52006AP0561

IRiżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' emissjonijiet u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 72/306/KEE u d-Direttiva .../.../KE (COM(2005)0683 - C6-0007/2006 - 2005/0282(COD))

Official Journal 317 E , 23/12/2006 P. 0440 - 0441


20061223

P6_TA(2006)0561

Approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' emissjonijiet u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi ***

IRiżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' emissjonijiet u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 72/306/KEE u d-Direttiva …/…/KE (COM(2005)0683 — C6-0007/2006 — 2005/0282(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0683) [1],

- wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0007/2006),

- wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

- wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u għat-Turiżmu u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0301/2006),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2. Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi proposti f'direttiva qafas riveduta dwar approvazzjoni tat-tip li tiggarantixxi aċċess għal informazzjoni ddettaljata dwar tiswija ta' vetturi sabiex tiġi stimulata l-kompetizzjoni fl-industrija tat-tiswija tal-vetturi. Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tressaq kwalunke proposta neċessarja sabiex tiġi evitata dupplikazzjoni jew regolamentazzjoni doppja bejn dan ir-Regolament, Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal- 31 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehimiet vertikali u prattiki miftiehma fis-settur tal-vetturi [2] u l-abbozz ta' Direttiva dwar l-approvazzjoni ta' vetturi u t-trejlers tagħhom.

3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwiha b'test ieħor;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

[1] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

[2] ĠU L 203, 1.8.2002, p. 30.

--------------------------------------------------