[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 29.6.2006 KUMM(2006) 349 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona:Il-finanzjament tat-tkabbir ta’ l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (IŻDM) – Żieda tal-Valur Ewropew{SEG(2006) 841}{SEG(2006) 842}{SEG(2006) 856} KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona:Il-finanzjament tat-tkabbir ta’ l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (IŻDM) – Żieda tal-Valur Ewropew WERREJ 1. Appoġġ għall-proċess ta’ Liżbona 3 2. Ambjent aħjar għal investiment b’riskju ta’ kapital 4 3. Iktar self lil SMEs bi bdil ma’ kreditu 7 4. L-għajnuna ta’ l-UE għall-finanzjament ta’ l-SMEs 8 5. Amministrazzjoni aħjar fil-livell nazzjonali 10 6. Konklużjonijiet 11 1. APPOġġ GħALL-PROċESS TA’ LIżBONA L-isħubija għat-tkabbir u l-impjiegi hija l-iktar politika li l-Kummissjoni Ewropea hija kburija biha. Is-suċċess tagħha jiddependi fuq kemm l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (l-SMEs) Ewropej jilħqu l-potenzjal tagħhom, għax huma importanti ħafna biex irawmu l-ispirtu ta’ intrapriża, kompetizzjoni u innovazzjoni li jwassal għal tkabbir u żvilupp sostenibbli. Barra minn hekk, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa 2006 saħqu li suq finanzjarju kompletament integrat u aċċess suffiċjenti għal finanzjament huma importanti ħafna għat-tkabbir ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Il-proċess ta’ Liżbona joffri qafas li fih jista’ jittejjeb l-aċċess għal finanzjament, permezz ta' riformi f'livelli nazzjonali u ta' l-UE. Dan it-titjib huwa meħtieġ minkejja l-fatt li f’bosta Stati Membri diġà jinsabu l-karatteristiċi ta’ ambjent eċċellenti għal finanzjament ta' l-SMEs. Fil-klassifika ppublikata dan l-aħħar li turi l-20 pajjiż bl-aħjar aċċess għal kapital, nofshom huma Stati Membri[1]. Waħda mill-isfidi ewlenin għalhekk hija li tifrex prattiċi tajbin madwar l-UE. Id-diversità ta’ l-SMEs Ewropej hija importanti sabiex jittejjeb l-aċċess għal finanzjament. Id-differenza tagħhom hija kemm fir-rigward tal-kultura u kemm fir-rigward ta’ kif jiġġeddu. Xi wħud minnhom jipprovdu l-aħħar teknoloġija, waqt li oħrajn jaddattaw bil-mod il-proċessi u l-prodotti jew jiżviluppaw strateġiji ġodda ta' kummerċ. Oħrajn ma jiġġeddu kważi xejn, iżda s-sehem tagħhom lis-soċjetà huwa indispensabbli. Din id-diversità tfisser li jeżistu ħtiġijiet differenti ta’ finanzjament għal SMEs individwali. Toħloq ukoll il-potenzjal li Stati Membri jtejbu l-politiki tagħhom billi jitgħallmu prattiċi tajbin minn xulxin, u b'hekk l-aċċess isir eħfef għal finanzjament b'riskju għall-kapital u self bi bdil ma’ kreditu. L-Ewropa trid taħdem fuq l-aċċesibiltà għal finanzjament b’riskju għal kapital għal SMEs b’potenzjal għoli ta’ tkabbir. Wara tnaqqis sostanzjali minn €4.2 biljuni fl-2001 bħala riżultat tat-tnaqqis f’daqqa fil-valur tat-teknoloġija li kien dejjem qed jiżdied, l-investiment Ewropew permezz ta’ self bi bdil ma’ kreditu f’kumpaniji li għadhom mingħajr qligħ waqaf f’madwar €2 biljun. Jekk iż-żieda fin-numru ta’ investimenti f’kumpaniji fil-fażi ta’ tkabbir tagħhom mill-2004 ’l hawn tagħti lok għal xi inkoraġġiment, is-swieq ta’ l-ishma Ewropej jidhru li qed jonqsu li jipprovdu passaġġ għall-istadju li jmiss għal numru kbir ta’ kumpaniji li rnexxew u li t-tkabbir kontinwu tagħhom hu tant importanti għall-UE. Stħarriġ riċenti[2] wera li 14 fil-mija tat-23 miljun SME rreġistrati fl-Unjoni Ewropea għandhom bżonn ta’ aċċess aħjar għal finanzjament permezz ta' self bi bdil ma' kreditu, għaliex xorta jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet meta jkunu ser ifittxu self jew self żgħir ( microcredit ) għall-proġett tagħhom li jmiss. Fuq il-lat tad-domanda, ħafna imprendituri għandhom bżonn direzzjoni dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ forom alternattivi ta’ finanzjament u kif l-aħjar jippreżentaw il-proġetti ta’ investiment lill-finanziera tagħhom. Programmi li jħejju għal investiment, ukoll, għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar prattiċi Ewropej. Kumplessivament, l-Ewropa għandha bżonn tiżviluppa attitudni fejn kemm l-impredituri u kemm il-finanziera juru iktar ir-rieda li jieħdu u jaqsmu r-riskju. Huwa importanti ħafna li tissolva din il-problema, għaliex l-SMEs huma sorsi essenzjali ta’ tiġdid u ħolqien ta’ impjiegi, li jiġġeneraw it-tkabbir Ewropew, li l-attivitajiet tagħhom jippromwovu bidla u iktar ġid għall-Ewropa kollha. B’mod li jikkumplementa l-Komunikazzjoni dwar politiki moderni ta’ l-SMEs, din il-Komunikazzjoni tippreżenta sett ta' azzjonijiet dwar il-finanzjament ta' SMEs innovattivi. Hija bbażata fuq ix-xogħol tal-Kummissjoni sabiex ittejjeb it-tħaddim tas-suq uniku, tkattar investiment fir-riċerka u l-kummerċjalizzazzjoni tagħha, u fuq il-Komunikazzjonijiet ta' qabel dwar l-aċċess ta' l-SMEs għall-finanzjament. 