28.12.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/15


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali ta’ l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004 flimkien mar-risposti ta’ l-Aġenzija

WERREJ

1-2

INTRODUZZJONI

3-6

L-OPINJONI TAL-QORTI

7-14

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1-4

Ir-Risposti ta’ l-Aġenzija

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) kienet imwaqqfa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/96 (1). Dan ir-Regolament kien sostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2068/2004 (2). L-Aġenzija, li kienet attwalment imwaqqfa fi Frar tas-sena 2000, kienet inizjalment responsabbli għall-ġestjoni tal-programmi ta’ għajnuna tal-UE fil-Kosovo. Wara tliet estensjonijiet tal-mandat tagħha fl-2001, 2002 u 2004, l-operazzjonijiet tagħha issa jkopru wkoll is-Serbja u l-Montenegro u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-kwartieri ġenerali ta’ l-Aġenzija jinsabu f’Tessaloniki u għandhom ċentri operattivi f’Belgrad, Podgorica, Pristina u Skopje. Hija timplimenta programmi sabiex tippromwovi l-bini ta’ istituzzjonijiet u tmexxija tajba, sabiex tippromowovi l-iżvilupp ta’ l-ekonomija tas-suq u l-infrastruttura essenzjali u sabiex tikkonsolida soċjeta’ ċivili. It-Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-poteri u l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija bbażati fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija stess.

2.

Għal skopijiet ta’ informazzjoni l-kontijiet annwali abbozzati mill-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004 huma miġbura fil-qosor fit- Tabelli 2, 3 u 4.

L-OPINJONI TAL-QORTI

3.

L-opinjoni tal-Qorti hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3); hija kienet abbozzata wara eżami tal-kontijiet ta’ l-Aġenzija, kif meħtieġ mill-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita’ Ewropea.

4.

Il-kontijiet ta’ l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2004 (4) kienu abbozzati mid-Direttur tagħha stess, skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2667/2000 (5), u mibgħuta lill-Qorti, li hija meħtieġa tagħti l-opinjoni tagħha fuq l-affidabilità u fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

5.

Il-Qorti wettqet verifika skond il-politika u l-istandards tagħha, li huma bbażati fuq standards internazzjonali adattati għall-kuntest Komunitarju. Il-verifika kienet ippjanata u mwettqa biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari.

6.

Il-Qorti kisbet bażi raġonevoli għall-opinjoni espressa hawn taħt.

Affidabilità tal-kontijietĦlief għall-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 9, il-kontijiet ta’ l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2004, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli.Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażiĦlief għall-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 11, it-tranżazzjonijiet ta’ bażi tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.

OSSERVAZZJONIJIET

7.

Għalkemm fondi sinifikanti kienu miżmuna matul is-sena (6), l-Aġenzija ma għandhiex politika ta’ ġestjoni tat-teżor attiva mwaqqfa; ammonti konsiderevoli miżmuma f’kontijiet bankarji kurrenti mingħajr ma’ l-qligħ tagħhom ma jkun ikkontrollat mill-Aġenzija.

8.

Rikonċiljazzjonijiet bejn kontijiet bankarji u r-reġistri ta’ kontabilita’ ta’ l-Aġenzija mhumiex imwettqa regolarment. Bl-introduzzjoni ta’ kontabilta’ bbażata fuq id-dovut fl-2005, huwa aktar relevanti li kontijiet tal-bank ikunu rikonċiljati ma’ reġistri ta’ kontabilta’ fuq bażi ta’ kull xahar.

9.

Fin-nuqqas ta’ proċeduri ta’ kontroll intern effettivi għal riċevibbli fuq tul ta’ żmien il-Qorti ma tistax tkun ċerta li t-tranżazzjonijiet relatati ma’ fondi bi flus tal-pajjiż li huma ekwivalenti għall-oġġetti mixtrija minn barra, skemi ta’ linja ta’ kreditu u fondi speċjali kienu kompletament reġistrati.

10.

