Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-addozzjoni tal-Ftehim dwar Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (l-MCPs)  /* KUMM/2005/0538 finali - ACC 2005/0216 */  
	 [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 28.10.2005 KUMM(2005) 538 finali 2005/0216 (ACC) 2005/0217 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-addozzjoni tal-Ftehim dwar Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-aċċettazzjoni tal-Ftehim dwar Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Ċirkuwiti integrati b’ħafna ċippijiet, jew “moduli b’ħafna ċippijiet” (l-MCPs) huma kategorija relattivament ġdida ta’ semi-kondutturi mmuntati li ma kinux jeżistu fi żmien tal-mekkaniżmu tat-tneħħija tat-tariffi ta’ l-ITA (il-Ftehim tad-WTO dwar it-Teknoloġiji ta’ l-Informatika) kien konkluż fl-1996. Kieku l-MCPs kienu jeżistu dak iż-żmien li kien innegozjat l-ITA, probabbilment kienu jkunu inkorporati fl-ITA b’rata żero ta’ dazju. Fl-2004, il-produtturi prinċipali tas-semi-kondutturi bbażati fl-UE u mkejjen oħra talbu li l-ġurisdizzjonijiet lokali rispettivi tagħhom, li huma miġbura flimkien fil-Laqgħat tal-Gvernijiet/l-Awtoritajiet dwar is-Semi-kondutturi (il-GAMS), jagħtu lill-MCPs l-istess trattament bħal prodotti oħra koperti mill-ITA. L-UE, il-Ġappun, il-Korea, l-Istati Uniti u t-Taipei Ċiniż bħala l-ħames membri tal-GAMS approvaw din l-inzjattiva fil-laqgħa ta’ l-2004 tal-GAMS. Il-membri tal-GAMS irnexxielhom jikkonkludu b’suċċess negozjati li wasslu għal Ftehim dwar Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (il-“Ftehim”) fil-15 ta’ Settembru 2005 f’Seoul. Il-Kunsill addotta direttivi għan-negozjati ta’ dan il-Ftehim fir-rebbiegħa 2005. F’linja ġenerali, l-abbozz ta’ Ftehim jipprevedi li l-membri kollha tal-GAMS jirriduċu għal rata żero tad-dazji u l-ispejjeż doganali kollha applikati fuq l-MCPs, kif definit fl-2007 fis-Sistema Armonizzata (is-SA) ta’ l-Organizzazzjoni Doganali Dinjija. L-abbozz ta’ Ftehim għandu jnaqqas biss id-dazji u l-ispejjeż applikati fuq l-MCPs, filwaqt li jħalli r-rati kkonsolidati kif inhuma. Fuq kollox, l-abbozz ta’ Ftehim jawtorizza b’mod ċar lill-Partijiet, meta jkunu qed jinnegozjaw ftehim ta’ tnaqqis ta’ tariffa multilaterali taħt l-awspiċji tad-WTO, li jitolbu kreditu bħala parti mill-bilanċ globali ta’ konċessjonijiet meta wkoll jintrabtu tariffi fuq l-MCPs b’rata żero. Il-ftehim hu mistenni li jidħol fis-seħħ fost erba’ membri tal-GAMS fl-1 ta’ Jannar 2006, jekk ikun assunt li l-proċedimenti ta’ ratifika nazzjonali jitlestew malajr. Il-Ġappun diġà qed japplika fil-prattika dazji u spejjeż b’rata żero fuq l-MCPs u għalhekk hu effettivament konformi mat-termini tal-Ftehim. Minħabba t-tul tal-proċediment ta’ ratifika fil-Ġappun, dan hu mistenni li jissieħeb fil-Ftehim matul is-sena 2006. Għall-proċess ta’ ratifika, il-membri tal-GAMS ftiehmu dwar proċediment b’żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, il-Ftehim għandu jkun addottat – soġġett għall-approvazzjoni aktar ’il quddiem – mill-ħames membri tal-GAMS. Imbagħad, meta l-istrumenti kollha ta’ addozzjoni jkunu waslu għand id-depożitarju nnominat, il-ftehim għandu jkun miftuħ għall-aċċettazzjoni. Il-proposti korrispondenti tal-Kummissjoni għal żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill huma misjuba hawn taħt. Hu previst li l-Ftehim ikun jista’ aktar tard jiġi estiż għal ġurisdizzjonijiet oħrajn li jimmanifatturaw l-MCPs, bħaċ-Ċina, Ħong-Kong, l-Indja, il-Malasja, u s-Singapor. 