Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - L-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta’ Liżbona - Is-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea {SEG(2006) 516} /* KUMM/2006/0177 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 26.4.2006 KUMM(2006) 177 finali KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI L-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta’ Liżbona: Is-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea {SEG(2006) 516} WERREJ Daħla 3 I – IS-SERVIZZI SOĊJALI, PILASTRI TAS-SOĊJETÀ U TA’ L-EKONOMIJA EWROPEA 4 1.1. Is-servizzi soċjali fl-Unjoni Ewropea 4 1.2. Tendenza ġenerali lejn modernizzazzjoni u kwalità 5 1.3. Qafas Komunitarju miftuħ għall-kunsidrazzjoni tad-differenzi u favorabbli għall-modernizzazzjoni 6 II – L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI KOMUNITARJI FIL-QASAM TAS-SERVIZZI SOĊJALI : LOĠIKA KOSTANTI 6 2.1. L-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-distinzjoni bejn is-servizzi ta’ interess ġenerali ta’ karattru ekonomiku u mhux ekonomiku. 6 2.2. Il-qagħdiet konkreti li jiltagħu magħhom illum is-servizzi soċjali 7 2.2.1. L-għażla tad-delegazzjoni 7 - L-għażla tad-delegazzjoni parzjali jew sħiħa ta’ missjoni soċjali 7 - It-tmexxija ta’ servizz soċjali fil-qafas ta’ sħubija pubblika-privata. 8 2.2.2. L-użu ta’ kumpens finanzjarju pubbliku 8 2.2.3. L-użu ta’ regolazzjoni tas-suq 9 2.2.4. Kompatibbiltà mar-regoli ta’ aċċess għas-suq 9 III - SEGWITU U KONTROLL AĦJAR TAS-SERVIZZI SOĊJALI TA’ INTERESS ĠENERALI FL-UNJONI EWROPEA 10 3.1. Konsultazzjoni profonda dwar il-karatteristiċi ta' speċifiċità 10 3.2. Segwitu tal-qagħda tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea 10 Konklużjoni 11 DAħLA Il-modernizzazzjoni tas-servizzi soċjali hi waħda mill-isfidi importanti tal-Ewropea llum : minn naħa dawn is-servizzi jwettqu missjoni fondamentali ta’ koeżjoni soċjali; min-naħa l-oħra t-trasformazzjoni u l-potenzjal ta’ impjieg tagħhom jagħmilhom parti integrali mill-istrateġija ta’ Liżbona. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2006 ikkonfermaw dan billi tennew li s-suq intern tas-servizzi għandu jkun operattiv bis-sħiħ filwaqt li jinżamm il-mudell soċjali Ewropew. Din il-komunikazzjoni hi segwitu għall-White Paper dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali[1] li ħabret “approċċ sistematiku sabiex tidentifika u tagħraf il-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi soċjali u tas-saħħa ta' interess ġenerali u li tiċċara l-qafas fejn jaħdmu u jistgħu jiġu mmodernizzati", taħbira mtennija fl-Aġenda Soċjali[2] u l-programm Komunitarju ta’ Liżbona[3]. Wara l-vot tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari tal-proposta għal Direttiva dwar is-servizzi fis-suq intern, fis-16 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni eskludiet is-servizzi ta’ kura tas-saħħa mill-medda ta' applikazzjoni tal-proposta emendata tagħha[4] Hi impenjat ruħha sabiex tressaq inizjattiva speċifika u bdiet riflessjoni dwar dan[5]. Għaldaqstant, din il-komunikazzjoni mhix dwar dawn is-servizzi. Fil-proposta emendata tagħha għal Direttiva dwar is-servizzi fis-suq intern, il-Kummissjoni eskludiet ukoll mill-medda ta’ applikazzjoni tad-Direttiva “ is-servizzi soċjali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-akkomodazzjoni soċjali, mal-kura tat-tfal u ma’ l-għajnuna lill-familji, u lill-persuni fil-bżonn ”. Issa l-leġiżlatur Ewropew hu responsabbli li jtemm il-proċess leġiżlattiv. Din il-komunikazzjoni għandha tidher fil-kuntest tar-responsabbiltà maqsuma tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri rigward