Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jwaqqaf reġim tal-Komunità għall-kontroll ta’ l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju /* KUMM/2005/0498 finali - ACC 2005/0209 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 17.10.2005 KUMM(2005) 498 finali 2005/0209 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jwaqqaf reġim tal-Komunità għall-kontroll ta’ l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju (PREżENTATA MILL-KUMMISSJONI) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Oġġetti b’użu doppju (li jinkludu software u teknoloġija) huma oġġetti ċivili li jistgħu jintużaw għal skopijiet militari. Dawn huma soġġetti għal kontroll meta jkunu esportati mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-kontrolli għandhom l-għan b’mod partikolari li jipprevjenu l-proliferazzjoni ta’ l-armi għall-qerda tal-massa. B’mod partikolari huma jilħqu l-għanijiet iffissati bir-Reżoluzzjoni 1540 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, adottata f’April 2004. Id-deċiżjonijiet biex ikunu kkontrollati oġġetti b’użu doppju ttieħdu b’konsensus f’reġimi internazzjonali dwar il-kontroll ta’ l-esportazzjonijiet u l-KE marbuta li tapplikahom bis-saħħa ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament 1334/2000. Dan l-Artikolu jistipula li “il-lista ta’ affarijiet b’użu doppju mwaqqfa fl-Anness I u l-Anness IV għandha tkun aġġornata b’ konformità ma’ l-obbligi u l-impenji rilevanti li kull Stat Membru aċċetta bħala membru fl-arranġġamenti għall-kontroll ta’ l-esportazzjoni internazzjonali.” Madanakollu, sa issa l-Istati Membri l-ġodda ta’ l-UE għadhom ma ġewx aċċettati kollha f'dawn ir-reġimi, b'mod partikolari fir-Reġim ta' Kontroll tat-Teknoloġija relatata mal-Missili (MTCR) u l-Arranġament Wassenaar. Id-differenza fl-istatus f'reġimi ta' kontroll fuq l-esportazzjonijiet twassal għal diskrepanzi bejn l-Istati Membri ta' l-UE fl-aċċess ta' informazzjoni importanti dwar utenti finali sensittivi. Għalhekk, dan idgħajjef ir-reġim ta' kontroll ta’ l-UE fuq l-esportazzjonijiet u dawk ir-reġimi internazzjonali li fihom mhux l-Istati Membri kollha jipparteċipaw. Mill-addozzjoni fid-19 ta’ Lulju 2004 ta’ l-aħħar emenda tar-Regolament, l-Arranġament Wassenaar (WA), ir-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloġija dwar il-Missili (l-MTCR) u l-Grupp Awstralja (AG) qablu dwar bidliet speċifiċi fil-listi rispettivi tagħhom ta’ kontroll. Bħala konsegwenza, l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000, li hu bbażat fuq l-Artikolu 133 tat-Trattat, għandu bżonn jiġi emendat. Il-Grupp tal-Kunsill inkarigat minn oġġetti b’użu doppju rrakkomanda li l-Kummissjoni tillimita l-proposti tagħha għal dawk il-bidliet fil-listi ta’ kontroll li qablet dwarhom, i.e. dawk deċiżi bl-Arranġament Wassenaar fl-2004, il-Grupp Awstralja (f’Novembru 2004 u April 2005) u r-Reġim ta’ Kontroll tat-Tekonoloġija dwar il-Missili (f’Ottubru 2004). Huwa mifhum li l-Kunsill b’unanimità jemenda l-proposta mistennija tal-Kummissjoni biex jintegra l-bidliet żgħar ħafna għal-listi tal-Grupp tal-Fornituri Nukleari adottati fil-laqgħa plenarja tiegħu ta' Ġunju 2005. Biex ikun faċilitat it-teħid tad-Deċiżjoni, hawn taħt hawn sommarju dettaljat tal-bidliet. Kategorija 1 f’Anness I | Reġim | Natura tal-bidla | 1C008.a.4. | WA | It-test li jirreferi għall-ASTM, ġie mneħħi mis-sotto-reġistrazzjoni | 1C008.b. | WA | Il-kejl ASTM hu sostitwit b’sotto-reġistrazzjoni ISO | 