52005PC0483




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 7.10.2005

KUMM(2005) 483 finali

2005/0222 (COD)

.

Proposta modifikata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar ftehimiet ta’ kreditu lill-konsumaturi li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE

.

(preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

PROċEDURA

Il-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2004 adottat proposta modifikata għal Direttiva dwar Kreditu lill-konsumaturi in segwitu ta’ l-opinjoni vvutata mill-Parlament Ewropew fl-20 ta’ April 2004.

Wara li l-proposta modifikata ġiet ippubblikata, il-Kummissjoni kompliet il-konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri u partijiet interessati. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li test konsolidat għandu jkun utli. Barra minn hekk il-konsultazzjonijiet urew il-bżonn ta’ modifiki sostanzjali addizzjonali biex jiġi evitat li n-negozju tal-kreditu lill-konsumaturi jitgħabba involontarjament u fl-istess ħin jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi. B’mod partikolari:

- Il-Grupp Forum ta’ esperti dwar ipoteki fuq immobbli mwaqqaf mill-Kummissjoni kien ħareġ ir-rapport finali tiegħu, li kkontribwixxa għad-deċiżjoni li jkun eskluż is-self kollu b’ipoteka fuq immobbli mill-firxa ta’ applikazzjoni tal-proposta.

- Id-dmir li jiġu offruti pariri lill-konsumatur fl-istadju pre-kontrattwali ġie kkjarifikat u adattat għaċ-ċirkustanzi ta’ l-offerta ta’ kreditu.

- Il-flessibbiltà assoċjata ma’ ċerti dispożizzjonijiet hija marbuta ma’ klawsola ta’ għarfien reċiproku maħsuba biex tiżgura li kwalunkwe differenzi li jirriżultaw mit-traspożizzjoni ma jikkostitwixxux ostaklu għas-suq intern.

GħANIJIET

Il-Kummissjoni għandha tliet għanijiet prinċipali fil-qasam tal-kreditu lill-konsumaturi:

- -li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal suq intern ġenwin,

- -li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, u

- -li ttejjeb iċ-ċarezza tar-regolament tal-KE billi tikteb mill-ġdid it-tliet Direttivi dwar kreditu lill-konsumaturi (87/102/KE, 90/88/KE u 98/8/KE).

Dawn l-għanijiet huma konformi ma’ l-Istrateġija ta’ Lisbona, peress illi l-iżvilupp ta’ suq intern tal-kreditu jżid il-kompetittività tal-kredituri fl-UE billi jtejjeb il-kompetizzjoni u jippromwovi l-innovazzjoni tal-prodotti.

L-armonizzazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji mibjugħin bl-imnut, marbuta ma’ għarfien reċiproku immirat, hija aspett kruċjali fl-istrateġija tal-Kummissjoni għall-iżvilupp tas-suq ta’ servizzi finanzjarji mibjugħin bl-imnut. Dan ta' l-aħħar huwa t-tkomplija naturali ta’ l-introduzzjoni tal-munita unika, li tneħħi r-riskju tar-rata tal-kambju bejn pajjiżi taż-żona ta’ l-euro u tagħmel il-paraguni tal-prezzijiet aktar trasparenti. L-ispejjeż ta’ trasferiment bejn pajjiżi taż-żona ta’ l-euro tnaqqsu b’mod konsiderevoli wara l-introduzzjoni tar-Regolament 2560/2001. Dan se jissaħħaħ bl-integrazzjoni tas-sistemi ta’ pagamenti ta’ l-UE, biex b'hekk ħlasijiet regolari madwar iż-żona ta’ l-euro isiru bl-istess faċilità daqslikieku jsiru fuq bażi nazzjonali. Is-self tranż-fruntiera, li jitlob ħlas lura tranż-fruntiera fuq bażi perjodika, għandu jibbenefika b’mod speċjali minn dawn l-iżviluppi.

GħAżLIET DISPONIBBLI

Id-Direttiva dwar Kreditu lill-Konsumaturi 87/102/KE, ibbażata fuq armonizzazzjoni minima, irriżultat fl-Istati Membri jmorru lilhinn mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva f’miżura differenti. Minħabba li d-dispożizzjonijiet relevanti huma fil-biċċa l-kbira ta’ natura mandatorja, dawn id-differenzi fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali jikkostitwixxu ostakli għas-suq intern u ddiswadew negozji milli joffru prodotti pan-Ewropej.

Bħala konsegwenza, inizjattiva leġiżlattiva kienet l-unika għażla disponibbli biex jintlaħqu l-għanijiet.

Impatt tad-Direttiva

Impatt fuq il-kompetittività

- Is-suq tal-kreditu għandu potenzjal li jiżviluppa; parti żgħira biss minnu hi attwalment tranż-fruntiera. Id-daqs totali tas-suq tal-kreditu, li hu konsiderevoli, jaħbi diversità kbira bejn is-swieq, fejn il-livelli ta’ kreditu lill-konsumatur ivarjaw konsiderevolment. Per eżempju, filwaqt li s-suq fir-Renju Unit ilaħħaq madwar €230 biljun, dan jikkuntrasta ma’ appena €40 biljun f’pajjiż ta’ daqs simili, l-Italja. L-użu medju ta’ kreditu minn kull familja wkoll ivarja bil-kbi[1]. F’xi Stati Membri, il-kreditu lill-konsumaturi jikkostitwixxi parti kbira mid-dħul disponibbli tal-familji, f’oħrajn hu relattivament żgħir.[2] Xi swieq għandhom ftit potenzjal li jespandu iktar, filwaqt li oħrajn għad baqgħalhom potenzjal qawwi li jiżviluppaw.

- Il-possibbiltà li jiġu offruti kuntratti ta' kreditu ma’ l-UE kollha għandha tirriżulta f’effiċjenza u ekonomija fil-kobor għall-banek u għażla usa’ u irħas ta’ prodotti għall-konsumaturi. Selliefa se jkunu jistgħu jiddisinjaw prodotti ta’ kreditu lill-konsumatur pan-UE, li ma jkollhomx bilfors jikkonformaw ma’ 25 sett ta’ regoli domestiċi.

- Opportunitajiet ta’ negozju ġodda li qed jitfaċċaw biex jiġi sfruttat il-potenzjal tas-suq intern - it-teknoloġija (b’mod partikolari l-Internet) tippermetti kuntrattar mill-bogħod bejn konsumaturi u kredituri, domanda ġdida għal kreditu li tista’ tirriżulta miż-żieda fil-bejgħ bl-imnut fuq l-Internet, waqt li ż-żieda fl-aċċess għall-Internet qed tistimula tranżazzjonijiet bankarji mill-bogħod.

Impatt fuq il-kompetizzjoni

- L-iffaċilitar ta’ l-aċċess għas-swieq tal-kreditu jista’ jistimula kompetizzjoni f’ċerti swieq li fihom preżentement jiddominaw ftit parteċipanti u l-konsumaturi għandhom aċċess inqas għal kreditu. L-istimulazzjoni tal-kompetizzjoni għandha ttejjeb l-effiċjenza ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu f’ekonomija dejjem iktar globali.

