52005PC0555




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 9.11.2005

KUMM(2005) 555 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Dwar il-Prinċipji, l-Prijoritajiet u l-Kundizzjonijiet fis-Sħubija Ewropea mal-Bosnja u l-Ħerzegovina

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2005) 1422}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

F’Salonka, il-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003, tenna d-determinazzjoni tiegħu li jappoġġa b’mod sħiħ u effettiv il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi Balkani tal-Punent. Il-Kunsill approva l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-pajjiżi Balkani tal-Punent inkluż l-anness "L-Aġenda ta' Salonka għall-Balkani tal-Punent: nimxu lejn integrazzjoni Ewropea", li introduċa s-Sħubiji Ewropej bħala mezz kif timmaterjalizza l-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi Balkani tal-Punent.

Kmieni fl-2004, il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel ftehim ta’ Sħubija Ewropea mal-Bosnia u l-Ħerzegovina. Ġie adottat mill-Kunsill fid-14 ta' Ġunju 2004. Il-Kummissjoni tqis xieraq li taġġorna din l-ewwel Sħubija fuq il-bażi tas-sejbiet tagħha fir-Rapport ta’ Progress 2005 dwar il-Bosnja u l-Ħerzegovina.

Din is-Sħubija Ewropea mġedda hija bbbażata fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004. Telenka prijoritajiet fit-terminu qasir u dak medju għal preparazzjonijiet tal-pajjiż għal integrazzjoni akbar ma’ l-Unjoni Ewropea. Il-pajjiż huwa mistenni li jwieġeb għas-Sħubija Ewropea billi jipprepara pjan bi skeda u miżuri speċifiċi f’termini ta’ kemm għandu ħsieb li jindirizza l-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea. Il-progress fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet se jkun issorveljat regolarment mill-Kummissjoni, permezz tar-Rapporti ta’ Progress u permezz ta’ strutturi stabbiliti taħt il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Il-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea għandhom jiffurmaw il-bażi għall-ipprogrammar ta’ l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità, li se tkompli tiġi pprovduta taħt l-istrumenti finanzjarji rilevanti, b'mod partikolari ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 (CARDS).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta m’għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill jadotta l-abbozz mehmuż tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Dwar il-Prinċipji, l-Prijoritajiet u l-Kundizzjonijiet fis-Sħubija Ewropea mal-Bosnja u l-Ħerzegovina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 dwar il-ħolqien ta' Sħubiji Ewropej fil-qafas tal-Proċess ta' Istabilizzazjoni - u Assoċjazzjoni u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta' dan[1],

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kunsill Ewropew approva l-introduzzjoni ta’ Sħubiji Ewropej bħala mezz kif timmaterjalizza l-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi Balkani tal-Punent fi ħdan il-qafas tal-Proċess ta’ Stabilizzazzzjoni u Assoċjazzjoni.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 jistabilixxi li l-Kunsill irid jiddeċiedi dwar il-prinċipji, il-prijortitajiet u l-kundizzjonijiet li għandhom jitniżżlu fis-Sħubiji Ewropej, kif ukoll kull emenda li tiġi wara.

(3) Fl-14 ta’ Ġunju 2004 il-Kunsill adotta l-ewwel ftehim ta’ Sħubija Ewropea mal-Bosnja u l-Ħerzegovina. Huwa xieraq li din is-Sħubija tiġi aġġornata sabiex jiġu identifikati prijoritajiet imġedda dwar aktar xogħol, dwar il-bażi tas-sejbiet tar-Rapport ta' Progress 2005, dwar il-preparamenti tal-Bosnia u l-Ħerzegovina għal integrazzjoni akbar ma’ l-Unjoni Ewropea.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 indika li s-segwitu ta’ l-implimentazzjoni tas-Sħubiji Ewropej se jiġi żgurat fi ħdan il-qafas tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt il-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(5) Sabiex jippreparaw għal integrazzjoni akbar ma' l-Unjoni Ewropea, il-Bosnja u l-ĦHerzegovina hija mistennija li tiżviluppa pjan bi skeda u miżuri speċifiċi biex jindirizzaw il-prijortajiet ta’ din is-Sħubija Ewropea.

IDDEĊIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

Skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 533/2004, il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet fis-Sħubija Ewropea mal-Bosnja u l-ĦHerzegovina huma stabbiliti fl-Anness hawnhekk, li jifforma parti integrali minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea għandha tiġi eżaminata peremezz tal-qafas tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, partikolarment fir-rapporti annwali ppreżenati mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Il-BOSNJA u l-ĦERZEGOVINA: 2005 SĦUBIJA EUROPEA

1. DAĦLA

Il-Kunsill Ewropew approva l-introduzzjoni tas-Sħubiji Ewropej bħala mezz kif timmaterjalizza l-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi Balkani tal-Punent fi ħdan il-qafas tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzzjoni u Assoċjazzjoni.