Waħda mill-problemi prinċipali li l-Aġenzija tiffaċċja hija d-diffikulta’ fir-reklutaġġ ta’ aġenti kapaċi li jwettqu l-kompiti diffiċli li hija fdata bihom. Il-politika ta’ tiġdid tal-mandat ta’ l-Aġenzija għal perijodi qosra ta’ żmien iżżid din il-problema għax ftit wisq individwi bil-profil meħtieġ lesti li jbiddlu l-post tax-xogħol taħt dawn iċ-ċirkostanzi.

11.

Fir-rapport tagħha ta’ I-2003 (7), il-Qorti nnutat anomaliji li kienu laqtu d-deċiżjonijiet f’għotja ta’ kuntratti. Fl-2004 din is-sitwazzjoni kienet reġgħet ġiet osservata. Sejħiet għall-offerti huma s-suġġett ta’ proċeduri formali li jikkonstitwixxu l-garanzija prinċipali kontra trattament mhux ugwali bejn l-offerenti. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiġi assigurat li l-proċeduri huma applikati b’mod strett. Ħafna mid-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom kienu minħabba l-fatt li kriterji ffissati f’sejħiet għal offerti kellhom lok għal interpretazzjoni għaliex dawn ma kienux tajbin għas-sitwazzjoni prattika. Għaldaqstant, l-Aġenżija għandhom tkun partikolament attenta meta tiffissa l-kriterja ta’ selezzjoni biex tevita ħtiġijiet mhux realistiċi li wara jistgħu jwasslu għal interpretazzjoni u proċeduri mhux effettivi.

12.

Analiżi ta’ operazzjonijiet fdati lill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK) kienet imwettqa. Din kopriet is-16-il operazzjoni li għadhom miftuħa fil-kontijiet ta’ l-Aġenzija li jammontaw għat-total ta’ 30,7 miljun euro (il-pagamenti ta’ l-2004 ta’ 2,5 miljun euro). F’dawk il-każijiet fejn il-UNMIK qed tmexxi direttament il-kuntratti, l-Aġenzija għamlet pagamenti mingħajr m’eżerċitat kontroll finanzjarju adegwat. In-nuqqas frekwenti ta’ sekwenza tat-tranżazzjonijiet teħtieġ reviżjoni fil-fond ta’ l-applikabilità tal-ftehim (8) iffirmat bejn il-Kummissjoni u n-Nazzjonijiet Uniti.

13.

Fil-każijiet ta’ fondi fejn il-UNMIK kienet intermedjarju f’isem id-dipartimenti tal-gvern lokali, il-maniġment ta’ dawn l-operazzjonijiet kien fdat kompletament lil dawn id-dipartimenti. L-Aġenzija ma tatx attenzjoni suffiċjenti lill-organizzazzjoni finanzjarja tajba tal-benefiċjarji minħabba li hija assumiet li din kienet ir-responsabbilta’ legali tal-UNMIK u kienet imbagħad iffaċċjata b’diffikultajiet serji fl-egħluq ta’ l-operazzjonijiet prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ kontijiet adegwati għall-proġetti u ta’ ġustifikazzjoni suffiċjenti għan-nefqa.

14.

Dwar dokumentazzjoni ta’ sostenn għal pagament, sistema standardizzata ta’ kif wieħed jaġixxi fuq talbiet ta’ pagament għandha tkun adottata u kriteri stabbiliti fuq it-tip ta’ evidenza ta’ sostenn li hija neċessarja biex isir pagament.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta’ l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha ta’ l-10 ta’ Novembru 2005.

Għall-Qorti ta’ l-Awdituri

Hubert WEBER

President


(1)  ĠU L 204, tal-14.8.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 358, tat-3.12.2004, p. 2.

(3)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

(4)  Dawn il-kontijiet kienu abbozzati fit-13 ta’ Ottubru 2005 u riċevuti mill-Qorti fit-18 ta’ Ottubru 2005.

(5)  ĠU L 306, tas-7.12.2000, p. 7.

(6)  Il-bilanċ tal-kont tal-bank fil-31 ta’ Diċembru 2004 kien 158 miljun euro - ara Tabella 4.

(7)  Maħruġ fl-10 ta’ Diċembru 2004.

(8)  Ftehim ta’ Qafas Amministrattiv u Finanzjarju (FAFA) iffirmat bejn il-Kummissjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti fid-29.4.2003.