is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, stabbilita mill-Artikolu 16 tat-Trattat KE. Hi frott ta’ konsultazzjoni mill-qrib[6] ma’ l-Istati Membri u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li ppermettiet lill-Kummissjoni li tagħmel l-ewwel stħarriġ dwar il-kwistjonijiet involuti u l-mistoqsijiet relvanti. Il-Kummissjoni trid issegwi dan il-proċess miftuħ ta’ konsultazzjoni u ta’ riflessjoni tul il-passi ulterjuri kollha mħabbra minn din il-komunikazzjoni. Jeħtieġ li jiġi mfakkar kif il-qafas Komunitarju eżistenti jirrispetta l-prinċipju ta’ sussidjarjetà. L-Istati Membri huma ħielsa li jiddefinixxu dak li jifhmu b’servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, jew b’mod partikolari b’servizzi soċjali ta’ interess ġenerali. Fi ħdan l-Istati Membri huma s-setgħat pubbliċi, fuq livell xieraq, li jiddefinixxu l-obbligi u l-missjonijiet ta’ interess ġenerali ta’ dawn is-servizzi kif ukoll il-prinċipji ta' organizzazzjoni tagħhom. Mill-banda l-oħra, il-qafas Komunitarju jeħtieġ li l-Istati Membri jqisu ċerti regoli huma u jiddeterminaw l-arranġamenti għall-applikazzjoni ta' l-għanijiet u tal-prinċipji li huma ffissaw. Din il-komunikazzjoni tikkostitwixxi pass supplimentari fil-kunsiderazzjoni tan-natura speċifika tas-servizzi soċjali fuq livell Ewropew u kjarifika, sakemm ikunu koperti, tar-regoli Komunitarji applikabbli għal dawn is-servizzi. I – IS-SERVIZZI SOĊJALI, PILASTRI TAS-SOĊJETÀ U TA’ L-EKONOMIJA EWROPEA 1.1. Is-servizzi soċjali fl-Unjoni Ewropea X’nifhmu b’servizzi soċjali fl-Unjoni Ewropea? Għajr is-servizzi ta' saħħa, li mhumiex koperti minn din il-komunikazzjoni, insibu żewġ gruppi kbar ta’ servizzi soċjali - l-iskemi legali u l-iskemi komplimentari ta’ ħarsien soċjali, taħt is-suri diversi ta’ organizzazzjoni tagħhom (mutwalista jew professjonali), li jkopru r-riskji fondamentali tal-ħajja, bħal dawk marbuta mas-saħħa, ix-xjuħija, l-inċidenti tax-xogħol, il-qgħad, il-pensjoni, id-diżabbiltà; - is-servizzi essenzjali l-oħra mogħtija direttament lill-persuna. Dawn is-servizzi għandhom rwol ta’ prevenzjoni u ta’ koeżjoni soċjali, jagħtu għajnuna personalizzata sabiex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni tal-persuni fis-soċjetà u tiġi ggarantita l-kisba tad-drittijiet fondamentali tagħhom. L-ewwel nett jinkludu l-għajnuna għall-persuni fil-ħakma ta’ l-isfidi immedjati tal-ħajja jew tal-kriżijiet (bħad-dejn, il-qgħad, id-drogati, firda fil-familja). It-tieni nett, fihom l-attivitajiet li jiżguraw li l-persuni kkonċernati għandhom il-kompetenzi meħtieġa għall-integrazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà (riabilitazzjoni, taħriġ lingwistiku għall-immigranti) u b’mod partikolari fuq is-suq tax-xogħol (taħriġ, integrazzjoni professjonali mill-ġdid). Dawn is-servizzi jikkomplimentaw u jappoġġjaw ir-rwol tal-familji fil-kuri mogħtija b’mod partikolari għall-iżgħar u għall-ixjeħ nies. It-tieliet nett, l-attivitajiet maħsuba jiżguraw l-inklużjoni tal-persuni li għandhom bżonnijiet fuq il-medda ta’ żmien twila marbuta ma’ diżabbiltà jew problema ta’ saħħa jagħmlu parti minn dawn is-servizzi. Ir-raba nett, huma jinkludu wkoll l-akkomodazzjoni soċjali li toffri akkomodazzjoni għall-persuni żvantaġġjati jew lill-gruppi soċjali anqas vantaġġati. Ċerti servizzi jistgħu ovvjament jinkludu kull waħda minn dawn l-erba’ dimensjonijet[7]. Jekk is-servizzi soċjali, skond il-liġi komunitarja applikabbli f’dan il-qasam, ma jikkostitwux kategorija legali distinta fi ħdan is-servizzi ta’ interess ġenerali, din il-lista biss turi li għandhom madankollu post speċifiku bħala pilastri tas-soċjetà u ta’ l-ekonomija Ewropea. L-ewwel nett tirriżulta mill-kontribuzzjoni