Impatt fuq il-konsumaturi

- Kompetizzjoni mtejba u l-ftuħ tas-swieq nazzjonali għal kredituri barranin se jwasslu għal rati ta’ mgħax iktar baxxi għall-konsumaturi. Il-prezzijiet tal-kreditu lill-konsumatur ivarjaw b’mod estensiv skond il-kreditur u minn Stat Membru għal ieħor, u l-konsumaturi għandhom jitpoġġew f’pożizzjoni li jieħdu vantaġġ minn offerti madwar it-territorju kollu ta’ l-UE.

- It-tneħħija ta’ ostakli għall-kompetizzjoni se twassal għal medda usa’ ta’ offerti u prodotti mtejba. Il-livell ta’ innovazzjoni diġà huwa pjuttost għoli f’xi Stati Membri, imma ċerti prodotti ta’ kreditu disponibbli fi Stat Membru partikolari jistgħu, f’ħafna każijiet, ma jkunux għall-bejgħ band’oħra fl-UE. Huwa fl-interess tal-konsumaturi li jkollhom aċċess għall-prodotti ta’ kreditu kollha disponibbli fl-UE, filwaqt li jkun garantit lilhom livell għoli ta’ informazzjoni u protezzjoni.

- L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti kruċjali tal-ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur se jtejjeb il-fiduċja tal-konsumatur u jinkoraġġixxi l-konsumaturi jixtru kreditu minn fruntiera għal oħra fl-UE. Il-livell baxx attwali ta’ ftehimiet ta’ kreditu lill-konsumatur tranż-fruntiera hu dovut ukoll minħabba tħassib dwar il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur fi Stati Membri barranin.

TIBDIL PRINċIPALI KKOMPARAT MAL-PROPOSTA MODIFIKATA TAT-28 TA’ OTTUBRU 2004

Għan

L-Artikolu 1 jiċċara li ċertu aspetti biss tal-qasam huma ttrattati f’din id-Direttiva. Dan huwa konformi ma’ l-opinjonijiet espressi fil-proċess ta’ konsultazzjoni minn diversi partijiet interessati.

Definizzjonijiet

Owverdrafts

Il-kwistjoni ta’ l-owverdrafts kellha bżonn tiġi ċċarata. B’mod partikolari, biex tinħoloq ċertezza legali, il-proposta modifikata preżenti tagħti definizzjoni li tikkorrispondi mal-prassi normali fl-Istati Membri.

L-ispiża totali tal-kreditu

Id-definizzjoni ta’ l-ispiża totali tal-kreditu hi mfassla mill-ġdid f’konformità mal-kummenti tal-PE u l-industrija. L-għan hu li jiġu inklużi biss dawk l-ispejjeż li jikkorrispondu għal servizzi konklużi ma’ jew permezz tal-kreditur. Din id-definizzjoni sservi ta’ bażi għall-kalkolu tar-Rata Perċentwali Annwali ta’ l-Imposta (APR). Ir-rata totali ta’ self hija mħassra kif mitlub mill-partijiet interessati u l-PE, billi setgħet tikkawża konfużjoni lill-konsumaturi.

Firxa ta’ applikazzjoni

Ftehim ta’ kreditu b’ipoteka fuq immobbli

L-ewwel proposta modifikata kopriet ir-rilaxx ta’ kapital, filwaqt li eskludiet ftehimiet ta’ kreditu konklużi għal skopijiet ta’ residenza. Madankollu, mhux faċli għall-kreditur, jekk mhux impossibbli, li jiddetermina l-iskop tal-kreditu, peress li m’għandux kontroll fuq l-użu tal-flus li jsellef. Barra minn hekk, ftehimiet ta’ kreditu b’ipoteka fuq immobbli huma ġeneralment strumenti speċifiċi ħafna b’aspetti partikolari li jirrikjedu li jiġu indirizzati separatament, irrispettivament mill-għan tas-self. Għalhekk, il-Kummissjoni eskludiet ir-rilaxx ta’ kapital mill-firxa ta’ applikazzjoni. Dan jikkorrispondi ma’ emenda tal-PE li tant hija appoġġata mill-industrija.

Ftehimiet ta’ garanzija, garanti

Ftehimiet ta’ garanzija issa huma esklużi mill-firxa ta’ applikazzjoni, billi l-kwistjoni prinċipali relatata ma’ garanziji kienet marbuta mal-kwistjoni tal-kreditu b’ipoteka fuq immobbli.

Il-garanti huma esklużi wkoll mill-firxa ta’ applikazzjoni. Id-Direttiva tittratta dwar ftehimiet ta’ kreditu biss; hu iktar opportun li ma tittrattax ma’ aspetti speċifiċi tal-liġi dwar kuntratti li huma regolati f’kuntest ikbar fl-Istati Membri. Iż-żewġ esklużjonijiet jikkorrispondu għal emendi tal-PE u jindirizzaw tħassib imressaq mis-settur bankarju.

Owverdrafts

Il-PE kif ukoll l-industrija bankarja Ewropea argumentaw li l-owverdrafts huma vvalutati għas-simpliċità u l-prezz baxx, u għalhekk m'għandhomx għalfejn ikunu soġġetti għall-medda sħiħa ta' rekwiżiti għal ftehimiet ta' kreditu. Huma għalhekk sottomessi għal reġim ħafif biss. Madankollu, livell suffiċjenti ta’ informazzjoni huwa meħtieġ. L-owverdrafts huma wkoll għalhekk soġġetti għal numru limitat ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni kontrattwali.

Ftehim iet li jaqbżu €50 000

Wara diskussjonijiet mal-partijiet interessati, ftehimiet li jaqbżu €50 000 huma esklużi billi ġeneralment m’humiex konklużi għal skop ta’ konsum imma x’aktarx għal skopijiet ta’ residenza, u għalhekk ma jeħtiġux l-istess tip ta’ leġiżlazzjoni bħall-medja tal-kreditu lill-konsumatur. Klawsola ta’ reviżjoni li tirrigwarda l-limiti applikabbli ġiet introdotta biex tippermetti aġġustament tal-limiti ta’ kreditu koperti mid-Direttiva skond ix-xejriet ekonomiċi ta' l-UE u l-iżvilupp tas-suq.

Informazzjoni pre-kontrattwali

Billi r-riklamar diġà ġie ttrattat mid-Direttiva dwar Prassi Kummerċjali Inġusti (2005/29/KE), il-Kummissjoni tipproponi biss lista ta’ elementi ta’ informazzjoni mandatorja li jridu jissemmew f’riklamar li jkun fih informazzjoni finanzjarja dwar kreditu. Riklamar ġenerali dwar servizz ta’ kreditu partikolari m’hux affettwat, u dan se jevita li n-negozji jitgħabbew bla bżonn.

Informazzjoni pre-kontrattwali tippermetti lill-konsumaturi li jipparagunaw l-offerti. Madankollu, diversi partijiet interessati fil-proċess ta' konsultazzjoni wrew tħassib li eċċess ta’ informazzjoni jista’ jikkawża konfużjoni. Għalhekk, xi wħud mill-ħtiġijiet ta’ informazzjoni pre-kontrattwali tħassru fil-proposta modifikata preżenti. Barra minn hekk, wara talbiet mis-settur bankarju, il-proposta modifikata preżenti timmira li tiżgura l-konsistenza mar-rekwiżiti ta' informazzjoni fil-liġi eżistenti tal-KE.

