/468/KE; - 20 għax il-Kummissjoni ma tistax tiżgura l-implimentazzjoni tar-rekwiżit fuq il-ħolqien tax-xogħol; - 1-8 minħabba li dawn il-premessi mhumiex meħtieġa biex jimmotivaw it-test - 11 fir-rigward ta’ l-għan ġenerali tar-Regolament. 4. Konklużjoni Il-bidliet introdotti mill-Kunsill jgħinu biex jiċċaraw il-proposta tal-Kummissjoni speċjalment fir-rigward ta’ definizzjoni iktar ċara tal-valur miżjud Ewropew u l-iċċarar tar-rwol ta’l-Istati Membri, l-aġenziji nazzjonali u l-Kummissjoni fl-ippjanar tal-programm u l-mekkaniżmi operattivi. Il-Kummissjoni għalhekk tappoġġja l-Pożizzjoni Komuni adottata fis-27 ta’ Ġunju 2006 permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata; il-Kummissjoni tieħu nota wkoll tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar il-modifika tal-baġit tal-programm waqt it-tieni qari. [1] COM (2004) 621 finali (2004/0218(COD)). [2] COM(2006) 239 finali.