Tabella 1

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (Tessaloniki)

Oqsma ta’ responsabbilita’ ta’ l-UE skond it-Trattat

Il-poteri ta’ l-Aġenzija kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta’ Diċembru 2000

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija

(informazzjoni għall-2003)

Attivitajiet u servizzi provduti fl-2004

 

Miri

Applikazzjoni

Kompiti

Bord ta’ Tmexxija Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u osservatur mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment.

Direttur

Maħtur mill-Bord ta’ Gvernaturi fuq proposta tal-Kummissjoni.

Ċentri operattivi ġewwa Belgrad, Pristina, Podgorica u Skopje b’livell għoli ta’ tmexxija awtonoma.

Kontroll Estern Qorti ta’ l-Awdituri

Awtorità ta’ approvazzjoni il-Parlament wara rakkommandazzjoni mill-Kunsill.

Budget Finali

Figuri ġenerali

Il-Komunità għandha twettaq, fl-isferi tagħha tal-kompetenza, miżuri ta’ kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika, ma’ pajjiżi terzi. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu komplimentari ma’ dawk imwettqa mill-Istati Membri u konsistenti mal-politika ta’ l-iżvilupp tal-Komunità.

(Artikolu 181 A)

Li tipprovdi lill-UE b’għajnuna

(i)

għar-rikostruzzjoni, ir-ritorn tar-refuġjati u persuni mitlufa;

(ii)

li tippromwovi amministrazzjoni tajba, istituzzjonijiet iktar b’saħħithom u l-istat tad-dritt;

(iii)

li tagħti sostenn lill-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq u investiment f’infrastruttura fiżika essenzjali u miżuri ta’ l-ambjent;

(iv)

li tagħti sostenn lill-iżvilupp soċjali u tikkonsolida s-soċjetà ċivili.

L-Aġenzija tmexxi l-programmi prinċipali ta’ għajnuna fis-Serbja-Montenegro (Ir-Repubblika tas- Serbja, Kosovo u r-Repubblika ta’ Montenegro) u fl- ex Repubblika Jugoslavja tal-Maċedonja (FYROM). Benefiċjarji jistgħu jinkludu Stati, entitajiet taħt l-amministrazzjoni tal-NU, entitajiet ta’ federazzjoni, reġjonali u lokali, entitajiet pubbliċi jew semi-pubbliċi, iż-żewġ naħat ta’ l-industrija, organizzazzjonijiet li jagħtu sostenn lin-negozju, kooperattivi, is-soċjetajiet ta’ għajnuna, karitajiet, fondazzjonijiet, u NGOs.

li tagħti parir lill-Kummissjoni tal-bżonnijiet ta’ prijorità;

li tfassal programmi għar-rikostruzzjoni u r-ritorn ta’ refuġjati u persuna mitlufa;

li tieħu kull pass neċessarju biex timplimenta l-għajnuna ta’ l-UE.

374,6 miljun euro (358,6 miljun euro) inkluż għotja mill-UE ta’: 96,7 % (97,4 %)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2004:

114 (120) postijiet imniżżla fil-pjan ta’ twaqqif,

postijiet ġa meħuda: 88 (94)

postijiet oħra — persunal lokali: 195 (201) postijiet, li 173 (173) minnhom huma meħuda

Persunal totali: 261 (267)

responsabbli għal:

kompiti operattivi: 184

kompiti amministrattivi: 77

Approprjazzjonijiet:

Ikkuntrattati:

Mħallsa:

374,6 miljun euro

299 miljun euro

292,8 miljun euro

Miċ-ċentru operattiv:

KOSOVO: a) konċessjonijiet tal-bidu, self, taħriġ u parir tan-negozju lil negozji żgħar, b) assistenza legali lil persuni vulnerabbli; ċ) self provdut mill-iskemi ta’ kreditu ta’ l-EAR; d) tiswijiet sostanzjali u kumplessi lill-impjant ta’ l-enerġija termali Kosovo B li sofra danni minn ħruq; e) riabilitazzjoni ta’ l-sub-stazzjoni tad-distrett “Sunny Hill” fi Pristina; f) sitt pontijiet reġgħu nfetħu bejn Prisina u l-fruntiera li taqsam ma’ FYROM.