tagħhom għal bosta għanijiet u valuri essenzjali tal-Komunità, bħal-livell għoli ta’ impjieg u ta' ħarsien soċjali, livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u l-koezjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Iżda l-valur huwa funzjoni tal-karattru vitali tal-bżonnijiet li huma maħsuba biex jissodisfaw, u b’hekk jiggarantixxu l-applikazzjoni tad-drittijiet fundamentali bħad-dinjità u l-integrità tal-persuna. Mill-konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jidher li minħabba din in-natura speċifika, fit-twettiq tal-missjoni tagħhom ta’ interess ġenerali, is-servizzi soċjali jippreżentaw de facto ta’ spiss wieħed jew aktar mill-karatteristiċi ta’ organizzazzjoni li ġejjin[8]: - tħaddim imsejjes fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ solidarjetà meħtieġ b’mod partikolari min-nuqqas ta’ selezzjoni tar-riskju jew in-nuqqas ta’ ekwivalenza għal kull individwu bejn il-kontribuzzjonijiet u s-servizzi; - karattru polivalenti u personalizzat, li jintegra t-tweġibiet għall-bżonnijiet neċessarji differenti biex jiggarantixxu d-drittijiet fondamentali tal-bniedem u jħarsu lin-nies l-aktar vulnerabbli; - nuqqas ta’ għan ta’ qliegħ, b’mod partikolari biex jiġu ttrattati s-sitwazzjonijiet l-aktar diffiċli u li jiġu spjegati ta’ spiss b’raġunijiet storiċi[9]; - is-sehem tal-volontarji, espressjoni ta' kapaċità taċ-ċittadini; - għandhom l-għeruq tagħhom f’tradizzjoni kulturali (lokali). Dan jirriżulta b’mod partikolari minħabba t-tqarrib bejn il-fornitur tas-servizz u l-benefiċċjarju li jippermetti li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi ta’ dan ta’ l-aħħar; - relazzjoni asimetrika bejn il-fornituri u l-benefiċċjarji li ma tistax tiġi assimilata ma’ relazzjoni « normali » tat-tip fornitur-konsumatur li teħtieġ is-sehem ta’ persuna terza li tħallas. 1.2. Tendenza ġenerali lejn modernizzazzjoni u kwalità Is-servizzi soċjali jiffurmaw settur li jinsab fil-fjur tat-tkabbir, kif ukoll għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tkabbir ekonomiku u ħolqien ta’ impjiegi. Jagħmlu parti wkoll mit-tiftixa intensa għal kwalità u effiċjenza[10]. L-Istati Membri kollha bdew il-proċess ta’ modernizzazzjoni tas-servizzi soċjali sabiex ikunu jistgħu iħabbtu wiċċhom aħjar mat-tensjonijiet bejn l-universalità, kwalità u sostenn finanzjarju. Għalkemm l-organizzazzjoni tas-servizzi soċjali tibqa’ differenti ħafna skond l-Istati Membri, ċerti aspetti ġenerali ta’ din il-modernizzazzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti. - l-introduzzjoni ta’ metodi ta' “benchmarking”, ta’ kontrolli ta’ kwalità, l-involviment ta’ utenti fl-amministrazzjoni; - id-deċentralizzazzjoni ta’ l-organizzazzjoni tas-servizzi lejn livell lokali u reġjonali; - l-esternalizzazzjoni tal-ħidmiet tas-settur pubbliku lejn is-settur privat, l-awtoritajiet pubbliċi li jinbidlu b’hekk f’regolaturi, għassiesa ta’ “kompetizzjoni regolata “ u ta’ organizzazzjoni tajba fuq livell nazzjonali, lokali jew reġjonali; - l-iżvilupp ta’ l-isħubiji pubbliċi privati u l-użu ta’ forom oħra ta’ finanzjament komplimentari għall-finanzjament pubbliku. Dan l-ambjent aktar kompetittiv u l-kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet partikolari ta’ kull persuna, kif ukoll dawk li ma jistgħux jiġu solvuti, joħloq b’hekk klima favorabbli għal « ekonomija soċjali » ikkaraterizzata bl-importanza tal-fornituri b’għan mhux ta’ qliegħ, iżda ffaċċjati bil-ħtieġa ta’ effiċjenza u trasparenza. 