[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 14.3.2006 KUMM(2006) 124 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Kisbiet tal-Politika 2005 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Kisbiet tal-Politika 2005 1. ASENA TA’ SFIDI GħALL-EWROPA Din is-Sinteżi tal-Kisbiet tal-Politika, li qiegħda tidher għall-ewwel darba fl-2006, tistabbilixxi dak li għamlet il-Kummissjoni biex tgħin fit-twettiq tal-miri strateġiċi tagħha ta’ ħames snin: li tippromwovi l-prosperità, is-solidarjetà, is-sikurezza, u Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja[1]. L-ewwel sena sħiħa tal-Kummissjoni Barroso rat ħidma fuq bosta fronti fi sħubija ma’ l-istituzzjonijiet Ewropej, ma’ l-Istati Membri u ma’ persuni jew organizzazzjonijiet li għandhom interessi oħra. Dan id-dokument, flimkien mas-sinteżi tal-kwistjonijiet ta’ ġestjoni u kontroll, jikkostitwixxi l-aħħar stadju taċ-ċiklu ta’ l-Ippjanar u l-Ipprogrammar Strateġiku (SPP) tal-Kummissjoni. Iż-żewġ dokumenti jifformaw parti minn ħaġa sħiħa, fejn il-Kummissjoni tirrapporta dwar l-impenji li daħlet għalihom biex jinkisbu riżultati politiċi u dwar kemm tista’ tagħti redikont ta’ għemilha fl-eżerċizzju tar-responsabbiltà ġestjonali tagħha. Is-sena 2005 rat diżastri naturali, attakki terroristiċi, u persistenza ta’ tkabbir ekonomiku batut u livell għoli ta’ qgħad f’diversi Stati Membri. Kienet sena ta’ sfida anki għall-integrazzjoni Ewropea, b’referenda negattivi dwar it-Trattat Kostituzzjonali fi tnejn mill-Istati Membri fundaturi, u inċertezza dwar il-Perspettivi Finanzjarji ta’ l-UE għall-2007-2013. Is-sena ntemmet fuq nota aktar pożittiva. Waqt laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ l-Istati u tal-Gvernijiet f’Hampton Court, ħareġ kunsens li kkonferma l-analiżi tal-Kummissjoni dwar kif għandhom jiġu ssalvagwardjati l-valuri Ewropej f’dinja globalizzata. Ġie miftiehem li azzjoni Ewropea kienet essenzjali biex jiġu trattati temi ta’ importanza kbira għall-futur tagħha: ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni ogħla, l-enerġija, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-immigrazzjoni, u l-ġejjieni demografiku ta’ l-Ewropa. F’Diċembru, il-Kunsill Ewropew laħaq ftehim dwar il-Perspettivi Finanzjarji. Il-Kummissjoni kellha rwol essenzjali f’dawn in-negozjati, u qiegħda tkompli r-rwol tagħha bħala faċilitatriċi onesta fin-negozjati bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi ffinalizzat l-qafas finanzjaru għas-seba’ snin li ġejjin. Għas-snin 2008-2009 hemm ppjanat wkoll reviżjoni komprensiva tad-dħul u ta’ l-infiq ta’ l-UE. F’termini ta’ proposti ġodda, il-parti l-kbira ta’ l-inizjattivi enfasizzati f’din is-Sinteżi kienu parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2005. L-isforzi li saru f’termini ta’ l-Ippjanar u l-Ipprogrammar Strateġiku biex jiffukaw fuq prijoritajiet prinċipali politiċi u jirriflettuhom fl-azzjoni qegħdin ikomplu jħallu l-frott. Kważi 90% tal-punti prijoritarji kienu adottati, li huwa titjib konsiderevoli fuq is-snin ta’ qabel, u riżultat ibbilanċjat (b’22, 25, 24 u 18-il proposta adottati taħt kull għan)[2]. Aktar importanti minn hekk, il-proposti huma progress reali fit-triq lejn l-għanijiet essenzjali ta’ l-Unjoni. Madankollu, proposta mill-Kummissjoni hija biss l-ewwel pass. Biex il-proposti jiġu tradotti f’titjib reali fil-politika li titwassal għand iċ-ċittadini Ewropej, għandu jsir progress fil-proposti ppreżentati, kemm permezz ta’ l-adozzjoni ta’ l-leġiżlazzjoni fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew, u billi jkun hemm inkoraġġiment ta’ kunsens wiesa’ dwar dak li l-Ewropa tista’ tagħmel u ’il fejn l-Ewropa għandha timmira l-enerġiji tagħha. Din is-sħubija tibqa’ ċentrali biex jitwassal dak li l-Kummissjoni qiegħda tipprova tikseb. 2. IL-PROSPERITÀ ‘…biex inbiddlu l-ekonomija Ewropea f’waħda mill-aktar postijiet attraenti għall-investiment, għall-produzzjoni u għax-xogħol...’ (Mira strateġika 2005-2009) L-Istrateġija ta’ Liżbona Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ħa pass deċiżiv ’il quddiem u ta impetu ġdid lill- Istrateġija ta’ Liżbona. L-Istrateġija ta’ Liżbona reġgħet kienet iffokata u ggwidata f’żewġ għanijiet prinċipali: li jinkiseb tkabbir aktar b’saħħtu u li jdum aktar, u li jinħolqu aktar impjiegi u ta’ kwalità aħjar. Aspett ċentrali ta’ l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona kien il-bżonn għal azzjoni fuq kull livell: Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. L-impenn ta’ l-Istati Membri għall-Istrateġija riveduta ta’ Liżbona kien appoġjat minn ftehim dwar Linji ta’ gwida Integrati għat-tkabbir u l-impjiegi (2005-2008) multiannwali. Dawn il-linji ta’ gwida jiżguraw konsistenza akbar, b’attenzjoni li tkun aktar iffokata fuq it-tkabbir u l-impjiegi u bi pjan ċar għat-tfassil tar-riformi nazzjonali. Fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni pproponiet ukoll il- Programm Komunitarju ta’ Liżbona, li jipprovdi azzjonijiet speċifiċi fuq livell ta’ l-UE biex l-istampa tkun ikkompletata b’dimensjoni Ewropea u biex jingħata appoġġ lil u jkunu kkomplementati l-miżuri nazzjonali. Żewġ terzi ta’ l-azzjonijiet li kienu previsti fil-bidu diġà ġew adottati mill-Kummissjoni. Madankollu, ħafna mill-azzjonijiet ta’ finanzjament jiddependu mill-fatt li l-Perspettivi Finanzjarji jiġu finalizzati u implimentati. Il-Patt ta’ Stabilità u t-Tkabbir Il-ħolqien tat-tkabbir u ta’ l-impjiegi fuq bażi sostenibbli jeħtieġ ambjent makroekonomiku sod. B’ħidma fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill qabel dwar ir-reviżjonijiet għall- Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir . Fil-prattika, il-pajjiżi li għandhom kemm dejn baxx kif ukoll potenzjal għoli għal tkabbir se jkunu jistgħu jmexxu defiċit baxx tul medda medja ta’ żmien, filwaqt li se jkun meħtieġ baġit ibbilanċjat jew eċċessiv għal pajjiżi oħra. Se jsir aktar faċli għall-Istati Membri biex iniedu riformi strutturali li jkollhom effetti diretti li jiffrankaw il-flus tul medda twila ta’ żmien u li jtejbu s-sostenibbiltà tul medda twila ta’ żmien. Għalhekk, ir-riforma tiżgura konsistenza akbar bejn l-għanijiet tad-dixxiplina fiskali u l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona. Kompetittività Biex tgħin lin-negozji jistgħanaw fl-Ewropa, il-Kummissjoni fformulat politika industrijali integrata li tistabbilixxi inizjattivi settorjali u mifruxa għas-snin li ġejjin. Din il-politika tenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni f’oqsma relatati, eż. l-aċċess għas-swieq, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-ħiliet u l-fondi reġjonali għall-aġġustament strutturali. L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) huma sors ewlieni ta’ l-impjiegi u ta’ l-innovazzjoni, iżda għandhom parti ferm iżgħar fis-suq intern milli għandhom il-kumpaniji li huma akbar fid-daqs. Biex tgħin lill-SMEs isiru aktar kompetittivi, ittejjeb l-aċċess tagħhom għas-swieq u titnaqqas il-burokrazija, il-Kummissjoni adottat politika komprensiva dwar l-SMEs . Hija pproponiet ukoll Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP), imfassal biex jissemplifika l-aċċess għal appoġġ adegwat għall-SMEs li qegħdin ifittxu tkabbir kapitali, kif ukoll biex iżid l-użu tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-kommunikazzjoni (ICT), tat-teknoloġiji ambjentali u tas-sorsi enerġetiċi rinnovabbli. Il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Livell Għoli ( CARS 21 ) li għamel rakkomandazzjonijiet biex jitjiebu l-impjieg u l-kompetittività globali ta’ l-industrija Ewropea tal-karozzi filwaqt li appoġġja aktar progress fis-sigurtà u fir-rendiment ambjentali bi prezz raġonveoli għall-konsumaturi. Biex lill-kumpaniji ittejbilhom l-ambjent fiskali u doganali, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar il- kontribut ta' l-istrateġiji politiċi fiskali u doganali fl-istrateġija ta’ Liżbona. L-għan tagħha huwa li lill-kumpaniji ta’ l-UE tnaqsilhom spejjeż żejda li jiġu mit-tħaddim ta’ 25 sistema nazzjonali u li tgħinhom jieħdu vantaġġ sħiħ mis-suq intern. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ppreżentat skema pilota ta’ Tassazzjoni fl-Istat ta’ l-Oriġini , li tanalizza l-ostakli tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom l-SMEs u tagħti deskrizzjoni qasira ta’ skema fiskali li tista’ tkun applikata għal operazzjonijiet bejn il-pajjiżi. Biex tiżdied il-kompetittività għall-kumpaniji u biex jitnaqqsulhom l-ispejjeż ta’ konformità, il-Kummissjoni pproponiet Kodiċi Doganali Modernizzat f’rabta mat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni biex jiġi stabbilit ambjent doganali elettroniku fl-UE li jkun ħieles mill-karti . Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll Komunikazzjoni dwar ir-reazzjoni mid-dwana għall-aħħar tendenzi fl-iffalsifikar ta’ prodotti u l-piraterija , li tiddefinixxi l-oqsma għal azzjoni prijoritarja. L-iffalsifikar ta’ prodotti hija theddida għall-innovazzjoni, il-kompetittività, il-kummerċ leġittimu, l-impjiegi, id-dħul ta’ taxxi u s-siġurtà u s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. Il-Kummissjoni nediet Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Għajnuna Statali , pakkett ta’ riformi wiesa’ mfassal biex jagħmel ir-reġim ta’ l-għajnuna Statali ta’ l-UE aktar effiċjenti, trasparenti, ġusta u effettiva. Il-Pjan ta’ Azzjoni jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu aktar għajnuna għar-riċerka u għall-iżvilupp, għall-innovazzjoni u għall-kapital ta’ riskju għall-intrapriżi ż-żgħar, u biex jittejbu s-servizzi pubbliċi. Is-Suq Uniku Fl-2005, viċin taż-żmien meta l-miżuri kollha proposti mill-Pjan t’Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji ġew adottati, u ġiet ppubblikata White Paper dwar il-Politika tas-Servizzi Finanzjarji li tistabbilixxi l-istrateġija għall-5 snin li ġejjin, il-Kummissjoni ħadet azzjoni biex tippromwovi l-provvista effiċjenti tas-servizzi madwar l-Ewropa kollha, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tan-negozji. Ipproponiet li titwaqqaf Żona Unika ta’ Pagamenti , li għandha l-għan li tagħmel il-pagamenti transkonfinali faċli, irħas u żguri daqs il-pagamenti fi ħdan Stat Membru wieħed. Jekk tkun implimentata bis-sħiħ, din tista’ tiffranka lill-ekonomija Ewropea €50-100 biljun fis-sena. Ipproponiet ukoll Direttiva dwar l- amalgamazzjonijiet bejn il-pajjiżi, li kienet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u li se tagħmilha aktar faċli għall-kumpaniji li huma stabbiliti f’pajjiżi differenti ta’ l-UE li jikkoperaw u jirristrutturaw fi ħdan is-suq uniku. Biex ikun iffaċilitat l-investiment fi Stati Membri oħra, il-Kummissjoni pproponiet ukoll l-estensjoni tad-drittijiet ta’ l-azzjonisti transkonfinali, li se tagħti l-opportunità lill-investituri madwar l-UE kollha biex jiksbu informazzjoni rilevanti u f’waqtha u biex jivvutaw mingħajr ma’ jiltaqgħu ma’ ostakli żejda. Proposta tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni fuq il-karozzi għandha l-għan li ttejjeb it-tħaddim tas-Suq Intern bit-tneħħija ta’ l-ostakli fiskali eżistenti fit-trasferiment ta’ karozzi tal-passiġġieri minn Stat Membru għal ieħor. Iġġib ‘l quddiem ukoll is-sostenibilità bl-istrutturazzjoni tal-bażi fiskali kemm tat-taxxi ta’ reġistrazzjoni kif ukoll tat-taxxi ta’ ċirkolazzjoni annwali sabiex jiġu inklużi elementi direttament marbuta ma’ l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju tal-karozzi tal-passiġġieri. Il-progress fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill kien sostnut dwar il-proposta għar-‘ Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni u l-Awtorizzazzjoni tal-Kimiċi’ (REACH) . Ir-Regolament il-ġdid se jissostitwixxi 40 att legali eżistenti u se joħloq sistema waħda għas-sustanzi kimiċi kollha. Ir-Regolament se jippromwovi wkoll is-sostituzzjoni ta’ kimiċi perikolużi, u b’hekk titrawwem l-innovazzjoni premezz ta’ l-iżvilupp ta’ sustanzi ġodda u aktar siguri. Innovazzjoni Il-bini tal-kapaċità li tipproduċi l-għarfien, biex tiġi mxerrda permezz ta’ l-edukazzjoni u tkun ikkonsolidata permezz ta’ l-innovazzjoni hija triq essenzjali għall-UE biex tagħti stimolu lit-tkabbir u tiġġenera impjiegi ġodda. Biex tagħti appoġġ għal dan, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni bl-isem ta’ ‘Il-Bini taż-Żona Ewropea għar-Riċerka ta’ l-għarfien għat-tkabbir’, li tistabbilixxi l-għanijiet tal-politika għar-riċerka Ewropea. Hija ppreżentat ukoll metodu dettaljat għas- Seba’ Programm Qafas (FP7) għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (2007-2013). L-FP7 se jimmodernizza t-twassil tar-riċerka ta’ livell Ewropew u se jintroduċi mekkaniżmi innovattivi ġodda bħall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka. Biex tgħin ħalli jingħata l-investiment meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tat-3% tal-PGD investit fir-riċerka sal-2010, u biex jittejbu l-kondizzjonijiet għall-investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni tas-settur privat, il-Kummissjoni ppreżentat Pjan ta’ Azzjoni għall-Innovazzjoni u r-Riċerka integrat. Dan indirizza kwistjonijiet bħall-inċentivi fiskali għar-riċerka, l-użu ta’ l-akkwist pubbliku għall-prodotti u għas-servizzi innovattivi, il-ħolqien ta’ suq tax-xogħol Ewropew għar-riċerkaturi u l-kooperazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija bejn l-universitajiet u n-negozji. Sadanittant, il-Kummissjoni kompliet timplimenta u tmexxi is-Sitt Programm ta’ Qafas ta’ Riċerka b’baġit totali ta’ €19 biljun għall-perjodu 2002-2006. Il-Kummissjoni elaborat ukoll strateġija għall-iżvilupp ta’ Nanoxjenzi u Nanoteknoloġiji, u r-riżultati tagħhom se jkollhom impatt maġġuri fuq il-bidla fl-industrija Ewropea filwaqt li tħares l-impjiegi u żżomm koeżjoni ekonomika u soċjali. L-2005 rat ukoll tmiem in-negozjati twal dwar l-ITER (proġett sperimentali internazzjonali fuq skala wiesgħa għall-iżvilupp tal-qawwa tal-fużjoni) u deċiżjoni biex il-bażi tiegħu tkun fl-Ewropa (Cadarach, Franza). Biex tagħti spinta lill-innovazzjoni u lill-impjiegi permezz ta’ l-użu ta’ l-ICT, il-Kummissjoni ppreżentat strateġija ta’ l-UE għas-soċjetà ta’ l-informazzjoni – i2010 . Din għandha l-għan li toħloq suq uniku għas-soċjetà ta’ l-informazzjoni u għas-servizzi tal-medja, biex tingħeleb il-‘qasma diġitali’ ġeografika u soċjali u tiżgura inklużjoni, u biex iżżid l-investiment fir-riċerka ta’ l-ICT bi 80%. Id- domain ta’ l-ogħla livell ‘.eu’ jipprovdi lill-kumpaniji u liċ-ċittadini Ewropej bi spazju ġdid fuq l-Internet filwaqt li jippromwovi identità ta’ l-UE fuq l-Internet. Wara biss tliet sigħat mit-tnedija uffiċċjali, waslu kważi 100 000 applikazzjoni. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll Direttiva dwar il-Kontenut Awdjoviżiv (‘ Televiżjoni mingħajr Fruntieri ’), li għandha l-għan li toħloq l-istess kondizzjonijiet għall-kumpaniji kollha li joffru servizzi marbuta mat-televiżjoni, pereżempju permezz tat-televiżjoni tradizzjonali, ta’ l-Internet jew tat-telefons ċellulari. Id-Direttiva għandha wkoll tarmonizza r-regoli dwar ir-reklami, li għandha tagħti aktar flessibilità għall-finanzjament tal-kontenut awdjoviżiv. L-edukazzjoni matul il-ħajja Prerekwiżiti essenzjali biex tkun aċċettata l-bidla huma forza tax-xogħol kapaċi u swieq tax-xogħol adattati biex jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ l-impjiegi. Ir-rapport konġunt tal-Kunsill/Kummissjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-programm Edukazzjoni u Taħriġ 2010 juri li r-riformi tas-sistemi nazzjonali sejrin fid-direzzjoni t-tajba iżda li l-Istati Membri se jkollhom bżonn iħaffu dawn ir-riformi. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilew id-direzzjonijiet essenzjali għat-tliet programmi ewlenin tal-Komunità dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u ż-żgħażagħ għall-perjodu 2007-2013. Fl-2005, 160,000 student irċivew għotja Erasmus biex jistudjaw barra minn pajjiżhom, u 67,000 persuna temmew internat vokazzjonali bħala parti mill-programm Leonardo da Vinci . B’kollox, matul is-sena, il-programmi taż-żgħażagħ, ta’ l-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali appoġġjaw il-parteċipazzjoni ta’ madwar 400,000 persuna f’azzjonijiet ta’ mobilità. Biex tappoġġja l-mobilità tal-ħaddiema, il-Kummissjoni għamlet diversi proposti leġiżlattivi dwar il- koordinament tar-reġimi tas-sigurtà soċjali , eż. Direttiva bl-għan li ttejjeb il-portabilità tad-drittijiet komplementari tal-pensjoni. Proposta tal-Kummissjoni biex tissemplifika leġiżlazzjoni komplessa dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki saret liġi; din se tiżgura sistema rapida u sempliċi għaċ-ċittadini biex ikollhom il-kwalifiki miskuba fi Stat Membru wieħed rikonoxxuti fl-oħrajn. Miżuri li jindirizzaw il-kwistjoni kruċjali ta’ l-ammissjoni effettiva ta’ l-immigranti ekonomiċi kienu żviluppati fi Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Migrazzjoni Legali. Enerġija u Trasport Il-Kummissjoni nidiet inkjesta fit-tħaddim tas-swieq ta’ l-elettriku u tal-gass. Illum, il-prezzijiet ta’ l-elettriku ta’ l-UE huma irħas minn għaxar snin ilu, minħabba l-liberalizzazzjoni. Madankollu, għad hemm bżonn ta’ aktar azzjoni biex jinħolqu swieq ta’ enerġija li huma kompetittivi u integrati, u dan jibqa’ essenzjali biex jappoġġja l-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea. Il-kontribuzzjoni tas-settur tat-trasport għall-innovazzjoni teknoloġika u għat-tkabbir ekonomiku żdiedet minħabba l-proġetti industrijali Ewropej kbar u ġodda. Eżempju wieħed huwa s-Sistema Ewropea ta’ l-Amministrazzjoni tat-Traffiku Ferrovjarju , li se tagħmel lit-trasport ferrovjarju aktar kompetittiv filwaqt li tiġi żgurata interoperabilità effettiva fost is-sistemi nazzjonali. Eżempju ieħor huwa l-Programm ta’ Riċerka dwar Tmexxija tat-Traffiku ta’ l-Ajru bl-Ajru Waħdieni Ewropew, il-parti teknoloġika tal- Programm Ajru Uniku Ewropew (SESAR) , li se jqiegħed għal-lest sistema moderna għall-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru. Is-SESAR se jbaxxi l-ispejjeż għall-fornituri tat-trasport ta’ l-ajru u jista’ jiġġenera sa 200 000 impjieg fl-Ewropa. Galileo , is-sistema Ewropea tan-navigazzjoni globali bis-satelliti, saret realtà konkreta bis-suċċess f’Diċembru ta’ l-ewwel satellita esperimentali. Dan il-programm jista’ joħloq aktar minn 150,000 impjiegi ta’ kwalifika għolja fl-Ewropa. Regoli ġodda soċjali Ewropej dwar it-trasport bit-triq ġew miftehma fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li se jżidu s-siġurtà fuq it-toroq u jistabbilixxu bażi komuni fir-rigward tad-drittijiet soċjali tal-ħaddiema fis-settur. 3. IS-SOLIDARJETÀ ‘…nilħqu l-bżonnijiet tal-preżent mingħajr ma nikkompromettu l-ħila tal-ġenerazzjonijiet futuri li jilħqu l-bżonnijiet tagħhom …’ (Mira strateġika 2005-2009) Solidarjetà Soċjali Il-Kummissjoni rrivediet l- Aġenda Soċjali, biex tgħin fl-immodernizzar tal-mudell soċjali Ewropew skond l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi. Tiffoka fuq żewġ prijoritajiet: l-impjiegi u l-ġlieda kontra l-faqar filwaqt li tippromwovi l-opportunitajiet indaqs. Din tkopri kwistjonijiet bħall-bżonn li tkun aġġornata l-liġi tax-xogħol biex ikunu indirizzati forom ġodda ta’ xogħol (eż. kuntratti għal medda qasir ta’ żmien) jew l-impatt ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ. Segwitu konkret inkluda l-adozzjoni ta’ Green Paper dwar il-bidla demografika, Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturazzjoni tal-kumpaniji u l-impjieg filwaqt li tipproponi modi ta’ kif tantiċipa u tamministra l-bidla biex tippromuovi aktar impjiegi, Strateġija ta’ Qafas dwar opportunitajiet indaqs , u t-twaqqif ta’ Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi . F’dan il-kuntest, id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jorbot il- Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ ma’ l-istrateġija għat-tkabbir u l-impjiegi fetħet qasam ġdid għall-politika li tiffavorixxi l-impjiegi taż-żgħażagħ u l-inklużjoni soċjali. Il-Kummissjoni dan qalbitu fi proposti speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-Patt fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-politika Ewropea għaż-żgħażagħ. Il-Kummisjoni pproponiet qafas regolatorju għall- Politika ta’ Koeżjoni wara l-2006 , flimkien ma’ Regolament dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-politika. Din se tidderieġi l-politika ta’ koeżjoni direttament fil-mira ta’ aktar tkabbir u impjiegi. Hija flessibli biżżejjed biex tħalli kull Stat Membru jew reġjun jiddefinixxi taħlita ta' politika xierqa fid-dawl tal-kundizzjonijiet partikolari ekonomiċi, soċjali, ambjentali, istituzzjonali u kulturali. Il-Kummissjoni ħadmet ukoll mill-qrib ma' l-Istati Membri biex tipprepara l-Oqsfa Nazzjonali ta' Referenza Strateġika tagħhom u l-programmi nazzjonali u reġjunali tagħhom, filwaqt li kompliet tappoġja l-għanijiet ta' koeżjoni taħt il-programmi attwali tagħha permezz tad-dispożizzjoni ta' qrib il-20 biljun ewro ta' finanzjament għal politika reġjunali. Il-Kummissjoni pproponiet regolament biex testendi l-mandat ta’ l-Osservatorju Ewropew tar-Razziżmu u l-Ksenofobija billi dan jinbidel f’Aġenzjia ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali . L-Aġenzija tkun ċentru indipendenti ta' għarfien espert li jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill ta' l-Ewropa. Din tagħti pariri lill-istituzzjonijiet ta' l-UE u l-Istati Membri dwar kif l-aħjar tipprepara jew timplimenta l-leġiżlazzjoni ta’ l-UE li għandha x’taqsam mad-drittijiet fundamentali. Eżempju ta' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni hija inizjattiva leġiżlattiva li għandha l-għan li tiżgura n- non- diskriminazzjoni ta’ passiġġieri ta’ l-ajru b’mobilità mnaqqsa . Fl-aħħar, biex tippromwovi t-tagħlim tal-lingwa u d-diversità lingwistika, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-Multilingwaliżmu fl-UE . Id-dokument jippreżenta l-għarfien tal-lingwa bħala ħila mixtieqa għaċ-ċittadini kollha u jenfasizza l-importanza tal-kapaċità tal-lingwa għall-mobbilità tal-ħaddiema u għall-kompetittività ta’ l-ekonomija ta’ l-UE. Il-Kummissjoni se tfittex biex tinvesti aktar f’riċerka relatata mal-lingwi u tagħmel l-informazzjoni tagħha aċċessibbli f’aktar lingwi; għamlet sejħa wkoll lill-Istati Membri biex jafsu fuq it-taħriġ, it-tagħlim u l-użu tal-lingwi. Tmexxija sostenibbli u l-użu tar-riżorsi u l-ħarsien ta’ l-ambjent Il-Kummissjoni wettqet reviżjoni ta’ l- Istrateġija Sostenibbli għall-Iżvilupp ta’ l-UE, adottata fl-2001. Din ir-reviżjoni tikkonferma l-impenn tal-Kummissjoni għall-iżvilupp sostenibbli u tidentifika numru ta’ oqsma prinċipali fejn hemm bżonn li tiżdied l-azzjoni bħal bidla fil-klima, l-effiċjenza ta’ l-enerġija u l-użu tar-riżorsi. Tistipula wkoll inizjattivi speċifiċi biex tibda l-progress. Fl-2005 sar progress inkuraġġanti fl-indirizz tal-Bidla fil-Klima, kemm fl-implimentazzjoni kif ukoll fl-effettività; il-livell tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-UE-25 huwa ta' 5.5% taħt il-livelli ta' l-1990. Il-pjanijiet nazzjonali ta' l-allokazzjoni ta' l-emmissjonijiet tas-CO2 ġew approvati, u għalhekk l-Iskema ta’ Emmissjonijiet Innegozjati ta’ l-UE saret operattiva bis-sħiħ. L-inizjattivi kienu wkoll imressqa biex jippromwovu tnaqqis fl-emissjonijiet mill-karozzi (‘Euro 5’) u fis-settur ta’ l-avjazzjoni. Il-Kummisssjoni kellha parti prinċipali f’li tassigura l-ftehim fil- Konferenza ta' l-NU dwar il-Bidla fil-Klima f’Montreal f'Diċembru biex fl-2006 jibdew id-diskussjonijiet dwar il-ġejjieni tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-bidla fil-klima meta l-miri attwali taħt il-Protokoll ta' Kyoto jiskadu fl-2012. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll erba’ strateġiji tematiċi għall-ambjent – dwar it-tniġġis ta’ l-arja, l-ambjent marittimu, ir-riżorsi naturali, u l-prevenzjoni ta’ l-iskart u r-riċiklaġġ. Kull strateġija se tikkontribwixxi għal użu aktar sostenibbli u għal aktar tmexxija ta’ riżorsi biex jippreservaw il-kapaċitajiet tal-ġejjieni ta’ l-ekonomiji tagħna filwaqt li joħolqu effetti pożittivi għall-ekosistemi u għas-saħħa umana. Fil-qasam ta’ l-enerġija, l-attenzjoni kienet iffokata fuq li tkun indirizzata l-bidla fil-klima u tiġi żgurata provvista ta’ enerġija sostenibbli. Green Paper dwar l-Effiċjenza ta’ l-Enerġija pproponiet miżuri li jnaqqsu l-ispejjeż biex jiġi ffrankat 20% tal-konsum ta’ l-enerġija sal-2020, permezz ta’ bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi u fl-użu ta’ tekonoloġiji li jaħdmu b’enerġija effiċjenti. Ġie stmat, li dawn għandhom jippermettu lill-UE tiffranka €60 biljun fis-sena. Il-Kummissjoni adottat ukoll Pjan ta’ Azzjoni għall-Bijomassa bl-għan ewlieni li l-użu tal-bijomassa jkun aktar milli rduppjat fl-UE sal-2010 u jħejji t-triq għal żjidiet akbar sal-2020. Fir-rigward ta’ l-agrikoltura, il-proposta tal-Kummissjoni għal riforma wiesa’ tas-settur taz-zokkor kienet approvata. Ir-riforma fiz-zokkor se taqta’ l-prezz garantit għaz-zokkor abjad b’36% fuq erba’ snin. Huwa mistenni li dan se jsaħħaħ il-kompetittività tas-settur, jerġa’ jġib bilanċ fis-suq u jgħin biex l-UE tonora l-impenji internazzjonali tagħha fil-konfront ta’ pajjiżi oħra li jipproduċu z-zokkor. L-2005 kienet ukoll l-ewwel sena ta’ l-implimentazzjoni tal- pagament separat għal razzett uniku , li jneħħi r-rabta diretta bejn il-produzzjoni u s-sussidji fil-Politika Agrikola Komuni. Mill-2006, madwar 90% tal-pagamenti diretti lill-bdiewa mhux se jibqgħu marbuta mal-produzzjoni u fl-istess ħin, se jkunu introdotti rekwiżiti ġodda biex jintlaħqu l-istandards ambjentali. Kisba politika oħra kienet l-adozzjoni tar- Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali li dwaru intlaħaq ftehim mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. Ir-Regolament il-ġdid se jagħti ambitu akbar lill-Istati Membri biex jużaw il-fondi għall-Iżvilupp Rurali biex jagħtu stimolu lit-tkabbir u jinħolqu impjiegi ġodda u biex jitwettqu programmi ta’ ħarsien ta’ l-ekoloġija f’żoni rurali. Il-Kunsill adotta wkoll il-proposta għal qafas legali wieħed għall-iffinanzjar tal-PAK. Huwa se jissemplifika b’mod konsiderevoli l-iffinanzjar tal-PAK, isaħħaħ u jimmodernizza t-treġija u l-kontroll, u jsaħħaħ id-dixxiplina baġitarja. Fil-qasam tal-konservazzjoni tar-riżorsi u l-ġestjoni tas-sajd, il-proposti tal-Kummissjoni għal pjanijiet ta’ rkupru tul medda twila ta’ żmien kienu għal-lest għal speċijiet differenti . Aktar minn hekk, miżuri għall-Baħar Baltiku se jħejju t-triq għal pjan ta’ rkupru multiannwali bix jerġgħu jinbnew l-istokks tal-merluzz f’dik iż-żona u l-Kunsill qabel li jwaqqaf Aġenzija Komunitarja għall-Kontrol tas-Sajd, li se trawwem approċċ komuni għall-immonitorjar u l-ispezzjoni tas-sajd fi ħdan l-Unjoni. Il-Kummissjoni nediet ukoll Task Force dwar il-Politika Marittima, li l-missjoni tagħha hija li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-iżvilupp sostenibbli ta’ l-attivitajiet ibbażati fil-baħar fuq livell ta’ l-UE. 4. IS-SIGURTÀ U L- Ħ ELSIEN ‘…is-sigurtà personali taċ-ċittadini Ewropej fil-konfront tal-kriminalità u tat-terroriżmu... u l-kapaċità taċ-ċittadini li jmexxu l-ħajja tagħhom ta’ kuljum fuq bażi żgura...’ (Mira strateġika 2005-2009) Il-Ġustizzja u l-Affarijiet ta' l-Intern L-adozzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni konġunt tal-Kunsill/Kummissjoni li jimplimenta l-Programm ta’ l-Aja kien avveniment essenzjali għall-iżvilupp tal-politika ta’ libertà, sikurezza u ġustizzja fl-Ewropa fl-2005-2009. L-attakki terroristiċi tas-7 ta’ Lulju f’Londra kkonfermaw il-bżonn ta’ azzjoni rapida u komprensiva fuq livell ta’ l-UE. Il-proposta għal Deċiżjoni ta’ Qafas dwar l-iskambju ta’ l-informazzjoni taħt il-prinċipju tad-disponibilità għandha ġġib titjib konsiderevoli fl-aċċess għall-informazzjoni għall-awtoritajiet li jinfurzaw il-liġi. Marbuta ma’ dan, il-proposta għal Deċiżjoni ta’ Qafas dwar il-ħarsien tad-data personali li ġiet ipproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali se tgħin biex ikun iggarantit ir-rispett tad-drittijiet fundamentali. Il- Pjan ta’ Azzjoni dwar id-droga għandu l-għan li jnaqqas il-prevalenza ta’ l-użu tad-droga u d-dannu soċjali u l-ħsara għas-saħħa li huma kkawżati mid-drogi illegali. Jipproponi azzjonijiet speċifiċi u għandu jservi bħala gwida għal dawk li għandhom interess meta jkunu stabbiliti l-prijoritajiet f’dan il-qasam. L-Istrateġija biex tiġi indirizzata l-kriminalità organizzata għandha l-għan li tiżviluppa metodoloġiji komuni fost korpi nazzjonali u ta’ l-UE u li tistabbilixxi sistema ta’ statistiċi dwar il-kriminalità ta’ l-UE, bħala bażi għal aktar żvilupp tal-politika f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni wettqet ukoll reviżjoni tal- Programm tar-rikonoxximent reċiproku fi kwistjonijiet kriminali . Il-Komunikazzjoni tipproponi miżuri leġiżlattivi biex tarmonizza l-liġi tal-proċedura kriminali, filwaqt li tiffoka fuq il-ħarsien tad-drittijiet individwali, u fuq l-azzjoni prattika biex jingħata spinta lit-taħriġ ġudizzjarju u appoġġ għan-netwerking fost il-prattikanti. Avvenimenti traġiċi marbuta maż-żjieda qawwija tal-pressjonijiet migratorji fuq il-fruntieri Ewropej, bħal Ceuta u Melilla, enfasizzaw l-importanza li f’dan il-qasam tittieħed azzjoni malajr. Direttiva proposta li tistabbilixxi standards komuni dwar il-proċeduri ta’ ritorn u r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta’ tkeċċija tqabdiet mal-bżonn ta’ prinċipji Ewropej ċari biex jintbagħtu lura l-immigranti illegali. Kienet inawgurata wkoll l-Aġenzija għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva mal-Fruntieri Esterni. Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, l-isforzi kienu diretti lejn it-tneħħija ta’ l-ostakli għar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u lejn aċċess għall-ġustizzja, u biex tkun iffaċilitata l-ħajja taċ-ċittadini f’Ewropa mkabbra u integrata. Fl-2005, kien hemm enfasi partikolari fuq il-liġi tal-familja. Il-fatt li aktar koppji qed jisseparaw, flimkien maż-żjieda fil-mobilità fi ħdan l-UE, qed twassal għal numru dejjem jikber ta’ tilwim transkonfinali dwar talbiet ta’ manteniment. Il-Kummissjoni pproponiet Regolament dwar l-obbligi ta’ manteniment , li se jipprovdi għajnuna, jgħin biex tinstab soluzzjoni għat-tilwim u jiġu infurzati l-obbligi ta’ manteniment bejn il-koppji sseparati li jgħixu fi Stati Membri differenti. Is-Saħħa u s-Sigurtà Il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni li għandha l-għan li ssaħħaħ il- Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili . Il-Kummissjoni tiżgura aċċessibbiltà tul 24 siegħa permezz taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni tagħha, li jappoġġja u jiffaċilita l-mobilitazzjoni ta’ riżorsi kruċjali tal-protezzjoni ċivili mill-Istati Membri fil-każ ta’ emerġenza. Fl-2005, il-Mekkaniżmu rrisponda għal 14-il emerġenza, inklużi l-għargħar fl-Ewropa Ċentrali, in-nirien fil-foresti fil-Portugall u l-uragani fl-Istati Uniti. Il-Kummissjoni adottat strateġija u Programm għall-Ħarsien tas-Saħħa u tal-Konsumatur . Il-Programm se jgħin biex iħares liċ-ċittadini mir-riskji u mit-theddid li huma lil hinn mill-kontroll tagħhom u li ma jistgħux jiġu megħluba b’mod effettiv mill-Istati Membri individwali. Ikun ta’ għajnuna li kieku jittejbu s-sistema ta’ sorveljanza ta’ l-Ewropa u dik ta’ twissija minn kmieni kontra l-mard infettiv, tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex il-prodotti perikolużi jitħallew barra mis-suq intern, u tiġi pprovduta informazzjoni liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom taħt il-leġiżlazzjoni dwar il-konsumatur, u d-drittijiet tagħhom għall-kura tas-saħħa madwar l-UE kollha. Il-protezzjoni tal-konsumatur kienet ukoll promossa permezz ta’ l-adozzjoni ta’ diversi proposti leġiżlattivi dwar il-sigurtà ta' l-ikel, inkluż Regolament dwar il-livelli massimi ta' fdal ta' pestiċidi fl-ikel u Regolament dwar il-kriterji mikrobijotiċi għall-ikel. Il-possibbiltà ta’ influwenza pandemika ħolqot attenzjoni politika kbira. Il-Kummissjoni ħadmet ma’ l-Istati Membri sabiex tmexxi l-preparamenti ħalli jiġu salvati l-ħajjiet u ħalli jkun żgurat l-iċken tfixkil ekonomiku possibbli fil-każ ta’ pandemija. Ħarġet proposta leġiżlattiva li għandha teħtieġ lill-Istati Membri biex jirrinforzaw il-miżuri ta’ sorveljanza u ta’ kontroll kontra l-influwenza ta’ l-għasafar filwaqt li tipprovdi regoli ċari dwar it-tilqim ta’ l-għasafar. Iċ- Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) sar kompletament operattiv. Il-kompiti ewlenin ta’ l-ECDC huma marbuta mas-sorveljanza epidemjoloġika u ma’ li jipprovdi twissija u rispons minn kmieni. Bid-dħul fis-seħħ tar- Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri ta’ l-ajru , iċ-ċittadini jibbenefikaw minn żjieda fil-kumpens u minn għajnuna mtejba fil-każ li l-imbark ikun rifjutat jew ikun hemm dewmien jew titħassar titjira. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll inizjattivi biex jiġu ppubblikati listi suwed ta’ kumpaniji ta’ l-ajru u informazzjoni għall-passiġġieri dwar l-identità tat-trasportaturi, li sussegwentement kienu kkonsolidati u adottati wara l-inċidenti ta’ l-ajru li seħħew matul is-Sajf. Kien ippreżentat Pakkett dwar is-sigurtà marittima , li kien jinkludi proposti leġiżlattivi biex jiġu prevenuti l-aċċidenti u biex tiżdied ir-responsabbiltà tas-sidien tal-bastimenti. 5. L-EWROPA BħALA SIEħBA DINJIJA ‘…l-Unjoni trid tikseb aktar koerenza politika fl-azzjoni esterna …’ (Mira strateġika 2005-2009) Tkabbir u l-viċinat Ewropew L-iffirmar tat-Trattat ta’ Adeżjoni mal- Bulgarija u mar-Rumanija kkompleta l-ħames sensiela ta’ negozjati ta’ adezjoni għat-tkabbir ta’ l-UE. Huwa previst li dawn iż-żewġ pajjiżi jissieħbu fl-UE fl-1 ta’ Jannar 2007, sakemm jagħmlu l-sforzi addizzjonali li ntrabtu li se jwettqu. L-UE ħejjiet it-triq għal tkabbir futur billi fetħet negozjati għall-adezjoni mal- Kroazja u mat- Turkija - Il- Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni fil-Punent tal-Balkani ukoll għamel aktar progress, u l- ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ngħatat l-istatus ta’ kandidat u l-UE saħħet ir-relazzjoni tagħha mal-bqija tal-Balkani tal-Punent. Fl-2005, il-Kummissjoni bdiet timplimenta s-seba’ Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) u bdiet il-konsultazzjonijiet ma’ ħames pajjiżi oħra bl-għan li tiffinalizza l-Pjanijiet ta’ Azzjoni. Permezz ta’ l-ENP, l-UE qed tfittex li tippromwovi governanza tajba u żvilupp ekonomiku u soċjali fil-pajjiżi li jinsabu eżatt mal-fruntieri tagħha, filwaqt li tejbet il-kundizzjonijiet ambjentali. L-ENP tikkontribwixxi għal żona ta’ dejjem aktar prosperità, stabbiltà u sikurezza fuq il-fruntieri ta’ l-UE, filwaqt li toffri lill-pajjiżi msieħba rabtiet politiċi aktar mill-qrib u elementi ta’ integrazzjoni ekonomika ma’ l-UE. Fil- Lvant Nofsani , l-UE kienet involuta b’mod attiv fil-bini mill-ġdid ta’ l-ekonomija Palestinjana, fejn kellha perspettiva mifruxa tul medda twila ta’ żmien tas-sħubija strateġika tagħha ma’ l-Awtorità Palestinjana lejn is-soluzzjoni ta’ żewġ Stati. Id-dinja usa’ In-negozjati dwar l- Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp (DDA) ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) kienet l-akbar prijorità tal-politika kummerċjali ta’ l-UE fl-2005. Bin-negozjati jagħmlu progress pjuttost kajman, l-UE kkonfermat r-rabta tagħha man-negozjati multilaterali billi ppreżentat offerti ambizzjużi fit-tħejjija għal-laqgħa tas-Sitt Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Diċembru 2005. Sfortunatament, l-isforzi ta’ l-UE biex tassigura rawnd ambizzjuż, għalissa għadhom ma ġewx reċiprokati mill-parteċipanti l-oħra. Fil-Konferenza, il-KE kienet strumentali għas-suċċess relattiv tagħha billi impenjat ruħha biex telimina is-sussidji agrikulturali fuq l-esportazzjoni sal-2013 u għafset ħafna biex isir ftehim dwar ‘pakkett’ importanti għad-dimensjoni ta’ l-iżvilupp tar-rawnd. F’termini ta’ relazzjonijiet bilaterali , sar progress fil-promozzjoni tad-djalogu politiku u fit-tisħieħ tar-relazzjonijiet tagħha ma’ diversi msieħba prinċipali madwar id-dinja kollha. Bħala eżempju, ir-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti kellha żvolta għall-aħjar. Il-Kummissjoni kellha rwol qawwi fin-negozjar ta’ l-Inizjattiva Ekonomika miftiehma fis- Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti. Fl-2005, il-Kummissjoni kienet waħda mill-aqwa ħames fornituri fid-dinja ta’ l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA). Il-Kummissjoni wettqet b’ħeffa l-ħlas tagħha f’appoġġ b'ammont totali ta' €6.2 biljun matul is-sena (żieda ta’ 10% paragun mas-sena l-oħra). Fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew adottaw dikjarazzjoni ġdida dwar Politika ta’ Żvilupp – il- Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp . Għall-ewwel darba f’ħamsin sena, id-Dikjarazzjoni tiddefinixxi fuq livell ta’ l-UE il-valuri, il-prinċipji, l-għanijiet u lmezzi komuni biex jinqered il-faqar mill-għeruq u biex jinkisbu l-Għanijiet ta’ l-Iżvilupp għall-Millenju (MDGs). Torbot lill-Istati Membri, mhux biss bħala membri tal-Kunsill iżda anki bħala donaturi bilaterali, u lill-Komunità Ewropea. Fit-tħejjija għas- Summit tal-Millenju ta’ Reviżjoni tan-NU f’Settembru, l-UE daħlet għal impenji ġodda biex taċċellera l-progress lejn l-MDGs, fuq il-bażi tal-proposti tal-Kummissjoni. L-UE stabbiliet għanijiet intermedji ambizzjużi u ġodda għall-2010, bl-għan li tintlaħaq il-mira tan-NU ta’ 0.7% sal-2015. Sal-2010, dan għandu diġà jkun iġġenera €20 biljun fis-sena addizzjonali f’ODA mill-EU minbarra l-kontribuzzjoni annwali korrenti ta’ €43 biljun. Iż-żjieda fil-finanzjament tiġi flimkien ma’ impenn biex tkun żgurata aktar effikaċja, ikunu esplorati sorsi innovattivi ta’ finanzjament u jitnaqqas aktar id-dejn, flimkien mal-wegħda li 50% taż-żjidiet ta’ l-ODA jingħataw lill-Afrika. Fuq il-bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill adotta l- Istrateġija ta’ l-UE għall-Afrika. L-għanijiet primarji tagħha huma li jiġu appoġġjati l-isforzi ta’ l-Afrika biex tikseb l-MDGs u li jkunu inkoraġġiti l-iżvilupp sostenibbli, is-sikurezza