2005/0216 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-addozzjoni tal-Ftehim dwar Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) (test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: (1) Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ftehim dwar Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) (il-“Ftehim”). (2) F’dikjarazzjoni ffirmata fil-15 ta’ Settembru 2005, il-Partijiet prospettivi ta’ dan il-Ftehim irreġistraw it-tmiem ta’ dawn in-negozjati fit-test tal-Ftehim. (3) Soġġett għall-approvazzjoni possibbli f’data ulterjuri, il-Ftehim għandu jkun addottat. (4) Bl-addozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, il-Kunsill għandu wkoll ikun ikkunsidrat li qed jiddepożita strument ta’ addozzjoni mad-depożitarju nnominat bil-Ftehim, li hu s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu uniku Soġġett għal approvazzjoni possibbli f’data ulterjuri, il-Ftehim dwar Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) hu hawnhekk addottat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussell, [...] F’isem il-Kunsill Il-President ANNESS Nota: Il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika. Ftehim dwar Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) Filwaqt li jkun imfakkar li teżisti opinjoni komuni dwar it-trattament ta’ eżenzjoni mid-dazju doganali ta’ l-MCPs fost il-Membri tal-Gvernijiet/l-Awtoritajiet dwar is-Semi-kondutturi (il-GAMS), li huma : il-Komunità Ewropea rappreżentata fil-GAMS permezz tal-Kummissjoni Ewropea; il-Ġappun; ir-Repubblika tal-Korea; l-Istati Uniti ta’ l-Amerika; u t-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, il-Penghu, il-Kinmen u l-Matsu, dawn il-Membri tal-GAMS qablu b’dan li ġej: (1) Għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim: (a) ċirkuwiti integrati b’ħafna ċippijiet (l-MCPs) huma dawk iċ-ċirkuwiti integrati b’ħafna ċippijiet li jikkonsistu f’żewġ ċirkuwiti, jew aktar, integrati monolitiċi u interkonnessi magħquda għall-għanijiet u l-finijiet kollha b’mod indiviż, kemm jekk huma jew mhumiex fuq substratt wieħed, jew aktar minn wieħed, li jiżola, bi frejm taċ-ċomb jew mingħajru, iżda mingħajr ebda elementi ta’ ċirkuwiti attivi jew passivi; (b) Sistema Armonizzata tfisser id-Deskrizzjoni Armonizzata tal-Merkanzija u s-Sistema tal-Kodifikar kif deskritta fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Deskrizzjoni Armonizzata tal-Merkanzija u s-Sistema tal-Kodifikar, kif din tista’ tkun emendata, u kif addottata u implimentata mill-Partijiet fil-liġijiet u regolamenti rispettivi tagħhom; (c) Parti tfisser Membru tal-GAMS jew kull Membru ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) li ddepożita l-istrument ta’ aċċettazzjoni tiegħu għand id-depożitarju; u (d) it-termini użati f’dan il-Ftehim li huma użati wkoll fil-Ftehim ta’ Marrakech li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-Ftehim tad-WTO) għandhom l-istess tifsira bħal fil-Ftehim tad-WTO. (2) Dan il-Ftehim għandu japplika għall-MCPs kollha, irrispettivament minn fejn prodotti ta’ din ix-xorta huma kklassifikati fis-Sistema Armonizzata. (3) Kull Parti għandha, abbażi tan-nazzjon l-aktar iffavorit, tnaqqas għal rata żero d-dazji