52006AP0562

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li għandu dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) (COM(2006)0564 - C6-0423/2006 - 2006/0194(CNS))

Official Journal 317 E , 23/12/2006 P. 0458 - 0459


20061223

P6_TA(2006)0562

Kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li għandu dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) (COM(2006)0564 — C6-0423/2006 — 2006/0194(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0564) [1],

- wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0423/2006),

- wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

- wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0432/2006),

1. Japprova l-proposta tal-Kummisjoni kif emendata;

2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3. Iħeġġeġ lill-Kunsill biex, filwaqt li jikkunsidra l-bidla proposta fil-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni, jevita kwalunkwe dewmien fl-allokazzjoni tal-Fond Internazzjonali għall-Irlanda;

4. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Ċitazzjoni 1

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

--------------------------------------------------