u l-goveranza tajba permezz ta’ djalogu mtejjeb, flimkien ma’ aktar għajnuna u li tkun iżjed effettiva min-naħa ta’ l-UE. Ir-reviżjoni tal-Ftehim ta’ Kotonu tkompli ssaħħaħ id-dimensjoni politika tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi ta’ l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, inkluż id-djalogu fuq drittijiet umani, il-prinċipji demokratiċi u r-regola tal-liġi. Il-Kummissjoni ffinanzjat programmi ta’ għajnuna umanitarja, inkluż dak għall-vittmi tat- tsunami fix-Xlokk ta’ l-Asja (€123 miljun) u għar-rijabilitazzjoni wara t- terremot fl-Indja u fil-Pakistan (qrib il-€50 miljun), minn baġit totali ta’ €650 miljun allokat għall-għajnuna umanitarja u għall-operazzjonijiet ta’ emerġenza. L-għajnuna umanitarja kienet ikkumplimentata b'miżuri biex jappoġġjaw ir-rejabilitazzjoni u biex jerġgħu jibdew irawmu għajxien sostenibbli (€170 miljun għall-pajjiżi affettwati bit-Tsunami u €50 miljun wara it-terrimot fl-Ażja t’Isfel). Ir-reazzjoni tal-Kummissjoni hija mibnija fuq il-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tar-Reazzjoni ta’ l-UE għad-Diżastru u l-Kriżi f’pajjiżi terzi, li ġiet adottata fl-2005. Il-Kummissjoni ssoktat tiffinanzja l-għajnuna f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi minsija u kumplessi. L-attenzjoni kienet l-aktar fuq – b’mod partikolari – is-Sudan (€45 miljun barra €14 miljun għar-rifuġjati Sudaniżi fiċ-Ċad), ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (€38 miljun), u l-Afrika tal-Punent (€29 miljun). Eżempji oħra ta’ programmi umaitarji ewlenin jirrigwardaw il-Lvant Nofsani (€36,6 miljun) u l-Kawkasu ta’ Fuq fir-rigward tal-kriżi taċ-Ċeċnija (€26 miljun), fejn il-Kummissjoni hija l-akbar donatriċi meħduha waħedha ta’ għajnuna umanitarja. L-2005 kienet ukoll sena attiva ħafna ta’ Osservazzjoni u Appoġġ ta’ Elezzjonijiet mill-UE bi 12-il missjoni li involvew aktar minn 1,000 osservatur. Ingħatat għajnuna anki għall-proċessi politiċi fl-Asja u fil-Lvant Nofsani sabiex is-sikurezza taħdem madwar id-dinja kollha. Fl- Iraq , l-isforzi kienu mmirati biex jittejbu l-ħajjiet ta’ kuljum taċ-ċittadini Iraqini kif ukoll biex jissaħħu l-governanza u l-proċessi politiċi mtejba. L-azzjonijiet ffokaw fuq ħtiġijiet bażiċi bħall-edukazzjoni, kura tas-saħħa, l-ilma, attivitajiet li jiġġeneraw dħul u li jikkontribwixxu biex isiru elezzjonijiet u referendum skond il-kostituzzjoni l-ġdida Iraqina. Fl- Afganistan , il-Kummissjoni kompliet bl-appoġġ tagħha għar-rikostruzzjoni u l-bini ta' l-istituzzjonijiet, inkluża għajnuna għaż-żamma tal-liġi u l-ordni u għal promozzjoni tar-riformi fis-saħħa, ta’ żvilupp rurali u ta’ riforma pubblika amministrattiva. Ingħata appoġġ ukoll għall-elezzjoni leġiżlattivi li kienu organizzati b’suċċess f’Settembru. F’ Aceh (l-Indoneżja), il-Kummissjoni ffinanzjat irkupru wara t-tsunami, għenet b’mod attiv fl-attivitajiet ta’ medjazzjoni li wasslu għall-iffirmar ta’ ftehim tal-paċi u pprovdiet appoġġ għal paċi fil-medda t-twila. 6. AMMINISTRAZZJONI MODERNA U EFFIċJENTI LI TIżGURA REGOLAMENTAZZJONI AħJAR FL-UE MKABBRA L-inizjattivi li ġew deskritti fil-qosor aktar ’il fuq jenfasizzaw ir-rwol tal-Kummissjoni bħala dik li tagħti bidu għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u l-ħila tagħha li tniedi u tmexxi dibattiti strateġiċi fuq livell Ewropew bi preparazzjoni għall-azzjoni ta’ l-UE. Madankollu, ma jippretendux li huma lista komprensiva ta’ l-attivitajiet tal-Kummissjoni fl-2005[3]. Il-Kummissjoni kompliet twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha tul firxa wiesgħa ta’ attivitajiet. Fir-rwol tagħha ta’ ‘ gwardjan tat-Trattati ’, ippromwoviet it-traspożizzjoni rapida mill-Istati Membri, u l-implimentazzjoni xierqa u l-infurzar rigoruż tal-leġiżlazzjoni tal-KE. Il-Kummissjoni għandha wkoll r-responsabbiltà eżekuttiva biex tamministra l-politika komuni. Fl-2005, il-Kummissjoni ddedikat parti kbira mir-riżorsi tagħha biex tiżgura l-implimentazzjoni kurrenti ta' l-istrateġiji politiċi eżistenti. Wettqet sforzi addizzjonali sostanzjali fuq “ħidma ewlenija” ta’ din ix-xorta, partikolarment fejn għandhom x’jaqsmu l-infurzar tal-liġi Komunitarja u l-ġestjoni effiċjenti tal-programmi Komunitarji, inklużi l-Fondi Strutturali, il-Politika Agrarja Komuni u l-programmi ta’ riċerka. L-2005 ikkaratterizzata bit-tlestija tal-‘Proġett ta’ Riforma’ li kellu l-għan li joħloq amministrazzjoni aktar effiċjenti u li tagħti rendikont ta’ għemilha. F’dan il-qafas, il-Kummissjoni wettqet riforma sinifikanti fis- sistema tal-kontabilità tagħha billi qalbet lejn kontabilità bbażata fuq id-dovuti, li tipprovdi ħarsa ġenerali aħjar ta’ l-attiv u tal-passiv tal-Komunità matul is-sena kollha. Nediet l- inizjattiva dwar it-Trasparenza biex turi lill-pubbliku kif qed jintefqu l-flus u kif jittieħdu d-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar pjan għal qafas ta’ kontroll finanzjarju integrat , imfassla biex twitti t-triq lejn opinjoni mhux kwalifikata mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-baġit ta’ l-UE, permezz ta’ l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konkreti fuq livelli tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri. Il-Kummissjoni issimplifikat ir-regoli dwar xiri pubbliku u għotjiet billi emendat ir-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni adottat wkoll qafas strateġiku rivedut ta’ l-e-Kummissjoni, u b’hekk ġeddet l-impenn tagħha għal l-aħjar użu ta’ l-ICT biex ittejjeb l-eżekuzzjoni u t-trasparenza tagħha. Fl-aħħar il-Kummissjoni kompliet tadatta ruħha wkoll għat-tkabbir tal-2004 ta’ l-UE, billi integrat l-istaff mill-Istati Membri l-ġodda, ipprovdiet is-servizzi ta’ traduzzjoni u ta’ interpretar f’disa’ lingwi addizzjonali u billi ġabret tagħrif statistiku essenzjali mill-Istati Membri l-ġodda. Ir-regolamentazzjoni aħjar trid issir is-sies għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-livelli kollha ta’ l-UE. Il-Kummissjoni għamlet progress sinifikanti fl-issuktar ta’ l-għanijiet ta’ regolamentazzjoni aħjar, fejn qiegħdet għal lest qafas aġġornat u koerenti biex jitqiesu r-regolamenti eżistenti, pendenti u ġodda. L-elementi prinċipali ta’ dan il-qafas huma linji ta’ gwida riveduti għall-valutazzjoni ta’ l-impatt, eżami bir-reqqa komprensiv ta’ proposti leġiżlattivi pendenti, li enfasizza 68 proposta li huma tajba biex jiġu rtirati; Komunikazzjoni dwar metodoloġija komuni ta’ l-UE biex ikunu vvalutati l-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni; u strateġija għas-semplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju, li tinkludi programm tax-xogħol kontinwu ta’ 3 snin . 