Is-sellief huwa meħtieġ li jevalwa l-mezzi ta’ kreditu tal-konsumatur fuq il-bażi ta’ informazzjoni mogħtija minn dan ta’ l-aħħar u, fejn hu xieraq, ta’ konsultazzjoni ta’ bażi ta’ data. Fl-isfond ta’ konsultazzjoni wiesgħa mas-settur bankarju, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li dan jinvolvi xi spejjeż addizzjonali għall-banek għax jikkorrispondi ma’ prattika bankarja tajba.

Il-kunċett ta’ dmir li jingħataw pariri ġie mmodifikat ukoll. Bil-kontra ta' xi talbiet mill-industrija bankarja, il-Kummissjoni tisħaq li l-kunċett li kreditur m'għandux sempliċement jissodisfa r-rekwiżiti ta' informazzjoni pre-kontrattwali, iżda għandu jipprovdi spjegazzjonijiet addizzjonali sabiex jippermetti lill-konsumatur li jagħmel deċiżjoni infurmata tajjeb. Madankollu, b'reazzjoni għal talba mis-settur bankarju u xi Stati Membri, ġie ċċarat li l-konsumatur huwa dejjem responsabbli għad-deċiżjoni finali tiegħu li jikkonkludi ftehim ta' kreditu. Għalhekk, ir-referenza għal pariri hi speċifikata bħala dmir li tpoġġi lill-konsumatur f’pożizzjoni li jevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-self. Barra minn hekk, l-Istati Membri ngħataw iktar flessibbiltà li jadattaw il-liġi ta’ l-implimentazzjoni tagħhom skond is-sitwazzjoni fi swieqhom.

Informazzjoni kontrattwali

Id-dispożizzjonijiet dwar informazzjoni kontrattwali jesiġu prinċipalment informazzjoni diġà mogħtija fl-istadju pre-kontrattwali flimkien ma’ informazzjoni dwar kif teżerċita d-dritt ta’ rtirar u d-dritt ta’ ħlas lura kmieni. Dan huwa konformi ma’ prattika professjonali normali tajba u ma joħloqx spejjeż addizzjonali sinifikanti għall-kredituri.

Fil-każ ta’ rata varjabbli, il-konsumatur għandu jiġi infurmat b’tibdil sinifikanti fir-rata ta’ self. Madankollu, fil-prattika hu impossibbli li tinfurmah b’kull bidla, minħabba li f’ċerti każi r-rata tista’ tinbidel marġinalment kuljum. Għalhekk, il-proposta modifikata preżenti tipprevedi illi l-konsumaturi għandhom jiġu infurmati perjodikament u għall-inqas immedjatament f’każ ta’ tibdil sinifikanti.

Aċċess għal bażijiet ta’ data

L-obbligu li jitwaqqfu bażijiet nazzjonali ta’ data tneħħa, billi dan kien imur ’l hinn mill-iskop ta’ din id-Direttiva. Kwistjonijiet relatati ma’ protezzjoni ta’ data huma diġà trattati fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data 95/46/KE. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li tiggarantixxi biss aċċess reċiproku għal bażijiet eżistenti ta’ data privati u pubbliċi fuq bażi mhux diskriminatorja, li ma jinvolvix spejjeż addizzjonali għall-industrija bħad-dispożizzjoni preċedenti imma, għall-kuntrarju, se tgħin biex jitnaqqas ostaklu għal kreditu lill-konsumatur tranż-fruntiera.

Dritt ta’ rtirar

Il-proposta preżenti tipprevedi possibbiltà għall-konsumaturi li jirtiraw mill-ftehim ta’ kreditu fi żmien 14-il jum. Dan l-ittardjar jippermetti li konsumaturi jduru u jfittxu wara l-konklużjoni tal-ftehim u possibbilment isibu offerta aħjar. Din id-dispożizzjoni hi maħsuba biex ittejjeb il-kompetizzjoni. Hi tikkorrispondi mal-prattika eżistenti fil-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri, għalkemm it-tul tal-perjodu jista’ jvarja. It-tul tal-perjodu ta’ rtirar jikkorrispondi mad-Direttiva tas-Servizzi Finanzjarji dwar il-Bejgħ mill-Bogħod (2002/65/EC). Bħala konsegwenza, għallinqas għal ftehimiet ta’ kreditu lill-konsumaturi li jinbiegħu wkoll b’sistemi mill-bogħod, m’hix se tinvolvi spejjeż addizzjonali għall-kredituri.

Tranżazzjonijiet marbuta

Il-proposta preżenti tipprevedi li fil-każ ta’ tranżazzjonijiet marbuta, meta l-konsumatur għandu d-dritt li jirtira minn ftehim ta’ xiri, hu għandu wkoll dritt li jirtira minn ftehim ta’ kreditu marbut. Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tevita li konsumaturi jkollhom iżommu kreditu anki meta l-iskop innifsu jkun sparixxa. Madankollu, id-dritt ta’ rtirar minn kreditu ma jagħtix dritt ta’ rtirar mill-ftehim ta’ xiri.

Ħlas lura kmieni

Il-proposta preżenti tagħti dritt lill-konsumatur li jħallas il-kreditu tiegħu qabel iż-żmien miftiehem. Madankollu, ħlas lura kmieni hu ta’ spiża għall-kreditur. Għalhekk, wara konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u l-Istati Membri, il-proposta tipprevedi li kredituri jistgħu jesiġu imposti ġusti u oġġettivi biex jikkumpensaw it-telf. Billi l-kalkolu tal-kumpens għandu jsir fuq bażi oġġettiva, hu mistenni li din id-dispożizzjoni ġġib magħha biss spejjeż marġinali għall-kredituri.

Termini inġusti

Il-proposta fiha żewġ eżempji ta’ termini inġusti speċifiċi għal ftehimiet ta’ kreditu u timmodifika l-anness tad-Direttiva 93/13/KEE dwar termini inġusti f’kuntratti tal-konsumatur. L-impatt fuq l-industrija, jekk ikun hemm, ikun baxx ħafna, billi l-eżempji mogħtija huma f’kontradizzjoni ċara ma’ prattika professjonali normali tajba.

Armonizzazzjoni

Ġeneralment, kemm l-armonizzazzjoni kif ukoll l-għarfien reċiproku ikkontribwixxew għall-integrazzjoni tas-swieq ta' l-UE, filwaqt li jiżguraw li l-interessi tal-konsumaturi jitqiesu. It-taħlita ta' politika magħżula f'qasam speċifiku tiddependi fuq il-karatteristiċi ta' dak il-qasam u għandha tiġi miftiehma skond il-każ. Is-sejba tat-taħlita li tixraq tesiġi applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità fit-tfassil ta' soluzzjoni, bil-kombinazzjoni, fejn jixraq, ta’ armonizzazzjoni xierqa b'għarfien reċiproku.

Fuq dan l-isfond, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li tinżamm l-istrateġija ta' armonizzazzjoni sħiħa b'livell ta' flessibbiltà għall-Istati Membri f'ċerti oqsma. L-armonizzazzjoni sħiħa tibqa' l-aħjar mezz sabiex jiġi stabbilit suq uniku ġenwin fil-kreditu għall-konsumaturi li jippermetti lill-impriżi joffru kreditu għall-konsumatur f'diversi pajjiżi, filwaqt li jiggarantixxu livell għoli xieraq ta' ħarsien tal-konsumaturi, kien fejn kien meħud l-impenn ta' kreditu għall-konsumatur fl-UE kollha kemm hi. Il-proposta issa tagħmilha ċara li dawk l-elementi ttrattati espliċitament fit-test biss huma armonizzati kompletament filwaqt li kwistjonijiet bħal responsabbiltà solidali u konġunta jitħallew għas-sistemi legali nazzjonali.