1.3. Qafas Komunitarju miftuħ għall-kunsidrazzjoni tad-differenzi u favorabbli għall-modernizzazzjoni Bosta inizjattivi u azzjonijiet Komunitarji, politiki u finanzjarji, fosthom id-djalogu soċjali, jsostnu diġà l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tas-servizzi soċjali. Minn perspettiva finanzjarja, il-Fondi soċjali Ewropej jappoġġjaw bosta proġetti għall-kwalità tas-servizzi maħsuba għall-inklużjoni soċjali u għall-integrazzjoni permezz ta’ l-impjieg. Bl-istess mod, l-ERDF allokat madwar 7 biljun euro għall-infrastruttura tas-servizzi soċjali u tas-saħħa fl-UE25 tul il-perjodu 2000-2006. Fost l-inizjattivi politiċi, il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni ppermetta li jkunu disponibbli prassi Ewropej tajbin għall-kwalità u l-integrazzjoni tas-servizzi maħsuba għall-ġlieda kontra l-faqar. mill-2005 ’l hawn, tapplika direttament lis-servizzi ta’ kura fuq il-medda ta’ żmien twila. Fl-aħħar, il-programm ta’ azzjoni għall-inklużjoni soċjali jħeġġeġ l-iskambju ta’ prassi tajbun u l-kooperazzjonijiet transnazzjonali eżemplari. Oqsma oħra ta’ attività ta’ l-Unjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ finanzji pubbliċi, joffru wkoll appoġġ u superviżjoni għall-modernizzazzjoni tas-servizzi soċjali. L-involviment Ewropew rigward is-servizzi soċjali jissejjes ukoll fuq l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja. Dan jirriżulta mill-proċessi ta’ ftuħ jew ta’ diversifikazzjoni mibdi mill-Istati Membri nfushom, bl-effett li parti dejjem tikber tas-servizzi soċjali fl-Unjoni Ewropea, li s’issa tmexxew direttament mill-awtoritajiet pubbliċi, minn issa ’l quddiem jaqgħu taħt ir-regoli Komunitarji li jmexxi s-suq intern u l-kompetizzjoni. Dan l-involviment Ewropew huwa, hu wkoll, sinjal ta’ tendenza lejn modernizzazzjoni tas-servizzi soċjali, permezz ta’ trasparenza akbar u effiċjenza aħjar fl-organizzazzjoni u l-finanzjament. Hu jħeġġeġ użu aħjar tar-riżorsi baġitarji, fil-prinċipju limitat, iddedikat għall-politiki soċjali. Hu jikkontribwixxi wkoll għall-tkabbir tal-varjetà u tal-kwalità tas-servizzi. Fl-istess ħin, din il-qagħda l-ġdida għall-parteċipanti kkonċernati kabbret il-bżonn ta’ kjarifika tal-kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ ċerti regoli Komunitarji[11]. II – L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI KOMUNITARJI FIL-QASAM TAS-SERVIZZI SOĊJALI : LOĠIKA KOSTANTI 2.1. L-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-distinzjoni bejn is-servizzi ta’ interess ġenerali ta’ karattru ekonomiku u mhux ekonomiku. B’mod ġenerali, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Qorti) tispeċifika li l-Trattat KE jgħaraf li l-Istati Membri għandhom il-libertà li jiddefinixxu missjonijiet ta’ interess ġenerali u li jistabbilixxu l-prinċipji ta’ organizzazzjoni li jirriżultaw minnha għas-servizzi maħsuba sabiex iwettquhom. Madankollu, din il-libertà għandha titwettaq fi trasparenza u mingħajr abbuż tal-kunċett ta’ interess ġenerali. Fl-eżerċizzju ta’ din il-libertà, l-Istati Membri għandhom iqisu il-liġi Komunitarja filwaqt li jiddeterminaw l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' l-għanijiet u tal-prinċipji li ffissaw. B’hekk, pereżempju, huma għandhom iħarsu l-prinċipju ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-liġi Komunitarja tas-swieq pubbliċi u ta’ konċessjonijiet filwaqt li jorganizzaw servizz pubbliku. Barra minn hekk, għal dak li għandu x’jaqsam ma' servizzi ta’ natura ekonomika, il-kompatibbiltà ta’ l-arranġamenti tagħhom ta’ organizzazzjoni ma’ l-oqsma l-oħra tal-liġi komunitarja (b’mod partikolari il-provvediment ħieles tas-servizzi u l-libertà ta’ l-istabbiliment, u l-liġi tal-kompetizzjoni) għandha tiġi żgurata wkoll. Fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni, il-Qorti stabbilit li għandhom jitqiesu bħala attività ekonomika : « kull attività li tikkonsisti fil-provvediment ta’ beni jew ta' servizzi f’suq partikolari minn impriża, ikun x’ikun l-istatus ta' din ta' l-aħħar u l-metodu ta' finanzjament tagħha »[12]. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-provvediment ħieles tas-servizzi u tal-libertà ta’ stabbiliment, il-Qorti iddeċidiet li għandhom jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi skond it-Trattat, is-servizzi mogħtija normalment bi ħlas. It-Trattat ma jirrikjedux, madankollu, li l-servizz ikun imħallas direttament minn dawn li jibbenefikaw minnhom [13] Għaldaqstant kważi s-servizzi kollha mogħtija fil-qasam soċjali jistgħu jitqiesu bħala « attivitajiet ekonomiċi » skond l-Artikolu 43 u 49 tat-Trattat KE. l-awtoritajiet pubbliċi u l-operaturi, fil-qasam tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali jħossu l-iżvilupp kostanti tal-ġurisprudenza tal-Qorti b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mal-kunċett ta’ « attività ekonomika » bħala għajn ta’ inċertezza. Jekk il-ġurisprudenza u l-leġiżlazzjoni Komunitarja[14] sfurzaw lilhom infushom sabiex inaqqsu din l-inċertezza jew sabiex jiċċaraw l-effett, dawn ma jistgħux jitneħħew kompletament. 2.2. Il-qagħdiet konkreti li jiltagħu magħhom illum is-servizzi soċjali Sabiex wieħed jifhem aħjar il-kondizzjonijiet konkreti għall-applikazzjoni tal-qafas Komunitarju għall-qagħda tas-servizzi soċjali, din il-komunikazzjoni tintrabat mal-qagħdiet li jseħħu l-aktar spissi. 2.2.1. L-għażla tad-delegazzjoni - L-għażla tad-delegazzjoni parzjali jew sħiħa ta’ missjoni soċjali Jekk is-setgħat pubbliċi jiddeciedu li jiddelegaw missjoni lill-imsieħeb estern jew li jikkooperaw mas-settur privat, il-liġi komunitarja dwar is-swieq pubbliċi u l-konċessjonijiet tista’ tidħol fin-nofs. F’dawn il-każijiet, l-entità pubblika li tiddelega lil entità esterna missjoni soċjali ta’ interess ġenerali għandha, mill-anqas, tħares il-prinċipji ta’ trasparenza, ta' trattament indaqs u ta' proporzjonalità. Barra minn hekk, f’ċerti każijiet, id-direttivi ta’ “kuntratti pubbliċi » jimponu obbligi aktar konkreti. Pereżempju, id-Direttiva 2004/18/KE dwar, fost oħrajn, il-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, teħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi għad-dokumenti tal-kuntratti, bħall-avviżi tal-kuntratti, it-termini u l-kundizzjonijiet jew id-dokumenti komplimentari. Rigward dan is-suġġett, ċerti Stati Membri u fornituri ta’ servizzi wrew id-diffikultà li jistabbilixxu minn qabel deskrizzjoni preċiża tat-termini u l-kundizzjonijiet għas-servizzi soċjali li għandhom jaddattaw ruħhom għall-ħtiġijiet tal-persuni każ b'każ. Biex tingħeleb din id-diffikultà, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jiġu stabbiliti billi jissejsu fuq ir-rendimenti u l-ħtieġijiet fonzjonali. Dan ifisser li s-setgħet kontraenti jew li joħorġu l-offerti jistgħu jillimitaw ruħhom biex jiddefinixxu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mill-fornituri tas-servizz. Dan il-mod ta’ definizzjoni ta’ l-« ispeċifikazzjonijiet tekniċi » għandu jiggarantixxi l-flessibbiltà meħtieġa u fl-istess ħin preċiżjoni biżżejjed għad-determinazzjoni ta’ l-għan tal-kuntratt jew tas-suq. - It-tmexxija ta’ servizz soċjali fil-qafas ta’ sħubija pubblika-privata. L-isħubiji pubbliċi-privati (SPP) huma kull ma jmur jiġu użati aktar għall-provvediment ta’ servizzi soċjali ta’ interess ġenerali. F’dan il-kuntest, jidher neċessarju li jiġi ċċarat il-kunċett ta’ « konċessjonijiet » u r-regoli li jikkonċernaw l-għoti tagħhom, kif ukoll l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-swieq pubbliċi li għandhom x'jaqsmu mal-ħolqien ta' l-entitajiet ta' kapitali misti