Abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-tariffa doganali komuni /* KUMM/2005/0640 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 9.12.2005 KUMM(2005) 640 finali Abbozz ta’ REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-tariffa doganali komuni (preżentat mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) KUNTEST TAL-PROPOSTA - Il-bażi għall-proposta u l-għanijiet tagħha Dan l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill għandu l-ħsieb li jissospendi, fuq bażi awtonoma għal perjodu indefinit, l-applikazzjoni tad-dazji tat-tariffa doganali komuni fuq xi merkanzija tal-Kapitlu 27 (fdalijiet ta’ żjut u petrol) u, għaldaqstant, jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni. - Kuntest Ġenerali Il-Kapitolu 27 tan-Nomenklatura Magħquda jinkludi, fost l-oħrajn, ċertu numru ta’ fjuwils minerali u żjut minerali. Il-Kodiċi 2710 għandu aktar x’jaqsam speċifikament ma’ żejt (żjut ħfief, diversi żjut miż-żjut ħfief u mill-fdalijiet taż-żjut). Iż-żjut mhux raffinati kif ukoll prodotti oħra tal-Kapitolu 27, meta jiġu soġġetti għaltrattament li hu ddefinit fin-noti kumplimentari ta’ dan il-kapitolu, huma fuq bażi anonima, eżenti mid-dazji doganali, taħt il-kundizzjoni li għamlu dan it-trattament. Il-kontroll ta’ din il-kundizzjoni jsir bl-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati bil-kodiċi doganali u bid-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni (l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253 tal-11.10.1993, p.1) u emendi ulterjuri). Madankollu, bħalissa, il-fdalijiet taż-żjut (kodiċi 2710 99 00), saħanstira meta jkunu soġġetti għal trattamenti definiti, ma jibbenefikawx minn din l-eżenzjoni tad-dazji. Hu fl-interess tal-Komunità li jiġi implimentat l-istess trattament tariffarju kemm għall-fdalijiet taż-żjut kif ukoll għaż-żjut innfushom. Għalhekk ġie ssuġġerit li jiġi sopiż fuq bażi awtonoma id-dazju tad-dwana għall-fdalijiet taż-żejt soġġetti għal trattamenti definiti fin-nota kumplimentarja 4 skond il-miżuri ta’ kontroll stipulati mill-kodiċi doganali u mid-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni. - Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni. - Konsistenza ma’ politika u għanijiet oħra ta' l-Unjoni F’konformità mal-politika tal-kummerċ, ta’ l-intrapriża, ta’ l-ambjent, ta’ l-enerġija u tar-relazzjonijiet esterni. 2) KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT - Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi prinċipali mmirati u profil ġenerali ta' dawk li jwieġbu Il-Grupp Ekonomiku ta’ Mistoqsijiet Tariffarji li jirrappreżenta l-industriji ta’ kull Stat Membru ġie kkonsultat. It-Taqsima tan-Nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika (Settur NM) tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. It-Taqsima tan-Nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika (Settur tal-Kimika) tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. Sommarju tat-tweġibiet u kif ittieħdu f’kunsiderazzjoni Is-sospensjoni tikkorrespondi mal-ftehim tad-diskussjonijiet fi ħdan il-gruppi differenti. - Ġbir u użu ta’ għarfien espert Setturi xjentifiċi u ta’ għarfien espert ikkonċernat Esperti tat-Tariffi li jirrappreżentaw lill-MS dwar Il-Grupp Ekonomiku ta’ Mistoqsijiet Tariffarji. Esperti tad-Dwana li jirrappreżentaw lill-MS dwar il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. Esperti tal-Kimika li jirrappreżentaw lill-MS dwar il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. Metodoloġija użata Laqgħat. Organizzazzjonijiet prinċipali/ esperti kkonsultati Esperti maħtura minn kull MS. Sommarju tal-pariri milqugħa u użati L-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli ma semmietx. Ftehim dwar il-Kumitati msemmija hawn fuq. Mezzi użati biex il-pariri ta’ l-esperti jkunu disponibbli għall-pubbliku Pubblikazzjoni tal-Proposta. - Valutazzjoni ta’ l-Impatt Konsultazzjoni bejn is-servizzi. Benefiċċju ambjentali. 3) ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA - Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni. - Bażi Legali Artikolu 26. - Prinċipju tas-Sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. - Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja(in): Mhux applikabbli. Dan is-sett ta’ miżuri jikkonforma mal-prinċipji stipulati biex jissimplifikaw il-proċeduri għal operaturi involuti fil-kummerċ esteru. - Għażla ta’ strumenti Strumenti proposti: Regolament. Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE sospensjonijiet tat-tariffi u tal-kwoti awtonomi huma approvati mill-Kunsill li jaġixxi b’ maġġoranza kkwalifikata fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. 4) IMPLIKAZZJONIJIET TAL-BAĠIT Dazju tad-dwana mhux miġbur. Abbozz ta’ REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-tariffa doganali komuni IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Fin-Nomenkaltura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87[1], il-ġbir tad-dazji doganali huwa sospiż, fuq bażi awtonoma u għal tul ta' żmien indeterminat, għal ċerta merkanzija tal-Kapitolu 27, meta hija soġġetta għal trattament definit, basta jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali komunitarju[2]. (2) Bħalissa ċerti fdalijiet ta’ żjut destinati għar-riċiklaġġ, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2710 99 00, ma jibbenefikawx minn din l-eżenzjoni. (3) Għandu jkun hemm l-istess trattament tariffarju għall-fdalijiet taż-żejt u żjut relevanti ta’ l-istess grupp - partikolarment minħabba raġunijiet ambjentali marbuta mat-trattament mill-ġdid taż-żjut għall-iskart - sakemm jimtlew il-kundizzjonijiet tekniċi u legali kollha. Għalhekk huwa fl-interess tal-Komunità li testendi, fuq bażi awtonoma u għal tul ta’ żmien mhux iddeterminat, is-sospensjoni tad-dazji doganali fuq dawn il-prodotti. (4) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat. (5) Minħabba li l-emenda introdotta permezz ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi applikata mill-istess data ta’l-applikazzjoni tan-nomenklatura magħquda għas-sena 2006 stabbilita mir-Regolament (CE) Nru 1719/2005, hemm bżonn li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih u jiġi applikat mill-1 ta’ Jannar 2006, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 It-test tat-tielet kolonna tat-tieni parti (Tabella tad-dazji) tat-Taqsima V, Kapitolu 27 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fir-rigward tal-kodiċi NM 2710 99 00 ġie mibdul bit-test li ġej: “3.5* __________________ * Il-ġbir ta’ dan id-dazju ġie sospiż, fuq bażi awtonoma u għal tul ta’ żmien indeterminat, għal prodotti soġġetti għal trattament definit (Kodiċi TARIC 2710 99 00 10). Il-benefiċċju ta’ din is-suspensjoni huwa suġġett għall-kundizzjonijiet li hemm fid-dispożizzjonijiet komunitarji relevanti [ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1)].” Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Japplika mill-1 ta’ Jannar 2006. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI JKOLLHOM IMPATT FINANZJARJU ESKLUSSIVAMENT FUQ ID-DĦUL ISEM TAL-PROPOSTA: Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni LINJI TAL-BAĠIT: Kapitolu u Artikolu: Kap. 12 Art. 120 IMPATT FINANZJARJU ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju X Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq l-infiq, imma għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej: Hu diffiċli ferm li jkun ikkalkulat it-telf tar-riżorsi proprji involuti. Statistiki preċiżi għall-prodotti possibbilment intenzjonati għal dawn l-użi preċiżi mhumiex disponibbli waqt l-importazzjoni. Madankollu, fuq il-bażi ta’ l-importazzjonijiet imwettqa fl-2004, it-telf massimu tad-dħul kien ikkalkulat ta’ EURO 744 000 (qabel it-tnaqqis ta’ 25 %), li għandu jkun it-telf għall-2004 li kieku l-intestatura kollha kienet bla dazju. (€ miljuni espressi sa l-ewwel skala deċimali) Linja tal-baġit | Dħul[3] | b’bidu mill | [Sena n] | Artikolu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 01/01/2006 | - 0,5 | MIŻURI KONTRA L-FRODI Implementazzjoni tal-kontroll tad-destinazzjoni partikulari (l-Artikoli 291 sa 300 tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali) flimkien mal-miżuri normali skond il-Kodiċi Doganali Komunitarji. RIMARKI OĦRA Eżenzjoni awtonoma minn dazji doganali fuq żjut għar-rimi biex jitwettqilhom proċess speċifiku (Kodiċi NM ex 2710 99 00). [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 (ĠU L 286 tat-28.10.2005, p. 1). [2] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148 tal-11.6.2005, p. 5). [3] F'dak li għandu x’jaqsam ma’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) l-ammonti indikati jeħtiġilhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tneħħija ta’ 25% ta’ l-ispejjeż tal-ġbir.