2. AMBJENT AħJAR GħAL INVESTIMENT B’RISKJU TA’ KAPITAL Il-futur tal-kompetittività Ewropea jiddependi fuq suq finanzjarju integrat, miftuħ, u kompetittiv li jkopri wkoll kapital ta’ riskju, u b’mod partikolari, dik il-parti ta’ swieq b’ kapital ta’ riskju li ġeneralment tissejjaħ venture capital [3]. Għal imprendituri li jfittxu tkabbir, finanzjament estern isir meħtieġ meta l-fondi tagħhom tal-bidu jispiċċaw. Investituri privati infurmati tajjeb huma importanti ħafna għat-twaqqif ta’ azjendi imprenditorjali iżda hemm nuqqas serju u persistenti ta’ business angels u investituri fi stadju ta’ tnissil ta’ kumpaniji fl-Ewropa. Investimenti minn business angels fl-Ewropa ġew stmati li huma inqas minn 10% ta’ dawk fl-Istati Uniti. Id-deċiżjoni ta’ tnissil ta’ investiment hija bbażata l-iktar fuq valutazzjoni suġġettiva tal-prospetti ta’ l-imprenditur. Esperjenza miġbura hija importanti sabiex isiru dawn id-deċiżjonijiet u dan hu għalfejn individwi li rnexxew bħala imprendituri huma l-aħjar nies sabiex jevalwaw u jappoġġjaw opportunitajiet ġodda. Huma għandhom ikunu mħajra sabiex isiru investituri – business angels . L-Ewropa għandha ftit wisq business angels , bħal ma għandha ftit wisq fondi privati ta' kapital ta’ riskju li jinvestu fl-istadju ta’ tnissil. In-nuqqas ta’ investituri fl-istadju ta’ tnissil hija parzjalment ikkaġunata minn dħul baxx li ma jagħmilx investimenti bħal dawn attraenti. Id-dħul ta’ 10 snin fuq investimenti globali ta’ kapital ta’ riskju kien ta’ 6.3% fl-Ewropa, mqabbel mas-26% fl-Istati Uniti[4]. Dawn ir-rati baxxi ta' qligħ żgur li ma jistgħux joħolqu dawk il-livelli ta' investiment privat meħtieġa mill-Ewropa. Madankollu, in-nuqqas ta’ żvilupp ta’ investimenti fl-istadju ta’ tnissil u tal-bidu, b’mod partikolari, iżomm intrapriżi ġodda milli jilħqu daqs li bih ikunu jistgħu jiġbdu lejhom kapital ta’ espansjoni. Restrizzjonijiet fis-swieq tal-prodott u tax-xogħol inaqqsu l-qligħ, u nuqqasijiet fil-katina ta’ finanzjament iżommu lura ħafna kumpaniji ġodda milli jilħqu l-potenzjal ta’ tkabbir tagħhom. In-nuqqas ta’ sorsi privati ta' għoti ta' fondi f’fażijiet ta’ tnissil u tal-bidu huwa parzjalment ikkumpensat b'investituri pubbliċi jew sħubijiet pubbliċi-privati. Dawn l-għodda finanzjarji tal-programmi ta’ l-UE ntużaw ukoll għal għanijiet bħal dawn u r-regoli ġodda dwar għajnuna mill-istat ser jgħinu sabiex tintlaħaq l-għajnuna mill-istat ħalli tissolva l-problema tan-nuqqas fis-suq. Madankollu, hemm bżonn li investiment pubbliku effettiv jissieħeb ma' investituri privati u n-nuqqas ta’ investituri privati jżomm lura ħafna kumpaniji ġodda milli jilħqu l-potenzjal tagħhom. L-Istati Membri huma mistiedna biex joħolqu inċentivi għal investituri privati li huma lesti li jinvesti f’intrapriżi, li jinkludu l-użu ta' fondi pubbliċi sabiex jinkiseb investiment flimkien ma' business angels . Il-Kummissjoni ser tidentifika u tifrex prattiċi tajba li jistgħu jgħinu sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet għal investiment minn business angels . Investiment ta’ stadju bikri triplikat permezz ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju In-nuqqas fir-rigward ta’ finanzjament fl-istadju bikri jżomm lura t-tkabbir ta’ l-SMEs fl-UE. Fl-Istati Uniti, l-investiment ta’ stadju bikri permezz ta’ kapital ta’ riskju huwa ta' madwar 0.04% tal-PGD. Dan il-livell diġà ntlaħaq jew inqabeż mill-Iżvezja, d-Danimarka u r-Renju Unit fl-2004[5]. Jekk il-bqija ta’ l-UE tilħaq dan il-livell, dan ikun ifisser li l-UE tkun tista’ tinvesti madwar €6bn fis-sena. B’hekk il-livelli preżenti jkunu ġew triplikati. Livelli bħal dawn intlaħqu għal ftit żmien fl-imgħoddi, iżda l-isfida hija li jintlaħqu fuq bażi sostenibbli. Xi wħud minn dawn l-investimenti jistgħu joffru s-soluzzjoni għall-ġejjieni ta’ l-Ewropa. Riformi msemmija f'din il-Komunikazzjoni, bħal ma huma t-tneħħija ta' tfixkil għal investimenti bejn il-pajjiżi, u l-użu effiċjenti ta' sorsi ta' fondi, jgħinu biex jintlaħaq dan il-għan. | Meta mqabbla ma’ l-Istati Uniti jidher li fl-Ewropa għad baqa' ħafna titjib xi jsir, speċjalment fit-teknoloġija. Fl-Istati Uniti, l-investiment totali b’kapital ta’ riskju fit-teknoloġija huwa erba’ darbiet daqs dak ta’ l-Ewropa. Barra minn hekk, l-investiment medju fl-Ewropa huwa ta’ €0.9m kontra €6.1m fl-Istati Uniti, b’mod li jrażżan il-potenżjal ta’ tkabbir.