F'ċerti każi, il-proposta tagħti lok għall-implimentazzjoni nazzjonali, prinċipalment minħabba differezi f'dak li għandu x'jaqsam ma’ swieq jew leġiżlazzjoni nazzjonali. Dan huwa l-każ, per eżempju, fil-kuntest ta' ħlas lura kmieni jew "overrunning". Madankollu hu neċessarju wkoll li jiġi żgurat li l-ammont ta’ flessibbiltà mogħti għall-implimentazzjoni nazzjonali fil-limiti tad-Direttiva ma jservix biex jinħolqu ostakli addizzjonali għas-suq uniku tal-kreditu lill-konsumaturi. Għalhekk il-Kummissjoni tikkomplementa l-istrateġija tagħha ta’ armonizzazzjoni sħiħa b’għarfien reċiproku dwar numru limitat ta’ kwistjonijiet. Dan jgħin biex inaqqas il-piż minn fuq in-negozji li jridu joffru kreditu lill-konsumaturi minn fruntiera għal oħra.

B'riżultat tad-dispożizzjoni proposta dwar l-għarfien reċiproku, kreditur mhux biss ikollu jaderixxi, għal attività fi Stat Membru ieħor minn dak li huwa stabbilit fih, ma' rekwiżiti legali ta' l-Istat Membru ta' l-oriġni tiegħu (jew ekwivalenti) u mhux ma' dawk ta' l-Istat Membru ospitanti. Fil-qasam tal-liġi tal-kuntratti, dan jista' jwassal għal riżultat ieħor minn dak previst fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta' Ruma. F'sitwazzjoni ta' l-Artikolu 5, li twassal għall-applikazzjoni tal-liġi fil-pajjiż fejn il-konsumatur is-soltu joqgħod, din il-liġi ta' l-aħħar tista' tistabbilixxi standards li, fir-rigward ta' l-istandards ekwivalenti applikabbli fil-pajjiż ta' kreditur ġdid, jirrestrinġi l-attivitajiet ta' dak il-kreditur, per eżempju billi jkunu ogħla (jew differenti) mill-istandards ta' pajjiżu. F'dak il-każ. Jekk huma kkonċernati oqsma msemmija fil-klawsola ta' għarfien reċiproku, l-Istat Membru ospitanti għandu jiżgura li l-istandards imsemmija ma' japplikawx għall-kuntratt. Jew il-liġi magħżula mill-partijiet, jew, fin-nuqqas ta' għażla bħal din, ir-rekwiżiti tal-liġi tal-pajjiż tal-kreditur jibqgħu japplikaw.

L-oqsma affettwati mill-klawsola ta’ l-għarfien reċiproku huma elenkati espliċitament fil-proposta preżenti. Fir-rigward ta’ l-Artikolu 15 u 17 dwar ħlas lura kmieni u qbiż, perjodu ta’ dħul fis-seħħ f’fażijiet ġie introdott biex l-Istati Membri jadattaw.

Eżempji

L-eżempji illustrattivi tal-kalkolu ta’ l-APR kif previsti fl-Anness II preċedenti tal-proposta tħassru fid-dawl ta’ l-għan globali tal-Kummissjoni dwar regolamentazzjoni aħjar u biex ma tgħabbix iżżejjed il-proċedura leġiżlattiva. Jekk dawn l-eżempji jitqiesu ta’ għajnuna utli fil-kalkolu ta’ l-APR, jistgħu jiġu ppubblikati separatament ladarba d-Direttiva tiġi adottata.

2005/0222 (COD)

Proposta modifikata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar ftehimiet ta’ kreditu lill-konsumaturi li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[3],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [4],

F’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat [5]

Billi:

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri fil-qasam tal-kreditu lill-konsumaturi[6] tistabbilixxi regoli f’livell Komunitarju dwar ftehimiet ta’ kreditu lill-konsumaturi.

2. Fl-1995, il-Kummissjoni ppreżentat rapport[7] dwar it-tħaddim tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar għall- approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri fil-qasam tal-kreditu lill-konsumaturi, u in segwitu hi u għamlet konsultazzjonijiet wiesgħa ħafna mal-partijiet interessati. Fl-1997, il-Kummissjoni hi ppreżentat rapport fil-qosor tar-reazzjonijiet għar-rapport ta’ l-1995[8]. It-tieni rapport[9] sar fl-1996 dwar it-tħaddim tad-Direttiva 87/102/KE, kif emendata mid- Direttiva tal-Kunsill 90/88/KEE tat-22 ta’ Frar 1990 li temenda d-Direttiva 87/102/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri fil-qasam tal-kreditu lill-konsumatur .

3. Daw k n ir-rapporti u konsultazzjonijiet skoprew differenzi sostanzjali bejn il-liġijiet ta’ diversi Stati Membri fil-qasam tal-kreditu lil persuni naturali b’mod ġenerali u f’dak tal-kreditu lill-konsumaturi b’mod partikolari. A naliżi tal-liġijiet nazzjonali li għamlu t-traspożizzjoni tad-Direttiva 87/102/KEE turi li Stati Membri kkunsidraw il-grad ta’ protezzjoni mogħti mid-Direttiva inadegwat. Għalhekk huma, fil-leġislazzjoni għall-implimentazzjoni tagħhom, taw każ tipi oħra ta’ kreditu u tipi ġodda ta’ ftehimiet ta’ kreditu mhux koperti mid-Direttiva. Bħala riżultat, hu neċessarju li jiġu antiċipati r-riformi fil-liġijiet nazzjonali previsti minn diversi Stati Membri u li jsiru dispożizzjonijiet għal qafas Komunitarju armonizzat jużaw numru ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni tal-konsumatur, addizzjonali għad-Direttiva 87/102/KEE, minħabba differenzi fis-sitwazzjoni legali jew ekonomika fuq livell nazzjonali.

4. Is-sitwazzjoni de facto u de jure li tirriżulta minn dawk id-differenzi nazzjonali twassal għal tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn kredituri fil-Komunità u għal ostakli fis-suq intern fejn Stati Membri adottaw dispożizzjonijiet mandatorji differenti u iktar ebsin minn dawk previsti fid-Direttiva 87/102/KEE Hi tirrestrinġi l-iskop ta’ konsumaturi mill-possibbiltà li jagħmlu użu dirett mid-disponibiltà ta’ kreditu tranż-fruntiera li qed jiżdied gradwalment li jiksbu kreditu minn Stati Membri oħra . Dak it-tgħawwiġ u dawk ir-restrizzjonijiet imbagħad jaffettwaw id-daqs u n-natura tad-domanda għal kreditu tranż-fruntiera, li jistgħu mbagħad ikollhom konsegwenzi f’dik li hi domanda għal oġġetti u servizzi. Effett ulterjuri tad-differenzi bejn liġijiet u prattiċi nazzjonali hu li l-konsumaturi ma jgawdux l-istess protezzjoni fl-Istati Membri kollha.

5. Fi snin reċenti t-tipi ta’ kreditu offruti lil u użati minn konsumaturi evolvew b’mod konsiderevoli. Tfaċċaw strumenti ġodda ta’ kreditu, u l-użu tagħhom qed ikompli jiżviluppa. Hu għalhekk neċessarju li jiġu adottati, emendati u kompletati d-dispożizzjonijiet eżistenti u tiġi estiża l-firxa ta’ applikazzjoni tagħhom, fejn hu xieraq .