Fl-14 ta’ Ġunju 2004 il-Kunsill adotta l-ewwel Partnership Ewropew mal-Bosnja u l-Ħerzegovina. Huwa xieraq li din l-ewwel Sħubija tiġi aġġornata fuq il-bażi tas-sejbiet tar-Rapport ta’ l-2005 tal-Kummissjoni dwar Progress tal-Bosnja u l-Ħerzegovina. It-tieni Sħubija Ewropea tidentifika prijoritajiet ġodda għal azzjoni. Il-prijoritajiet ġodda huma adatti għall-bżonnijiet speċifiċi tal-pajjiż u l-istadju tal-preparamenti se jkun aġġornat kif meħtieġ. Is-Sħubija Ewropea tipprovdi wkoll gwida għal għajnuna finanzjarja lill-pajjiż.

Il-Bosnja u l-Ħerzegovina hija mistennija li tiżviluppa pjan li jinkludi skeda u miżuri speċifiċi biex jindirizzaw il-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea.

2. PRINĊIPJI

Il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jibqa’ l-qafas għad-direzzjoni Ewropea tal-pajjiżi Balkani tal-Punent, tul it-triq kollha li twassal sa l-adeżjoni tagħhom fil-ġejjieni.

Il-prijoritajiet prinċipali identifikati għall-Bosnia u l-Ħerżegovina għandhom x’jaqsmu mal-kapaċità tagħha li tilħaq il-kriterji identifikati mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen ta’ l-1993 u l-konklużjonijiet stipulati fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, partikolarment il-kundizzjonijiet iddefiniti mill-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta’ April 1997 u tal-21 u t-22 ta’ Ġunju 1999, il-kontenut tad-dikjarazzjoni finali tas-Samit ta' Żagreb ta' l-24 ta' Novembru 2000 u l-Aġenda ta' Salonka.

3. IL-PRIJORITAJIET

Il-prijoritajiet imniżżla f’din is-Sħubija Ewropea ġew magħżula fuq il-bażi li huwa realistiku li wieħed jistenna li l-pajjiż jista' jlestihom jew imexxihom 'il quddiem b'mod sostanzjali matul dawn il-ftit snin li ġejjin. Qed issir distinzjoni bejn il-prijoritajiet fit-terminu l-qasir, li huma mistennija li jintlaħqu fi żmien sentejn, u dawk ta' terminu medju, li huma mistennija li jintlaħqu fi żmien tlieta jew erba' snin. Il-prijoritajiet jikkonċernaw kemm il-leġiżlazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha.

F'dan l-istadju din is-sħubija ma tinkludix ix-xogħol importanti kollu meta jitqiesu l-ispejjeż sostanzjali involuti sabiex jintlaħqu l-ħtieġijiet kollha ta' l-UE kif ukoll il-kumplessitajiet ta' dawn il-ħtiġijiet f'ċerti oqsma. Sħubiji fil-ġejjieni se jinkludu aktar prijoritajiet f’konformità mal-progress li jsir mill-pajjiż.

Fost il-prijoritajiet fit-terminu l-qasir, il-prijoritajiet prinċipali ġew identifikati u miġbura flimkien fil-bidu tas-sezzjoni 3.1. L-ordni ta’ dawn il-prijoritajiet prinċipali ma jimplikax l-importanza tagħhom.

3.1. Prijoritajiet fit-terminu qasir

Prijoritajiet Prinċipali

- Kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY) fil-qbid tal-kriminali ta' l-ICTY kollha b’mod ġenerali.

- L-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-ftehim dwar ir-ristrutturazzjoni tal-pulizija ta’ Ottubru 2005. F’dan il-qafas, li jiġi stabbilit id-Direttorat għall-Implimentazzjoni tar-Ristrutturazzjoni tal-Puluzija sa Diċembru 2005 u jiġi adottat pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni ta’ riforma f’konformità mal-prinċipji mfassla mill-Kummissjoni Ewropea saż-żmien stipulat fil-ftehim.

- L-adozzjoni tal-liġi tas-servizz pubbliku tax-xandir u l-leġiżlazzjonijiet kollha meħtieġa tax-xandir pubbliku fuq livell Statali u ta’ Entità u li tinbeda l-implimentazzjoni tiegħu.

- Ikun żgurat li l-ministeri u l-istituzzjonijiet kollha fuq livel statali huma iffinanzjati b’mod xieraq, jaħdmu tajjeb u għandhom it-tgħamir li hemm bżonn, speċjalment fejn jidħol post u persunal.

- L-adozzjoni u l-bidu ta’ implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni komprensiv għar-riforma ta’ l-amministrazzjoni pubblika, meta jitqiesu r-riżultati tar-reviżjonijiet funzjonali u settorali ta’ l-amministrazzjoni pubblika.

- Tkun żgurata l-eżistenza ta’ suq intern ta’ veru fil-Bosnja u l-Ħerzegovina.

Ħtiġijiet Politiċi

DEMOKRAZIJA U L-ISTAT TAD-DRITT

Tmexxija

- Jittieħdu passi sabiex l-Assemblea Parlamentari tal-Boznja u l-Ħerzegovina jkollha biżżejjed riżorsi tekniċi u persunal.

