Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni komuni addodatta mill-Kunsill bil-għan li taddotta id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008) (14153/2/2006 - C6-0422/2006 - 2005/0203(COD))
Official Journal 317 E , 23/12/2006 P. 0369 - 0370
20061223 P6_TA(2006)0556 Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali (2008) ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni komuni addodatta mill-Kunsill bil-għan li taddotta id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008) (14153/2/2006 — C6-0422/2006 — 2005/0203(COD)) (Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14153/2/2006 – C6-0422/2006), - wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari [1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2005)0467) [2], - wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2006)0492) [3], - wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE, - wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0435/2006), 1. Japprova l-pożizzjoni komuni. 2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni. 3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE. 4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. 5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. [1] Testi Adottati,1.6.2006, P6_TA(2006)0234. [2] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU. [3] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU. --------------------------------------------------