52006AP0519

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku "Ideat" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0441 - C6-0382/2005 - 2005/0186(CNS))

Official Journal 316 E , 22/12/2006 P. 0265 - 0271


P6_TA(2006)0519

Programm Speċifiku "Ideat" (is-Seba' Programm ta' Qafas RTDD, 2007-2013) *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar ilprogramm speċifiku "Ideat" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0441 — C6-0382/2005 — 2005/0186(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0441) [1] u l-proposta emendata (COM(2005)0441/2) [1],

- wara li kkunsidra l-Artikolu 166 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0382/2005),

- wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0369/2006),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat- Trattat KE;

3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI | EMENDI TAL-PARLAMENT |

Emenda 1

Premessa 4

(4) Il-proposti għar-"riċerka fuq il-fruntieri ta' l-għarfien" għandhom ikunu evalwati fuq il-bażi tal-kriterju waħdieni ta' leċċellenza skond il-ġudizzju ta' reviżuri li jkunu esperti filqasam u għandha tingħata importanza lil proġetti interdixxiplanari, proġetti innovattivi ta' riskju kbir u gruppi ġodda u riċerkaturi b'inqas esperjenza kif ukoll timijiet stabbiliti. | (4) Il-proposti għar-"riċerka fuq il-fruntieri ta' l-għarfien", fissens ta' riċerka bażika, għandhom ikunu evalwati fuq il-bażi tal-kriterju waħdieni ta' l-eċċellenza skond il-ġudizzju ta' reviżuri li jkunu esperti fil-qasam u għandha tingħata importanza lil proġetti interdixxiplinari u multidixxiplinari, proġetti innovattivi ta' riskju kbir u gruppi ġodda u riċerkaturi b'inqas esperjenza kif ukoll timijiet stabbiliti. |

Emenda 2

Premessa 6

(6) Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun responsabbli għallimplimentazzjoni ta' dan il-Programm Speċifiku u għandha taġixxi bħala l-garanti ta' l-awtonomija sħiħa u l-integrità tal- Kunsill Ewropew tar-Riċerka, kif ukoll ta' l-effikaċja funzjonali tiegħu. | (6) Il-Kummissjoni, waqt perjodu ta' prova ta' sentejn sa massimu ta' tliet snin, għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan il-Programm Speċifiku u għandha taġixxi bħala l-garanti ta' l-awtonomija sħiħa u l-integrità tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, kif ukoll ta' l-effikaċja funzjonali tiegħu. |

Emenda 3

Premessa 8

(8) Biex tiggarantixxi l-integrità ta' l-ERC, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Programm Speċifiku jiġi implimentat skond l-għanijiet stipulati. | (8) Biex tiggarantixxi l-integrità ta' l-ERC, il-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għandha tiżgura li l-Programm Speċifiku jiġi implimentat skond l-għanijiet stipulati. |

Emenda 4

Premessa 10

(10) Il-Programm ta' Qafas għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet oħra tal- Komunità li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta' l-għanijiet ta' Liżbona, flimkien, b'mod partikolari, ma' dawk tal-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, lindustrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent. | (10) Il-Programm ta' Qafas għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet oħra tal- Komunità li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta' l-għanijiet ta' Liżbona, flimkien, b'mod partikolari, ma' dawk tal-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura u l-midja, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent. |

Emenda 5

Premessa 13

(13) Attivitajiet tar-riċerka mwettqa fi ħdan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l- Unjoni Ewropea. | (13) Attivitajiet tar-riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l- Unjoni Ewropea, u jikkonfermaw il-valur ċiviku u umanistiku tar-riċerka, filwaqt li jirrispettaw id-diversità etika u kulturali. |

Emenda 6

Premessa 14 a (ġdida)

| (14a) Biex ikunu ssimplifikati s-sejħiet għal proposti u jkunu mnaqqsa l-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha toħloq database bħala prerekwiżit għan-notifika tal-parteċipanti fissejħiet għal proposti. |

Emenda 7

Premessa 17

(17) Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni indipendenti tal-ħidma ta' l-ERC. Fid-dawl ta' din l-evalwazzjoni u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-esperjenzi ta' l-ERC fir-rigward tal-prinċipji bażiċi, għandha tiġi kkunsidrata l-possibilità, mhux iktar tard mill-2010, li l-ERC tiġi rrikostitwita bħala struttura legalment indipendenti, li tista' tkun ibbażata fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat. | (17) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, wara perjodu ta' prova ta' sentejn sa massimu ta' tliet snin, issir evalwazzjoni indipendenti tal-ħidma ta' l-ERC. Fuq il-bażi tar-riżultati miksuba, l-ERC għandha tingħata struttura fuq tul ta' żmien, li tiżgura l-awtonomija massima tagħha, filwaqt li tiggarantixxi t-trasparenza. Għalhekk, għandha tiġi kkunsidrata l-possibilità, mhux iktar tard mill-2010, li l-ERC jiġi rrikostitwita bħala struttura legalment indipendenti, li tista' tkun ibbażata fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat. |