6. Bi qbil ma’ l-Artikolu 14(2) tat-Trattat, is-suq intern jikkonsisti f’żona mingħajr fruntieri interni fejn iċ-ċaqliq ħieles ta’ oġġetti u servizzi u l-libertà li wieħed jistabbilixxi ruħu huma żgurati. L-iżvilupp ta’ suq tal-kreditu iktar trasparenti u effiċjenti fiż-żona mingħajr fruntieri interni hu vitali għall-promozzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ attivitajiet tranż-fruntiera.

7. Sabiex ikun faċilitat l-iżvilupp ta’ suq intern ta’ kreditu lill-konsumaturi li jiffunzjona tajjeb, hu neċessarju li jsir provvediment għal qafas Komunitarju armonizzat f’numru ta’ oqsma ċentrali. Minħabba s-suq tal-kreditu lill-konsumaturi li qed jiżviluppa kontinwament u l-mobilità taċ-ċittadini Ewropej li qed tiżdied, leġiżlazzjoni Komunitarja li tħares ’il quddiem u li kapaċi tadatta ruħha għal forom futuri ta’ kreditu u li tippermetti lil Stati Membri l-ammont xieraq ta’ flessibbiltà fl-implimentazzjoni tagħhom għandha tgħin biex jiġi stabbilit korp modern ta’ leġiżlazzjoni dwar kreditu lill-konsumaturi.

8. Huwa neċessarju wkoll li jkun promoss il-ħolqien ta’ suq tal-kreditu iktar trasparenti u effiċjenti. Huwa importanti li dan i s- suq għandu joffri ammont suffiċjenti ta’ protezzjoni lill-konsumatur biex jiżgura l-fiduċja tal-konsumatur. Hekk, jista’ jsir ċaqliq ħieles ta’ offerti ta’ kreditu taħt kundizzjonijiet ottimali kemm għal dawk li joffru kreditu u kemm għal dawk li għandhom bżonnu , b’attenzjoni dovuta għal sitwazzjonijiet speċifiċi fl-Istati Membri individwali.

9. Dan jitlob proċess ta’ armonizzazzjoni massima Armonizzazzjoni sħiħa hi neċessarja biex tiżgura għall-konsumaturi kollha fil-Komunità minn livell għoli ta’ livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni ta’ l-interessi tagħhom kif ukoll livell ekwivalenti ta' informazzjoni u biex toħloq suq intern ġenwin. Stati Membri m’għandhomx għalhekk jitħallew iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali għajr dawk stabbiliti minn din id-direttiva. Madankollu, tali restrizzjoni għandha tapplika biss fejn hemm dispożizzjonijiet armonizzati b’din id-Direttiva. Minbarra d-dispożizzjonijiet armonizzati minn din id-Direttiva, Stati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali. Bl-istess mod, Stati membri jistgħu, per eżempju, iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet dwar responsabbiltà solidali tal-bejjiegħ jew fornitur tas-servizzi u l-kreditur. Eżempju ieħor ta’ din il-possibbiltà għal Stati Membri jistgħu jkunu dispożizzjonijiet li jintroduċu jew iżommu dritt ta’ rtirar minn kuntratt ta’ bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu li jirtira mill-ftehim ta’ kreditu. Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu speċifiċi li għalihom huma applikabbli biss ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, ngħidu aħna, fil-każ ta’ self korrenti u ċerti ftehimiet ta’ kreditu speċifiċi, Stati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jirregolaw, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, tali tipi ta’ ftehimiet ta’ kreditu fir-rigward ta’ aspetti oħra mhux armonizzati mid-Direttiva .

10. Anki f’xi oqsma armonizzati b’din id-Direttiva, regoli nazzjonali għall-implimentazzjoni jistgħu jvarjaw u jagħmluha tqila għal kredituri li jipprovdu s-servizzi tagħhom minn fruntiera għal oħra. Huwa xieraq f’dawk il-każijiet, in konsiderazzjoni tal-livelli ta’ armonizzazzjoni u ta’ protezzjoni tal-konsumatur żgurati minn din id-Direttiva, u bl-iskop ta’ suq intern li jiffunzjona tajjeb, li jkunu evitati piżijiet addizzjonali fuq kredituri, b’mod partikolari fir-rigward tan-neċessità li jikkonformaw ma’ regoli li jmorru lil hinn minn dawk ta’ Stati Membri fejn huma stabbiliti. Għalhekk, il-prinċipju ta’ għarfien reċiproku għandu japplika f’ċerti każijiet li huma elenkati b’mod eżawrjenti f’din id-Direttiva. F’dawk il-każijiet, il-prinċipju ta’ l-għarfien reċiproku jimplika li r-regoli tal-liġi ta’ l-Istat Membru li fih jirrisjedi abitwalment il-konsumatur jitwarrbu jekk l-applikazzjoni tagħhom f’xi sitwazzjoni partikolari tikkostitwixxi restrizzjoni taċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ servizzi.

11. F’ċerti każi fejn japplika l-prinċipju ta’ għarfien reċiproku, din id-Direttiva tipprovdi għal perjodu ta’ tranżizzjoni. Tali perjodu għandu jippermetti lil Stati Membri jiksbu esperjenza biżżejjed tat-tħaddim ta’ leġiżlazzjoni implimentattiva u għandu wkoll jippermetti lil operaturi ekonomiċi jadattaw irwieħhom għal qafas legali ġdid sussegwenti għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva qabel japplika l-għarfien reċiproku.

(6) In vista tad-diversità li qed tiżdied fost it-tipi ta’ kreditu u fornituri ta’ kreditu, kull persuna li tipprovdi informazzjoni lil kreditur li tippermetti li jiġi identifikat konsumatur u li tassisti fil-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu bi ħlas għandha tiġi kkunsidrata bħala intermedjarju ta’ kreditu, irrispettivament mill-forma ta’ ħlas tali. Madakollu, avukati u nutara m’għandhomx, fil-prinċipju, jitqiesu intermedjarji fejn il-konsumatur jikkuntattjahom għal pariri dwar il-firxa ta’ applikazzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu jew jekk jgħinu fit-tfassil jew l-awtentikazzjoni ta’ ftehim, sakemm ir-rwol tagħhom ikun limitat għall-għoti ta’ pariri legali jew finanzjarji u ma jirreferux lil klijenti tagħhom għand kredituri speċifiċi

12. Ftehimiet għall-provvista ta’ servizzi fuq bażi kontinwa jew għal provvista ta’ oġġetti ta’ l-istess tip u fl-istess kwantità, meta l-konsumatur iħallas għalihom għal tul il-provvista tagħhom permezz ta’ ħlasijiet bin-nifs, jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli, skond l-interessi tal-partijiet kontraenti involuti, u tal-modalitajiet u l-għemil tat-tranżazzjonijiet, minn ftehimiet ta’ kreditu koperti minn din id-Direttiva. Għalhekk, għandu jiġi kkjarifikat li huma m’humiex ikkunsidrati bħala ftehimiet ta’ kreditu għall-fini ta’ din id-Direttiva. Eżempju ta’ tipi ta’ ftehimiet bħal dawn hu kuntratt ta’ assigurazzjoni meta l-assigurazzjoni titħallas permezz ta’ pagament ta’ kull xahar.

