52006AP0379

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni (11807/2006 - C6-0266/2006 - 2006/0131(AVC))

Official Journal 306 E , 15/12/2006 P. 0276 - 0276


P6_TA(2006)0379

Linji gwida strateġiċi dwar il-koeżjoni ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni (11807/2006 — C6-0266/2006 — 2006/0131(AVC))

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (11807/2006),

- wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 161 tat-Trattat KE (C6-0266/2006),

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat- 18 ta' Mejju ta' l-2006 dwar il-preparazzjoni tal-proċedura ta' kunsens għal-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-perjodu 2007-2013 (Politika ta' Koeżjoni bħala Appoġġ għat-Tkabbir u għall-Impjiegi) [1], li wasslu għal djalogu bikri bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew li għandu jerġa' jsir qabel l-evalwazzjoni intermedjarja tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji kif stipulat fl-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal- 11 ta' Lulju 2006 li jistipula d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni [2],

- wara li kkunsidra l-Artikolu 75(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0281/2006),

1. Jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill- Kummissjoni.

[1] Testi adottati, P6_TA(2006)0216.

[2] ĠU L 210, 31.7.2006, p 25.

--------------------------------------------------