1C008.f. | WA | Sotto-reġistrazzjoni emendata biex tinkludi temperatura tat-tranżizzjoni tal-ħġieġ | 1C008. Nota Teknika | WA | Il-kejl ASTM hu sostitwit b’ISO f’Nota Teknika | 1C107.c. | MTCR | Parametri ta’ kontroll ta’ sotto-entrata riveduta. | 1C350.6., 8., 29 & 42. | AG | Kjarifika addizzjonali ta’ ismijiet kimiċi. | 1C350.55., 56., 57., 58., 59., 60., 61., 62 & 63. | AG | 9 kimiki miżjuda | 1C350 Noti 1, 2 & 3 | AG | 9 kimiki ġodda miżjuda fin-Noti relevanti | 1C353 Nota Teknika | AG | Nota Teknika attwali rinumerata 1, u Nota Teknika ġdida 2 miżjuda. | 1C450.b. & Nota 3 | AG | Test emendat. | 1E201 | Typo | Referenza għal 1C002.a.2.c. & d. mibdula għal 1C002.b.3. & 4.[kellha tkun aġġornata meta 1C002 kien rivedut fl-2001] | Kategorija 2 | 2B Nota Teknika 2 | WA | Nota Teknika 2. emendata | 2B001.b.2. & 3. | Typo | It-test “jew” immexxi minn 2. għal 3. | 2B001.c. | WA | Nota 2 tan-nota emendata biex tirreferi għal pożizzjonar eżatt ma’ sotto-paragrafi eżistenti a. u b. imneħhija | 2B005.a. | WA | It-test “ikkontrollat bi programm irreġistrat” mneħħi mis-sotto-reġistrazzjoni | 2B005.b. | WA | It-test “ikkontrollat bi programm irreġistrat” mneħħi mis-sotto-reġistrazzjoni | 2B005.c. | WA | It-test “ikkontrollat bi programm irreġistrat” mneħħi mis-sotto-reġistrazzjoni | 2B005.d. | WA | It-test “ikkontrollat bi programm irreġistrat” mneħħi mis-sotto-reġistrazzjoni | 2B005.e. | WA | It-test “ikkontrollat bi programm irreġistrat” mneħħi mis-sotto-reġistrazzjoni | 2B005.f. | WA | It-test “ikkontrollat bi programm irreġistrat” mneħħi mis-sotto-reġistrazzjoni | 2B005.g. | WA | It-test “ikkontrollat bi programm irreġistrat” mneħħi mis-sotto-reġistrazzjoni | 2B006.h. | WA | It-test “ikkontrollat bi programm irreġistrat” mneħħi mis-sotto-reġistrazzjoni | 2B105 | Typo | L-akronimu CVD elaborat | 2B116.a., c. & d. | MTCR | It-test lis-sotto-reġistrazzjonijiet emendat | 2B206.b. | Typo | Typo fis-sotto-reġistrazzjoni irranġat | 2B350.i. | AG | It-test tas-sotto-reġistrazzjoni emendat. | Kategorija 3 | 3A001.a.3.c. | WA | Skop tas-sotto-reġistrazzjoni emendat. | 3A001.a.5.a.1., 2., 3., 4. & 5. | WA | Sotto-paragrafi 1., 2., 3. u 4. emendati b’sotto paragrafu 5. ġdid li ġie miżjud | 3A001.a.5. Nota Teknika 2., 3. & 4. | WA | Nota teknika 2. emendata u noti tekniċi ġodda 3. & 4. miżjuda | 3A002.c.1. 2. & 3. | WA | Sotto-entrata 1. emendata u diviża f'sotto-reġistrazzjonijiet 1. u 2. ; sotto-entrata 2. eżistenti, b’Nota, rinumerata 3. | 3B001.c.1.a. | WA | Dimensjoni kritika f’sotto-paragrafu mnaqqsa għal 180 nm | 3B001.c.2.a. | WA | Dimensjoni kritika f’sotto-paragrafu mnaqqsa għal 180 nm | 3B001.f.1.a. | WA | Il-wavelength tas-sors tad-dawl fis-sotto-paragrafu jinbidel għal 245 nm | 3B001.f.1.b. | WA | Id-daqs minimu ta’ karattri li jistgħu jirriżolvu ruħhom fis-sotto-paragrafu mnaqqsa għal 180nm | 3B001.f.1.b. Nota Teknika | WA | Fil-formola għall-MRF, µm tinbidel għal nm u l-parametru tal-fattur K jinbidel għal 0.45 | 3B002. | WA | It-test “ikkontrollat bi programm irreġistrat” imneħħi | Kategorija 4 | 4A003.c., Nota 1 | WA | It-test 4A003.d. imħassar min-Nota | 4D001.b.1. | WA | Il-valuri CTP mibdula għal 75,000 Mtops | 4E001.b.1. | WA | Il-valuri CTP mibdula għal 75,000 Mtops | Kategorija 5-Parti 1 | 5A001.d. | WA | Parametri modifikati għal 31.8 GHz | 5A001.e. | WA | It-test kien immexxi minn 7A007 għal kategorija 5 Parti 1 u introdott bħala test f’5A001.e | Kategorija 6 | 6A001.a.2.a. (1-6) | WA | Sotto-paragrafu 1. diviż f’żewġ sotto-paragrafi 1. u 2.; sotto-paragrafu 2. oriġinali rinumerat 3. u emendat biex jinkludi s-sotto-paragrafu l-ġdid; sotto-paragrafu 3., 4. & 5. rinumerati 4., 5., & 6. | 6A001.a.2.a.Nota Teknika | WA | Noti Tekniċi ġodda 1. u 2. miżjuda u n-Nota Teknika eżistenti 2 imsejħa 3. | 6A002.a. N.B. | WA | N.B. ġdida miżjuda | 6A002.a.3. N.B. & Nota 2. | WA | N.B. ġdida miżjuda; Nota 2.a. mħassra u nota b. u c. rinumerati a. u b. | 6A002.a.3.c. N.B. | WA | N.B. ġdida mi¿juda | 6A002.a.3.f. & Nota Teknika | WA | Sotto-reġistrazzjoni ġdida u Nota Teknika għal micro-bolometer FPAs | 6A003.b.4.a. & b. | WA | Sotto-reġistrazzjoni 4. sud-diviż addizzjonalment f'a. u b. | 6A003.b.4 Noti 1., 2. & 3. | WA | Nota oriġinali rinumerata 2. u żewġ Noti ġodda 1. u 3. miżjuda | 6A003.b.4 Noti 3. Nota Teknika | 2 Noti Tekniċi ġodda miżjuda man-nota introdotta bħala nota 3 lis-sezzjoni 6A003.b.4. | 6A006 | WA | Sub-paragrafi eżistenti a., b., c., d., e., f., u g. emendati u rinumerati għal sub-paragrafi a.1.a. & b., a.2., a.3., a.4.a., b. & c., a.5., b.1., 2. & 3. u c.; sub-paragrafu eżistenti h. imħassar. | 6E003.c. | WA | Reġistrazzjoni għal teknoloġija magnetometer imħassra. | Kategorija 7 | 7A002, a. a.1 & 2., b., Nota & Nota Teknika & c. | WA | It-test għas-sotto-reġistrazzjoni a. u sotto-paragrafi 1. u 2. emendati; Sotto-reġistrazzjoni b. ġdida miżjuda flimkien ma' Nota u Nota Teknika; Sotto-reġistrazzjoni eżistenti b. tingħata l-isem ġdid c. | 7A007 | WA | Kontroll immexxi għal 5A001.e. | 7A116.c. | MTCR | It-test tas-sotto-reġistrazzjoni rivedut. | Kategorija 8 | 8A002.h. | WA | It-test “ikkontrollat bi programm irreġistrat” mneħħi mis-sotto-reġistrazzjoni | 8A002.i.2. & Nota | WA | It-test “ikkontrollati bi programm irreġistrat” mneħħi mis-sotto-reġistrazzjoni u min-Nota. | Kategorija 9 | 9A001.a., b. & Nota 1. & 2. | WA | Is-sotto-paragrafi miktuba mill-ġdid bis-sotto-paragrafi eżistenti a. u b. magħquda biex jiffurmaw sotto-paragrafu ġdid a. b'Nota 1 u 2. ġodda; Is-sotto-paragrafu eżistenti c. test emendat b’żieda ta’ l-iskop, Mach 1.2 għal Mach 1, u jingħata l-isem ġgdid b. | 9A105.a. & b. | MTCR | It-test tas-sotto-reġistrazzjonijiet emendat. | 9A106.d. & Nota a. & b. | MTCR | It-test emendat fis-sotto-reġistrazzjonijiet u Noti a. u b. | 9A107 | MTCR | Ix-Chapeau għal kontroll emendat. | 9A350 | AG | Kontroll ġdid fuq sistemi ta’ sprej/ċpar. Tinkludi nota 1 lil 9A 350c u 2 noti tekniċi fuq 9A350 (a1 u a2) | 9B106, a.1., 2. & Nota Teknika | MTCR | It-test fis-sotto-paragrafi emendat; Nota Teknika miżjuda. | 9B106.b., 1. & 2. | MTCR | It-test tas-sotto-reġistrazzjoni u sotto-paragrafi emendat. | 9D001 | AG | Test għall-kontroll rivedut | 9D002 | AG | Test għall-kontroll rivedut | 9E001 | AG | It-test kontroll rivedut biex jinkludi teknoloġija għal 9A350 | 9E002 | AG | It-test kontroll rivedut biex jinkludi teknoloġija għal 9A350 | Proposta tal-Kummissjoni Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq hu neċessarju li jkunu sostitwiti l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000. 