[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 17.1.2006 KUMM(2006) 9 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW U L-QORTI EWROPEA TA’ L-AWDITURI Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat {SEG(2006) 49} KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW U L-QORTI EWROPEA TA’ L-AWDITURI Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat 1. INTRODUZZJONI U SFOND L-2004 kienet il-ħdax-il sena finanzjarja konsekuttiva li għaliha l-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri ħarġet Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni kwalifikata (DAS) rigward parti mill-approprjazzjonijiet tal-ħlas. Fl-2004, id-DAS għall-baġit ġenerali kienet pożittiva biss għal ħlasijiet li għandhom x’jaqsmu man-nefqa amministrattiva, l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni u dik il-parti tan-nefqa agrikola li taqa' taħt is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (IACS). Dawn jirrappreżentaw madwar 35% tan-nefqa tal-baġit. Id-DAS kwalifikata tirrifletti l-kumplessità tal-kwistjonijiet li taffaċċja l-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-UE, u l-isfidi li jkollha biex tipprovdi lill-Qorti ta' l-Awdituri evidenza ta' verifika sodisfaċenti. Il-pubbliku jipperċepixxi d-DAS kwalifikata bħala kritika qawwija ta' l-amministrazzjoni tal-Kummissjoni tar-riżorsi ta' l-Unjoni. Dawn huwa żewġ raġunijiet għaliex il-Kummissjoni tikkunsidra l-ksib ta’ DAS pożittiva bħala għan strateġiku matul il-mandat tagħha. Ir-“ Roadmap għal qafas ta’ kontroll intern integrat tal-Kummissjoni”[1] ta’ Ġunju 2005 tippreżenta proposti għal qafas ta’ kontroll integrat tal-Komunità maħsub biex jilħaq dan l-għan. Dik il-komunikazzjoni pproponiet qafas integrat li jkun jgħin biex jiġi żgurat kontroll intern aktar effettiv u effiċjenti tal-fondi ta’ l-UE u, peress li jkun konsistenti ma’ l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri Nru 2/2004[2] dwar qafas ta’ kontroll intern integrat effettiv u effiċjenti, dan ikun jista’ jipprovdi bażi soda li l-Qorti tkun tista' torbot fuqha hija u tħejji d-dikjarazzjoni tagħha. Il-komunikazzjoni preżenti: - tirrapporta dwar l-azzjoni meħuda fir-rigward ta’ l-għanijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni ta’ Ġunju, - tindirizza n-nuqqasijiet prinċipali identifikati fil-Valutazzjoni tan-Nuqqasijiet[3], filwaqt li jitqies ir-Rapport Annwali tal-Qorti ta’ l-Awdituri għall-2004 - tirrifletti dwar kif għandhom ikunu segwiti l-konklużjonijiet ta' l-ECOFIN tat-8 ta’ Novembru 2005, - u, fuq din il-bażi, tidentifika l-azzjonijiet konkreti prinċipali li għandhom jittieħdu u r-rwol li l-Kunsill, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew għandu jkollhom biex jintlaħaq qafas ta' kontroll intern integrat affidabbli u li jiffunzjona, li jagħti assigurazzjoni lill-Kummissjoni u, finalment lill-Qorti ta’ l-Awdituri. 2. PROPOSTI KONKRETI GħAL AZZJONI MATUL IL-PERJODU 2006-07 Il-proposti li ġejjin inġabru skond it-tema, u fi ħdan kull grupp ingħatat deskrizzjoni ta' l-iżvilupp kunċettwali ta' kull azzjoni, mill-Opinjoni dwar Verifika Unika u r- Roadmap sal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tat-8 ta’ Novembru 2005. L-erba’ temi għal azzjoni[4] huma: - Is-simplifikazzjoni u l-prinċipji ta’ kontroll komuni (azzjonijiet 1-4) - Id-dikjarazzjonijiet tal-maniġment u l-assigurazzjoni ta’ verifika (azzjonijiet 5-8) - Metodu b’verifika unika: il-qsim tar-riżultati u l-għoti ta' prijorità lill-proporzjon bejn l-infiq u l-benefiċċju (azzjonijiet 9-11) - Nuqqasijiet speċifiċi għas-settur (azzjonijiet 12-16). 2.1. Is-simplifikazzjoni u l-prinċipji ta' kontroll komuni Biex jintlaħaq il-bilanċ ġust bejn li, min-naħa jiġi żgurat kontroll adegwat, u min-naħa l-oħra li jiġu evitati rekwiżiti ta’ konformità u burokrazija bla bżonn, il-qafas integrat idaħħal prinċipji komuni li jenfasizzaw il-kjarezza, is-sempliċità u approċċ konsistenti fl-evalwazzjoni tar-riskju ta’ l-iżball fit-tranżazzjonijiet bażi. Dan l-approċċ għandu jkun inkorporat fir-riflessjonijiet ta' l-Awtorità Leġiżlattiva, u jiffoka fuq katina ta’ kontroll xierqa u fuq ir-responsabbiltajiet tal-partijiet differenti. Azzjoni 1: Reviżjoni ta' simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni proposta għall-2007-2013 Ir- Roadmap identifikat bħala nuqqasijiet prinċipali "l-esplorazzjoni ta’ l-iskop għal iktar simplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-KE, u l-għoti ta’ garanzija li l-ħtiġijiet ta' kontroll ikunu proporzjonati mar-riskju", u dan għandu jitranġa fl-amministrazzjoni tal-fondi tal-Komunità u fil-leġiżlazzjoni proposta għall-2007-2013. Il-Kunsill saħħaħ dan l-approċċ fil-konklużjonijiet ta’ l-ECOFIN, fil-paragrafu 5: “Ir-regolamenti li għandhom jiġu adottati għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għandhom jinkludu simplifikazzjoni tal-ħtiġiet ta’ kontroll filwaqt li jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli”. Il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet identifikat ukoll numru ta’ oqsma fil-modi ta’ ġestjoni fejn l-illegalitajiet u l-irregolaritajiet iseħħu l-aktar minħabba diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-benefiċjarji fl-applikazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà u kundizzjonijiet oħra. Is-simplifikazzjoni tista’ tikkontribwixxi biex dan it-tip ta’ irregolarità jiġi evitat. Il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji għandu jitnaqqas, u l-applikazzjoni korretta mill-entitajiet intermedjarji għandha ssir kemm jista’ jkun aktar ċara u sempliċi. Fin-negozjati dwar il-leġiżlazzjoni kollha għall-2007-2013 il-Kummissjoni ser tkompli tikkunsidra s-simplifikazzjoni tal-qafas regolatorju. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew huma meqjusa li jappoġġjaw dawn l-inizjattivi. Azzjoni 2: L-integrazzjoni ta’ prinċipji ta’ kontroll intern komuni fil-proposta għal Regolament Finanzjarju rivedut Il-konklużjonijiet ta’ l-ECOFIN (para. 6) jiddikjaraw li “hemm spazju għal prinċipji u elementi ġenerali komuni fir-rigward tal-kontrolli interni” li jistgħu jgħinu fit-“titjib ta’ l-effettività, l-ekonomija u l-effiċjenza tas-sistemi ta’ kontroll preżenti”. L-eżitu tal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet imwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni identifika l-ħtieġa ta’ qafas legali superjuri bbażat fuq prinċipji komuni. Dan jipprovdi mezz li jiggarantixxi li l-partijiet interessati kollha jkunu marbuta b’sett ta’ prinċipji ta’ kontroll fundamentali u jipprovdi wkoll lill-Qorti ta’ l-Awdituri b’bażi aktar ċara għall-proċessi u l-proċeduri ta’ l-amministrazzjoni tal-verifika. Sabiex juri l-ambitu u l-orjentazzjonijiet għal prinċipju baġitarju dwar il-kontroll intern, fl-Anness 2 hemm l-ewwel abbozz. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jutilizzaw l-opportunità tal-konsultazzjoni dwar ir-Regolament Finanzjarju rivedut sabiex jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-ħtieġa li jiddaħħal prinċipju baġitarju dwar kontroll intern effettiv u effiċjenti li jkun jipprovdi standard komuni. Azzjoni 3: It-tfassil u l-armonizzazzjoni tal-preżentazzjoni ta' strateġiji ta' kontroll u l-evidenza li jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli Kif imsemmi fir- Roadmap , l-għan aħħari tal-qafas ta’ kontroll intern integrat huwa li jiżgura u jipprovdi evidenza li jeżistu sistemi ta’ sorveljanza u kontrolli li jillimitaw ir-riskju ta’ irregolaritajiet sa fejn hu raġonevoli. Il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet uriet li spiss ikunu neqsin id-definizzjoni adegwata u t-turija ta’ l-elementi kollha ta’ l-istrateġija ta’ kontroll li jintużaw f’servizz jew programm partikolari. Il-Kunsill ECOFIN enfasizza (para. 3) li “il-kontrolli u l-assigurazzjoni meħtieġa għandhom jittejbu billi nibnu fuq l-istrutturi ta’ kontroll eżistenti”, dikjarazzjoni li hija konformi ma’ dik magħmula mill-Kummissjoni li diġà jinkiseb ammont konsiderevoli ta’ assigurazzjoni, u li bi struttura aktar effettiva tal-preżentazzjoni tagħha, il-bażijiet ta’ l-assigurazzjoni jistgħu jkunu komunikati aħjar lill-Qorti ta’ l-Awdituri u lill-Awtorità tar-Rilaxx. Il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm individwu li jiffirma r-rapport ta’ sinteżi annwali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, permezz ta’ l-adozzjoni tar-rapport ta’ sinteżi, hija tassumi kompletament ir-responsabbiltà politika ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit u tagħti kont politiku lill-awtorità tar-rilaxx. Hija l-opinjoni ferma tal-Kummissjoni li ma jkunx xieraq li din ir-responsabbiltà kollettiva tinbidel b’firma ta’ individwu wieħed. Madankollu, il-Kummissjoni ser tagħmel ħilitha biex fir-rapport ta’ sinteżi tagħti kont politiku b’mod aktar ċar. Il-Kummissjoni ser ittejjeb il-preżentazzjoni ta’ l-istrateġiji ta’ kontroll eżistenti f’kull qasam ta’ politika, u wkoll il-ħarsa fil-qosor lejn l-implimentazzjoni tagħhom fir-rapporti ta’ l-attività. Linji gwida aħjar dwar il-kontenut tar-Rapporti ta' l-Attività Annwali tas-servizzi tal-Kummissjoni (AARs) għandhom isaħħu l-kapaċità li dawn ikunu jipprovdu bażi solida għad-DAS tal-Qorti ta' l-Awdituri, permezz ta’ preżentazzjoni ċara tal-bażi għall-assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali nnifsu rigward il-maniġment effettiv tar-riskju ta’ żball fil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażii. Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tkun tista’ tiżviluppa l-metodoloġija tagħha tad-DAS sabiex tkun tista’ tafda effettivament fuq ir-Rapporti ta’ l-Attività Annwali tas-servizzi tal-Kummissjoni u r-rapport ta’ sinteżi relatat, billi tiffoka fuq il-maniġment tar-riskju ta’ żball fil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażi. Azzjoni 4: Il-bidu ta’ djalogu interistituzzjonali dwar ir-riskji li għandhom ikunu tollerati fit-tranżazzjonijiet bażi L-opinjoni dwar ‘Verifika Unika’ introduċiet il-kunċett ta’ ‘riskju tollerabbli ta’ żball’, li l-komunikazzjoni dwar ir- Roadmap kompliet tiżviluppa f’definizzjoni ta’ assigurazzjoni raġonevoli f’termini ta’ maniġment tar-riskju ta’ żball fit-tranżazzjonijiet bażi. Il-Parlament Ewropew ta l-analiżi politika tiegħu dwar il-kwistjoni fir-riżoluzzjoni dwar ir-rilaxx ta’ l-2003, fejn sejjaħ ukoll biex il-Kunsill jaħdem flimkien mal-Parlament u l-Kummissjoni sabiex il-ħolqien ta’ qafas ta’ kontroll u verifika komprensiv jingħata l-prijorità u l-momentum politiku li jinħtieġ. Bi qbil ma’ dak li ntqal hawn fuq, fil-para. 17 tal-konklużjonijiet ta' l-ECOFIN, il-Kunsill ikkonkluda li huwa għandu jilħaq ftehim mal-Parlament Ewropew dwar ir-riskji li għandhom ikunu tollerati fit-tranżazzjonijiet bażi, filwaqt li titqies ukoll in-natura multi-annwali tal-finanzjament ta’ l-UE. Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li dan il-qbil jista’ jgħin lill-Qorti ta' l-Awdituri, fil-finalizzazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tagħha għaliex jikkjarifika l-aspettazzjonijiet ta’ l-Awtorità tar-Rilaxx u jippermetti li jintlaħaq bilanċ bejn in-nefqa fuq il-kontrolli u l-benefiċċji mistennija. F’Marzu 2006, il-Kummissjoni ser tagħti bidu għal djalogu interistituzzjonali dwar il-prinċipji bażiċi li għandhom jitqiesu fir-rigward tar-riskji li għandhom ikunu tollerati fit-tranżazzjonijiet bażi. Fuq din il-bażi, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jilħqu ftehim inizjali dwar dawn ir-riskji sa l-aħħar ta’ l-2006. 2.2. Id-dikjarazzjonijiet tal-maniġment u l-assigurazzjoni ta’ verifika Id-dikjarazzjonijiet tal-maniġment isaħħu r-responsabbiltà ta' l-amministrazzjoni, u jipprovdu inċentiv għall-maniġers tal-fondi tal-Komunità biex jivvalutaw u jtejbu s-sistemi ta’ kontroll tagħhom. Flimkien ma’ l-assigurazzjoni minn awdituri indipendenti, dawn jagħmlu parti mill-istruttura li tipprovdi assigurazzjoni lill-Kummissjoni u finalment lill-Qorti ta' l-Awdituri. Azzjoni 5: Il-promozzjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-maniġment fuq livell operattiv u rapporti ta' sinteżi fuq livell nazzjonali Fil-komunikazzjoni dwar ir- roadmap , il-Kummissjoni adottat il-proposta tal-Parlament Ewropew fir-rilaxx ta’ l-2003 li l-Istati Membri għandhom jipprovdu Dikjarazzjonijiet dwar l-Iżvelar ex-ante annwali u Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni ex-post fl-ogħla livell politiku. Il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet li saret mis-servizzi tal-Kummissjoni identifikat numru ta’ oqsma fejn id-dikjarazzjonijiet maniġerjali jistgħu jevitaw l-iżvisti u jtejbu l-iskrutinju, partikolarment fl-amministrazzjoni ċentralizzata maqsuma, konġunta u indiretta. Fl-ECOFIN il-kwistjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-Istati Membri ntlaqgħet b’xi ftit oppożizzjoni, u ġie konkluż li “id-dikjarazzjonijiet eżistenti fuq livell operattiv jistgħu jipprovdu mezz importanti ta’ assigurazzjoni” (para. 12), iżda l-utilità tad-dikjarazzjonijiet fuq livell nazzjonali ma ġietx aċċettata. Wara din il-konklużjoni, il-Kummissjoni ser tfittex li tiżgura li d-dikjarazzjonijiet eżistenti, u dawk previsti fil-leġiżlazzjoni li jmiss, ikunu jipprovdu impatt massimu f'termini ta’ titjib ta’ l-assigurazzjoni dwar l-effettività ta’ l-istrutturi ta’ kontroll rilevanti għal maniġment ċentralizzat maqsum jew indirett. Barra minn hekk, minħabba n-numru kbir ta’ entitajiet intermedjarji, hemm benefiċċji konsiderevoli x’jinkisbu mill-fatt li jkun hemm punt ta’ kuntatt wieħed, bħalma huma l-Korpi ta’ Koordinament fis-settur agrikolu, li jkun jista’ jippromwovi l-applikazzjoni armonizzata tal-kontrolli permezz ta’ taħriġ u gwida, u jippreżenta sinteżi fuq livell nazzjonali ta’ l-assigurazzjonijiet mogħtija minn kull maniġment operattiv, u tal-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu biex jiġi indirizzat kull nuqqas. L-Istati Membri għandhom jaħtru entità nazzjonali ta’ koordinament skond il-qasam ta’ politika li tkun tista’, ngħidu aħna, tipprovdi lill-partijiet interessati kollha ħarsa ġenerali dwar l-assigurazzjoni disponibbli fir-rigward ta' l-azzjonijiet Komunitarji taħt maniġment maqsum u indirett fl-Istati Membri tagħhom. Biex jiġi aċċertat li dan isir għal-leġiżlazzjoni li jmiss, u li l-implimentazzjoni tissaħħaħ permezz tar-regoli u l-gwida dwar l-implimentazzjoni adattati għall-arranġamenti dwar l-għoti ta’ assigurazzjoni dwar il-fondi Komunitarji għall-qasam ta’ politika, tinħtieġ il-kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri. Azzjoni 6: Eżami ta’ l-utilità tad-dikjarazzjonijiet tal-maniġment barra l-mod ta’ maniġment ċentralizzat maqsum u indirett. Fl-oqsma tal-politika esterna u, xi ftit inqas fil-politika interna, id-dikjarazzjonijiet tal-maniġment jista’ jkollhom rwol prezzjuż biex tiġi mħeġġa aktar attenzjoni għall-importanza ta’ kontroll intern effettiv, kif diġà ntqal għall-maniġment maqsum. Il-Kummissjoni ser tesplora l-introduzzjoni, fejn xieraq, ta’ dikjarazzjonijiet tal-maniġment fejn il-mod ta’ maniġment huwa konġunt u deċentralizzat. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-adegwatezza ta' l-istrutturi u l-proċeduri ta' kontroll intern fil-proposti leġiżlattivi l-ġodda. Azzjoni 7: Il-promozzjoni ta’ l-aħjar prattiċi biex jiżdiedu l-benefiċċji fuq l-infiq tal-verifiki fuq il-livell tal-proġetti F’numru ta’ każijiet, ir- Roadmap tindika kif awdituri indipendenti jistgħu jżidu l-assigurazzjoni fuq it-tranżazzjonijiet bażi. Kemm il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet u kemm l-opinjoni dwar Verifika Unika identifikaw ir-riskju tal-parzjalità meta awditur jintgħażel mill-benefiċjarju jew minn entità intermedjarja, jew meta l-opinjoni tiegħu ma tkunx tista' tintuża direttament mill-Kummissjoni minħabba l-ambitu jew il-kontenut ristretti tagħha. Il-grupp ta’ esperti ddiskuta l-possibbiltà li jintużaw ‘proċeduri maqbula’ li jirrikjedu b’mod espliċitu kontroll trasparenti tal-kriterji ta’ eliġibilità prinċipali, livell ta’ assigurazzjoni relattivament ogħla għal nefqa partikolari. Il-Kummissjoni, filwaqt li tibbaża fuq l-esperjenza kbira tas-servizzi tagħha fiċ-ċertifikati ta’ verifika, ser tiżviluppa proposti biex jitjieb il-livell ta’ assigurazzjoni disponibbli minn entitajiet ta’ verifiki ta’ partijiet terzi fuq il-livell tal-proġett. L-Istati Membri għandhom jieħdu sehem attiv fit-titjib ta’ l-utilità tar-riżultati ta’ verifiki indipendenti fil-katina ta’ kontroll u jintegraw dan l-aspett fil-gwida tagħha għall-kontroll tal-fondi ta’ l-UE. Azzjoni 8: L-iffaċilitar ta’ aktar assigurazzjoni mill-IVS Ir- Roadmap tipproponi rwol għall-Istituzzjonijiet ta’ Verifika Supremi (IVS) sabiex dawn “jagħtu ħarsa lejn il-qafas ta’ kontroll nazzjonali għall-fondi tal-KE”, kif ukoll sabiex jipprovdu opinjoni indipendenti dwar dikjarazzjonijiet tal-maniġment potenzjali. Il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet identifikat numru ta’ oqsma b’maniġment maqsum fejn l-IVS jistgħu jżidu l-assigurazzjoni billi jipprovdu opinjoni dwar l-amministrazzjoni tal-fondi ta' l-UE, jew fil-qafas tal-verifiki li jagħmlu fuq fondi nazzjonali li jipprovdu kofinanzjament għal proġetti Komunitarji. Il-Kunsill (para. 14) irrikonoxxa li xi Istituzzjonijiet ta’ Verifika Supremi huma disponibbli li jiddiskutu aktar dwar kif jistgħu isaħħu l-kontribut tagħhom għal qafas ta’ kontroll integrat li jirregola l-fondi ta’ l-UE mingħajr ma’ jpoġġi f’riskju l-indipendenza tagħhom. Il-Kumitat ta’ Kuntatt tal-Kapijiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ Verifika Suprema ta’ l-Unjoni Ewropea qiegħed ikompli jikkontribwixxi għat-titjib tal-qafas f’dan il-kuntest u qiegħed jippjana li jsegwi ħidmietu fl-2006[5]. Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri, ser issaħħaħ id-djalogu tagħha ma’ l-IVS, u tanalizza kif l-assigurazzjoni eżistenti tista’ tkun kumplementata u msaħħa fuq il-bażi tar-rapporti eżistenti ta’ l-IVS. L-Istati Membri għandhom jistiednu lill-Parlamenti nazzjonali u reġjonali tagħhom jitolbu verifika u assigurazzjoni mill-ISV dwar il-fondi ta’ l-UE fuq il-livell rispettiv tagħhom. Il-konklużjonijiet ta’ dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-Kummissjoni u għall-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri. 2.3. Metodu b’verifika unika: il-qsim tar-riżultati u l-għoti ta' prijorità lill-proporzjon bejn l-infiq u l-benefiċċju Biex titnaqqas kemm jista' jkun id-duplikazzjoni tal-ħidma ta' kontroll, u jintlaħaq l-ogħla livell possibbli ta' kontroll b'livell ta' riżorsi partikolari, il-qsim ta’ informazzjoni definita tajjeb u dokumentata jista’ jippermetti l-affidabilità fuq il-kontrolli fuq kull livell tal-katina. Valutazzjoni formalizzata ta’ l-infiq u l-benefiċċji fuq kull livell tippermetti li jintwera li l-kontrolli eżistenti tejbu r-riskju ta’ żball li jifdal fit-tranżazzjonijiet bażi. Azzjoni 9: Il-ħolqien ta’ għodod effettivi biex jinqasmu r-riżultati tal-verifiki u l-kontroll u biex jiġi promoss il- metodu b’verifika unika Fil-‘kunċett ta’ verifika unika’, il-qsim tad- data tal-verifika huwa essenzjali biex l-isforzi ta’ verifika u kontroll ikunu mmirati aħjar. Ir-R oadmap taħseb għall-“koordinament tal-programmi ta’ ħidma, u aċċess minn kull korp ta’ kontroll għar-riżultati tax-xogħol ta’ l-oħrajn”. Il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet tinnota x-xewqa li d- data tal-verifika tinqasam fost il-modi ta’ amministrazzjoni kollha, kemm fost is-servizzi tal-Kummissjoni u kemm bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jew il-Pajjiżi Terzi, permezz tal-katina ta’ kontroll. L-ECOFIN (para. 6) jirrikjedi kjarifika dwar “il-Verifika unika fil-kuntest tal-kontroll intern”. Il-Kummissjoni ser tibni fuq is-sistema ta’ kontabilità eżistenti u fuq l-infrastruttura ta’ għodod ta’ verifika għat-traċċar, sabiex ittejjeb il-qsim u l-koordinazzjoni ta’ l-isforzi ta’ verifika tal-partijiet interessati differenti. L-Istati Membri qegħdin jissejħu biex jissoktaw bil-kooperazzjoni attiva mas-serizzi rilevanti tal-Kummissjoni biex jiġu deċiżi l-istrateġiji ta’ verifika, il-gwida għall-verifika, l-ippjanar tal-verifiki u l-qsim tar-riżultati u s-segwitu tagħhom. Azzjoni 10: Stima inizjali u analiżi ta’ l-infiq fuq il-kontrolli L-Opinjoni tal-Qorti dwar Verifika unika u r- Roadmap saħqu dwar il-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ xieraq bejn in-nefqa u l-benefiċċji