Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb li tiġi adottata Deċiżjoni tal- Parlament Ewropew u tal- Kunsill li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) (13241/1/2006 - C6-0420/2006 - 2005/0042B(COD))
Official Journal 317 E , 23/12/2006 P. 0061 - 0061
20061223 P6_TA(2006)0534 Programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb li tiġi adottata Deċiżjoni tal- Parlament Ewropew u tal- Kunsill li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) (13241/1/2006 — C6-0420/2006 — 2005/0042B(COD)) (Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (13241/1/2006 — C6–0420/2006), - wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari [1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0115) [2], - wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2006)0235) [3] - wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE, - wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0408/2006), 1. Japprova l-pożizzjoni komuni; 2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni; 3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE; 4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea; 5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. [1] Testi adottati, 23.3.2006, P6_TA(2006)0107. [2] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU. [3] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU. --------------------------------------------------