Emenda 8

Artikolu 2

Skond l-Anness II tal-Programm ta' Qafas, l-ammont li jitqies meħtieġ għat-twettiq tal-Programm Speċifiku għandu jkun EUR 7460 miljun, li minnu inqas minn 6% għandu jkun għan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni. | Skond l-Anness II tal-Programm ta' Qafas, l-ammont li jitqies meħtieġ għat-twettiq tal-Programm Speċifiku għandu jkun EUR 7560 miljun, li minnu massimu ta' 3% għandu jkun għannefqa fuq l-amministrazzjoni u l-persunal mill-baġit annwali għad-dispożizzjoni ta' l-ERC. |

Emenda 9

Artikolu 2a (ġdid)

| Artikolu 2a 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass neċessarju biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b'mod effettiv u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. 2. In-nefqa amministrattiva ġenerali tal-Programm Speċifiku, inkluża n-nefqa interna u ta' l-immaniġġjar għall-aġenzija eżekuttiva li hu propost li tkun stabbilita, għandha tkun proporzjonali għall-attivitajiet li jitwettqu skond dan il-programm u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi. 3. Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta' l-immaniġġjar finanzjarju sod, jiġifieri skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità. |

Emenda 27

Artikolu 3, paragrafu 2 a (ġdid)

| 2a. Fir-rigward ta' l-użu ta' ċelluli staminali embrijoniċi tal-bniedem diġà derivati qabel l-adozzjoni ta' dan il-Programm ta' Qafas, l-istituzzjonijiet, korpi, u riċerkaturi għandhom ikunu suġġetti għal regoli stretti li jirregolaw liċenzji u ssorveljanza, f'konformità mal-qafas legali ta' l-Istat Membru jew l-Istati kkonċernati. |

Emenda 10

Artikolu 4, paragrafu 4

4. Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala l-garanti ta' l-awtonomija u l-integrità tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka u għandha tiżgura t-twettiq xieraq tal-kompiti fdati lilu. | 4. Flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala l-garanti ta' l-awtonomija u lintegrità tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka u għandha tiżgura ttwettiq xieraq tal-kompiti fdati lilu. |

| Il-Kunsill Xjentifiku u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu rapport annwali dwar il-ħidma ta' l-ERC lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u b'mod partikolari, jagħtu d-dettalji dwar kemm intlaħqu l-objettivi stabbiliti. |

Emenda 11

Artikolu 4, paragrafu 4 a (ġdid)

| 4a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżultati tarriċerka jkunu evalwati u għandha tirrapporta dwar il-kontribut tagħhom għal soċjetà dinamika, ibbażata fuq l-għarfien, fl-Ewropa. |

Emenda 12

Artikolu 5, paragrafu 1

1. Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul minn xjentzjati, inġiniera u akkademiċi ta' l-ogħla reputazzjoni, maħtura mill- Kummissjoni, u li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentement minn interessi esterni. | 1. Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul minn xjenzjati, inġiniera u akkademiċi ta' l-ogħla reputazzjoni, li jirrappreżentaw l-oqsma speċjalizzati u l-fergħat tar-riċerka kollha possibbli, u li jkollhom, flimkien ma' l-eċċellenza xjentifika, esperjenza ta' snin twal fl-immaniġġjar tax-xjenza, u li jaġixxu filkapaċità personali tagħhom, indipendentement minn interessi esterni. |

Emenda 13

Artikolu 5, paragrafu 3, punt (-a) (ġdid)

| (-a)strateġija ġenerali għall-ħidma ta l-ERC li tiġi adattata regolarment għar-rekwiżiti xjentifiċi; |

Emenda 14

Artikolu 5, paragrafu 3, punt (b)

(b)il-metodu għar-reviżjoni minn reviżuri esperti fil-qasam u għall-valutazzjoni tal-proposti, li fuq il-bażi tiegħu jkunu ddeterminati l-proposti li għandhom ikunu ffinanzjati; | (b)il-metodi u l-prinċipji għar-reviżjoni minn reviżuri esperti fil-qasam u għall-valutazzjoni tal-proposti, li fuq il-bażi tiegħu jkunu ddeterminati l-proposti li għandhom ikunu ffinanzjati; |

