Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea Għal Talbiet Żgħar (COM(2005)0087 - C6-0082/2005 - 2005/0020(COD))
Official Journal 317 E , 23/12/2006 P. 0814 - 0814
20061223 P6_TA(2006)0593 Proċedura Ewropea Għal Talbiet Żgħar ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea Għal Talbiet Żgħar (COM(2005)0087 — C6-0082/2005 — 2005/0020(COD)) (Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0087) [1], - wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 61(c) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0082/2005), - wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0387/2006), 1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata; 2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; 3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. [1] Għadha mhux ippublikata fil-ĠU. --------------------------------------------------