7. KONKLUżJONIJIET L-2005 kienet sena kruċjali li ppreparat it-triq għall-bqija tal-mandat tal-Kummissjoni Barroso. Minkejja sfidi konsiderevoli, il-Kummissjoni wriet ħila fit-tmexxija u impenn biex tikseb riżultat fil-miri strateġiċi tagħha. L-Ewropa għamlet passi konkreti ’l quddiem u wittiet it-triq għal ‘Sħubija għal Tiġdid’ biex l-Ewropa terġa’ taqbad ir-rotta tal-progress. Bl-istrateġija mġedda ta’ Liżbona u bil-progress lejn il-Perspettivi Finanzjarji l-ġodda, il-Kummissjoni poġġiet f’posthom żewġ sisien essenzjali biex matul l-għaxar snin li ġejjin tkun tista’ tikseb riżultati ta’ suċċess fil-politika Komunitarja. Il-Kummissjoni tibqa’ impenjata li taħdem fi sħubija mill-qrib ma’ l-istituzzjonijiet Ewropej, ma’ l-Istati Membri u ma’ dawk kollha li għandhom interess li ġejjin mis-setturi kollha tal-ħajja u ma’ l-imsieħba internazzjonali. Il-Kummissjoni tqis li komunikazzjoni effettiva dwar l-affarijiet Ewropej u l-bini ta’ djalogu ġenwin maċ-ċittafidi bħala kruċjali biex terġa’ tikseb il-fiduċja u l-appoġġ taċ-ċittadini Ewropej għall-proġett Ewropew. Fl-2005, il-Kummissjoni bdiet riforma wiesgħa ta' l-attivitajiet tal-komunikazzjoni. Pjan ta’ Azzjoni intern dwar Ewropa Komunikattiva kien adottat li jaqbel preċiż mal- Pjan D tal-Kummissjoni għad-demokrazija, djalogu u dibattitu . Iżda fuq kollox, il-Kummissjoni, u l-UE b’mod ġenerali, se tkun ivvalutata fuq il-ħila tagħha li tiffoka u tipprovdi riżultati. Il-miri strateġiċi jibqgħu l-qafas għall-azzjonijiet tal-Kummissjoni fis-snin li ġejjin, u l-azzjoni għall-2006 diġà ġiet stabbilita fil-Programm ta’ Ħidma għall-2006, Il-Ftuħ tal-Potenzjal Sħiħ ta’ l-Ewropa [4] . Fl-2005, sar ix-xogħol ta’ tħejjija. L-2006 se tkun sena b’aktar attenzjoni tkun iffokata fuq it-twassil – Ewropa tar-riżultati. Annex – Items adopted in 2005 from the Commission Legislative and Work Programme 2005 – by strategic objective Prosperity Title | Reference no | Adoption date | Type of proposal or act | Communication on Better Regulation and Competitiveness | COM(2005) 97; SEC(2005) 175 | 16.3.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Competitiveness and Innovation Framework Programme | COM(2005) 121; SEC(2005) 433; 2005/0050(COD) | 6.4.2005 | Legislative Proposal / Decision | Communication on the new generation of tax and customs programmes | COM(2005) 111; SEC(2005) 423 | 6.4.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Seventh Framework Programmes for Research (2007-2013) | COM(2005) 118+119; SEC(2005) 430+431; 2005/0043(COD); 2005/0044(CNS) | 6.4.2005 | Legislative Proposal / Decision | Proposal for a modification of the Regulation on the Stability and Growth Pact | COM(2005) 154+155; 2005/0064(SYN); 2005/0061(CNS) | 20.4.2005 | Legislative Proposal | Green Paper on Financial Services Integration: Horizon 2005-2010 | COM(2005) 177 | 3.5.2005 | Non-legislative action / Green Paper | Communication i2010 | COM(2005) 229; SEC(2005) 717 | 1.6.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | State aid action plan | COM(2005) 107; SEC(2005) 795 | 7.6.2005 | Non-legislative action / Other | Proposal for a Council Directive on taxation of passenger cars in the EU | COM(2005) 621; SEC(2005) 809; 2005/0130(CNS) | 5.7.2005 | Legislative Proposal / Directive | Green Paper on obstacles to integration of mortgage credit market | COM(2005) 327 | 19.7.2005 | Non-legislative action / Green Paper | More Research and Innovation: Investing for Growth and Employment | COM(2005) 488; SEC(2005) 1283+1289 | 12.10.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Cross-border management of copyright in the online music sector | C(2005) 3764; SEC(2005) 1254 | 18.10.2005 | Non-legislative action / Recommendation | Communication on progress in creating internal market for electricity and gas | COM(2005) 568; SEC(2005) 1448 | 15.11.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Proposal for a Regulation on advanced therapies | COM(2005) 567; SEC(2005) 1444; 2005/0227(COD) | 16.11.2005 | Legislative Proposal / Regulation | Proposal on the management structure of the industrial SESAME project (common enterprise) for the technical realisation of Single Sky | COM(2005) 602; SEC(2005) 1532; 2005/0235(CNS) | 25.11.2005 | Legislative Proposal / Directive | Modification Customs Code: simplification of procedures - Ecustoms | COM(2005) 608; SEC(2005) 1543+1545 | 30.11.2005 | Legislative Proposal / Regulation | Legal Framework for Payments | COM(2005) 603; SEC(2005) 1535; 2005/0245(COD) | 1.12.2005 | Legislative Proposal / Directive | Communication on the results of the consultation launched on Defence Procurement | COM(2005) 626; SEC(2005) 1572 | 6.12.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Maritime proposal | COM(2005) 651; SEC(2005) 1640+1641 | 14.12.2005 | Legislative Proposal / Regulation | Green paper on claims for damages under EC Competition law | COM(2005) 672; SEC(2005) 1732 | 19.12.2005 | Non-legislative action / Green Paper | Modification of Medical Devices Directives | COM(2005) 681; SEC(2005) 1742; 2005/0263(COD) | 22.12.2005 | Legislative Proposal / Directive | Home State Taxation pilot scheme for SMEs | COM(2005) 702; SEC(2005) 1785 | 23.12.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Solidarity Title | Reference no | Adoption date | Type of proposal or act | Communication on post 2012 Climate Change Strategies | COM(2005) 35; SEC(2005) 180 | 9.2.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Social Agenda | COM(2005) 33; SEC(2005) 177 | 9.2.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Green Paper on management of the demographic trends in the European Union | COM(2005) 94 | 16.3.2005 | Non-legislative action / Green Paper | Communication on restructuring and employment | COM(2005) 120 | 31.3.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Proposal for a COD Regulation establishing the EU Solidarity Fund | COM(2005) 108; SEC(2005) 447; 2005/0033(COD) | 6.4.2005 | Legislative Proposal / Regulation | Proposal for a Council Regulation establishing Community financial measures for the implementation of the Common Fisheries Policy and in the area of the Law of the Sea | COM(2005) 117; SEC(2005) 426; 2005/0045(CNS) | 6.4.2005 | Legislative Proposal / Regulation | Disaster Preparedness and Response Instrument | COM(2005) 113; SEC(2005) 439; 2005/0052(CNS) | 6.4.2005 | Legislative Proposal / Regulation | Programme for active citizenship | COM(2005) 116; SEC(2005) 442; 2005/0041(COD) | 6.4.2005 | Legislative Proposal / Decision | European Year of Mobility for Workers (2006) | - | 27.4.2005 | Non-legislative action / Other | Communication on youth policy | COM(2005) 206; SEC(2005) 693 | 30.5.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Communication on ‘non discrimination and equal chances for all - a framework strategy and a proposal for a decision on the European year for equal chances for all (2007)’ | COM(2005) 224+225; SEC(2005) 689+690; 2005/0107(COD) | 1.6.2005 | Legislative Proposal / Decision | Sugar Reform – Common Market Organisation (CMO) Regulation + Single Payment Regulation | COM(2005) 263; SEC(2005) 808+810; 2005/0118-0120(CNS) | 22.6.2005 | Legislative Proposal / Regulation | Green Paper on a European Energy Efficiency Initiative | COM(2005) 265 | 22.6.2005 | Non-legislative action / Green Paper | EU Rural Development Strategy | COM(2005) 304; SEC(2005) 914; 2005/0129(CNS) | 5.7.2005 | Legislative Proposal / Decision | Communication on eAccessibility | COM(2005) 425; SEC(2005) 1095 | 13.9.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Thematic Strategy on Air Pollution | COM(2005) 446+447; SEC(2005) 1135+1133; 2005/0183(COD) | 21.9.2005 | Legislative Proposal / Directive | Communication on reducing the climate change impact of aviation | COM(2005) 459; SEC(2005) 1184 | 27.9.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Intercultural dialogue 2008 | COM(2005) 467; SEC(2005) 1202; 2005/0203(COD) | 5.10.2005 | Legislative Proposal / Decision | Thematic strategy for the protection of the Marine Environment | COM(2005) 504+505; SEC(2005) 1290; 2005/0211(COD) | 24.10.2005 | Legislative Proposal / Directive | Communication on sustainable energy | COM(2005) 627; SEC(2005) 1571 | 7.12.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Communication on an Action plan for Biomass | COM(2005) 328; SEC(2005) 1573 | 7.12.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | New Directive on Audio-visual Content | COM(2005) 646; SEC(2005) 1625+1626; 2005/0260(COD) | 13.12.2005 | Legislative Proposal / Directive | Proposal for a Regulation on motor vehicles emissions (EURO 5) | COM(2005) 683; SEC(2005) 1745; 2005/0282(COD) | 21.12.2005 | Legislative Proposal / Regulation | Thematic Strategy on Resources | COM(2005) 670; SEC(2005) 1683+1684 | 21.12.