[6] Sabiex issaħħaħ il-kompetittività tagħha fuq skala globali, l-Ewropa teħtieġ żieda sostanzjali kemm fil-fondi permezz ta’ kapital ta’ riskju u kemm fl-iskala ta’ investimenti. Fl-Ewropa, jidher l-kapital ta' riskju jintuża għal fondi ta' proġetti iktar kmieni u b'ammonti inqas minn dawk l-Istati Uniti, u, kif diġà nnutat hawn fuq, iħalli wkoll qligħ iktar baxx.[7] Dan jista' jirrifletti parzjalment il-fatt li l-kapitalisti ta' riskju Ewropej, iktar minn dawk Amerikani, joffru fond għal proġetti qabel ma jkunu lesti għall-pressjonijiet kummerċjali li jkun hemm. Dan jista’ jiġi assoċjat mat-tnaqqis f'sorsi xierqa għal investiment fi stadju bikri ħafna. Problemi oħra huma kkawżati mit-tifrik tas-suq. B'riżultat ta’ hekk, ħafna fondi ma jistgħux isiru speċjalizzati biżżejjed u l-gruppi ta’ tmexxija tagħhom ma jistgħux jiżviluppaw dawk il-ħiliet ta’ oqsma speċjali meħtieġa għal investimenti li jirnexxu. Ir-riżultat ta’ dan huwa suq ta’ kapital ta’ riskju li huwa ħafna inqas effiċjenti minn dak Amerikan. Madankollu, id-differenzi bejn il-qligħ minn fondi Ewropej b’kapital ta’ riskju superjuri u inferjuri huma kbar. Il-fundi superjuri jistgħu, b’mod konsistenti, jipprovdi qligħ xieraq u jiġbdu investituri privati. Minn barra dan, fl-Ewropa b'hawnx kultura ta' riskju u tkabbir. La l-kumpaniji u lanqas il-fondi ma huma aggressivi biżżejjed biex jiksbu tkabbir. Fis-suq uniku, maniġers professjonali ta’ kapital ta’ riskju għandhom ikunu kapaċi jiġġeneraw kapital u jinvestu f’pajjiżi oħra mingħajr ma jsofru trattament ta' taxxa żvantaġġjuż jew dokumentazzjoni legali estensiva. Dan għadu mhux il-każ fl-Ewropa. Aspett ewlieni ta’ kull investiment ta’ kapital ta’ riskju ta’ suċċess huwa l-istrateġija ta’ ħruġ – il-punt li fih il-kapitalist ta’ riskju jista’ jaqleb l-investiment tiegħu fuq oħrajn, jirrilaxxa l-fondi sabiex ikunu jistgħu jintużaw f’attivitajiet imprenditorjali ġodda. Sfortunatament, is-suq Ewropew huwa dgħajjef ukoll f'dan l-aspett. Huwa meħtieġ aċċess eħfef madwar l-Ewropa għal swieq ta’ l-ishma ta’ tkabbir, sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jiġu faċilment ikkwotati fuqhom u sabiex l-ishma jkunu aċċessibbli għal investituri kwalifikati minn madwar l-UE kollha. Dan l-aċċess eħfef għal finanzjament permezz ta’ swieq ta’ ishma jista’ jipprovdi opportunitajiet għall-bidu ta’ kumpaniji ġodda, bil-bejgħ ta’ l-ishma lill-pubbliku, li jixtiequ jwessgħu il-bażi tal-kapital tagħhom f’termini kompetittivi. Offerti tal-bidu ta' ishma lill-pubbliku jipprovdu rotta naturali ta’ ħruġ għal investituri ta’ kapital ta’ riskju u joffru gwida dwar il-valutazzjoni ta’ bejgħ lill-kumpaniji oħra. Għalkemm offerti tal-bidu lill-pubbliku fl-Ewropa qabdu ċertu ritmu dan l-aħħar, attività f’kultura ta’ ekwità iktar b’saħħitha tkun f’livell ogħla. Jeżistu opportunitajiet alternattivi sabiex kumpaniji jikkwotaw l-ishma tagħhom, liema opportunitajiet huma offruti minn swieq ta’ l-ishma Ewropej li jħallu kumpaniji ta’ tkabbir jiġġeneraw il-kapital. Madankollu, jkun hemm benefiċċji għall-parteċipanti kollha tas-suq jekk dawn is-swieq ikomplu jiżviluppaw billi joperaw bejn pajjiżi differenti, jipprovdu likwidità u jintlaħaq dak l-istadju essenzjali għall-iżvilupp ta’ servizzi ta’ konsulenza. Jibqa' l-fatt li mingħar swieq ta’ ħruġ likwidu għal-kapital ta’ riskju, akkumpanjati b’ammont neċessarju ta’ servizzi ta’ konsulenza, fondi b'kapital ta' riskju jibqgħu jiffaċċjaw diffikultajiet. Id-dgħjufija tagħhom toħnoq it-tkabbir ta’ l-SMEs ewlenin. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-swieq ta’ l-ishma għandhom jaħdmu flimkien sabiex jiffaċilitaw l-operazzjonijiet ta' skambji finanzjarji bejn pajjiż u ieħor, ineħħu t-tfixkil għall-użu ta' sistemi li jikkompetu ta' skambju ta' transazzjonijiet bejn banek u ta’ ħlas u japplikaw regoli komuni għall-kummerċ. Jekk ma jsirx hekk, jitnaqqas il-qligħ mistenni u l-opportunitajiet ta’ tkabbir jitpoġġew f’riskju. Kumpaniji żgħar li jippromettu jitilfu l-opportunitajiet sabiex jiżviluppaw f’kumpaniji ta’ daqs medju jew kbar, u b’hekk jitnaqqas id-dinamiżmu ta’ l-ekonomija Ewropea. Sabiex jintlaħqu l-miri ta’ Liżbona, l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu ma’ entitajiet oħrajn li għandhom interess sabiex ibiddlu l-qagħda ta’ l-invesitment b’kapital ta’ riskju fl-Ewropa. Il-“Laqgħa ta’ l-2005 dwar il-Kapital ta’ Riskju" f’Londra identifikat dawn l-oqsma li ġejjin sabiex tittieħed azzjoni: - Investiment minn business angels għandu bżonn jiġi inċentivat; - Fondi b’kapital ta’ riskju għandhom bżonn jikbru u jkunu iktar professjonali u jikkollaboraw mill-qrib ma’ sorsi ta’ tiġdid; - L-Ewropa għandha bżonn tegħleb is-sitwazzjoni ta’ tifrik fis-suq ta’ kapital ta’ riskju; - L-Ewropa għandha bżonn swieq ta’ ishma likwidi bl-għan ta’ tkabbir; - Hemm bżonn li l-imprendituri jfittxu iktar it-tkabbir u jkunu iktar lesti li jinvestu; - Il-Gvernijiet għandhom jippremjaw s-suċċess bil-politiki tagħhom. L-UE għandha bżonn toħloq ambjent li, minkejja n-natura ċiklika ta’ l-industrija, jilħaq tkabbir sostnut fil-livell ta’ investiment b’kapital ta’ riskju. Dan jeħtieġ ambjent leġislattiv favorevoli għall-katina sħiħa ta' finanzjament, sa minn qabel it-tnissil sakemm l-investitur joħroġ mix-xena. Barra minn dan, l-intervent pubbliku għandu jkun immirat sabiex jibni s-suq kummerċjali. L-investiment pubbliku biex jikkumpensa għal falliment tas-suq għandu jkun aċċessibli kemm jista' jkun, sabiex id-deċiżjonijiet dwar l-investiment ikunu motivati biss mid-dixxiplina tas-suq, u bi sħubija mas-settur privat. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu bi sħubija sabiex jintlaħaq dan l-għan. 3. IKTAR SELF LIL SMES BI BDIL MA’ KREDITU Banek Ewropej u socjetajiet ta’ garanzija għandhom esperejenza fil-finanzjament ta’ stadji avvanzati ta’ żvilupp ta’ kumpaniji. Għandha ssir spekulazzjoni fuq din is-saħħa sabiex jiġi żgurat it-tkabbir u x-xogħol. Ir-rekwiżiti ġodda ta’ kapital għal banek (‘Basel II’) saħħu t-tendenza li l-banek jisħqu fuq il-bżonn ta’ valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa tal-klijenti tagħhom. Dan ħoloq ambjent li jinbidel li fih l-SMEs Ewropej għandhom bżonn ta’ djalogu mill-qrib ma’ l-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-Kummissjoni għadha tappoġġja dan id-djalogu. Kompetizzjoni effettiva fis-swieq finanzjarji ttejjeb l-aċċess għal finanzjament billi tnaqqas in-nefqa ta’ kapital. Il-Kummissjoni nediet inkjesti fis-settur ta’ servizzi finanzjarji, sabiex tistħarreġ jekk il-kompetizzjoni hix taħdem f’dawn is-swieq. Dawn l-azzjonijiet jikkumplimentaw l-inizjattivi tal-Kummissjoni sabiex jitneħħew barrieri leġislattivi mis-suq uniku. L-Istati Membri huma mistiedna jimplimentaw prattiċi tajbin fl-użu ta' garanziji sabiex jappoġjaw self bankarju b'konformità sħiħa mar-regoli ta' UE dwar għajnuna mill-Istat. B’mod partikolari, il-garanziji għandhom jintużaw biex jgħinu riċerka finanzjarja innovattiva ta’ l-SMEs u tiġdid (li jinkludi tiġdid ekoloġiku), u għal trasferimenti tan-negozju. Garanziji ta’ self jnaqqsu r-riskju ta’ self bankarju, u garanziji pubbliċi parzjali u mmirati tajjeb jista’ jkollhom effett kbir fuq self lil SMEs. Garanziji jistgħu ikunu wkoll maħsuba biex jikkumpensaw żviluppi mhux moderati fiċ-ċiklu tan-negozju, b’mod li jsostnu l-volumi ta’ self bankarju meta jkun hemm tnaqqis fl-attività kummerċjali. L-Istati Membri huma wkoll mistiedna jiżguraw li l-legislazzjoni nazzjonali tiffaċilita l-offerta ta’ mikro-finanzjament (self ta' inqas minn €25 000). Self bħal dan joffri mezz importanti biex jinkoraġġixxi spirtu imprenditorjali permezz ta’ impjieg indipendenti u intrapriżi żgħar ħafna, b’mod partikolari fir-rigward ta’ nisa u minoritajiet. Dan il-mezz jiffavorixxi mhux biss il-kompetittività u l-ispirtu imprenditorjali, iżda wkoll l-inklużjoni soċjali. F’fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, l-SMEs jistgħu jiltaqgħu ma' ħtiġijiet speċifiċi ta’ finanzjament, bħat-tisħiħ tal-karta ta’ bilanċ tagħhom u l-finanzament ta’ trasferimenti