tal-kontrolli. Il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet uriet li għall-maġġoranza tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-kunċett ta’ stima tan-nefqa jirrikjedi żvilupp konsiderevoli. Il-Kunsill (para. 5) talab lill-Kummissjoni tivvaluta n-nefqa fuq il-kontrolli skond il-qasam tan-nefqa. Bħala l-ewwel pass lejn analiżi aktar dettaljata ta’ l-infiq fuq il-kontrolli, il-Kummissjoni ser tistma n-nefqa inizjali għal kull qasam ewlieni ta’ politika, skond metodoloġija konsistenti, u timmira li tippreżenta r-riżultati kmieni fl-2007. L-Istati Membri huma mitluba li jipprovdu fiż-żmien previst data dwar l-inventarju ta’ l-infiq għall-kontroll ta’ l-ispiża taħt maniġment maqsum u ċentralizzat indirett u f’format kumparabbli li għandu jkun definit mill-Kummissjoni. Azzjoni 11: Il-bidu ta’ proġetti pilota fuq l-evalwazzjoni tal-benefiċċji Minbarra l-konsiderazzjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn l-infiq u l-benefiċċji, ir- Roadmap u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet innutat ukoll id-diffikultajiet fl-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-benefiċċji miksuba minn aspetti differenti tal-kontroll intern, inter alia , kwistjoniijet ta’ reputazzjoni, l-effett ta’ deterrent, u l-vantaġġi tat-tixrid ta' l-aħjar prassi fost id-diversi komunitajiet benefiċjarji. Filwaqt li tqis dawn id-diffikultajiet, il-Kummissjoni ser tniedi studju pilota dwar il-politika interna, inkluża r-riċerka, sabiex tikkwantifika l-benefiċċji marbuta ma’ strateġija ta’ kontroll partikolari, bl-iskop li tinkorpora l-approċċ ta’ l-infiq imqabbel mal-benefiċċju fl-immaniġġjar tar-riskju ta’ żball fit-tranżazzjonijiet bażi. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew huma mitluba jintegraw ir-riżultati ta’ dawn l-istudji pilota fir-riflessjonijiet tagħhom dwar ir-riskji li għandhom ikunu tollerati fit-tranżazzjonijiet bażi. 2.4. Nuqqasijiet speċifiċi għas-settur Minħabba n-natura konsiderevolment eteroġenea tal-linji ta’ politika individwali ta’ l-UE, biex ikun implimentat bl-aħjar mod possibbli, il-qafas integrat għandu jkun jippermetti applikazzjoni flessibbli. Wara l-analiżi dettaljata mwettqa fil-valutazzjoni tan-nuqqasijiet, issa s-servizzi tal-Kummissjoni jinsabu f’pożizzjoni li joħolqu l-kontrolli xierqa, flimkien ma’ livell proporzjonat ta’ rappurtar sabiex jiġi żgurat li l-effettività tagħhom tkun tista’ tintwera. Azzjoni 12: In-nuqqasijiet identifikati mis-servizzi li ħadu sehem[6] għandhom ikunu indirizzati Fir- Roadmap , il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lis-servizzi tagħha[7], sabiex dawn jidentifikaw in-nuqqasijiet u jipprononu pjani ta’ azzjoni biex jitlesta l-qafas ta’ kontroll li fuqu l-Qorti tkun tista’ tibbaża l-assigurazzjoni li tkun qiegħda tfittex. Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet[8] ġie diskuss ukoll mal-grupp ta’ esperti magħżul mill-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri. Il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet ta’ kull servizz tipprovdi paragun dettaljat bejn il-prinċipji ta’ kontroll identifikati mill-Qorti ta’ l-Awdituri fl-Opinjoni tagħha dwar Verifika unika u l-kontrolli eżistenti bħalissa, jew maħsuba fil-leġiżlazzjoni ta’ l-2007-2013. Wara kuntatti bilaterali informali ma’ l-istaff tal-Qorti ta’ l-Awdituri, dawn il-valutazzjonijiet tan-nuqqasijiet issa ġew aġġornati. Kull servizz tal-Kummissjoni ser jieħu passi, fl-ambitu tal-qafas taċ-ċiklu normali ta’ l-Ippjanar Strateġiku u l-Ipprogrammar, sabiex jelimina dawn in-nuqqasijiet permezz tal-Pjani ta' Maniġment Annwali, u jirrapporta l-progress fir-Rapporti ta’ Attività Annwali. L-Istati Membri huma mitluba jikkooperaw mas-servizzi tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet, u fejn l-azzjonijiet jinvolvu tibdil fil-leġiżlazzjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom ikunu lesti jikkonsidraw dawn l-emendi. Azzjoni 13: Analiżi tal-kontrolli taħt maniġment maqsum (b’mod partikolari l-Fondi Strutturali) fuq livell reġjonali u l-valur tad-dikjarazzjonijiet eżistenti Kif mitlub mill-Kunsill ta’ l-ECOFIN, sa l-aħħar ta’ l-2006 l-Kummissjoni ser teżamina l-implimentazzjoni preżenti tal-kontrolli fuq il-Fondi Strutturali fuq livell settorjali u reġjonali, li tkopri kontrolli ta’ kampjuni, l-awtoritajiet tal-pagamenti u entitajiet ta' stralċ, kif ukoll il-valur ta’ dikjarazzjonijiet u stqarrijiet eżistenti, fuq il-bażi tar-rappurtar annwali li għandu jkun provdut mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri sat-30 ta’ Ġunju 2006 taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001, u ta’ verifiki mis-servizzi tal-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti li għandha tingħata mill-awtoritajiet skond l-Artikolu 13 għall-Fondi Strutturali tiġi pprovduta skond l-iskeda ta’ żmien proposta. Il-kwistjoni ta’ kif l-Istati Membri jistgħu jipprovdu assigurazzjoni lill-Kummissjoni bl-aktar mod effiċjenti u effettiv ser jiġi diskuss ukoll waqt laqgħat annwali bilaterali ma' l-awdituri ta' l-Istati Membri. Azzjoni 14: Gwida