doganali u dazji u spejjeż oħrajn, peress li dawn id-dazji u spejjeż huma deskritti fl-Artikolu II: 1(b) tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ta’ l-1994 (il-GATT 1994), li dan japplika għall-MCPs, b’konformità ma’ dawn il-proċedimenti: (a) Kull Parti għandha tapplika dazji jew spejjeż fuq l-MCPs b’rata żero sakemm il-Partijiet kollha jaqblu li livell suffiċjenti ta’ kummerċ dinji fl-MCPs hu kopert bi ftehim multilaterali dwar tariffi mnaqqsa taħt l-awspiċji tad-WTO. (b) F’dak il-mument, jew, jekk dan ikun qabel il-31 ta’ Diċembru 2006, fl-1 ta’ Jannar 2007, kull Parti għandha tikkonsolida d-dazji u l-ispejjeż fuq l-MCPs b’rata żero. (c) Il-Partijiet kollha jaqblu li jikkooperaw mal-Membri l-oħra tad-WTO biex tintlaħaq kopertura ta’ 90 fil-mija tal-kummerċ dinji ta’ l-MCPs f’dan il-ftehim dwar tariffi mnaqqsa. (4) (a) Kull Parti għandha, fil-mument ta’ l-aċċettazzjoni tagħha ta’ dan il-Ftehim, tipprovdi lid-depożitarju lista ta’ l-intestaturi fl-iskeda tagħha tat-tariffi li tinkudi l-MCPs. Jekk Parti tikklassifika sussegwentement MCP taħt intestatura li mhix inkluża fil-lista oriġinali tagħha, dik il-Parti għandha mingħajr telf ta’ żmien tipprovdi lista emendata lid-depożitarju. (b) Kull Parti tista’ f’kull mument titlob emendi f’lista ta’ Parti oħra li hi taħseb li mhix kompluta, f’dan il-każ il-Parti rikjesta għandha tikkonsulta u taħdem mal-Parti li qed tagħmel b’bonafidi r-rikjesta biex tagħmel l-emendi kollha neċessarji. Il-lista emendata għandha tkun ipprovduta lid-depożitarju. (c) Id-depożitarju għandu jittrażmetti l-lista pprovduta, inklużi l-emendi, lill-Partijiet kollha. (5) Minkejja l-liberalizzazzjoni awtonoma tad-dazji u l-ispejjeż applikati fuq l-MCPs bis-saħħa ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha tingħata l-permess li tikkunsidra l-irbit ta’ tariffi fuq l-MCPs b’rata żero bħala parti mill-bilanċ tagħha ġenerali tal-konċessjonijiet fi ftehim multilaterali dwar tariffi mnaqqsa taħt l-awspiċji tad-WTO. (6) Mingħajr preġudizzju lejn il-paragrafu 3, xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jkun interpretat li jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta’ Parti taħt il-Ftehim tad-WTO. (7) (a) Wara li d-depożitarju jirċievi erba’ strumenti ta’ aċċettazzjoni mingħand il-Membri tal-GAMS, dawn il-Partijiet għandhom jaqblu dwar data li fiha l-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ. (b) Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-aċċettazzjoni minn kull Membru tad-WTO. Aċċettazzjoni li ssegwi d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta tali aċċettazzjoni tasal għand id-depożitarju. Id-depożitarju għandu jinforma lill-Partijiet kollha hekk kif jirċievi aċċettazzjoni. (c) Jekk il-Partijiet jaqblu li jemendaw dan il-Ftehim, is-subparagrafi (a) u (b) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal din l-emenda. (8) Meta l-Partijiet kollha jorbtu d-dazji u l-ispejjeż fuq l-MCPs b’rata żero skond il-paragrafu 3 subparagrafi (a) sa (c), dan il-Ftehim għandu jispiċċa. (9) L-oriġinal ta’ dan il-Ftehim bil-lingwa Ingliża kif ukoll l-istrumenti ta’ aċċettazzjoni għandhom ikunu ddepożitati għand is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. 