13. Ftehimiet ta’ kreditu li jkopru l-għoti ta’ kreditu għax-xiri jew trasformazzjoni ta’ propjetà immobbli assigurat bi propjetà immobbli għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva. Dak it-tip ta’ kreditu hu ta’ natura speċifika ħafna. Uhuwa suġġett ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Marzu 2001 dwar informazzjoni pre-kontrattwalili għandha tingħata lill-konsumaturi mingħand selliefa li joffru self għad-djar .

In vista tar-riskji għall-interessi finanzjarji tagħhom, is-sitwazzjoni ta’ persuni naturali li jagħmluha ta’ garanti għal konsumaturi teħtieġ dispożizzjonijiet speċifiċi li jiżguraw livell ta’ informazzjoni u protezzjoni paragunabbli ma’ dak stipulat għall-konsumaturi.

(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE ta’ l-10 ta’ Settembru 1984 dwar riklamar li jqarraq u riklamar komparattiv[10] hija intiża biex tipprovdi protezzjoni fir-rigward ta’ l-aċċenn fir-riklamar jew offerti rriklamati għal ċifra, spiża jew rata relatata ma’ ftehim ta’ kreditu. Hi teħtieġ li tali ċifra, spiża jew rata tkun akkumpanjata mid-dettalji tal-kalkolu li jippermettu l-evalwazzjoni taċ-ċifra fil-kuntest ta’ l-obbligi kollha tal-konsumatur skond il-ftehim ta’ kreditu.

14. Il-konsumaturi għandhom ikunu protetti minn prassi inġusti jew li jqarrqu, partikolarment fir-rigward ta’ kxif ta’ informazzjoni mill-kreditur, bi qbil mad-Direttiva 2005/29/KE tal-11 ta' Mejju 2005 tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew dwar prassi kummerċjali inġusti bejn negozju u konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar Prassi Kummerċjali Inġusti[11]). Madankollu, din id-Direttiva għandha jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi fuq riklamar dwar ftehimiet ta’ kreditu, kif ukoll ċerti elementi ta’ informazzjoni standard li konsumaturi għandhom jingħataw li tippermettilhom, b’mod partikolari, li jikkomparaw offerti differenti.

(10) Sabiex tiġi żgurata protezzjoni reali tal-konsumatur, hu meħtieġ li jkun adottat approċċ, għall-bejgħ bieb bieb mhux mitlub ta’ kreditu li hu aktar strett minn dak stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 biex tipproteġi l-konsumatur minn kuntratti nnegozjati ’l bogħod minn uffiċċju tan-negozju[12].

(11) Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw bla preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ data bħal din[13]. Madakollu, qafas adattat għall-ġbir u pproċessar ta’ data personali meħtieġa sabiex jiġi evalwat ir-riskju tal-kreditu, għandu jkun previst f’ċerti każi.

15. Biex Sabiex konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu d-deċiżjonijiet tagħhom b’għarfien sħiħ tal-fatti jridu għandhom jirċievu informazzjoni adegwata, qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, rigward il-kundizzjonijiet u l-ispiża tal-kreditu u l-obbligi tagħhom. Biex ikunu żgurati trasparenza u komparabilità ta’ offerti b’mod assolut bl-aktar mod sħiħ possibbli, tali informazzjoni għandha, b’mod partikolari, tinkludi r-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta applikabbli għall-kreditu, spjegat minn eżempju rappreżentattiv u r-rata totali tas-self u maħduma madwar il-Komunità kollha bl-istess mod. Billi f’dan l-istadju r-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta tista’ tiġi indikata biss b’eżempju, tali eżempju għandu jkun rappreżentattiv. Għalhekk, hu għandu jikkorrispondi, per eżempju, mal-medja tat-tul u l-ammont totali ta’ kreditu mogħti għat-tip ta’ ftehim ta’ kreditu taħt konsiderazzjoni u, jekk japplika, għall-oġġetti mixtrija. Fid-determinazzjoni ta’ l-eżempju rappreżentattiv, il-frekwenza ta’ ċerti tipi ta’ ftehimiet ta’ kreditu f’suq partikolari għandha tiġi kkunsidrata wkoll.

16. Il-Konsumaturi għandhom jiġu informati bi kwalunkwe spejjeż addizzjonali li huma obbligatorji biex jinkiseb kreditu qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu. Anki jekk l-ammont ta’ spejjeż bħal dawn ma jistax ikun magħruf bil-quddiem, il-konsumaturi għandhom jirċievu informazzjoni adegwata kemm fl-istadju ta’ riklamar u kemm f’dak pre-kontrattwali.

17. Għal tipi speċifiċi ta’ ftehimiet ta’ kreditu, madankollu, hu xieraq li fl-istess waqt jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni tal-konsumatur mingħajr ma jitpoġġew piżijiet eċċessivi fuq kredituri jew, fejn japplika, intermedjarji ta’ kreditu, jiġu ristretti l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni pre-kontrattwali ta’ din id-Direttiva, in konsiderazzjoni tan-natura speċifika ta’ tipi ta’ ftehimiet bħal dawn .

18. Il-konsumatur jeħtieġ li jiġi infurmat b’mod komprensiv qabel jikkonkludi l-ftehim ta’ kreditu irrispettivament minn jekk intermedjarju ta’ kreditu jkunx involut jew le fil-promozzjoni tal-bejgħ tal-kreditu. Għalhekk, b’mod ġenerali, il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni pre-kontrattwali għandhom japplikaw ukoll meta jkun involut intermedjarju ta’ kreditu. Madankollu, jekk fornituri ta’ oġġetti u servizzi jaġixxu bħala intermedjarji f’kapaċità anċillari, m’hux xieraq li jitgħabbew ukoll bil-ħtiġijiet ta’ informazzjoni pre-kontrattwali kif stipulati minn din id-Direttiva. Għalhekk, il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni pre-kontrattwali m’għandhomx japplikaw għal intermedjarji ta’ kreditu bħal dawn. Fornituri ta’ oġġetti u servizzi jistgħu, per eżempju, jiġu kkunsidrati li jaġixxu bħala intermedjarji ta’ kreditu f’kapaċità anċillari jekk l-attività tagħhom bħala intermedjarji ta’ kreditu ma tammontax għal parti sostanzjali mill-bejgħ totali tagħhom. F’dawk il-każijiet, informazzjoni pre-kontrattwali sħiħa lill-konsumatur hija xorta waħda żgurata għax trid tiġi pprovduta mill-kreditur.

19. Il-konsumaturi għandhom jaġixxu wkoll bi prudenza fir-rigward ta’ l-obbligi kontrattwali tagħhom.

(17) In vista tal-komplessità teknika u legali ta’ strumenti ta’ kreditu, hu neċessarju li jkun impost obbligu ġenerali fuq l-intermedjarju ta’ kreditu u l-kredituri li jagħtu pariri sabiex il-konsumatur ikun jista’ jagħżel b’għarfien sħiħ tal-fatti bejn it-tipi ta’ kreditu offruti. B’mod simili, hija r-responsabbiltà tal-kreditur, bi qbil mal-prinċipju ta’ “self responsabbli”, li jivverifika jekk il-konsumatur u, fejn japplika, il-garanti humiex f’pożizzjoni li jonoraw impenji ġodda.