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Thematic Strategy on the Prevention and Recycling of Waste | COM(2005) 666+667; SEC(2005) 1681+1682; 2005/0281(COD) | 21.12.2005 | Legislative Proposal / Directive | Security and freedom Title | Reference no | Adoption date | Type of proposal or act | EU Drugs Action Plan 2005-2008 | COM(2005) 45; SEC(2005) 216 | 14.2.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Green Paper on successions and wills | COM(2005) 65; SEC(2005) 270 | 1.3.2005 | Non-legislative action / Green Paper | Green Paper on applicable law to divorces | COM(2005) 82; SEC(2005) 331 | 14.3.2005 | Non-legislative action / Green Paper | Health and Consumer Policy Programme | COM(2005) 115; SEC(2005) 425; 2005/0042(COD) | 6.4.2005 | Legislative Proposal / Decision | Framework programme on fundamental rights and Justice | COM(2005) 122; SEC(2005) 434; 2005/0037(COD); 2005/0038(CNS); 2005/0039(CNS); 2005/0040(COD) | 6.4.2005 | Legislative Proposal / Framework decision (JHA) | Framework programme on security and safeguard of freedom | COM(2005) 124; SEC(2005) 436; 2005/0034(CNS); 2005/0035(CNS) | 6.4.2005 | Legislative Proposal | Framework programme on solidarity and management of migration | COM(2005) 123; SEC(2005) 435; 2005/0046(COD); 2005/0047(COD); 2005/0048(CNS); 2005/0049(COD) | 6.4.2005 | Legislative Proposal | Directive on control of avian influenza | COM(2005) 171; SEC(2005) 549; 2005/0062(CNS); 2005/0063(CNS) | 28.4.2005 | Legislative Proposal / Directive | Action Plan on the Hague Programme | COM(2005) 184 | 10.5.2005 | Non-legislative action / Other | Protection of chicken kept for the production of meat | COM(2005) 221; SEC(2005) 801; 2005/0099(CNS) | 30.5.2005 | Legislative Proposal / Directive | Fundamental Rights Agency | COM(2005) 280; SEC(2005) 849; 2005/0124(CNS); 2005/0125(CNS) | 30.6.2005 | Legislative Proposal / Regulation | Proposal for a Framework Decision on the fight against counterfeiting | COM(2005) 276; SEC(2005) 848; 2005/0128(CNS) | 12.7.2005 | Legislative Proposal / Framework decision (JHA) | Proposal for a Directive on the fight against counterfeiting | COM(2005) 276; SEC(2005) 848; 2005/0127(CNS) | 12.7.2005 | Legislative Proposal / Directive | Animal health conditions - Aquatic animals | COM(2005) 362; SEC(2005) 1047; 2005/0153(CNS); 2005/0154(CNS) | 23.8.2005 | Legislative Proposal / Directive | Proposal for a Directive on common standards for return procedures | COM(2005) 391; SEC(2005) 1057; 2005/0167(COD) | 1.9.2005 | Legislative Proposal / Directive | Directive on data retention | COM(2005) 438; SEC(2005) 1131; 2005/0182(COD) | 21.9.2005 | Legislative Proposal / Directive | Framework Decision on standards for transfer of personal data | COM(2005) 475; SEC(2005) 1241; 2005/0202(CNS) | 4.10.2005 | Legislative Proposal / Framework decision (JHA) | Equivalent access to law enforcement authorities | COM(2005) 490; SEC(2005) 1270; 2005/0207(CNS) | 12.10.2005 | Legislative Proposal / Framework decision (JHA) | Communication and proposal for a Regulation on the extension of the tasks of the European Aviation Safety Agency | COM(2005) 578+579; 2005/0228(COD) | 15.11.2005 | Legislative Proposal / Regulation | 3rd Package on Maritime Safety (7 legislative proposals) | COM(2005) 585+590; COM(2005) 592+593; SEC(2005) 1496-1499; SEC(2005) 1514-1517; 2005/0236-0242(COD) | 23.11.2005 | Legislative Proposal | Green Paper on the establishment of a European Migration Monitoring Centre | COM(2005) 606 | 28.11.2005 | Non-legislative action / Green Paper | Green Paper - Platform for Nutrition and Health | COM(2005) 637 | 8.12.2005 | Non-legislative action / Green Paper | Maintenance obligations | COM(2005) 648+649; SEC(2005) 1628-1630; 2005/0259(CNS) | 15.12.2005 | Legislative Proposal / Regulation | Communication including an action plan relating to legal migration | COM(2005) 669; SEC(2005) 1680 | 21.12.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Europe as a world partner Title | Reference no | Adoption date | Type of proposal or act | Mandate for negotiations with Croatia | Accession negotiation document | 1.2.2005 | Non-legislative action / Other | Communication on the European Neighbourhood Policy (ENP) Action Plans with Armenia, Azerbaijan and Georgia, Lebanon, Egypt | COM(2005) 72; SEC(2005) 294; SEC(2005) 285-289 | 2.3.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Barcelona Process 10th anniversary | COM(2005) 139; SEC(2005) 482+483 | 12.4.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Accelerating progress towards attaining the MDGs: Financing for Development | COM(2005) 133; SEC(2005) 433+434 | 12.4.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Accelerating progress towards attaining the MDGs: The contribution of the EU | COM(2005) 132; SEC(2005) 452; SEC(2005) 456 | 12.4.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Communication on EU-US relations | COM(2005) 196 | 18.5.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Proposal for a Regulation establishing accompanying measures for Sugar Protocol countries affected by the reform of the EU sugar regime | COM(2005) 266; SEC(2005) 828; 2005/0117(COD) | 22.6.2005 | Legislative Proposal / Regulation | Euromed mandate on services and investment | SEC(2005) 787+788 | 24.6.2005 | Legislative Proposal / Decision | Civil Society dialogue between the EU and candidate countries | COM(2005) 290; SEC(2005) 891 | 29.6.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Information note on the negotiating framework with Turkey | SEC(2005) 888 | 29.6.2005 | Non-legislative action / Other | Proposal for a new statement on the EC Development Policy | COM(2005) 311; SEC(2005) 929 | 13.7.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Communication on an EU Strategy for Africa | COM(2005) 489; SEC(2005) 1255 | 12.10.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | 2005 ENLARGEMENT PACKAGE - I | COM(2005) 534; SEC(2005) 1352-1354 | 25.10.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | Opinion on the former Yugoslav Republic of Macedonia | COM(2005) 562; SEC(2005) 1425; SEC(2005) 1429 | 9.11.2005 | Non-legislative action / Opinion | 2005 ENLARGEMENT PACKAGE - II | COM(2005) 553; COM(2005) 555-559; COM(2005) 561-563; SEC(2005) 1421-1424; SEC(2005) 1426; SEC(2005) 1428 | 9.11.2005 | Agreement with third countries / Council Decision for the conclusion of an agreement | Accession Partnership for Turkey | COM(2005) 559; SEC(2005) 1426 | 9.11.2005 | Agreement with third countries / Council Decision for the conclusion of an agreement | European Partnership for Croatia | COM(2005) 556; SEC(2005) 1424 | 9.11.2005 | Agreement with third countries / Council Decision for the conclusion of an agreement | EU relations with Latin America | COM(2005) 363; SEC(2005) 1590; SEC(2005) 1613 | 8.12.2005 | Non-legislative action / Commission Communication | [1] Miri Strateġiċi 2005-2009. Ewropa 2010: Sħubija għat-Tiġdid Ewropew – Prosperità, Solidarjetà u Sigurtà , KUMM(2005) 12. [2] Għal-lista sħiħa tal-punti tal-Programm ta’ Ħidma adottati fl-2005 – ara l-Anness. [3] Kif meħtieġ mit-Trattati, fl-14 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni ppreżentat ir-Rapport Ġenerali dwarl-Attivitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea 2005, SEC(2005) 1200,http://europa.eu.int/abc/doc/off/rg/mt/2005/rg0.htm [4] KUMM(2005) 531.