SERBJA: a) abbozz ta’ liġijiet fir-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika; b) programmi ta’ taħriġ għal korpi speċjali tal-Puliżija; ċ) programm ta’ riabilitazzjoni għall-isptarijiet; d) xogħolijiet ġodda maħluqa minħabba self mill-Fond ta’ Kreditu li Jdur; e) taħriġ ta’ sostenn lill-intrapriżi; f) tiswija ġenerali ta’ l-impjanti ta’ l-enerġija termali; ġ) ċentri reġjonali ta’ taħriġ għall-adulti; skejjel pilota riabilitati u provduti b’tagħmir ta’ l-IT; h) xogħolijiet fuq il-pont SLOBODA u l-fruntiera Horgos li taqsam ma’ l-Ungerija,

MONTENEGRO: a) taħriġ speċjalizzat għal puliżija tal-fruntiera u għaċ-ċittadini taċ-ċivil b) data base ċentrali ta’ l-IT tal-Ministeru ta’ l-Intern; ċ) Aġenzija għal Maniġment tar-Riżorsi Umani, ċentri reġjonali għal edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ; d) laboratorju veterinarju; e) Direttorat tat-Toroq ġdid u liġijiet tat-trasport; f) pjanijiet prinċipali għad-dranaġġ u dranaġġ solidu; ġ) tiġdid/ristrutturar ta’ l-Utilità ta’ l-Elettriku, strateġija ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija.

FYROM: a) 90 % ta’ Persuni Internament Spostati rritornati lejn darhom ta’ qabel il-kunflitt; b) taħriġ ta’, prinċipalment, Albaniżi etniċi, li jridu jsiru impjegati pubbliċi; ċ) xogħolijiet ġodda maħluqa u xogħolijiet miżmuma minħabba self lil SMEs minn Fond ta’ Kreditu li Jdur; Aġenzija għal Promozzjoni ta’ Intrapriża u Osservatorju ta’ l-SMEs imwaqqaf; d) tlett istituzzjonijiet ġodda żviluppati u l-persunal tagħhom imħarreġ.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenziija.


Tabella 2

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni- Implimentazzjoni tal-budget għas-sena finanzjarja 2004

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors ta' dħul

Dħul reġistrat fil-budget finali għas-sena finanzjarja

Dħul riċevuti

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjonijiet disponibbli

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

bilanċ għal impenn

impenji trasferiti

imħallsa

kanċellati

impenji pendenti

Konċessjonijiet Komunitarji

362,3

232,3

Titolu I

Persunal

18,8

17,6

17,3

0,3

1,3

0,3

0,2

0,1

Konċessjonijiet oħra u fondi ekwivalenti

0,4

5,6

Titolu II

Amministrazzjoni

7,1

6,2

5,1

1,1

0,9

1,2

1,1

0,1

Krediti użati mill-ġdid (C5) mis-snin ta' qabel

0,0

0,0

Krediti wżati mill-ġdid (C5) mis-snin ta' qabel

0,4

0,1

0,1

0,0

0,2

0,0

Fondi li baqa'

11,9

0,0

Titolu III

Attivitajiet operattivi

348,7

139,4

23,2

116,2

0,0

209,2

345,4

200,3

6,7

138,4

Dħul varju (użu mill-ġdid)

p.m.

1,1

Total parzjali

375,0

163,3

45,7

117,6

2,4

209,2

346,9

201,6

6,8

138,4

 

 

 

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena 2003

239,1

135,7

45,5

90,3

4,1

99,4

Total

374,6

239,0

Total

614,1

299,0

91,2

207,9

6,5

308,6

346,9

201,6

6,8

138,4

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija — Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.