- Titjieb u tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-Istat u l-Entità billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi regolari u istituzzjonalizzati għall- koordinazzjoni bejn l-Istat u l-Entitajiet.

- Ikun żgurat segwitu fuq ir-rapporti maħruġa mill-Istituzzjoni Suprema ta’ Verifika tal-Bosnja u l-Ħerzegovina u jittieħdu l-miżuri xierqa kontra dawk responsabbli għall-irregolaritajiet.

Elezzjonijiet

- Tittieħed responsabilità sħiħa għall-organizzazzjoni u l-iffinanzjar ta' l-elezzjonijiet Parlamentari u Presidenzjali ta' l-2006.

- Tkun emendata il-leġiżlazzjoni elettorali dwar il-membri tal-Presidenza tal-Bosnia u l-Ħerzegovina u d-delegati tal-House of Peoples, biex tkun żgurata konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-impenji tal-Kunsill ta' l-Ewropa wara l-adeżjoni.

- Ikun ipprovdut l-istaff meħtieġ għad-Dipartiment tal-Verifika u għall-Kummissjoni Elettorali.

Amministrazzjoni Pubblika

- L-Uffiċċju tal-Koordinatur ta' l-Amministrazzjoni Pubblika ikun provdut bir-riżorsi umani u materjali meħtieġa biex iwettaq xogħolu.

- Jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li l-Aġenziji tas-Servizz Ċivili qegħdin jaħdmu sew u jiżviluppaw u jimplimentaw il-proċeduri effiċjenti ta' reklutaġġ; Tkun żgurata ħatra f’waqtha ta’ nies fiċ-ċivil, b’mod partikolari fuq livell Statali, wara proċedura ta’ suċċess tas-servizz ċivili.

- L-implimentazzjoni ta l-programm ta’ taħriġ għall-amministrazzjoni adottat f’Mejju 2005.

- L-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-Ombudsman ta’ l-Istat u tkun żgurata l-inkorporazzjoni ta' l-Istat u l-Ombudsman.

Sistema Ġudizzjarja

- Tkun żgurata r-responsabilità sħiħa għall-Qorti Statali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-Kunsill Għoli Ġudizzjarju u Prosekuttorjali f’termini ta’ finanzi, amministarazzjoni u persunal; tkun żgurata li dawn qed jaħdmu sew.

- Isir progress fil-volum ta’ każijiet pendenti quddiem il-qrati.

- Tiġi żviluppata sistema effiċjenti biex tiġi indirizzata d-delinkwenza tal-minorenni.

Politika kontra l-korruzzjoni

- It-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni dettaljat kontra l-korruzzjoni fuq il-bażi ta’ l-Istrateġija Nazzjonali kontra l-korruzzjoni.

- L-armonizzazzjoni tal- leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni fi ħdan il-Bosnja u l-Ħerzegovina.

- Tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-liġi dwar il-Kunflitti ta’ Interess.

DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U L-PROTEZZJONI TAL-MINORITAJIET

- Jitneħħew ir-referenzi għal piena tal-mewt fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika Srpska.

- Jkunu implimentati l-konvenzjonijiet internazzjonali ratifikati mill-Bosnja u l-Ħerzegovina, inklużi l-ħtiġijiet ta’ rappurtar.

- Ikun żgurat li l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan il-Qorti Kostituzzjonali tindirizza kull każ ta’ drittiijiet umani li għadhom ma ġewx riżolti.

- Jittejjeb aktar il-qafas legali fuq minoritajiet sabiex dan jilħaq il-ħtiġijiet kollha tal-Konvenzjoni dwar il-Qafas tal-Minoritajiet Nazzjonali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, u jiżgura l-implimentazzjoni tagħha matul fil-Bosnja u l-Ħerzegovina.

- Ikun stabbilit il-Kunsill tal-Minoritajiet Nazzjonali u l-korpi li għandhom x’jaqsmu miegħu fuq livell ta’ Entità.

- L-iżvilupp u l-bidu ta’ l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni ta’ l-Istrateġija Nazzjonali għal Roma bħala parti minn strateġija komprensiva sabiex jitnaqqas il-faqar.

KOOPERAZZJONI REĠJUNALI U OBBLIGI INTERNAZZJONALI

- Jissokta t-titjib fil-kooperazzjoni reġjunali u jkunu żgurati relazzjonijiet tajbin mal-ġirien.

- Titjib b’mod sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Bilaterali tal-Kummerċ Ħieles

- Konklużjoni u implimentazzjoni tal-ftehim mal-pajjiżi ġirien, partikolarment dwar il-kooperazzjoni minn pajjiż għal ieħor, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, t-traffikar u l-kutrabandu, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, l-immaniġġjar tal-fruntiera, id-dħul mill-ġdid, l-ambjent, it-trasport u l-enerġija.

- Ikun żgurat li l-fond tar-ritorn tar-refuġjati jkun iffinanzjat sew u jaħdem tajjeb. Jintemm il-proċess ta’ ritorn għar-refuġjati / dawk li jiġu lura u jintlaħaq progress sinifikanti fl-integrazzjoni ekonomika u soċjali.