2005/0217 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-aċċettazzjoni tal-Ftehim dwar Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) (test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Billi: (1) Bid-Deċiżjoni ta’ ... il-Kunsill f’isem il-Komunità addotta[3], soġġett għal approvazzjoni possibbli f’data ulterjuri, il-Ftehim dwar Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) (il-“Ftehim”). (2) Sadattant, total ta’ erba’ Partijiet prospettivi għall-Ftehim addottaw il-Ftehim, soġġett għal approvazzjoni possibbli f’data ultejuri. Dan hu n-numru minimu ta’ Partijiet meħtieġa għal dan il-Ftehim biex jidħol fis-seħħ. (3) L-erba’ Partijiet prospettivi għal dan il-Ftehim qablu li kellu jidħol fis-seħħ fosthom fl-1 ta’ Jannar 2006 [ dan għandu jkun ikkonfermat ]. (4) Il-Ftehim għandu issa jkun aċċettat f’isem il-Komunità. (5) Bl-addozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill għandu wkoll ikun ikkunsidrat li qed jiddepożita strument ta’ aċċettazzjoni mad-depożitarju nnominat bil-Ftehim, li hu s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu uniku Il-Ftehim dwar it-Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) hu hawnhekk aċċettat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim kif awtentikat mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussell, [...] F’isem il-Kunsill Il-President ANNESS Nota: il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika Ftehim dwar Trattament ta’ Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkuwiti Integrati b’Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) Filwaqt li jkun imfakkar li teżisti opinjoni komuni dwar it-trattament ta’ eżenzjoni mid-dazju doganali ta’ l-MCPs fost il-Membri tal-Gvernijiet/l-Awtoritajiet dwar is-Semi-kondutturi (il-GAMS), li huma : il-Komunità Ewropea rappreżentata fil-GAMS permezz tal-Kummissjoni Ewropea; il-Ġappun; ir-Repubblika tal-Korea; l-Istati Uniti ta’ l-Amerika; u t-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, il-Penghu, il-Kinmen u l-Matsu, dawn il-Membri tal-GAMS qablu b’dan li ġej: (1) Għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim: (a) ċirkuwiti integrati b’ħafna ċippijiet (l-MCPs) huma dawk iċ-ċirkuwiti integrati b’ħafna ċippijiet li jikkonsistu f’żewġ ċirkuwiti, jew aktar, integrati monolitiċi u interkonnessi magħquda għall-għanijiet u l-finijiet kollha b’mod indiviż, kemm jekk huma jew mhumiex fuq substratt wieħed, jew aktar minn wieħed, li jiżola, bi frejm taċ-ċomb jew mingħajru, iżda mingħajr ebda elementi ta’ ċirkuwiti attivi jew passivi; (b) Sistema Armonizzata tfisser id-Deskrizzjoni Armonizzata tal-Merkanzija u s-Sistema tal-Kodifikar kif deskritta fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Deskrizzjoni Armonizzata tal-Merkanzija u s-Sistema tal-Kodifikar, kif din tista’ tkun emendata, u kif addottata u implimentata mill-Partijiet fil-liġijiet u regolamenti rispettivi tagħhom; (c) Parti tfisser Membru tal-GAMS jew kull Membru ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) li ddepożita l-istrument ta’ aċċettazzjoni tiegħu għand id-depożitarju; u (d) it-termini użati f’dan il-Ftehim li huma użati wkoll fil-Ftehim ta’ Marrakech li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-Ftehim tad-WTO) għandhom l-istess tifsira bħal fil-Ftehim tad-WTO. (2) Dan il-Ftehim għandu japplika għall-MCPs kollha, irrispettivament minn fejn prodotti ta’ din ix-xorta huma kklassifikati fis-Sistema Armonizzata. (3) Kull Parti