Tabella 3

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni — Kont tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2004 u 2003 (1)

(1000 euro)

 

2004

2003

Dħul

Sussidju KE

231 909

274 221

Rkupru ta' spejjeż (użu mill-ġdid Titolu III)

1 229

1 318

Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi (użu mill-ġdid T. I u II)

181

199

Dħul operattiv ieħor

6 113

28 413

Dħul operattiv totali

239 432

304 151

Nefqa

Spejjeż amministrattivi

— Spejjeż tal-persunal

17 575

17 333

— Spejjeż amministrattivi oħrajn

6 290

6 475

Spejjeż operattivi

— Ġestjoni diretta ċentralizzata

268 965

297 168

Nefqa operattiva u amministrattiva totali

292 830

320 976

Bilanċ (favur)/(żbilanċ) minn attivitajiet operattivi

–53 398

–16 825

Qligħ straordinarju

738

0

Telf straordinarju

–1 269

–4 118

Riżultat ekonomiku tas-sena

–53 929

–20 943

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija — Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.


Tabella 4

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni — Karta ta' Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2004 u fil-31 ta' Diċembru 2003 (2)

(1000 euro)

Assi

2004

2003

Dejn

2004

2003

Assi fissi

 

 

Kapital Fiss

 

 

Assi Fissi skond il-valur tar-reġistru net

1 652

1 771

Kapital Proprju (3)

63 270

1 771

Total parzjali

1 652

1 771

Bilanċ(favur) akkumulat

150 332

204 261

Riċevibbli fit-tul

 

 

Total parzjali

213 602

206 032

Fondi ekwivalenti

61 619

0

Dejn kurrenti

 

 

Total parzjali

61 619

0

Benefiċċji tal-ħaddiem

28

0

Riċevibbli kurrenti

 

 

Ammonti kurrenti li jridu jitħallsu

9 619

6 067

Riċevibbli kurrenti

1 761

135

Kontijiet oħrajn li jridu jitħallsu

37

515

Total parzjali

1 761

135

 

 

 

Kontijiet ta' flus kontanti

 

 

Total parzjali

9 684

6 582

Flus kontanti u l-ekwivalenti

158 254

210 708

 

 

 

Total parzjali

158 254

210 708

 

 

 

Total

223 286

212 614

Total

223 286

212 614

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija - Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.


(1)  Il-figuri għas-sena 2003 ġew aġġustati fuq dawk preżentati qabel biex jirriflettu bidla fil-prattika ta' kontabilità.

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija — Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.

(2)  Il-figuri għas-sena 2003 ġew aġġustati fuq dawk ippreżentati qabel biex jirriflettu bidla fil-prattika ta' kontabilità.

(3)  Il-Kapital proprju huwa kkalkulat bħala s-somma ta' assi Fissi u riċevibbli għal tul ta' żmien.

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija - Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.


IR-RISPOSTI TA’ L-AĠENZIJA

7.

Il-fondi disponibbli fil-kontijiet bankarji ta’ l-Aġenzija huma proporzjonati mal-ħtiġijiet ta’ ħlas tagħha, meħuda in konsiderazzjoni li l-pagamenti jistgħu jammontaw l-ogħla sa 45 miljun euro f’xahar wieħed u illi f’Diċemberu 2004 kien hemm ammont totali mhux imħallas ta’ 345 miljun euro f’fondi kuntrattati. Diżordni fit-teżor minħabba dewmien fir-riċevuta ta’ l-ammonti mitluba tas-sussidju tal-KE għandu jiġi evitat ukoll. L-Aġenzija ssegwi politika tat-teżor li hija konformi mal-prattika tal-Kummissjoni. Wara l-osservazzjoni tal-Qorti il-gwida tad-DĠ Baġit ser tiġi mfittxija. Ser jiġu maħruġa ordnijiet ta’ rkupru sabiex ikun assigurata r-reġistrazzjoni xierqa fil-kontijiet. Fl-2004, 2,9 miljun euro daħlu fil-kontijiet bankarji ta’ l-EAR.

8.

Rikonċiljazzjonijiet bankarji ġew magħmula b’mod frekwenti mill-Aġenzija qabel it-tnedija ta’ l-għodda l-ġdida tal-kontabilità komputerizzata bl-użu tad-dħul doppju (double entry computerised accounting tool) f’nofs l-2004. L-Aġenzija taqbel li teżegwihom fuq bażi mensili.

9.