- Ikunu indirizzati t-talbiet post-adeżjoni kollha tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li hemm pendenti, b’mod partikolari fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni u l-elezzjonijiet.

Ħtiġijiet Ekonomiċi

- Segwitu ta’ sistema ta' politika li twassal għal ambjent stabbli makro-ekonomiku u l-għotja ta’ attenzjoni partikolari għat-tkabbir tal-kreditu fil-kuntest ta' l-arranġament tal-Bord tal-Valuta.

- Implimentazzjoni tal-qafas Statali tal-Liġi u l-Entitajiet tal-Liġi dwar reġistrazzjoni tan-negozju.

- Appoġġ għax-xogħol tal-Grupp ta’ Ħidma għas-Sostennibiltà Fiskali bil-għan totali li titnaqqas l-ispiża pubblika reali.

- Tiġi ffinalizzata r-rikonċiljazzjoni tat-talbiet domestiċi u tkun adottata l-Liġi tal-Livell ta’ l-Istat dwar dejn intern biex tmexxi l-pagamenti dwar it-talbiet domestiċi kollha.

- Tkun adottata l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali Fiskali u stabbilitiproċeduri għall-ħidma effiċjenti tagħha.

- Ir-riforma u t-tnaqqis tar-riġidità tas-sistema li tissettja s-salarji, b’mod partikolari fis-settur pubbliku.

- Titfassal u tiġi implimentata blueprint għall-instituzzjonalizzazzjoni ta’ l-Unità ta’ l-Ippjanar tal-Politika Ekonomika.

- Isir progress sostanzjali fit-tmexxija tal-kumpaniji, inter alia billi jitħaffef il-proċess ta’ privatizzazzjoni u ristrutturazzjoni tal-Fondi Privati ta’ Investiment (PIFs).

- Tidħol fis-seħħ u tibda tiġi implimentata l-Liġi għar-Restrutturazzjoni Finanzjarja.

- Ikun żgurat li l-qrati kummerċjali jaħdmu tajjeb u jiżviluppaw l-effiċjenza tal-qrati fejn jidħol l-ipproċessar tal-proċeduri ta’ falliment.

Standards Ewropej

SUQ INTERN

Moviment ħieles ta’ l-oġġetti

- Timplimenta l-leġiżlazzjoni attwali fil-qasam ta’ standards, ċertifikazzjoni, metroloġija, akkreditazzjoni u analiżi ta’ konformità; Tistabbilixxi l-istituzzjonijiet previsti minn din il-leġiżlazzjoni u tgħammarrhom u tirrekluta staff sabiex ikunu jistgħu jimplimetaw ix-xogħol tagħhom. Tkompli l-isforzi sabiex tikkonforma r-regoli u r-regolament f’dawn l-oqsma ma’ l- acquis , b’mod partikolari biex toħloq kundizzjonijiet favorevoli għall-kummerċ.

- Tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u notifika interna ta’ regolamenti tekniċi ġodda qabel ma dawn jiġu adottati f'miżuri li jkollhom impatt fuq il-kummerċ.

- Tiżgura progress kontinwu fl-adozzjoni ta’ l-istandards Ewropej.

- Tistabilixxi Aġenzija ta’ Sorveljanza tas-Suq u tiżgura li tkun kapaċi twettaq ix-xogħlijiet tagħha. Tkompli tieħu passi lejn il-ħolqien ta’ struttura ta’ sorveljanza tas-suq b’reazzjoni għat-talbiet ta’ l- acquis dwar il-moviment ħieles ta' l-oġġetti.

Moviment tal-persuni, is-servizzi u d-dritt ta' stabilizzazzjoni.

- Tistabbilixxi l-Aġenzija ta’ Assigurazzjoni tal-Bosnja u l-Ħerzegovina u tiżgura li tiġi kompletament operattiva.

- Iġġib is-sorveljanza tal-bank għal-livell Statali u tiżgura l-ħidma effettiva ta' l-awtorità ta' sorveljanza

Dwana u Taxxa

- Tkompli ġġib il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri doganali f’konformità ma’ l- acquis .

- Tiżgura li l-qafas legali għal żoni ħielsa jkun kompatibbli ma’ l-istandards ta’ l-UE u tiggarantixxi sorveljanza xierqa taż-żoni ħielsa.

- Tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex timplimenta sew r-regoli ta’ oriġini.

- Timplimenta regoli ta’ valutazzjoni tad-dwana f’konformità ma’ l-istandards u l-prassi internazzjonali.

- Iżżid il-kapaċità amministrattiva biex timplimenta l-leġiżlazzjonijiet doganali u tiġġieled kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità minn pajjiż għal ieħor u l-evażjoni tat-taxxa.

- Tiżgura li l-Awtorità tat-Taxxa Indiretta taħdem tajjeb.

- Timplimenta bis-sħiħ u tinforza l-liġi tal-VAT, u tqarreb aktar il-leġiżlazzjoni tat-taxxa ma’ l- acquis .

- Timpenja l-prinċipji tal-Kodiċi ta’ Kondotta għat-Taxxa Kummerċjali u tiżgura li l-miżuri l-ġodda tat-taxxa jkunu f’konformità ma’ dawn il-prinċipji.

