Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi fil-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra /* KUMM/2005/0682 finali - ACC 2005/0266 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.12.2005 KUMM(2005) 682 finali 2005/0266 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi fil-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċil (minn hawn ’il quddiem msejjaħ bħala “Anness VI”) kien iffirmat fi Brussell fit-18 ta’ Novembru 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2003. Il-Kumitat Konġunt li twaqqaf permezz ta’ l-Artikolu 17 ta’ l-Anness VI kien responsabbli mill-amministrazzjoni tal-ftehim u l-appendiċi rispettivi tiegħu. Dan il-Kumitat Konġunt b’mod partikolari għandu r-responsabilità li jressaq rakkomandazzjonijiet dwar l-Anness VI, speċjalment billi jikkunsidra l-iżviluppi fl- acquis communautaire u fil-liġijiet u r-regolamenti taċ-Ċil, u billi jindirizza kwistjonijiet li baqgħu ma ssolvewx waqt in-negozjati oriġinali. Il-Kumitat Konġunt qabel dwar il-bżonn li jemenda mhux biss l-appendiċi iżda wkoll it-test tal-ftehim sabiex jaġġornah. Wara l-mandat mogħti mill-Kunsill lill-Kummissjoni fil-24 ta’ Novembru 2005; in-negozjati rilevanti dwar l-emendi varji (pjuttost tekniċi) għall-Anness VI kienu konklużi b’suċċess, u issa għandhom ikunu adottati mill-Kunsill. Għalhekk, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Kunsill bi proposta għat-tmiem ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri. 2005/0266 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċil dwar emendi fil-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċil, min-naħa l-oħra IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċil, min-naħa l-oħra, kien iffirmat fit-18 ta’ Novembru 2002, u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005[1]. (2) Fil-24 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f’negozjati mar-Repubblika taċ-Ċil biex ikun emendat il-Ftehim dwar il-Kummerċ ta’ l-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċil, min-naħa l-oħra[2] (minn hawn ’il quddiem msejjaħ l-“Anness VI”). (3) Dawn in-negozjati kienu konklużi b’suċċess u l-abbozz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri li jemenda l-Anness VI għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċil dwar emendi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċil, min-naħa l-oħra, huwa b’hekk approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Kummissarju ta’ l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali huwa b’hekk awtorizzat li jiffirma l-iskambju ta’ ittri sabiex il-Komunità tintrabat legalment. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBU TA’ ITTRI bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċil dwar emendi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċil, min-naħa l-oħra Ittra Nru 1 Ittra mill-Komunità Ewropea Brussell, ………. 2005 Sinjur, Għandi l-unur li nirreferi għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 17 ta’ l-Anness VI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (il-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat). Il-Kumitat Konġunt irrakkomanda li għandhom isiru xi emendi lill-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-‘Anness VI’), sabiex jikkunsidraw l-iżviluppi leġiżlattivi minn meta dan kien ġie adottat. Waqt il-laqgħa riċenti tal-Kumitat Konġunt li saret f’Madrid fit-13-14 ta' Ġunju 2005, kien hemm qbil dwar il-bżonn li jiġu emendati mhux biss l-appendiċi iżda wkoll it-test tal-ftehim sabiex dan ikun aġġornat. Għandi għalhekk l-unur li nipproponi li l-Anness VI ikun emendat kif indikat fl-Appendiċi mehmuż, b’effett minn xx.xx.xxxx (din probabilment se tkun id-data tal-firma). Inkun grat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra. Dejjem tiegħek, F'isem il-Komunità Ewropea Ittra Nru 2 Ittra miċ-Ċilì Santiago de Chile/Brussell, ………. 