2005/0209 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jwaqqaf reġim tal-Komunità għall-kontroll ta’ l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju IL-KUNSILL TA ’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi lill-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: (1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000[2] tat-22 ta’ Ġunju 2000 jobbliga li oġġetti b’użu doppju (inklużi software u teknoloġija) jkunu soġġetti għal kontroll effettiv meta jkunu se jiġu esportati mill-Komunità. (2) Sabiex l-Istati Membri u l-Komunità jkunu jistgħu jikkonformaw ma' l-impenji internazzjonali tagħhom, l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jistabbilixxi lista komuni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju msemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, li jimplimenta kontrolli ta’ l-użu doppju li internazzjonalment hemm qbil dwarhom, inklużi l-Arranġament Wassenaarm, ir-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloġija dwar il-Missili (l-MTCR), il-Grupp tal-Fornituri Nukleari (l-NSG), il-Grupp Awstralja u l-Armi Kimiċi Konvenzjonali (is-CWC). (3) L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1334/2000 jipprovdi li l-Anness I u l-Anness IV għandhom ikunu aġġornati b’konformità ma’ l-obbligi u l-impenji relevanti, u kull modifiki tagħhom, li kull Stat Membru aċċetta bħala membru tar-reġimi internazzjonali tan-non-proliferazzjoni u arranġamenti tal-kontrolli ta’ l-esportazzjonijiet, jew bir-ratifika tat-trattati internazzjonali relevanti. (4) L-Anness I għar-Regolament (KE) N° 1334/2000 għandu jiġi emendat Sabiex jittieħed kont tal-bidliet adottati bl-Arranġament Wassenaar, il-Grupp Awstralja u r-Reġim ta’ Kontroll tat-Tekonoloġija dwar il-Missili sussegwentement għall-emendi magħmula mir-Regolament 1504/2004 tad-19 ta’ Lulju 2004[3]. (5) Sabiex ikunu ffaċilitati r-referenzi għall-awtoritijiet u operaturi ta' kontroll fuq l-esportazzjonijiet, huwa neċessarju li tkun ippubblikata verżjoni aġġornata u kkonsolidata ta’ l-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1334/2000. (6) Regolament (KE) Nru 1334/2000 għandu jiġi emendat għal din ir-raġuni. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi lir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għandhom ikunu sostitwiti bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 30 ġurnata wara t-tletin jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President FINANCIAL STATEMENT 1. TITLE OF OPERATION: Proposal for a Council Regulation (EC) amending and updating Regulation (EC) N° 1334/2000 setting up a Community regime for the control of exports of dual-use items and technology 2. BUDGET HEADING(S) INVOLVED: NONE 3. LEGAL BASIS: ARTICLE 133 OF THE EC TREATY 4. DESCRIPTION OF OPERATION: 4.1 General objective: TECHNICAL AMENDMENT OF ANNEXES I, II AND IV TO COUNCIL REGULATION (EC) NO 1334/2000 (DUAL-USE); ANNEX III UNCHANGED 4.2 Period covered and arrangement for renewal. Indefinite 5. CLASSIFICATION OF EXPENDITURE OR REVENUE: NOT APPLICABLE 6. TYPE OF EXPENDITURE OR REVENUE: not applicable 7. FINANCIAL IMPACT: not applicable 8. FRAUD PREVENTION MEASURES: not applicable 9. ELEMENTS OF COST-EFFECTIVENESS ANALYSIS: not applicable 10. ADMINISTRATIVE EXPENDITURE (SECTION III, PART A OF THE BUDGET): NOT APPLICABLE. THE EU MS ARE RESPONSIBLE FOR THE IMPLEMENTATION OF THE REGULATION IN PARTICULAR THE GRANTING OF EXPORT LICENCES FOR ALL THE ITEMS IN THE ANNEX (CONSIDERANT 6 WHICH READS AS FOLLOWS “THE RESPONSIBILITY FOR DECIDING ON APPLICATIONS FOR EXPORT AUTHORISATIONS LIES WITH NATIONAL AUTHORITIES, ARTICLE 3 AND 6 OF THE REGULATION 1334/2000) [1] ĠU C...,.... [2] ĠU L 159, 30.6.2000, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) N° 1504/2004 (ĠU) L 281, 31.8.2004, p.1. [3] Ir-Regolament (KE) Nru 1504/2004 (ĠU) L 281, 31.8.2004, p.1.