Skond l-impennji ta’ l-aġenzija meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta ta’ l-2003, l-Aġenzija inkludiet fil-kontijiet finali ta’ l-2004 il-valur oriġinali ta’ l-investiment bla disposizzjoni għat-twettiq tad-debiti għall-fondi kontroparti kollha u skemi ta’ linji ta’ kreditu u l-ammont mhux minfuq għal fondi speċjali. Dawn l-attivitajiet kollha għaddejjin jew għaddew minn verifiki esterni fl-2005. L-Aġenzija tikkonsidra li l-kontijiet jfornu perpettiva ġusta u sħiħa ta’ l-ammonti riċevuti fuq terminu ta’ żmien twil ta’ l-EAR. Ser isir kull addattament żgħir meħtieġ fil-bilanċ tal-2005.

11.

L-Aġenzija topera f’ċirkostanzi diffiċli f’ambjent eżiġenti u hija konxja b’mod sħiħ mir-riskju involut fil-ġestjoni ta’ ammonti sostanzjali ta’ għajnuna taħt tali kundizzjonijiet. Għalhemm waqqfet sistema ta’ akkwist elaborata b’diviżjoni netta tal-kompiti fost il-persunal tagħha responsabbli mill-operat, l-akkwist u mill-finanzi. L-EAR ħadet miżuri xierqa sabiex tindirizza l-kwistjonijiet imqajma mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha għas-sena 2003 li ġie ffinalizzat u ppubblikat lejn l-aħħar ta’ l-2004; għalhekk it-titjib ma jistax jidher fl-2004 imma jista’ jiġi apprezzat fil-kuntest tal-verifika għar-reviżjoni ta’ l-2005. L-EAR tipprovdi b’mod partikolari gwida ċentrali lill-atturi involuti fis-sejħiet għal offerti madwar l-Aġenzija u tejbet il-koerenza ta’ standards u approċċi applikabbli. Tali sforzi ser ikomplu sabiex ikun assigurat li r-rakkommandazzjonijiet rilevanti tal-Qorti huma segwiti u mħarsa.

12.

L-Aġenzija tipprova bil-mezzi kollha tagħha sabiex l-UNMIK tirrispetta l-obbligi rilevanti tagħha. Il-politika ta’ l-EAR hija li tinsisti b’mod partikolari sabiex tirċievi fiż-żmien dovut u tfassal rapporti li għandhom isiru skond il-kuntratti, u tirrifjutahom fejn dawn ma jkunux xierqa. L-ebda pagamenti ulterjuri ma jsiru mingħajr ma jiġu kkontrollati d-dejta finanzjarja u d-dokumenti meħtieġa. L-EAR tiffinanzja wkoll verifiki fl-istadju l-aktar xieraq ta’ implimentazzjoni, normalment in vista ta’, jew eżattament wara, l-iskadenza ta’ kuntratt. Dawn il-verifiki huma “soġġetti għall-proċedura ta’ verifika interna u esterna stabbilita fir-Regolamenti Finanzjarji, regoli u direttivi tan-Nazzjonijet Uniti” kif stipulat fl-Artikolu Article 1(a) tal-FAFA.

13.

It-termini tal-ftehim rigward l-għotjiet ta’ l-EAR ma’ l-UNMIK huma ċari rigward l-ishma rispettivi ta’ responabbiltà. UNMIK hija l-organizzazzjoni responsabbli mid-dipartimenti governattivi. L-Aġenzija, konxja mid-diffikultajiet imsemmija, pprovdiet konsulensa teknika u finanzjarja fil-qafas ta’ ċerti ftehim li jirrigwarda għotjiet. Din il-prattika ser tiġi estiża fil-futur. Il-pagamenti finali ta’ l-Aġenzija lill-UNMIK għandhom bħala kundizzjoni r-rispett tal-ħtiġijiet finanzjarji, bbażat fuq rapporti ta’ awdituri indipendenti.

14.

L-Aġenzija tuża workflow (ċirkwit finanzjarju) b’żewġ verifiki qabel l-awtorizzazzjoni u listi ta’ verifika standard. F’nofs l-2004 ġiet aġġornata Nota ta’ Istruzzjoni bil-proċedura dettaljata għall-ipproċessar ta’ riċevuti. Ser jitkompla l-proċess ta’ sforzi għat-tisħiħ u l-istandardizzazzjoni ta’ dawn ir-regoli.