Kompetizzjoni

- Ittejjeb il-kapaċità tal-Kunsill tal-Kompetizzjoni sabiex tkun tista’ timplimenta b’mod sħiħ ix-xogħol tiegħu dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ l-infurzar tar-regoli relevanti u l-promozzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni.

- Tadotta l-leġiżlazzjoni meħtieġa dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna statali u ġġib il-leġiżlazzjoni li diġà teżisti f'konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni u ta’ l-għajnuna statali ta' l-UE.

Kuntratti Pubbliċi

- Tiżgura implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-kuntratti pubbliċi, inkluż il-ħolqien, il-persunal u l-allokazzjoni ta’ baġit għal Aġenzija ta’ Kuntratti Pubbliċi u Korp ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi.

Liġi tal-proprjetà intellettwali

- Timplimenta u tinforza l-qafas legali attwali, b’mod partikolari billi tiżgura t-tħaddim ta' l-Istitut għall-Proprjetà Intellettwali.

Statistiċi

- Tadotta u tibda l-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Entitajiet fis-sistema statistikali dwar it-titjib tax-xogħol ta’ aġenzija ċentrali ta’ l-istatistika fil-Bosnja u l-Ħerzegovina.

POLITIKI SETTORJALI

Industrija u SME

- Tadotta mingħajr aktar dewmien l-istrateġija ta’ l-SME fuq livell Statali proposta attwalment u l-bidu ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet li għandhom prijorità.

- Tiżviluppa politika ta’ l-industrija soda u komprensiva.

Agrikoltura u sajd

- Tiżviluppa strateġija ta’ l-agrikoltura komprensiva fuq livell Statali bbażata fuq ir-Rakkomandazzjonijiet Funzjonali tar-Reviżjoni ta’ Novembru 2004 u jipprovdu qafas legali għall-implimentazzjoni tagħha.

- Tkompli ġġib f’konformità l-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar l- acquis veterinarju u phyto-sanitarju.

- Tistabbilixxi u tħaddem l-Aġenzija Statali tas-Sigurtà Alimentari. Tibda topera l-Aġenzija Phyto-sanitarja.

- Ittejjeb il-laboratorji u l-kapaċità ta’ spezzjoni fis-setturi verterinarji u fitosanitraji, tistabbilixxi laboratorju ta' referenza u tiżviluppa proċeduri ta' kampjuni f'konformità mat-talbiet ta' l-UE.

- Ittemm l-identifikazzjoni ta' l-annimali u r-reġistrazzjoni tal-bovini f'konformità ma' l-UE.

- Tinforza l-kollezzjoni u l-ipproċessar ta’ l-istatistika ta’ l-agrikultura f’konformità ma’ l-istandards u l-metodoloġija ta’ l-UE.

Ambjent

- Tadotta Liġi Ambjentali Statali biex toħloq l-qafas għal ħarsien ta' l-ambjent armonizzat man-nazzjon kollu.

- Tistabbilixxi u tiżgura l-ħidma ta’ l-Aġenzija Statali Ambjentali.

Enerġija

- Tibda timplimenta l-impenji li ttieħdu taħt il-qafas tat-Trattat tal-Komunità dwar l-Enerġija.

- Tiżviluppa politika ta’ l-industrija soda u komprensiva. Tkompli għaddejja bir-riformi u l-liberalizzazzjoni tas-settur ta’ l-enerġija.

- Tiżgura li l-Operatur Indipendenti tas-Sistema u l-Kumpanija ta’ Trasmissjoni jibda jaħdem kompletament malajr, it-tnejn li huma bħala kumpanija fuq livell Statali.

Politika ta’ Trasport

- Timplimenta l-liġi Statali dwar il-Ferroviji

- Tkompli tikkonforma l-leġiżlazzjoni ta’ l-avjazzjoni ma’ l- acquis fid-dwal ta’ l-Ispazju Komuni Ewropew ta' l-Ajru (ECAA).

Soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-mijdja

- Tadotta l-Liġi dwar l-Aġenzija tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni u tistabbilixxi din l-Aġenzija.

- Tilliberalizza aktar is-suq tat-telekomunikazzjoni u tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni eżistenti mill-awtorità regolatorja biex tinkoraġġixxi l-kompetizzjoni.

- Issaħħaħ mill-ġdid ir-rwol u l-kapaċità amministrattiva ta’ l-awtorità regolatorja.

Kontroll Finanzjaru

- Tiżviluppa strateġija ta’ Kontroll Finanzjarju Pubbliku Intern.

ĠUSTIZZJA, ĦELSIEN U SIGURTÀ

Viża, kontroll tal-fruntieri, kenn u migrazzjoni

- Tipprovdi numru ta’ persunal xieraq għas-setturi tal-kenn u l-migrazzjoni fi ħdan il-Ministeru tas-Sigurtà.

- Timplimenta l-Liġi dwar il-Moviment u Waqfien ta’ barranin. Tiżgura li kwalunkwe emendi f'din il-liġi huma konformi ma' l- acquis u l-istandards internazzjonali, u li jirrappreżentaw valur miżjud għar-regolamenti eżistenti.