għandha, abbażi tan-nazzjon l-aktar iffavorit, tnaqqas għal rata żero d-dazji doganali u dazji u spejjeż oħrajn, peress li dawn id-dazji u spejjeż huma deskritti fl-Artikolu II: 1(b) tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ta’ l-1994 (il-GATT 1994), li dan japplika għall-MCPs, b’konformità ma’ dawn il-proċedimenti: (a) Kull Parti għandha tapplika dazji jew spejjeż fuq l-MCPs b’rata żero sakemm il-Partijiet kollha jaqblu li livell suffiċjenti ta’ kummerċ dinji fl-MCPs hu kopert bi ftehim multilaterali dwar tariffa mnaqqsa taħt l-awspiċji tad-WTO. (b) F’dak il-mument, jew, jekk dan ikun qabel il-31 ta’ Diċembru 2006, fl-1 ta’ Jannar 2007, kull Parti għandha tikkonsolida d-dazji u l-ispejjeż fuq l-MCPs b’rata żero. (c) Il-Partijiet kollha jaqblu li jikkooperaw mal-Membri l-oħra tad-WTO biex tintlaħaq kopertura ta’ 90 fil-mija tal-kummerċ dinji ta’ l-MCPs f’dan il-ftehim dwar tariffi mnaqqsa. (4) (a) Kull Parti għandha, fil-mument ta’ l-aċċettazzjoni tagħha ta’ dan il-Ftehim, tipprovdi lid-depożitarju lista ta’ l-intestaturi fl-iskeda tagħha tat-tariffi li tinkudi l-MCPs. Jekk Parti tikklassifika sussegwentement MCP taħt intestatura li mhix inkluża fil-lista oriġinali tagħha, dik il-Parti għandha mingħajr telf ta’ żmien tipprovdi lista emendata lid-depożitarju. (b) Kull Parti tista’ f’kull mument titlob emendi f’lista ta’ Parti oħra li hi taħseb li mhix kompluta, f’dan il-każ il-Parti rikjesta għandha tikkonsulta u taħdem mal-Parti li qed tagħmel ir-rikjesta bi ħsieb tajjeb biex tagħmel l-emendi kollha neċessarji. Il-lista emendata għandha tkun ipprovduta lid-depożitarju. (c) Id-depożitarju għandu jitrażmetti l-lista pprovduta, inklużi l-emendi, lill-Partijiet kollha. (5) Minkejja l-liberalizzazzjoni awtonoma tad-dazji u l-ispejjeż applikati fuq l-MCPs bis-saħħa ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha tingħata l-permess li tikkunsidra l-irbit ta’ tariffi fuq l-MCPs b’rata żero bħala parti mill-bilanċ tagħha ġenerali tal-konċessjonijiet fi ftehim multilaterali dwar tariffi mnaqqsa taħt l-awspiċji tad-WTO. (6) Mingħajr preġudizzju lejn il-paragrafu 3, xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jkun interpretat li jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta’ Parti taħt il-Ftehim tad-WTO. (7) (a) Wara li d-depożitarju jirċievi erba’ strumenti ta’ aċċettazzjoni mingħand il-Membri tal-GAMS, dawn il-Partijiet għandhom jaqblu dwar data li fiha l-Ftehim jidħol fis-seħħ. (b) Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-aċċettazzjoni minn kull Membru tad-WTO. Aċċettazzjoni li ssegwi d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta tali aċċettazzjoni tasal għand id-depożitarju. Id-depożitarju għandu jinforma lill-Partijiet kollha hekk kif jirċievi aċċettazzjoni. (c) Jekk il-Partijiet jaqblu li jemendaw dan il-Ftehim, is-subparagrafi (a) u (b) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal din l-emenda. (8) Meta l-Partijiet kollha jorbtu d-dazji u l-ispejjeż fuq l-MCPs b’rata żero skond il-paragrafu 3 subparagrafi (a) sa (c), dan il-Ftehim għandu jispiċċa. (9) L-oriġinal ta’ dan il-Ftehim bil-lingwa Ingliża kif ukoll l-istrumenti ta’ aċċettazzjoni għandhom ikunu ddepożitati għand is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. [1] ĠU C [...], [...], p. [...]. [2] ĠU C […], […], p. […] . [3] ĠU L […], […], p. […] .