ta’ negozju. Finanjzament ‘mezzanin’ (ibridi ta’ self u ekwità) jagħti lok għal soluzzjonijiet innovattivi għal problemi bħal dawn. Per eżempju, għodda mezzanini jistgħu jevitaw li jiddgħajjef d-dritt ta' propjetà waqt li huma effettivi fir-rigward ta' tkabbir ta' finanzjament; jistgħu jgħinu sabiex tintlaħaq il-ħtieġa għal karti ta' bilanċ iktar b'saħħithom ħalli jissodisfaw l-istennijiet bankarji fl-ambjent ġdid finanzjarji; huma jistgħu jgħinu fil-finanzjament ta' trasferimenti ta' negozju (dan hu iktar importanti meta jiġi kkunsidrat li, meta l-imprendituri jirtiraw, iktar minn 600 000 SME fis-sena huma mistennija li jibdlu l-propjetarji tagħhom[8] u ħafna trasferimenti jeħtieġu finanzjament attraenti għall-parteċipanti kollha). Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-espansjoni tas-suq ibridu, waqt li jżommu f’moħħhom li dan mhuwiex self b'rata ta' interess taħt dik tas-suq, li huwa essenzjali li jiġi evitat li jinqalgħu ’il barra l-finanziera privati, u li għandhom jiżguraw li l-programmi tal-gvern huma sostenibbli u li ma jiffalsifikawx is-suq. Il-Kummissjoni ser tidentifika prattiċi tajbin għall-użu ta’ strumenti ibridi. Djalogu u struttura ta’ kapital b’saħħitha Struttura ta’ kapital li għandha wisq dejn u ftit wisq ekwità tpoġġi lill-kumpaniji f’riskju u tfixkel l-investiment. Tassazzjoni li tiffavorixxi d-dejn għad-detriment ta’ qligħ miżmum u ekwità ġdida bdiet tintqies bħala tfixkil għal karti ta’ bilanċ iktar b’saħħithom. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-possibilitajiet ta’ tassazzjoni iktar newtrali għal forom differenti ta’ finanzjament. Ir-Round Table tal-Kummissjoni tipprovdi opportunitajiet għal diskussjoni u għal adozzjoni ta’ opinjonijiet komuni sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn il-banek u l-SMES. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex jorganizzaw laqgħat ta’ diskussjoni bħal dawn fuq livelli nazzjonali. | 4. L-GħAJNUNA TA’ L-UE GħALL-FINANZJAMENT TA’ L-SMES L-istrumenti ewlenin ta’ l-UE sabiex jippromwovu l-ispirtu imprenditorjali u innovazzjoni, u jippromwovu l-aċċess ta' l-SMEs għall-finanzjament, huma l- Programm Qafas ta' Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) u r- Riżorsi Konġunti Ewropej għal Intrapriżi Żgħar Ħafna sa dawk Medji (JEREMIE) tal-fondi strutturali. Is- Seba’ Programm Qafas dwar ir-Riċerka ser jinkludi miżuri biex jgħin lill-SMEs jissodisfaw ċerti ħtiġijiet relatati ma' finanzjament ta’ riċerka. Is-CIP ser jipprovdi madwar biljun euro permezz ta’ l-istrumenti finanzjari tiegħu, mistennija li jintużaw għall-ispekulazzjoni ta’ madwar 30 biljun euro f’finanzjament ġdid ta’ l-SMEs. Il-programm il-ġdid ser joffri flessibilità fl-investimenti tiegħu ta’ kapital ta’ riskju, b’mod li jkun jista’ jiġi wżat biex isostni fondi laterali assoċjati ma’ business angels . Fl-istess waqt, ser jipprovdi appoġġ lill-banek biex joffru pakketti ta’ investimenti ta’ self ta’ l-SMEs, u b’hekk tiżdied il-kapaċità ta’ self. Is-CIP ser jappoġġja l-għażla ta’ teknoloġiji ambjentali, b’mod partikolari permezz ta’ investiment ta’ kollaborazzjoni f’fondi ta’ kapital ta’ riskju li jipprovdu ekwità għal kumpaniji li jinvestu f’tiġdid ekoloġiku. Ser jipprovdi wkoll garanziji għal finanzjament permezz ta’ self bi bdil ma' kreditu, finanzjament mezzanin u mikro-krediti għall-SMEs. B’kollox, 350 000-400 000 SME huma mistennija jibbenefikaw minn dawn il-faċilitajiet bejn l-2007 u l-2013. L-inizjattiva JEREMIE ser tgħaqqad l-għotjiet mill-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali b’kapital ta’ self u sorsi oħra ta’ finanzjament biex tappoġġja l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi innovattivi żgħar ħafna, żgħar u ta’ daqs medju bħala parti mill-politika reġjonali ta’ l-UE. Ser tappoġġja wkoll trasferimenti ta’ teknoloġija u kollaborazzjoni bejn negozji, universitajiet u ċentri ta’ riċerka, u ser ittejjeb id-disponibilità ta’ mikro-krediti mmirati lejn dawk li forsi m’għandhomx aċċess għal kreditu kummerċjali. Fondi minn strumenti mwaqqfa permezz ta’ JEREMIE jistgħu ukoll ikunu msieħba minn miżuri ta’ appoġġ lin-negozju u ta’ bini ta’ istituzzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali. Is- Seba’ Programm Qafas dwar ir-Riċerka (2007-2013) ser jappoġġja setturi ewlenin ta’ riċerka