2005 Sinjura, Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-llum li tgħid hekk: “Għandi l-unur li nirreferi għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 17 ta’ l-Anness VI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (il-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat). Il-Kumitat Konġunt irrakkomanda li għandhom isiru xi emendi lill-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-‘Anness VI’), sabiex jikkunsidraw l-iżviluppi leġiżlattivi minn meta dan kien ġie adottat. Waqt il-laqgħa riċenti tal-Kumitat Konġunt li saret f’Madrid fit-13-14 ta' Ġunju 2005, kien hemm qbil dwar il-bżonn li jiġu emendati mhux biss l-appendiċi iżda wkoll it-test tal-ftehim sabiex dan ikun aġġornat. Għandi għalhekk l-unur li nipproponi li l-Anness VI ikun emendat kif indikat fl-Appendiċi mehmuż, b’effett minn xx.xx.xxxx (din probabilment se tkun id-data tal-firma). Inkun grat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.” Għandi l-unur ngħarrfek li r-Repubblika taċ-Ċilì taqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Dejjem tiegħek, F’isem ir-Repubblika taċ-Ċilì APPENDIĊI L-Anness VI qed jiġi emendat kif ġej: 1) L-Artikolu 5(2) jinbidel b'dan li ġej: “2. L-ismijiet msemmija fl-Artikolu 6 se jkunu riservati b’mod esklussiv għal dawk il-prodotti li joriġinaw mill-Parti li jkunu japplikaw għaliha.” 2) L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: a) il-Paragrafu 2 qed jinbidel b'dan li ġej: “2. Fuq il-bażi tar-reġistru tat-trejdmarks Ċilean kif stabbilit fl-10 ta’ Ġunju 2002, it-trejdmarks elenkati fl-Appendiċi II A għandhom jiġu kkanċellati fi żmien 12-il sena għall-użu fis-suq intern u fi żmien ħames snin għall-użu fl-esportazzjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.” b) wara Paragrafu 2, qed ikun inserit il-Paragrafu 2a kif ġej: “2a Fuq il-bażi tar-reġistru tat-trejdmark Ċilean kif stabbilit fl-10 ta’ Ġunju 2002, it-trejdmarks elenkati fl-Appendiċi II B huma permessi skond dawk il-kundizzjonjiet stabbiliti f’dan l-Appendiċi, esklussivament għall-użu fis-suq intern u għandhom jiġu kkanċellati fi żmien 12-il sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.” 3) L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: a) il-Paragrafu 1 qed jinbidel b'dan li ġej: “1. Fuq il-bażi tar-reġistru tat-trejdmark Ċilean kif stabbilit fl-10 ta’ Ġunju 2002, il-Partijiet mhuma konxji ta’ ebda trejdmarks ħlief dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(2) u (2a) li huma identiċi ma’, jew simili ta’, jew li fihom indikazzjonijiet protetti li jissemmew fl-Artikolu 6. b) il-Paragrafu 2 qed jinbidel b'dan li ġej: “2. Skond il-paragrafu 1, il-Partijiet m’għandha jiċħdu l-użu ta’ xi trejdmark li tinsab fir-reġistru tat-trejdmarks Ċilean fl-10 ta’ Ġunju 2002, ħlief dawk elenkati fl-Artikoli 7(2) u (2a), fuq il-bażi li din it-tip ta’ trejdmark hija identika ma’, jew simili ta’, jew li fiha denominazzjoniet protetti li jissemmew fl-Appendiċi I.” 4) L-Artikolu 17(3) jinbidel b'dan li ġej: “3. B’mod partikolari, l-Kumitat Konġunt jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet bi tkomplija tal-miri ta' dan il-Ftehim. Dan għandu jsir skond ir-Regoli ta’ Proċedura għall-Kumitati Speċjali.” ” DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | 1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: 05 02 09 | APPROPRJAZZJONIJIET: EUR 1 227,84 Mio € | 2. | TITOLU: Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċil dwar emendi fil-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċil, min-naħa l-oħra. | 3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 133 tat-Trattat tal-KE | 4. | L-GĦANIJIET: Skond din id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni UE/Ċil, iċ-Ċil se jelimina d-dazju ta’ l-importazzjoni fuq l-inbejjed, l-ispirti u x-xorb aromatizzat li joriġinaw mill-Komunità. | 5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA’ 12-il XAHAR (EUR miljuni) | IS-SENA FINANZJARJA KURRENTI 2005 (EUR miljuni) | IS-SENA FINANZJARJA SEGWENTI 2006 (EUR miljuni) | 5.0 | NEFQA – LI TAQA’ TAĦT IL-BAĠIT TAL-KE (RIMBORŻI/INTERVENTI) – AWTORITAJIET NAZZJONALI – OĦRAJN | – | – | – | 5.1 | DĦUL – RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (LEVIS/DAZJI DOGANALI) – NAZZJONALI | – | – | – | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 5.0.1 | STIMA TA’ NEFQA | – | – | – | – | 5.1.1 | STIMA TA’ DĦUL | – | – | – | – | 5.2 | IL-METODU TA’ KALKOLU: – | 6.0 | JISTA' L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT MINN APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE | 6.1 | JISTA’ L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE | 6.2 | SE JKUN HEMM BŻONN TA' BAĠIT SUPPLEMENTARI? | IVA LE | 6.3 | SE JKUN MEĦTIEĠ LI APPROPRJAZZJONIJIET JIDDAĦĦLU FIL-BAĠITS FUTURI? | IVA LE | OSSERVAZZJONIJIET: Mhux mistenni li l-volum tan-negozju jinbidel b’mod sinifikanti bħala riżultat ta’ din il-miżura. Jista’ jkun preżunt li mhux se jkun hemm implikazzjonijiet għall-baġit Komunitarju. | [1] ĠU L 84, tat-2.4.2005, p. 21. [2] ĠU L 352, ta’ l-20.12.2005, p. 1193.