52006AP0444

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sulfonati tal-perfluworoottan (emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE) (COM(2005)0618 - C6-0418/2005 - 2005/0244(COD))

Official Journal 313 E , 20/12/2006 P. 0199 - 0200


P6_TA(2006)0444

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sulfonati tal-perfluworoottan ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sulfonati tal-perfluworoottan (emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE) (COM(2005)0618 — C6-0418/2005 — 2005/0244(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005) 0618) [1],

- wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0418/2005),

- wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0251/2006),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda lproposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b' test ġdid;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill- Kummissjoni.

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

--------------------------------------------------