b’mod li jżid il-potenzjal Ewropew ta’ innovazzjoni u kompetittività. Il-programmi Kollaborazzjoni u Kapaċitajiet jipprovdu opportunitajiet għall-SMEs. Il-Faċilità ta’ Finanzjament bi Qsim ta’ Riskju ser tipprovdi iktar volum u iktar kapaċità ta’ teħid ta’ riskju fir-rigward ta’ self Komunitarju għal investiment fir-riċerka. Il-Kummissjoni ser tikkollabora mill-qrib mal-Bank ta’ l-Investiment Ewropew (EIB) u l-Fond ta’ l-Investiment Ewropew (EIF) meta timplimenta l-istrumenti finanzjarji tagħha u meta tuża JEREMIE. Mir-riserva tagħha stess, l-EIB ser jipprovdi prokura ta' kapital ta' riskju ta' biljun euro lill-EIF bejn l-2007 u l-2013. Sabiex tilħaq potenzjal sħiħ, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex iżidu l-fondi li sejrin għal kapital ta’ riskju permezz ta’ użu reġjonali effiċjenti ta’ JEREMIE. Sabiex isaħħaħ finanzjament ta’ qabel it-tnissil u tat-tnissil, il-Kummissjoni ser tippromwovi kollaborazzjoni bejn attivitajiet iffinanzjati mill-Kummissjoni bħal ma huma INNOVA Ewropa u PRO-INNO Ewropa u netwerks bħan- Netwerk Ewropew ta’ Business Angels (EBAN). Għandu jsir l-iktar użu wiesa’ possibbli tal-lezzjonijiet ta’ prattika tajba, kemm mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, u operaturi mhux governattivi. Il-Kummissjoni bħalissa qed tistħarreġ ir-regoli dwar għajnuna mill-istat għal kapital ta' riskju sabiex tħalli iktar flessibilità lill-Istati Membri, u b'mod partikolari limiti ogħla u l-possibilità li investimenti konsegwenzjali jitħallew isiru. Barra minn dan, qed jiġu studjati regoli dwar għajnuna mill-istat għal riċerka, żvilupp u tiġdid, li jinkludu regoli sabiex jiġu appoġġjati kumpaniji ġodda innovattivi kemm direttament u permezz ta’ servizzi ta’ appoġġ. Dwar it-tfixkil minn tassazzjoni għal fondi ta’ investiment b’kapital ta’ riskju, il-Kummissjoni ser tlaqqa’ grupp ta’ esperti biex jidentifika każi ta’ tassazzjoni doppja u biex jaħseb fuq kif jistgħu jissolvew. Il-Kummissjoni qegħda wkoll taħdem biex tnexxi tfixkil minn taxxi li l-kumpaniji jiffaċċjaw meta jkunu qed jinvestu minn pajjiż għall-ieħor. Il-bini ta’ politiki fit-tul dwar l-aċċess ta’ l-SMEs għall-finanzjament jeħtieġ valutazzjoni tal-politika bbażata fuq riżultati li jistgħu ikunu kwantifikati. Ikun eħfef li tivvaluta l-politiki u r-riżultati tagħhom f’livelli ta’ l-UE u nazzjonali jekk ikun hemm informazzjoni mtejjba. Dan huwa essenzjali sabiex jintagħżlu l-aħjar trattamenti, tiġi evitata l-burokrazija, tinħoloq kultura ta’ ekwità iktar b’saħħitha u tiżdied il-mobilità ta’ l-assi. Il-Kummissjoni tqis l-importanza li jkollok informazzjoni ta' min joqgħod fuqha dwar il-finanzjament ta’ l-SMEs u tuża dik l-informazzjoni biex tosserva l-impatt ta' l-ambjent finanzjarju ġdid fuq l-aċċess ta' l-SMEs għall-finanzjament u b'hekk tiżgura li din il-komunikazzjoni tiġi segwita. Appoġġ mill-istrumenti finanzjarji ta’ l-UE eżempju ta’ suċċess Kumpanija li tipproduċi smart cards li ġiet imwaqqfa fl-1991 rċeviet għajnuna minn business angel fl-1995. Kif il-kumpanija qamet fuq saqajha, rċeviet fondi b’kapital ta’ riskju fl-1999 permezz ta’ fond prominenti ta’ kapital ta’ riskju b’għajnuna mill-fondi Komunitarji. Il-fond ta’ kapital ta’ riskju biegħ sehmu f’Diċembru 2004, bi qligħ ta’ 18-il darba l-fondi oriġinali investiti. Fondi li ġew liberati setgħu jiġu ritornati fil-provista ta’ fondi disponibbli għall-investiment. Illum, il-kumpanija hija fornitur indipendenti ewlieni ta’ komponenti u teknoloġija fis-suq tas-semikondutturi u toffri servizzi ta’ loġistika madwar id-dinja. | 5. AMMINISTRAZZJONI AħJAR FIL-LIVELL NAZZJONALI Minkejja l-kwalità ta’ xi aspetti ta’ l-ambjent finanzjarju f’bosta Stati Membri, f’pajjiżi oħra jibqa' diffiċli l-aċċess ta’ l-SMEs għal finanzjament permezz ta’ self bi bdil ma’ kreditu u b’kapital ta’ riskju. Ibbażat fuq il-proposti konkreti deskritti fil-qosor hawn fuq, t-tagħlim ta’ politiki minn xulxin huwa essenzjali biex l-Istati Membri jiġu mgħejjuna jtejbu r-rendiment tas-sistemi finanzjarji tagħhom. Kundizzjonijiet mikroekonomiċi, bħal restrizzjonijiet fuq is-suq tax-xogħol, jistgħu jaffettwaw il-qligħ minn investimenti. Il-Kummissjoni għalhekk tilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn ta’ l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-riformi