Emenda 15

Artikolu 6, paragrafu 1

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u tistipula f'aktar dettall l-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi li jinsabu fl-Anness I, il-finanzjament assoċjat, u l-iskeda għallimplimentazzjoni. | 1. Il-Kummissjoni u l-Kunsill Xjentifiku għandhom jadottaw il-programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u jistipulaw f'aktar dettall l-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi li jinsabu fl-Anness I, ilfinanzjament assoċjat, u l-iskeda għall-implimentazzjoni. |

Emenda 16

Artikolu 7 a (ġdid)

| Artikolu 7a Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità baġitarja kulmeta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta' l-infiq iddikjarata fir-rimarki u lanness tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. |

Emenda 17

Artikolu 8, paragrafu 6

6. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf regolarment lill-kumitat dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku. | 6. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf regolarment lill-kumitat u lill-kumitat responsabbli fi ħdan il-Parlament Ewropew dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdihom b'informazzjoni dwar lazzjonijiet kollha ta' l-RTD iffinanzjati skond il-Programm Speċifiku. |

Emenda 18

Artikolu 8, paragrafu 6 a (ġdid)

| 6a. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun fih evalwazzjoni ta' kemm huwa sod l-immaniġġjar finanzjarju u evalwazzjoni ta' l-effiċjenza u r-regolarità ta' l-immaniġġjar baġitarju u ekonomiku tal-Programm Speċifiku. |

Emenda 19

Artikolu 18 a (ġdid)

| Artikolu 8a 1. Wara perjodu ta' prova ta' sentejn sa massimu ta' tliet snin, esperti indipendenti għandhom jevalwaw il-ħidma ta' l- ERC. Huma għandhom inter alia, jevalwaw kemm intlaħqu lobjettivi ta' l-ERC kemm il-proċeduri imxew b'mod effiċjenti u trasparenti, jekk l-indipendenza xjentifika setgħetx tkun iggarantita u kemm ġiet ikkunsidrata l-eċċellenza xjentifika. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni għandha tqis liema struttura hija laktar adattata għall-ERC fuq tul ta' żmien. 2. Minkejja din l-evalwazzjoni għandha tintgħażel f'kull każ, struttura għall-ERC fuq tul ta' żmien li tiggarantixxi lawtonomija massima tagħha filwaqt li jkunu żgurati wkoll ittrasparenza u r-responsabilità fir-rigward tal-Kummissjoni, il- Parlament Ewropew u l-Kunsill. |

Emenda 20

Anness I, Attivitajiet, paragrafu 1 a (ġdid)

| Multidixxiplinarjetà u interdixxiplinarjetà se jitħeġġu, l-ewwel waħda permezz ta' mekkaniżmi komuni applikabbli għal iżjed minn tema teknoloġika jew xjentifika waħda. Interdixxiplinarjetà se tittratta l-isfidi maħluqa mill-kumplessità tal-problemi, inklużi dawk f'temi prijoritarji, fir-rigward ta' liema, sempliċi approċċ unidixxiplinarju mhux kapaċi li jilħaq progress xjentifiku relevanti u li jżomm ir-riżultati milli jkunu xierqa għal bidla fi progress soċjali, ambjentali jew ekonomiku. |

Emenda 21

Anness I, Il-Kunsill Xjentifiku, paragrafu 1

Il-Kunsill Xjentifiku se jkun magħmul minn rappreżentanti millogħla livell tal-komunità xjentifika Ewropea, li jkunu qed jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, mingħajr irbit ma' interessi estranji. Il-membri tal-kunsill jinħatru mill-Kummissjoni wara proċedura indipendenti ta' għażla. | Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-ogħla livell tal-komunità xjentifika Ewropea, li l-kwalifiki tagħhom jinkludu mhux biss eċċellenza xjentifika mill-aħjar imma wkoll esperjenza twila ta' mmaniġġjar xjentifiku, li tirrappreżenta kemm jista' jkun oqsma ta' suġġetti u fergħat ta' riċerka liema rappreżentanti jkunu qed jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, mingħajr irbit ma' interessi estranji |

| Il-membri tal-kunsill jintgħażlu mill-Kunsill Xjentifiku minn fost il-komunità xjentifika, li għandu jiżgura d-diversità ta' loqsma ta' riċerka tax-xjentisti, wara li jitwaqqfu kriterji ġenerali mil-leġiżlatur Ewropew, skond il-proċedura stipulata fl- Artikolu 251 tat-Trattat u jinħatru mill-Kummissjoni wara smigħ fil-Parlament Ewropew. |

| Il-mandat tal-membri għandu jkun ta' 4 snin, b'possibilità ta' elezzjoni mill-ġdid għal 3 snin. Sistema ta' rotazzjoni għandha tintuża biex jiġu eletti l-membri, sabiex għal kull elezzjoni, terz mill-membri jiġu eletti mill-ġdid. |

| Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom jadottaw kodiċi ta' kondotta biex jevitaw kunflitti ta' interess. |

| Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaħtar Segretarju Ġenerali biex jgħin fl-organizzazzjoni ta' xogħlu u jiżgura koperazzjoni effettiva mal-Kummissjoni u l-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata. |