- Tnaqqas aktar in-numru ta’ viżas maħruġa fuq il-fruntiera.

- Timplimenta l-obbligi internazzjonali u reġjunali kollha fil-qasam tat-tmexxija tal-fruntiera.

Il-ħasil tal-flus

- Timpjega kumpliment sħiħ ta’ persunal għal Unità Finanzjarja ta' Intelliġenza.

- Ittejjeb aktar il-koopreazzjoni bejn l-FIU u d-Dipartiment ta’ l-Investigazzjoni Kriminali ta’ l-Aġenzija ta’ l-Investigazzjoni u l-Ħarsien ta’ l-Istat.

- Tiżgura implimentazzjoni xierqa u infurzar tal-leġiżlazzjoni kontra l-ħasil tal-flus u ttejjeb aktar din il-leġiżlazzjoni.

- Timxi mal-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti.

Drogi

- Tiżviluppa Politika ta’ Droga fuq livell Statali f'konformità ma' l-istandards ta' l-UE.

- Tadotta l-Liġi dwar il-Ħarsien ta’ l-Abbuż Narkotiku u l-Prekursuri tagħhom.

Puliżija

- Issaħħaħ aktar l-Aġenzija ta’ l-Investigazzjoni u l-Ħarsien ta’ l-Istat, partikolarment billi tirrekluta t-total kollu tal-persunal.

Tiġġieled il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu

- Tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Pjan Nazzjonali t’Azzjoni għall-Ġlieda Kontra t-Traffikar tan-Nies.

- Tieħu miżuri addizzjonali għall-ħarsien ta’ vittmi tat-traffikar u għall-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-ħarsien tax-xiehda.

- Ittejjeb il-kapaċità ta’ l-Aġenzija Statali ta’ l-Investigazzjoni u l-Ħarsien fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; Tinforza l-kooperazzjoni internazzjonali f’dan il-qasam, inkluż l-implimentazzjoni xierqa tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

- Tadotta l-Liġi dwar l-Aġenzija tal-Protezzjoni tad-dejta u tistabbilixxi Aġenzija għall-Protezzjoni tad-Dejta.

3.2. Prijoritajiet fil-terminu medju

Ħtiġijiet Politiċi

Tmexxija

- Tiżgura proċess kontinwu f’li tittieħed resposabbilità nazzjonali għall-formulazzjoni tal-politika u t-teħid tad-deċiżjoni.

Amministrazzjoni Pubblika

- Timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni komprensiv għar-riforma ta’ l-amministrazzjoni pubblika.

- Tibni l-kapaċità ta' taħriġ għal ħaddiema taċ-ċivil fi ħdan il-Bosnja u l-Ħerzegovina u tkompli ttejjeb il-kapaċitajiet tat-tfassil ta' politika u l-koordinazzjoni.

- Iżżid il-kapaċità għal armonizzazzjoni legali progressiva ma’ l- acquis u tespandi aktar ir-rwol tal-Bosnja u l-Ħerzegovina fl-għajnuna ta’ l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni, bil-għan li tipprepara għad-deċentralizzazzjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja.

Riforma fil-Puliżija

- Timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni għar-riforma fil-pulużija.

Sistema Ġudizzjarja

- Tiżgura taħriġ xieraq tas-sistema ġudizzjarja, b’mod partikolari dwar il-leġiżlazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u dwar kwistjonijiet relatati ma’ l-implimentazzjoni ta’ Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-ġejjieni.

- Tiggarantixxi li l-Qrati kollha għadhom it-tagħmir meħtieġ u l-mezzi finanzjarji biex iwasslu l-ġustizzja b’mod effiċjenti u xieraq.

Politika kontra l-korruzzjoni

- Timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni kontra l-korruzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO.

- Tiżgura li l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-korruzzjoni jiġu implimentati kif xieraq u li l-korruzzjoni fil-fatt tkun imnaqqsa.

DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U L-PROTEZZJONI TAL-MINORITAJIET

- Tiżgura l-kompatibilità sħiħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

- Tiżgura l-ħarsien tal-minoritajiet skond l-istandards internazzjonali u dawk ta’ l-UE.

- Timplimenta l-Istrateġija Nazzjonali għal ROMA u l-pjanijiet settorjali ta’ azzjoni.

Ħtiġijiet Ekonomiċi

- Tiżgura l-kontinwazzjoni ta’ l-istabilità makro-ekonomika u taħdem lejn titjib tas-sostenibilità tal-kontijiet esterni.

- Aktar xogħol lejn tnaqqis ta’ l-ispiża pubblika bħala perstentaġġ tal-GDP.

- Tkompli ttejjeb il-klima tan-negozju u t-tmexxija tal-kumpanija u jkomplu bir-ristrutturazzjoni tas-settur tal-kumpaniji, inklużi s-servizzi pubbliċi.

- Tkompli ssaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politika fiskali u ekonomika.