aħjar għall-Fondi Strutturali dwar l-immaniġġjar tar-riskju ta’ żball Ir- Roadmap identifikat numru ta’ oqsma fejn jinħtieġ titjib fir-rigward tal-Fondi Strutturali[9] li kieku jikkontribwixxu fil-maniġment tar-riskju ta' żball fit-tranżazzjonijiet bażi kemm għall-perjodu preżenti u kemm għal dak futur. Il-Kunsill (para. 6 tal-konklużjonijiet ta’ l-ECOFIN) talab kjarifika fir-rigward ta’ numru ta' kwistjonijiet, li ħafna minnhom ġew indirizzati fil-valutazzjoni tan-nuqqasijiet. Is-servizzi responsabbli ser isaħħu l-gwida eżistenti, sabiex il-benefiċjarji u l-intermedjarji jkunu jistgħu jadottaw approċċ immirat biex inaqqas l-iżbalji fit-tranżazzjonijiet bażi, permezz ta’ ħidma ta’ kontroll aktar sistematika u attivitajiet ta’ informazzjoni intensifikati diretti lejn il-benefiċjarji. Ser tingħata wkoll attenzjoni speċjali għar-rwol u r-responsabbiltajiet ta’ l-awtoritajiet tal-pagamenti fejn dawn jipprovdu assigurazzjoni rigward il-Fondi Strutturali. L-Istati Membri huma mitluba li jagħtu l-appoġġ tagħhom fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ gwida għall-Fondi Strutturali fejn din hija meħtieġa l-aktar, u fid-distribuzzjoni u d-disseminazzjoni tagħha. Azzjoni 15: Promozzjoni ta’ l-iniżjattiva dwar ‘Kuntratti ta’ Kunfidenza’ għall-Fondi Strutturali Ir- Roadmap tidentifika l-‘Kuntratti ta' Kunfidenza' bħala inizjattiva li tista’ tgħin biex il-kontrolli jsiru effettivi matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet tinnota li l-inizjattiva tal-‘Kuntratti ta’ Kunfidenza’ toffri assigurazzjoni ta’ verifika fuq bażi annwali li tista’ titqabbel ma’ dik proposta għall-perjodu l-ġdid, u li għalhekk hija ta’ interess partikolari bħala mekkaniżmu biex titjieb l-assigurazzjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni eżistenti, kif ukoll għax tirrappreżenta miżura proattiva għat-tħejjija għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss. Il-konklużjonijiet ta’ l-ECOFIN (para. 11) issa żiedu impetu ulterjuri f’din l-azzjoni u riċentement inkiseb l-impenn fuq livell politiku ta’ ħames Stati Membri (id-Danimarka, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall u r-Renju Unit) li qablu li jiffirmaw dawn il-kuntratti. Għall-Fondi Strutturali l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-'Kuntratti ta' Kunfidenza' sabiex jipprovdu assigurazzjoni għall-perjodu ta' bħalissa, u wkoll sabiex iħejju t-triq għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss. Dawk li jonqsu milli jagħmlu dan għandhom jirriflettu dwar kif jipprovdu assigurazzjoni paragunabbli tal-perjodu ta’ bħalissa u dwar kif ser iħejju s-sistemi ta’ kontroll tagħhom għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss. Azzjoni 16: It-tħejjija ta’ linji gwida komuni għal kull qasam ta' politika Ir- Roadmap tirrikjedi azzjoni dwar “it-titjib ta’ l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni skond il-metodu ta’ ‘verifikar wieħed’ u t-tkomplija tal-korp eżistenti tal-gwida dwar prinċipji u standards komuni fir-rigward tal-metodi ta’ verifikar, kontrolli ewlenin u strateġiji għal iċċekjar fuq il-post”. Kif ġie nnutat fil-valutazzjoni tan-nuqqasijiet, diġà sar progress konsiderevoli f’diversi linji ta’ politika permezz ta’ diskussjonijiet bilaterali fil-qasam tar-rati ta’ l-iżbalji, l-irkupri, l-istrateġiji ta' verifika (ir-riskju u t-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi) u l-kontrolli fuq il-post. Dawn l-inizjattivi ser ikomplu jissaħħu matul l-2006. Biex ikunu jistgħu jiġu adottati strateġiji konsistenti għal kull linja ta' politika mal-qafas ta' kontroll intern, fl-2006 u l-2007 il-Kummissjoni ser tifformalizza l-linji gwida għal kull qasam ta' politika. Peress illi din hija prinċiparjament miżura interna tal-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament u l-Qorti ta' l-Awdituri għandhom jibbenefikaw mill-progress li sar f'dan il-qasam fil-forma ta' rappurtar aktar ċar u koerenti fir-Rapporti ta' Attività Annwali tas-servizzi. 3. KONKLUŻJONIJIET Huwa r-rwol tal-Kummissjoni u l-Istati Membri flimkien li jiżguraw li l-Qorti tkun f’pożizzjoni li ssib evidenza minn verifika dwar il-progress lejn maniġment adegwat tar-riskju ta’ żball (filwaqt li jitqies livell ta’ tolleranza aċċettat). Kull servizz għandu jindirizza n-nuqqasijiet identifikati fil-valutazzjoni tan-nuqqasijiet. Meta wieħed iqis l-opinjonijiet pożittivi li waslu dwar in-nefqa amministrattiva, l-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni, il-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp u dik il-parti tan-nefqa agrikola suġġetta għall-IACS, l-ewwel kwistjonijiet orizzontali li għandhom jiġu indirizzati ser ikunu jinvolvu l-politika interna u l-Fondi Strutturali. Madankollu, għal madwar 80% tal-baġit, il-Kummissjoni taqsam l-implimentazzjoni ma’ l-Istati Membri, u din tistenna li l-Istati Membri jkollhom qafas ta’ kontroll adegwat applikat tajjeb. Huma għandhom jiżguraw li l-amministrazzjoni tal-flus f’isem il-Kummissjoni tnaqqas ir-riskju ta’ nfiq irregolari sa livell aċċettabbli, u li jkunu jistgħu juru dan lil awdituri nazzjonali u