l-għan tagħhom hu li jipprovdu servizz ta' interess pubbliku (S’P istituzzjonalizzat). Għall-SPP istituzzjonalizzati, il-konsultazzjoni wriet li kienet meħtieġa kjarifika . Rigward id-distinzjoni bejn entitajiet « interni » u « terzi », kjarifiki importanti twasslu bis-sentenza Stadt Halle[15] mogħtija mill-Qorti. Skond din is-sentenza l-proċeduri ta’ l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi japplikaw malli awtorità pubblika tkun bi ħsiebha tikkonkludi kuntratt għal interessi finanzjarji ma' impriża distinta ġuridikament, li hi għandha sehem fil-kapital ma' wieħed jew bosta impriżi privati. 2.2.2. L-użu ta’ kumpens finanzjarju pubbliku Awtorità pubblika tista’ tiddeċiedi li tħallas lura l-ispejjez marbuta mat-twettiq ta’ missjoni soċjali ta’ interess ġenerali minn entità esterna. Dan il-kumpens finanzjarju hu maħsub jibbilanċja l-ispejjeż li jirriżultaw mit-twettiq tal-missjoni li ma tkunx saret minn impriża li tħares biss il-kriterji tas-suq. Wara sentenza mill-Qorti[16][17] ħadetdeċiżjoni rigward l-għajnuniet Statali li diġà ssimplifikaw b’mod konsiderevoli l-ħtiġijiet li kellhom x’jaqsmu mal-kumpens finanzjarju mill-fornituri ta’ servizzi soċjali u jipprovdu siġurtà ġuridika meħtieġa. Tabilħaqq, din id-deċiżjoni tistipula limiti u kriterji b’tali mod, li l-kumpens riċevut mill-parti l-kbira tas-serizzi soċjali huwa awtomatikament meqjus bħala kompatibbli mar-regoli ta’ kompetizzjoni, u b’hekk eżenti mill-obbligu ta’ avviż minn qabel. Għan-numru żgħir ta’ servizzi soċjali li ma jirrispettawx dawn il-limiti u dawn il-kriterji, avviż tal-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Kummissjoni jibqa’ meħtieġ[18]. Madankollu, dawn l-allegazzjonijiet u dawn is-simplifikazzjonijiet ma jistgħux japplikaw jekk is-servizzi kkonċernati jingħataw a priori minn “att legali” missjoni ta’ interess ġenerali. B’hekk, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri li jespliċitaw il-missjonijiet li jafdaw lis-servizzi soċjali, li jwasslu b’hekk għal trasparenza utli għal kulħadd, għas-servizzi interessati kif ukoll għall-utenti tagħhom. 2.2.3. L-użu ta’ regolazzjoni tas-suq Fil-każ fejn operaturi privati joffru servizz soċjali, l-Istat jista’ jiddeċiedi li jsostni it-tħaddim tas-suq sabiex jiżgura t-twettiq ta’ l-għanijiet ta’ interess ġenerali. Madankollu, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom iħarsu l-liġi Komunitarja u b'mod aktar partikolari r-regoli u l-prinċipji ġenerali tat-Trattat li għandu x'jaqsam mal-provvediment ħieles tas-servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment Jeħtieġ li f'dan il-kuntest jiġi mfakkar li s-servizzi esklużi mill-firxa tad-direttiva rigward is-servizzi fis-Suq Intern, jissoktaw ikunu suġġetti għal dawn ir-regoli u prinċipji. Il-libertà ta’ stabbiliment (l-Artikolu 43 tat-Trattat KE) tippermetti lill-operatur li jwettaq attività ekonomika permezz ta’ istallazzjoni stabbli fi Stat Membru ieħor għal żmien indeterminat. Dan ser ikun ta’ sikwit il-każ fil-qasam tas-servizzi soċjali li għalihom l-użu ta’ infrastrutturi hu meħtieġ fil-prattika (akkomodazzjoni soċjali, residenzi għall-anzjani). Il-provvediment ħieles ta’ servizzi (l-Artikolu 49 tat-Trattat KE) jippermetti lill-operatur ekonomiku li jipprovdi servizzi temporanjament fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun stabbilit fih. Jippermetti wkoll lill-konsumatur sabiex juża s-servizzi pprovduti minn fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor. L-Artiklu 43 u 49 tat-Trattat KE imorru kontra xulxin mhux biss dwar ir-regoli nazzjonali diskriminatorji imma wkoll dwar kull regola nazzjonali applikabbli b’mod indistintiv għall-operaturi