fil-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali ta’ Liżbona. L-SMEs ibatu meta jkun hemm liġijiet mhux ċari dwar fallimenti, sistemi ġudizzjarji li jimxu bil-mod u drittijiet dgħajjfa tal-kredituri. L-Istati Membri għalhekk huma mistiedna biex itejbu s-sistemi legali tagħhom u l-proċessi ġudizzjali li jaffettwaw is-swieq tal-kapital u jsostnu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-burokrazija u jtejbu l-ambjent legali għall-SMEs. B’mod partikolari, l-Istati Membri ġodda għandhom opportunità li jtejjbu s-sistemi finanzjarji tagħhom malajr billi jadottaw prattiċi globali tajba. L-Istati Membri huma mistiedna jistudjaw skemi li jipprovdu vantaġġi fiskali u fir-rigward ta’ piżijiet soċjali għal imprendituri, impjegati, u investituri f’SMEs innovattivi b’konformità sħiħa mar-regoli ta’ l-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, huwa mportanti li inċentivi bħal dawn ikunu bbilanċjati bir-reqqa sabiex ma joħolqux limiti (bħal ħtieġa f’daqqa li jitħallsu piżijiet soċjali ogħla) li jagħmluha iktar diffiċli għal kumpaniji żgħar li jikbru f’kumpaniji ta’ daqs medju jew kbar. Minħabba li l-investimenti, b'mod partikolari fir-rigward ta’ kapital ta’ riskju, jsiru għal tul ta’ żmien, l-Istati Membri għandhom jaħdmu sabiex ikollhom politiki stabbli li joffru ċertezza lill-investituri. Dan inaqqas l-effikaċja ta’ miżuri ta’ politika għal qasir żmien u jsaħħaħ l-argument dwar l-importanza ta’ soluzzjonijiet għal tul ta’ żmien. Kemm l-Istati Membri u kemm l-industrija tal-kapital ta’ riskju għandhom bżonn jaħdmu sabiex iżidu l-ġibda tal-kapital ta’ riskju bħala klassi ta’ assi għal investituri istituzzjonali. Investimenti ta’ kapital ta’ riskju li jippromettu li jiġġeneraw qligħ xieraq jistgħu faċilment jiffurmaw parti minn strateġiji fit-tul rigward fondi għall-pensjonijiet u kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni. L-Istati Membri m’għandhomx iżommu investituri istituzzjonali milli jiddiversifikaw s-sett ta’ investimenti tagħhom għal investimenti b’riskju ta' kapital. L-implimentazzjoni nazzjonali tad- Direttiva dwar il-Pensjonijet tax-Xogħol u 'r-regola tar-raġel prudenti' tagħha għandha tħalli fondi ta' pensjonijiet tax-xogħol jagħmlu deċiżjoni professjonali dwar kemm ikunu esposti għal investiment ta' kapital ta' riskju. Dan u l-identifikazzjoni tat-tfixkil li jkun baqa’ jgħinu sabiex jittieħdu l-benefiċċji tas-suq uniku. Investimenti eħfef b’kapital ta’ riskju bejn pajjiżi differenti F’suq uniku, maniġers professjonali ta’ kapital ta’ riskju għandhom ikunu kapaċi jiġġeneraw kapital u jinvestu f’pajjiżi oħra mingħajr ma jsofru trattament ta' taxxa żvantaġġjuż jew jiffaċċjaw piżijiet burokratiċi. Bħalissa dan mhuwiex il-każ fl-UE. B’25 sett ta’ kundizzjonijiet ta’ ħidma, il-ġenerazzjoni ta’ fondi b'kapital ta' riskju u investiment minn pajjiż għall-ieħor hija kumplessa u għalja. B’riżultat ta’ dan, is-swieq Ewropej ta’ kapital ta’ riskju huma frammentati u jistgħu jitilfu opportunitajiet għal tkabbir. Passi konkreti u prattiċi huma meħtieġa biex jingħelbu l-ostakli legali, regolatorji u ta’ taxxa li jfixxklu l-fondi b’kapital ta’ riskju bejn pajjiż u ieħor. Sforzi sabiex ikun hemm rikonoxximent madwar l-UE għal fondi ta’ kapital ta’ riskju regolati f’livell nazzjonali ma tantx intlaqgħu tajjeb s’issa. Grupp ta’ esperti industrijali dalwaqt se jirrapporta dwar l-ostakli legali u regolatorji li jfixklu aċċess effiċjenti tas-suq għal maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju. L-Istati Membri jridu jittrattaw din il-kwistjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ser tistieden ir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri sabiex jiddiskutu passi oħrajn. | Mil-lat ta’ domanda, l-imprendituri Ewropej ħafna drabi m’humiex konxji minn, jew m’mhuxiex sensittivi għal, problemi ta’ l-investituri. Dan iżommhom lura milli jippreżentaw il-proġetti tagħhom lill-investituri potenzjali bl-iktar mod konvinċenti. Programmi professjonali li jħejju għal investiment jistgħu jippreparaw imprendituri kemm sabiex jifhmu l-benefiċċji u r-restrizzjonijiet ta’ forom differenti ta’ finanzjament u kemm sabiex jippreżentaw il-proġetti tagħhom bl-aħjar mod. L-Istati Membri huma mistiedna sabiex jimplimentaw programmi bħal dawn li jħejju għal investiment, b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet lokali bħal netwerks ta’ investituri u konsulenti b’ħiliet li jistgħu jintużaw b’mod iktar wiesa’. Sabiex tappoġġja lill-Istati Membri, il-Kummissjoni ser torganizza skambji ta’ esperjenzi, round tables speċifiċi bejn istituzzjonijiet finanzjarji u SMEs, gruppi ta’ esperti dwar l-aħjar prattika, rapporti u studji. Waqt li tagħmel hekk, ikun hemm attenzjoni speċjali għas-suq uniku għal kapital ta' riskju. 