20. Minkejja l-informazzjoni pre-kontrattwali li trid tiġi pprovduta, il-konsumatur jista’ jibqagħlu bżonn għajnuna addizzjonali biex jiddeċiedi liema ftehim ta’ kreditu, mill-firxa ta’ prodotti proposti, hu l-iktar adattat għall-bżonnijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Għalhekk, Stati Membri għandhom jiżguraw li kredituri, u, fejn japplika, intermedjarji ta’ kreditu, jipprovdu għajnuna bħal din. Fejn hu xieraq, l-informazzjoni pre-kontrattwali rilevanti, u wkoll il-vantaġġi u l-iżvantaġġi assoċjati mal-prodotti proposti, għandhom jiġu spjegati lill-konsumatur b’mod personalizzat, fid-dawl tal-possibbiltà ta’ komplessità tal-ftehim ta’ kreditu relevanti.

21. Sabiex jiġi megħjun it-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu kemm għall-kreditur u kemm għall-konsumatur, l-esperjenza u l-prattika jixhdu l-benefiċċji ta’ informazzjoni suffiċjenti u affidabbli f’każi ta’ nuqqasijiet. Stati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li jkun hemm bażi ta’ data ċentrali pubblika jew privata fit-territorju tagħhom, fejn jixraq f’forma ta’ network ta’ bażijiet ta’ data. Konsumaturi u garanti fl-Istati Membri li jkunu naqsu mill-obbligi tagħhom għandhom jiġu rreġistrati f’din il-bażi ta’ data jew netwerk. Bil-ħsieb li jaħdmu b’mod effettiv, kredituri għandhom jiġu obbligati jikkonsultaw din il-bażi ta’ data ċentrali qabel jaċċettaw kwalunkwe impenn min-naħa tal-konsumatur jew garanti. Biex timpedixxi kull tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni bejn kredituri, irid għandu jiġi żgurat li persuni u negozji kredituri jkollhom aċċess għal l- bażi jiet ċentrali ta’ data privati jew pubbliċi dwar konsumaturi fi Stat Membru ieħor fejn ma jkunux stabbiliti taħt l-istess kundizzjonijiet mhux diskriminatorji kkomparati ma’ bħala persuni jew negozji kredituri f’dak l-Istat Membru , jew direttament jew indirettament permezz tal-bażi ta’ data ċentrali ta’ l-Istat Membru tagħhom stess.

22. Sabiex il-konsumatur ikun f’pożizzjoni li jkun jaf id-drittijiet u l-obbligi tiegħu skond il-ftehim ta’ kreditu, għandu jkun fih l-informazzjoni kollha neċessarja b’mod ċar u konċiż.

(20) Sabiex tkun żgurata l-konfidenzjalità ta’ l-informazzjoni u l-protezzjoni ta’ data personali, hu essenzjali li d-data miksuba tkun tista’ tintuża biss għall-evalwazzjoni tar-riskju li l-konsumatur jew il-garanti ma jinqdewx. Kull ipproċessar jew użu ieħor ta’ data personali miksuba permezz ta’ bażi ta’ data ċentrali għandu jiġi pprojbit. Finalment, biex jiġi evitat kull riskju, id-data trid tiġi meqruda immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu jew ir-rifjut ta’ l-applikazzjoni għall-kreditu. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim ta’ kreditu jistgħu f’xi każijiet ikunu ta’żvantaġġ għall-konsumatur. Protezzjoni aħjar għall-konsumatur għandha tiġi żgurata bl-impożizzjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-forom kollha ta’ kreditu koperti mid-Direttiva. Il-ftehim ta’ kreditu għandu jikkonferma u jżid ma’ l-informazzjoni mogħtija qabel il-konklużjoni tal-ftehim, fejn hekk jixraq bl-għajnuna ta’ tabella ta’ ammortizzament u dettalji ta’ l-imposti fil-każ li l-ftehim tal-kreditu ma jkunx onorat.

23. Sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa l-konsumatur għandu jingħata l-informazzjoni dwar ir-rata ta’ self, kemm fi stadju pre-kontrattwali u kemm waqt il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu. Matul ir-relazzjoni kontrattwali, il-konsumatur għandu wkoll jiġi infurmat b’tibdil sinifikanti fir-rata ta’ self.

24. Sabiex jiġu approssimati l-proċeduri ta’ l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar f’oqsma simili, hu neċessarju li jsir provvediment għal dritt ta’ rtirar mingħajr penali u bla obbligu li tingħata ġustifikazzjoni, taħt kundizzjonijiet simili għal dawk fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Settembru 2002 {…} dwar fir-rigward ta l-bejgħ mill-bogħod ta’ servizzi finanzjarji tal-konsumaturi u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 90/619/KEE, 97/7/KE u 98/27/KE[14]. Qabel ma jeżerċita d-dritt ta’ rtirar, il-konsumatur jista’ jinforma lill-kreditur dwar l-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-ftehim ta’ kreditu, sabiex jippermetti negozjar mill-ġdid ta’ dak il-ftehim.

25. Fil-każ ta’ ftehimiet marbuta teżisti relazzjoni ta’ interdipendenza bejn ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi u l-ftehim ta’ kreditu konkluż għal dan il-għan. Għalhekk, l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar fir-rigward tal-ftehim ta’ xiri għandu jippermetti lill-konsumatur li jirtira wkoll mill-ftehim ta’ kreditu. Barra minn hekk, il-konsumaturi għandhom, taħt ċerti kundizzjonijiet, jitħallew ifittxu rimedji kontra l-kreditur f’każ ta’ diffikultajiet relatati mal-ftehim ta’ xiri. Madankollu, nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjonijiet bħal dawn m’għandhomx iċaħħdu lill-konsumaturi mid-drittijiet tagħhom mogħtija mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li japplikaw ir-responsabbiltà solidali tal-bejjiegħ jew fornitur ta’ servizzi u tal-kreditur.

26. Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jifdi l-obbligi qabel id-data ta’ l-għeluq stipulata fil-ftehim ta’ kreditu. Fil-każ ta’ ħlas lura kmieni, kollu kemm hu jew parti minnu, il-kreditur irid għandu jkun intitolat li jitlob biss indennità ġusta u oġġettiva L-indennità oġġettiva għandha tikkumpensa lill-kreditur għall-ispejjeż marbuta direttament mal-ħlas lura kmieni u għandha tieħu in konsiderazzjoni l-interessi taż-żewġ partijiet kontraenti. biss,u sakemm tali ħlasijiet lura jirriżultaw b’mod korrispondenti f’telf finanzjarju għall-kreditur.