nazzjonali u barranin li joħolqu jew jagħmlu inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ dawn il-libertajiet fondamentali. Madankollu, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti, l-għanijiet rigward il-politika soċjali jikkostitwixxu ir-« raġunijiet l-aktar importanti ta’ interess ġenerali » li jistgħu jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ miżuri maħsuba li jirregolaw is-suq, bħall-obbligu ta' awtorizzazzjoni sabiex jiġi pprovdut servizz soċjali. Il-Qorti ddeċidiet li tali miżuri għandhom jissejsu fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji u magħrufa minn qabel sabiex isostnu l-eżerċizzju ta-setgħa ta’ l-awtoritajiet nazzjonali li jagħmlu valutazzjoni. Biex ikunu kompatibbli mal-liġi komunitarja, dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonali wkoll. Barra minn hekk, għandha tiġi ggarantita l-possibbiltà li jkun hemm użu ta’ appell[19]. 2.2.4. Kompatibbiltà mar-regoli ta’ aċċess għas-suq L-analiżi ta’ dawn l-eżempju differenti turi l-flessibbiltà ta’ l-applikazzjoni tat-Trattat meta jkollu jgħaraf, b'mod partikolari fl-ispirtu ta' l-Artikolu 86(2), l-ispeċifikazzjonijiet inerenti għall-missjonijiet ta' interess ġenerali ta’ dawn is-servizzi. Waqt il-verifika tal- kompatibbiltà ta' l-arranġamenti tat-twettiq ta’ missjoni ta’ interess ġenerali mar-regoli ta’ aċċess għas-suq, dawn l-ispeċifikajiet huma b’hekk meqjusa. Ir-regoli Komunitarji jħeġġu lis-setgħat pubbliċi li jispeċifikaw, lil hinn mid-definizzjoni tal-missjonijiet ta’ interess ġenerali li jafdaw entità soċjali, dwar il-korrispondenza bejn il-piżijiet jew obbligi marbuta ma' din il-missjoni u l-limiti ta' aċċess għas-suq li jqisu meħtieġa biex jippermettu lil dawn l-entitajiet li jħabbtu wiċċhom ma’ dawn il-piżijiet jew obbligi. III - SEGWITU U KONTROLL AĦJAR TAS-SERVIZZI SOĊJALI TA’ INTERESS ĠENERALI FL-UNJONI EWROPEA 3.1. Konsultazzjoni profonda dwar il-karatteristiċi ta' speċifiċità Din il-komunikazzjoni tippreżenta lista miftuħa ta’ karatteristiċi li jirriflettu n-natura speċifika tas-servizzi soċjali bħala servizzi ta’ interess ġenerali (ikkonsulta t-taqsima 1.1.). Barra l-kriterji tradizzjonali ta’ l-interess ġenerali (universalità, trasparenza, kontinwità, aċċessibbiltà, eċċ) magħrufa għall-missjonijiet tas-servizzi soċjali, dawn il-karatteristiċi, li jirreferu għall-kondizzjonijiet u arranġamenti ta' organizzazzjoni tagħhom. Hi se tikkostitwixxi l-punt ta’ tluq ta’ konsultazzjoni mill-Kummissjoni ta’ l-atturi kkonċernati kollha : l-Istati Membri, fornituri ta' servizzi, utenti. Din il-konsultazzjoni se tkun b’mod partikolari dwar: - l-elementi li jikkostitwixxu dawn il-karatteristiċi, kif ukoll ir-relevanza tagħhom biex jifhmu n-natura speċifika tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali; - kif jistgħu jitqiesu mill-Istati Membri waqt id-definizzjoni tal-missjonijiet ta’ interess ġenerali tas-servizzi soċjali u l-arranġamenti ta’ l-organizzazzjoni tagħhom, bil-ħsieb ta’rabta tajba “a priori” mal-qafas komunitarju; - kif dawn il-karatteristiċi (jew oħrajn) jistgħu jitqiesu mill-Kummissjoni f’każ li jkollha tivverifika “a posteriori” u każ b’każ il-kompatibbiltà ta’ l-arranġamenti ta’ organizzazzjoni tas-servizzi soċjali mal-ħarsien tal-prinċipji Komunitarji ta’ trasparenza u ta’ propozjonalità. 