Komunitarji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tinsisti fuq l-għajnuna ta’ l-Istati Membri, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, kif speċifikat hawn fuq u kif spjegat fl-Anness 1, sabiex jiġi żgurat eżitu ta’ suċċess fl-interess ta’ l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha. ANNESS 1 Summary of action plan and requested support from other Institutions Simplification and common control principles | 1 | Simplification review of proposed 2007-13 legislation | The Commission will keep under consideration the simplification of the regulatory framework during the negotiations on all the 2007-2013 legislation. Council and the European Parliament are considered to support such initiatives. | June 2006 | 2 | Integrate common internal control principles in the proposal for the revised Financial Regulation | The Council and the European Parliament should use the opportunity of the consultation on the revised Financial Regulation to give their opinion on the need to insert a budgetary principle on effective and efficient internal control providing a common standard. | February 2006 | 3 | Establish and harmonise better the presentation of control strategies and evidence providing reasonable assurance | The Court of Auditors should be able to develop its DAS-methodology so as to rely effectively on the Annual Activity Reports of the Commission services and the related synthesis report at Commission level, focussing on the management of the risk of error in the legality and regularity of the underlying transactions. | End 2006 | 4 | Initiate inter-institutional dialogue on risks to be tolerated in the underlying transactions | The Commission will initiate an inter-institutional dialogue in March 2006 on the basic principles to be considered regarding the risks to be tolerated in the underlying transactions. On this basis, the Council and the European Parliament should reach an initial agreement regarding these risks by end 2006. | December 2006 | Management declarations and audit assurance | 5 | Promote operational level management declarations and synthesis reports at national level | Member States should designate a national coordinating body per policy area which can for example provide all stakeholders with an overview of the assurance available in respect of Community actions under shared and indirect management in their Member State. The cooperation of Member States is necessary when ensuring such a provision in forthcoming legislation, and steering its implementation via implementing rules and guidance, adapted to the arrangements for providing assurance on Community funds for the policy area. | End 2006 | 6 | Examine the utility of management declarations outside shared and indirect centralised management | Council and the European Parliament should carefully examine the appropriateness of internal control structures and procedures proposed in the new legislative proposals. | Permanent action | 7 | Promote best practices for increasing cost-benefit of audits at project level | Member States should actively participate in enhancing the usability of independent audit results in the chain of control and integrate this aspect in its guidance for controlling EU-funds. | 2006 and later on permanent concern | 8 | Facilitate additional assurance from SAIs | Member States should invite their national and regional Parliaments to ask their SAIs for audit and assurance on EU-funding at their level. The conclusions of these reports should also be made available to the Commission and the European Court of Auditors. | End 2006 | Single audit approach: sharing of results and prioritising cost-benefit | 9 | Construct effective tools for the sharing of audit and control results & promote the single audit approach | Member States are called on to continue to cooperate actively with the relevant Commission services in fixing audit strategies, audit guidance, planning of audits and sharing of the results and their follow-up. | 2006 and later on permanent concern | 10 | Conduct an initial estimation and analysis in the costs of controls | Member States are asked to deliver data on costs for the control of expenditure under shared and centralised indirect management in good time and in a comparable format to be defined by the Commission. | By February 2007 | 11 | Initiate pilot projects on evaluating benefits | Council and the European Parliament are asked to integrate the results of these pilot studies in their reflections regarding the risks to be tolerated in the underlying transactions. | From mid 2007 onwards | Sector-specific gaps | 12 | Address the gaps identified by participating services | Member States are called upon to cooperate with the Commission services in the implementation of actions, and where the actions involve changes to legislation the Council and the European Parliament should be open to considering such amendments. | Permanent action | 13 | Analyse the controls under Shared Management (in particular Structural Funds) at regional