52006AP0432

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (6233/2/2006 - C6-0271/2006 - 2004/0151(COD))

Official Journal 313 E , 20/12/2006 P. 0087 - 0000


P6_TA(2006)0432

Programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (6233/2/2006 — C6-0271/2006 — 2004/0151(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (6233/2/2006 — C6-0271/2006),

- wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari [1] dwar il-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0470) [2],

- wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

- wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0337/2006),

1. Japprova l-pożizzjoni komuni;

2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l- Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ġie vverifikat li lproċeduri kollha ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għallpubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill- Kummissjoni.

[1] Testi Adottati 25.10.2005, P6_TA(2005)0398.

[2] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

--------------------------------------------------