Emenda 22

Anness I, Struttura ta' implimentazzjoni dedikata

L-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni se jkollha r-responsabbiltà għall-aspetti kollha ta' l-implimentazzjoni amministrattiva u t-twettiq tal-programm, skond id-dispożizzjonijiet tal-programm annwali ta' ħidma. B'mod partikolari, timplimenta l-proċessi ta' l-għażla u tar-reviżjoni esperta, skond il-prinċipji li jkun stabbilixxa l-Kunsill Xjentifiku, u tiżgura l-ġestjoni finanzjarja u xjentifika ta' l-għotjiet. | Il-Kunsill Xjentifiku se jkun inizjalment appoġġjat minn struttura ta' implimentazzjoni dedikata responsabbli għall-aspetti kollha ta' l-implimentazzjoni amministrattiva u t-twettiq tal-programm, skond id-dispożizzjonijiet tal-programm annwali ta' ħidma. B'mod partikolari, timplimenta l-proċeduri ta' evalwazzjoni, il-proċessi ta' l-għażla u tar-reviżjoni esperta, skond il-prinċipji li jkun stabbilixxa l-Kunsill Xjentifiku, u tiżgura l-ġestjoni finanzjarja u xjentifika ta' l-għotjiet. |

| L-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata se jkollha staff magħmul minn persunal xjentifiku u amministrattiv temporanju, ta' l-ewwel magħżul mill-Kunsill Xjentifiku wara proċedura pubblika u trasparenti. Il-persunal amministrattiv jista' jintgħażel speċifikament għal din ir-raġuni jew jista' jkun sekondat mill-istituzzjonijiet tal-Komunità. |

| L-amministrazzjoni għandha tkun effiċjenti u miżmuma għall-minimu meħtieġ sabiex jiġu żgurati t-tmexxija, l-istabilità u l-kontinwità ta' l-ERC. |

Emenda 23

Anness I, Struttura ta' implimentazzjoni dedikata, paragrafu 1 a (ġdid)

| L-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata se tirrapporta b'mod regolari lill-Kunsill Xjentifiku. |

Emenda 24

Anness I, Rwol tal-Kummissjoni Ewropea, parti introduttorja

Il-Kummissjoni Ewropea sejra tiggarantixxi l-awtonomija sħiħa u l-integrità ta' l-ERC. Ir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-programm sejra tirrigwarda l-iżgurar li l-programm jitwettaq skond il-miri xjentifiċi deskritti iktar 'il fuq u r-rekwiżiti ta' l-eċċellenza xjentifika, kif determinat mill-Kunsill Xjentifiku huwa u jaġixxi indipendentement. B'mod partikolari, il-Kummissjoni sejra: | Flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni sejra tiggarantixxi l-awtonomija sħiħa u l-integrità ta' l-ERC. Irresponsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-programm sejra tirrigwarda l-iżgurar li l-programm jitwettaq skond il-miri xjentifiċi deskritti iktar 'il fuq u r-rekwiżiti ta' l-eċċellenza xjentifika, kif determinat mill-Kunsill Xjentifiku huwa u jaġixxi indipendentement. B'mod partikolari, il-Kummissjoni sejra: |

Emenda 25

Anness I Rwol tal-Kummissjoni Ewropea, it-tieni punt

Tadottal-programm ta' ħidma u l-pożizzjonijiet rigward ilmetodoloġija ta' implimentazzjoni, kif definita mill-Kunsill Xjentifiku. | —Flimkien mal-Kunsill Xjentifiku tadotta l-programm ta' ħidma u l-pożizzjonijiet rigward il-metodoloġija ta' implimentazzjoni, kif definita mill-Kunsill Xjentifiku. |

Emenda 26

Anness I, L-Irwol tal-Kummissjoni Ewropea, punt 5 a (ġdid)

| —Il-ħatra tad-direttur u ta' l-istaff maniġerjali ta' l-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata, bi ftehim mal-Kunsill Xjentifiku. |

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

--------------------------------------------------