- Tiżgura li l-Unità ta’ l-Ippjanar tal-Politika Ekonomika tat-Taxxa Indiretta taħdem tajjeb.

- Tipproduċi kontijiet komprensivi u kkonsolidati tal-gvern.

- Issaħħaħ il-proċeduri għall-preparazzjoni tal-baġit, eżekuzzjoni u kontabilità.

- Timplimenta politika bil-għan li tnaqqas il-qgħad, b’mod partikolari qgħad għal perjodu twil.

- Ittejjeb il-koordinazzzjoni bejn l-aġenziji ta’ impjieg matul il-pajjiż u tagħmel sforzi biex tnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq tax-xogħol.

- Tindirizza l-problema tal-frammentazzjoni tas-sistema edukattiva u t-trikkib tal-funzjonijiet bejn il-livelli differenti ta’ organizzazzjoni. Issaħħaħ l-ippjanar tat-tfassil ta' politika u ttejjeb il-kwalità ta' l-edukazzjoni.

- Tkompli bir-riformi meħtieġa biex tikkonforma mar-regoli u l-obbligazzjonijiet tad-WTO, sabiex taċċellera l-proċess ta' adeżjoni tad-WTO.

Standards Ewropej

SUQ INTERN

Moviment ħieles ta’ l-oġġetti

- Tkompli ġġib f’konformità l-leġiżlazzjoni fl-oqsma ta’ l-istandards, taċ-ċertifikazzjoni, tal-metroloġija, l-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni tal-konformità ma' l- acquis , u t-transpożizzjoni tad-direttivi ta' l-Istrateġija Ġdida u Globali u dawk ta’ l-Istrateġija l-Qadima.

Dwana u Taxxa

- Tiżgura l-approssimazzjoni dejjem għaddejja ma’ l- acquis tal-leġiżlazzjoni tad-dwana u taxxa, u żżid il-kapaċità amministrattiva biex timplimenta l-leġiżlazzjonijiet doganali u tiġġieled kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità minn pajjiż għal ieħor u l-evażjoni tat-taxxa.

- Ittejjeb it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ l-UE sabiex tiffaċilità l-infurzar tal-miżuri li jimpedixxu l-evitar u l-evażjoni tat-taxxi.

Kompetizzjoni

- Timplimenta leġiżlazzjoni ta’ l-għajnuna statali.

- Tippreżenta inventarju komprensiv ta’ għajnuna statali.

Kuntratti Pubbliċi

- Tiżgura li l-qafas legali tal-kuntratti pubbliċi tal-Bosnja u l-Ħerzegovina huma kompatibbli ma’ l- acquis u li l-proċeduri tal-kuntratti pubbliċi huma implimentati kif xieraq.

Statistiċi

- Tiżviluppa statistiċi ekonomiċi ta' minn joqgħod fuqhom u tibni kapaċità istituzzjonali li tipproduċi u tippubblika dejta ta' statistika armonizzata ma' l-istandards Ewropej, b'mod partikolari fl-oqsma ta' kontijiet nazzjonali, statistiċi tax-xogħol u statistiċi tan-negozju.

POLITIĊI SETTORJALI

Industrija u SME

- Timplimenta l-istrateġija ta’ l-SME.

- Tiżgura l-implimentazzjoni tal-politika ta’ l-industrija.

- Tibda tfassal u tapplika politika integrata ta’ riċerka.

Agrikoltura u sajd

- Timplimenta l-istrateġija komprensiva ta’ agrikoltura fuq livell Statali.

- Tibda azzjoni fid-dawl ta’ l-identifikazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż u r-reġistrazzjoni taċ-ċaqliq tagħhom.

- Tipprepara programm biex jaġġorna l-istabbiliment ta’ l-ipproċessar ta’ l-ikel biex jilqa’ l-ħtiġijiet ta’ l-UE.

- Tibda azzjonijiet bil-ħsieb li tiżgura kontroll effiċjenti tal-produzzjoni domestika tal-pjanti partikolarment għall-prodotti li għandhom ħtiġijiet speċifiċi ta’ l-UE.

Ambjent

- Tkompli ssaħħaħ il-kapaċità amminstrattiva ta’ l-istituzzjonijiet involuti fil-ħarsien ta’ l-ambjent, b'mod partikolari fuq livell statali u tiżgura l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni diġà trasferita.

- Tiżgura li hemm sistema li taħdem li tissorvelja l-ambjent .

Politika ta’ Trasport

- Tkompli għaddejja bir-riformi u l-liberalizzazzjoni tas-settur ta’ l-enerġija.

- Tiżgura approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni ma’ l- acquis tat-trasport, partikolarment fejn jidħlu standards tekniċi u ta' sigurtà, standards soċjali u liberalizzazzjoni tas-suq.

- Timplimenta l-Memorandum ta’ Fehim tan-Netwerk tal-Qalba Reġjunali ta’ Trasport tax-Xlokk ta’ l-Ewropa.

Enerġija

- Timplimenta l-Pjanijiet ta’ Azzjoni ta’ l-Entitajiet għar-ristturazzjoni tas-settur ta’ l-enerġija.