level and the value of existing statements | Member States should ensure that the relevant information to be provided by the Authorities under Article 13 for Structural Funds, is delivered in accordance with the proposed time table. The issue of how Member States can provide assurance to the Commission in the most efficient and effective manner, will also be discussed during the bilateral annual meetings with the Member States’ auditors. | June 2006 End 2006 | 14 | Provide greater guidance for structural funds on managing the risk of error | Support is requested from Member States in developing and implementing the guidance for Structural Funds where it is most needed, and in its distribution and dissemination. | End 2006 Dissemination: 2007 | 15 | Promote the ‘Contracts of Confidence’ initiative for Structural Funds | Member States should implement for Structural Funds the ‘Contracts of Confidence’ to provide assurance for the current period, and also to lay the groundwork for the next programming period. Those that do not should reflect on how to provide comparable assurance on the present period and how they will prepare their control systems for the next programming period. | September 2006 | 16 | Establish common guidelines per policy family | As this is mainly an internal Commission measure, Council, European Parliament and Court of Auditors should benefit from the progress made in this domain through clearer and more coherent reporting in the Annual Activity Reports of the services. | From 2006 onwards | ANNESS 2 ABBOZZ TA’ SINTEżI TAL-PRINċIPJU TA' KONTROLL INTERN EFFETTIV U EFFIċJENTI 1. L-implimentazzjoni tal-baġit għandha tkun żgurata permezz ta’ kontroll intern effettiv u effiċjenti skond kull mod ta’ maniġment. 2. Għall-iskop ta' l-implimentazzjoni tal-baġit, kontroll intern ifisser proċess li japplika fuq il-livelli kollha fil-katina ta’ kontroll u maħsub biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar l-ilħuq ta' l-għanijiet li ġejjin: 3. l-effettività u l-effiċjenza ta' l-operazzjonijiet, 4. l-affidabilità tar-rappurtar finanzjarju, 5. is-sorveljanza ta’ l-assi u l-informazzjoni u l-prevenzjoni u s-sejba ta’ frodi u irregolaritajiet, 6. maniġment adegwat tar-riskji relatati mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażi. 7. Il-kontroll intern effettiv jintwera permezz ta’ valutazzjoni perjodika bbażata fuq l-aħjar prattiċi internazzjonali u jinkludi partikolarment il-komponenti li ġejjin: is-segregazzjoni tal-ħidmiet; l-adegwatezza ta’ l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jitwettqu l-ħidmiet assenjati; strateġija xierqa ta’ maniġment tar-riskju u ta’ kontroll; il-promozzjoni ta’ mġiba etika billi jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess; il-ġbir ta’ informazzjoni u gwida rilevanti; metodu ta’ verifika adegwat; integrità tad- data fis-sistemi tad- data ; il-monitoraġġ tal-prestazzjoni; proċeduri għal nuqqasijiet u eċċezzjonijiet identifikati fil-kontroll intern; 8. Għall-attivitajiet kollha, kontroll intern effiċjenti jafda fuq il-prinċipji li ġejjin: l-adegwatezza tal-kontrolli fuq il-livell tal-benefiċjarji; strateġiji ta’ riskju maqbula li jippruvaw jirrelataw l-infiq fuq il-kontroll u l-livell ta' riskju mmaniġġjat; ir-riżultati tal-kontroll, aċċessibbli għall-atturi xierqa kollha fil-katina tal-kontroll; leġiżlazzjoni u gwida ċari u mhux ambigwi; l-infurzar ta’ multi dissważivi fl-istadju l-aktar bikri tal-katina ta' kontroll; kif ukoll l-għoti ta’ assigurazzjoni annwali tal-maniġment fuq il-livell xieraq sabiex tingħata assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażi. [1] KUMM(2005) 252. [2] ĠU C 107 tat-30.4.2004, p. 1 (l-Opinjoni dwar ‘Verifika Unika’). [3] SEG(2006) 49 li takkumpanja din il-Komunikazzjoni. [4] Fl-anness 1 tingħata ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet kollha u lejn kwistjonijiet relatati tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew. [5] Kif adotta fil-laqgħa tiegħu fi Stokkolma fil-5 u s-6 ta' Diċembru 2005. [6] Id-DĠ li ħadu sehem fil-valutazzjoni tan-nuqqasijiet kienu dawk b’attività ogħla minn livell partikolari ta’ EUR u li jilħqu kriterji oħra neċessarji. [7] Intalbu jagħtu din il-valutazzjoni ta' nuqqasijiet biss dawk is-servizzi b'livell ta' nfiq għoli fil-modi ta' amministrazzjoni differenti. [8] SEG(2005) 1152. [9] Il-kontrolli primarji (kontrolli ta’ kemm hu reali s-servizz fornut u l-ispiża ddikjarata) huma eżawrjenti, inkella biżżejjed fir-rigward ta’ l-infiq u l-benefiċċji tal-kontrolli. Hemm analiżi tar-riskju tajba. Tiġi valutata u rrappurtata r-rata ta’ żbalji għal kull programm Hemm informazzjoni adegwata għall-benefiċjarji. Fil-każ ta’ irregolaritajiet serji jiġu applikati sanzjonijiet proporzjonati iżda dissważivi. Il-kontrolli primarji huma sorveljati b’mod xieraq mill-entità ta’ l-implimentazzjoni u mill-Awtorità li Timmaniġġja; Fejn ikun meħtieġ tittieħed azzjoni korrettiva; L-awtorità tal-pagament għandha l-mezzi u r-riżorsi biex tikseb l-assigurazzjoni li teħtieġ biex tiċċertifika l-ammonti mitluba mill-Kummissjoni.