6. KONKLUżJONIJIET Aċċess aħjar għall-finanzjament permezz ta’ self bi bdil ma’ kreditu u ekwità ser jgħin lill-SMEs kollha sabiex jilħqu l-potenzjal tagħhom. Il-politiki deskritti f’din il-Komunikazzjoni joffru bażi b’saħħitha għal dan it-titjib, u jwassal għal iktar impjiegi u tkabbir. B’mod partikolari, jekk ma jkunx disponibbli l-finanzjament għal kumpaniji innovattivi li qed jiżviluppaw, l-UE ma tkunx tista’ tilħaq il-miri ambizzjużi tagħha ta' tkabbir u impjiegi. Is-sħubija ta’ Liżbona toffri qafas li fih l-Istati Membri jistgħu itejjbu l-aċċess għall-finanzjament għal SMEs, anki permezz ta’ identifikazzjoni u użu ta' prattika tajba. Issa l-isfida hi li dan jitpoġġa fis-seħħ u l-Kummissjoni ser tosserva l-progress rigward il-finanzjament ta' l-SMEs u ser tippubblika l-ewwel rapport fl-2009 li jibbaża fuq ir-rappurtar ta’ progress permezz ta’ l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona. Għal tkabbir u impjiegi, l-Ewropa teħtieġ: 1. Iktar tkabbir permezz ta’ investimenti b’kapital ta’ riskju. Għal dan il-għan il-Kummissjoni ser: Taħdem għal suq uniku għal fondi b’kapital ta’ riskju li jippermetti investimenti minn pajjiż għall-ieħor mingħajr burokrazija. Issaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-investituri fir-rigward ta’ investiment ta’ tnissil, b’attenzjoni partikolari fir-rigward ta’ business angels, bl-identifikazzjoni u t-tifrix ta’ prattiċi tajbin. Tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ fondi iktar professjonali b’kapital ta’ riskju b’investimenti ikbar, anki fl-implimentazzjoni ta’ strumenti Komunitarji (strumenti CIP, JEREMIE). | L-istituzzjonijiet Komunitarji u l-Istati Membri għandhom joħolqu l-kundizzjonijiet li jippermettu li jkun hemm triplikar ta’ investiment permezz ta’ fondi b’kapital ta’ riskju f’kumpaniji fi stadju ta’ tnissil jew tal-bidu sal-2013. | 2. Iktar finanzjament bankarju għat-tiġdid. Għal dan il-għan il-Kummissjoni ser: Torganizza Round Table bejn il-banek u l-SMEs sabiex tanalizza mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ bħalissa u tissuġġerixxi modi kif jittejjeb l-ambitu ta’ relazzjonijiet bankarji fit-tul; Tuża strumenti Komunitarji sabiex tgħin programmi ta’ self immirati lejn SMEs innovattivi; Tistieden esperti sabiex jivvalutaw il-vantaġġi ta’ sistemi ta’ konċessjonijiet ta’ taxxa għal kumpaniji ġodda innovattivi. 3. Amministrazzjoni aħjar. Għal dan il-għan il-Kummissjoni ser: Tistieden l-entitajiet li għandhom interess sabiex jimplimentaw prattiċi tajbin meta jużaw fondi pubbliċi għal investiment b’kapital ta’ riskju; Tiżviluppa għodda u indikaturi sabiex tevalwa l-effetti ta’ politiki dwar finanzjament ta’ SMEs madwar l-Ewropa; Tidentifika u tifrex prattiċi tajbin għal programmi li jħejju għal investiment. | 1. [1] L-Aħjar Swieq għal Finanjament Imprenditorjali, Istitut Milken, Indiċi ta' Aċċess għal Kapital 2005, Ottubru 2005 [2] Stħarriġ Flash Eurobarometer 174, Settembru 2005 [3] Swieq b’riskju ta’ kapital ikopru investituri informali ( business angels ) fondi ta’ venture capital u swieq b’ishma ta’ tkabbir. Għal vokabularju sħiħ, ara anness II. [4] Ċifri sa l-aħħar ta’ l-2004. Jeżistu differenzi metodoloġiċi u ta’ data wara dawn iċ-ċifri, imma dan ma jbiddilx il-konklużjonijiet dwar iċ-ċifra baxxa Ewropea. Sorsi: “Venture Capital Returns Held Steady At Year-End 2004”, NVCA 11.4.2005, u “Pan-European survey of performance”, EVCA 27.10.2005. [5] “Stħarriġ Annwali ta’ Attività Pan-Ewropea Privata ta’ Ekwità u Kapital ta’ Riskju” 2004. [6] Ara “Flus għal Tkabbir: Ir-Rapport Ewropew ta’ l-2005 dwar l-Investiment fit-Teknoloġija”, PriceWaterhouseCoopers. [7] “Profitabilità ta’ investiment b’riskju ta' kapital fl-Ewropa u fl-Istati Uniti", Ekonomija Ewropea serje ta’ Studji Ekonomiċi, nru 245. [8] Rapport Finali tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Trasferiment ta' l-SMEs, Lulju 2002.