- Tikkonsolida r-Regolaturi ta’ l-Enerġija ta’ l-Istat u l-Entità.

- Tieħu passi biex tilħaq progress konkret f’dak li għandu x’jaqsam mas-settur tal-gass, inter alia billi tiżviluppa strateġija ta’ gass, tistabbilixxi operatur tas-sistema u regolatur u tiżviluppa s-suq intern tal-gass.

Soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-midja

- Timplimenta l-leġiżlazzjoni tax-xandir u ttemm r-riforma strutturali tas-settur tax-xandir pubbliku.

- Iġġib f’konformità l-leġiżlazzjoni għal qafas regolatorju ta’ l-UE għal komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi u tiżgura li sseħħ l-implimentazzjoni tiegħu.

- Tiġi f’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni trans-fruntieri u d-Direttiva tat-televiżjoni mingħajr fruntieri.

Kontroll Finanzjarju

- Tiżviluppa u timplimenta l-prinċipji ta’ kontabilità diċentralizzata maniġerjali u verifika interna li taħdem b’mod indipendenti skond l-istandards aċċettati fuq livell internazzjonali u l-aqwa prassi ta’ l-UE.

- Issaħħaħ il-kapaċità operattiva u l-indipendenza funzjonali kif ukoll finanzjarja ta’ l-Istituzzjoni Suprema tal-Verifika .

- Tiżviluppa proċeduri u kapaċitajiet amministrattivi biex tiżgura l-protezzjoni effettiva ta’ l-interessi finanzjarji ta’ l-UE.

ĠUSTIZZJA, ĦELSIEN U SIGURTÀ

Viża, kontroll tal-fruntieri, kenn u migrazzjoni

- Timplimenta biss sħiħ l-istrateġija ta’ Tmexxija ta’ Fruntieri Integrati u tilħaq tmexxija ta' fruntiera effettiva.

- Tassumi pussess sħiħ dwar it-tħaddim ta’ ċentri ta’ lqugħ.

Il-ħasil tal-flus

- Tiżgura titjib kontinwu tar-rekord ta’ infurzar dwar il-ħasil tal-flus.

Drogi

- Tiżgura li l-korpi ta’ l-infurzar tal-liġi jkunu mgħammra b’mod xieraq biex jiġġieldu kontra t-traffikar tad-droga u jtejbu aktar il-kooperazzjoni fuq livell internazzjonali u bejn l-aġenziji; tilħaq riżultati tanġibbli f’dan il-qasam.

- Tistabbilixxi Uffiċċju għan-Narkotika fuq livell Statali.

Tiġġieled il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu

- Tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri kollha inklużi fil-Pjan ta’ Azzjoni kontra l-Kriminalità Organizzata.

4. IPPROGRAMMAR

Għajnuna Komunitarja skond il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għall-pajjiżi Balkani tal-Punent se tkun prevista taħt l-istrumenti finanzjarji eżistenti, b’mod partikolari bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000[2]. B’hekk, din id-Deċiżjoni mhu se jkollha l-ebda implikazzjonijiet finanzjari. Il-Bosnia-Ħerzegovina jista' jkollha aċċess għal fondi minn programmi orizzontali mfassla għal diversi pajjiżi.

5. KUNDIZZJONALITÀ

Għajnuna Komunitarja taħt il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lill-pajjiżi Balkani tal-Punent tingħata jekk isir aktar progress li jissodisfa l-kriterji ta’ Kopenħagen kif ukoll progress fl-ilħuq ta' prijoritajiet speċifiċi ta' din is-Sħubija Ewropea. Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux irrispettati l-Kunsill jista’ jasal biex jieħu miżuri xierqa fuq il-bażi ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000[3]. Għajnuna Komunitarja se tkun soġġetta wkoll għall-kundizzjonijiet iddefiniti mill-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta’ April 1997, u tal-21-22 ta’ Ġunju 1999 b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-wegħda tar-reċipjenti li se jwettqu r-riformi demokratiċi, ekonomiċi u istituzzjonali.

6. SORVELJANZA

L-Implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea għandha tiġi eżaminata permezz tal-qafas tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt il-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, partikolarment ir-rapport annwali tal-Kummissjoni.

[1] ĠU L 86, ta’ l-24.3.2004, p.1.

[2] ĠU L 306, 7.12.2000, p.1, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2415/2001 (ĠU) L 327, tat-12.12.2001, p.3

[3] Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill 2666/2000:1.Rispett għall-prinċipji tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għad-drittijiet umani u tal-minoranza u l-libertajiet fundamentali huwa element essenzjali għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għal pre-kundizzjoni ta’ l-eleġġibilità għal għajnuna Komunitarja. Jekk dawn il-prinċipji ma jiġux rispettati, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata dwar proposta mill-Kummissjoni, jista' jieħu l-miżuri.2.Għajnuna Komunitarja se tkun soġġetta wkoll għall-kundizzjonijiet iddefiniti mill-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta’ April 1997, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-wegħda tar-reċipjenti li se jwettqu r-riformi demokratiċi, ekonomiċi u istituzzjonali.