3.2. Segwitu tal-qagħda tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea Sabiex jitjieb l-għarfien reċiproku ta’ l-operaturi u tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-mistoqsijiet dwar l-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji fl-iżvilupp tas-servizzi soċjali, u sabiex jiġi approfondit l-iskambju ta' tagħrif bejn l-operaturi u l-istituzzjonijiet Ewropej, proċedura ta' segwitu u ta' djalogu taħt is-sura ta' rapporti li ser jiġu stabbiliti kull sentejn. Ir-rapporti ser jiġu fi ħdan l-inizjattivi Komunitarji l-oħra li jsostnu l-modernizzazzjoni tas-servizzi soċjali, b'mod partikolari l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni rigward il-ħarsien u l-inklużjoni soċjali. Il-Kummissjoni niedet fil-bidu ta’ l-2006 studju sabiex tiġbor it-tagħrif meħtieġ biex tistabbilixxi l-ewwel rapport li jsir kull sentejn. Dan it-tagħrif jikkonċerna it-tħaddim tas-settur, l-importanza soċjo-ekonomika tiegħu u l-implikazzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja. Ir-riżultati ta’ l-istudju huma mistennija għal nofs is-sena 2007. KONKLUżJONI Din il-komunikazzjoni tikkostitwixxi pass supplimentari fil-konsiderazzjoni tan-natura speċifika tas-servizzi soċjali fuq livell Ewropew. Fuq dawn is-sisien, il-Kummissjoni se tkompli l-konsultazzjonijiet ma’ l-Istati Membri, fornituri ta' servizzi u konsumaturi. Fuq bażi ta’ dan il-proċess miftuħ ta’ konsultazzjoni li l-Kummissjoni tagħti importanza kbira, lir-riżultati ta’ l-istudju li qiegħed iseħħ dwar is-servizzi soċjali u b'sostenn dwar il-ħidmiet tal-Kumitat ta' Ħarsien Soċjali, il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-ewwel rapport li jsir kull sentejn u se teżamina mill-ġdid il-qagħda tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali u ta' ċerti setturi fosthom fid-dawl ta' l-applikazjzoni tal-liġi Komunitarja. L-għan hu li titqies aħjar id-diversità tas-servizzi soċjali bħal dawk definiti fil-paragrafu 1.1., u li jiġi speċifikat kif il-karatteristiċi speċifiċi għas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali jistgħu jintużaw kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri sabiex titnaqqas l-insigurtà ġuridika inerenti għas-sitwazzjonijiet jew fejn jinħtieġ approċċ ta’ każ b’każ. Fid-dawl ta’ dan l-esperiment, il-Kummissjoni se tiddeċiedi dwar is-segwitu li għandu jingħata lil dan il-proċess u se tipprevedi l-aħjar approċċ biex jiġi segwit, kif ukoll, b’kunsiderazzjoni tal-bżonn u l-possibbiltà legali għal proposta leġiżlattiva. [1] COM(2004) 374 12.5.2004. [2] COM(2005) 33 9.2.2005. [3] SEG(2005) 981 20.7.2005. [4] KUMM(2006) 160 4.4.2006. [5] Ikkonsulta l-Istrateġija politika annwali 2007, KUMM(2006) 122 14.3.2006, p. 11. [6] Ir-riżultati ta’ dan ir-reġistru jistgħu jiġu kkonsultati fuq: http://europa.eu.int/comm/employment_social/social_protection/questionnaire_fr.htm. [7] It-tagħlim u t-taħriġ, filwaqt li huma servizzi ta’ interess ġenerali li għandhom funzjoni soċjali ċara, mhumiex koperti minn din il-Komunikazzjoni. [8] Dawn il-kriterji huma r-rizultat tar-reġistru msemmi hawn fuq (ara hawn fuq taħt il-punt 6). [9] Fis-sentenza Sodemare, il-Qorti qieset li kundizzjoni mingħajr skop ta' qliegħ setgħet tkun kompatibbli mal-prinċipju tal-libertà ta’ l-istabbiliment. [10] Ikkonsulta l-Anness 1 li jinsab fid-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni SEG(2006) 516. [11] Din it-talba ta’ kjaraifika tidher bħala rizultat maġġuri tal-konsultazzjonijiet mwettqa. [12] Ara pereżempju l-każijiet C-180/98 à C-184/98, Pavlov, e.a. [13] Każ C-352/85, Bond van Adverteerders. [14] Ara l-Anness 2 li jinsab fid-Dokument ta’ Ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni SEG(2006) 516. [15] Każ C-26/03, is-sentenza tal-11 ta’ Jannar 2005. [16] Każ C-280/00, sentenza ta’ l-24.7.2003, Altmark Trans. [17] ĠU L 312 29.11.2005, pp. 67-73. [18] Ikkonsulta l-Anness 2 li jinsab fid-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni SEG(2006) 516. [19] Ara pereżempju s-Sentenza ta’ l-20.2.2001, Każ C-205/99 Analir.