52006AP0504

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (COM(2006)0645 - C6-0362/2006 - 2006/0209(COD))

Official Journal 316 E , 22/12/2006 P. 0102 - 0102


P6_TA(2006)0504

L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (COM(2006)0645 — C6-0362/2006 — 2006/0209(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0645) [1],

- wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat tal-KE, u li dwarhom il-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0362/2006),

- wara li kkunsidra r-Regoli 51 u 43(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu(A6-0401/2006),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk bi ħsiebha temenda l-proposta sostanzjalment jew tibdilha b'test ieħor;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

--------------------------------------------------