27. It-trasferiment tad-drittijiet tal-kreditur fi ftehim ta’ kreditu ma jridux m’għandhomx ikollhom l-effett li jpoġġu lill-konsumatur jew lil garanti f’qagħda inqas favorevoli. Għall-istess raġunijiet kreditur li joffri ftehim ta’ kreditu li jipprovdi l-kostituzzjoni ta’ kapital irid jassumi r-riskju li jekk il-parti terza li tipprovdi l-kostituzzjoni ta’ kapital ma tonorax l-obbligi tagħha. Il-konsumatur għandu jkun infurmat sew meta l-ftehim ta’ kreditu jiġi assenjat lil parti terza. Madankollu, meta l-assenjazzjoni ssir biss għal skopijiet ta’ konverżjoni f’titoli u meta l-kreditur oriġinali jkun, bi ftehim ma’ l-assenjatarju, jaġixxi ta’ kreditur vis-à-vis l-konsumatur, il-konsumatur m’għandux interess importanti li jiġi infurmat bl-assenjazzjoni. Għalhekk, rekwiżit li il-kreditur jintalab li jinforma lill-konsumatur dwar l-assenjazzjoni f’każijiet bħal dawn ikun żejjed, iżda l-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew li jintroduċu rekwiżiti bħal dawn fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

28. Sabiex jiġu promossi t-twaqqif u l-funzjonament tas-suq intern u jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi mal-Komunità kollha, jeħtieġ li jiġi rfinat il-metodu ta’ kalkolu tal- tiġi żgurata l-komparabilità ta’ l-informazzjoni relatata ma’ rat i perċentwali annwali ta’ l-imposta mal-Komunità kollha. Minkejja l-formula matematika uniformi għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta stipulata fid-Direttiva 87/102/KEE, kif emendata mid-Direttiva 98/7/KE, ir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta għadha m’hix komparabbli b’mod sħiħ mal-Komunità kollha. Fi Stati Membri individwali, fil-kalkolu tagħha jiġu kkunsidrati fatturi differenti rigward spejjeż. Id-Direttiva għalhekk għandha tiddefinixxi b’mod ċar l-ispiża totali ta’ kreditu lill-konsumatur. L-ispejjeż assoċjati ma’ assigurazzjoni għandhom jiġu inklużi biss, fil-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta, jekk l-assigurazzjoni hija obbligatorja għall-kisba tal-kreditu jew tar-rata ta’ mgħaxijiet reklamata u tiġi konkluża ma’ jew permezz tal-kreditur jew ta’ l-intermedjarju ta’ kreditu . u biex jiġu ddeterminati l-komponenti ta’ l-ispiża totali tal-kreditu li għandhom jintużaw fil-kalkolu. Ir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta hi fil-fatt strument ta’ paragun li jippermetti lill-konsumatur li jiżen u jipparaguna l-impatt fuq il-baġit tiegħu, fil-ħin u l-ispazju, ta’ impenji li jirriżultaw mill-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu. L-ispiża totali tal-kreditu għandha għalhekk tinkludi l-ispejjeż kollha li l-konsumatur hu meħtieġ li jħallas għall-kreditu, irrispettivament minn jekk dawn l-ispejjeż jitħallsux lill-kreditur, l-intermedjarju ta’ kreditu jew xi parti oħra. Bl-istess mod, anki jekk il-konsumatur volontarjament jagħmel assigurazzjoni mal-konkluzjoni tal-ftehim, l-ispejjeż assoċjati ma’ tali assigurazzjoni jridu jiġu inklużi ma’ l-ispiża total tal-kreditu.]

29. Fid-dawl tan-natura speċifika tat-termini użati fil-ftehimiet ta’ kreditu u ta’ garanzija, hi meħtieġa kjarifika dwar liema termini huma għandhom ikunu meqjusa bħala inġusti bla preġudizzju għall-applikazzjoni tal-ftehim kollu kemm hu fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar termini inġusti f’kuntratti tal-konsumaturi[15]. Dik id-Direttiva għandha għalhekk tiġi emendata f’dak is-sens.

(20) Hu neċessarju wkoll li l-konsumatur jingħata informazzjoni, f’forma ta’ rata totali ta’ self, fuq l-ammonti pagabbli lill-kreditur, esklużi dawk pagabbli lil partijiet terzi. Din ir-rata tippermetti lill-konsumatur li jipparaguna l-ispejjeż speċifiċi għal kreditur rigward il-prodotti varji li joffri u l-prodotti varji disponibbli fis-suq

(22) Jekk il-fornitur ta’ oġġetti u servizzi mixtrija taħt ftehim ta’ kreditu jista’ jitqies bħala intermedjarju ta’ kreditu, il-konsumatur għandu jkun f’pożizzjoni li jinforza drittijiet kontra kreditur li jmorru lil hinn mid-drittijiet kontrattwali normali tiegħu kontra fornitur ta’ oġġetti u servizzi

(24) Hu neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni dwar miżuri li japplikaw f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ ftehimiet ta’ kreditu. B’mod partikolari, ċerti prattiċi ta’ ġbir ta’ dejn li huma biċ-ċar sproporzjonati jridu jitqiesu illegali

30. Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-istabbiltà tas-suq, u sakemm ikun hemm iktar armonizzazzjoni, Stati Membri jeħtieġu li jadottaw għandhom jiżguraw li miżuri xierqa għar- reġistrazzjoni ta’ persuni li joffru kreditu jew li jaġixxu ta’ regolamentazzjoni jew is-superviżjoni ta’ kredituri u intermedjarji ta’ kreditu jkunu f’posthom fir-rigward tal-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kreditu, għal spezzjonar u monitoraġġ ta’ kredituri u intermedjarji u biex konsumaturi jkunu jistgħu jissottomettu lmenti dwar ftehimiet jew kundizzjonijiet ta’ kreditu.

(30) Sabiex tiġi żgurata protezzjoni permanenti ta’ l-interessi tal-konsumatur, ftehimiet ta’ kreditu jew ta’ garanzija m’għandhomx jidderogaw, bi ħsara għall-konsumatur jew il-garanti, minn dispożizzjonijiet li jimplimentaw jew li jikkorrispondu għal din id-Direttiva.

31. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, hi għandha l-għan din id-Direttiva tfittex li tiżgura bis-sħiħ, konformità mar- rispett għar- regoli dwar protezzjoni ta’ data personali, id-dritt għall-propjetà, non-diskriminazzjoni, protezzjoni tal-ħajja familjari u professjonali, u protezzjoni tal-konsumaturi bi qbil ma’ l-Artikoli 8, 17, 21, 33 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

32. Billi l-għan ta’ l-azzjoni li trid tittieħed din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli komuni li jippermettu l-armonizzazzjoni tal- għal ċerti aspetti tal- liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-kreditu lill-konsumaturi, ma jistgħux jintlaħqu adegwatament suffiċjentement mill-Istati Membri, u allura jistgħu jintlaħqu aħjar b’mod iktar effettiv f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu azzjoni tista’ tadotta miżuri bi qbil mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà li għalih hemm referenza kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li għalih hemm referenza fl-imsemmi stipulat f’dak l- Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sa biex jintlaħqu dawn k l-għanijiet.

33. L- Istati Membri jridu għandhom jagħmlu regoli dwar pieni għal applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u jridu jiżguraw li dawn jiġu implimentati . infurzati. Dawn k il-pieni iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi jservu ta’ deterrent.

34. Għaldaqstant, meta jitqies in-numru ta’ emendi li hemm bżonn isiru fid-Direttiva 87/102/KEE minħabba l-evoluzzjoni tas-settur tal-kreditu lill-konsumatur u fl-interessi taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, dik id-Direttiva għandha Hu għalhekk neċessarju li tiġi revokata u mibdula b’din id- Direttiva 87/102/KEE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1 GħAN, DEFINIZZJONIJIET U FIRXA TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1 Għan Suġġett

L- għan iskop ta’ din id-Direttiva hu li tarmonizza ċerti aspetti ta l-liġijiet, regolamenti u proċeduri amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar ftehimiet li jkopru kreditu lill- mogħti lil konsumaturi u ftehimiet ta’ garanzija konsumaturi.

Artikolu 3 2 Firxa ta’ applikazzjoni

1. Din id-Direttiva tapplikagħandha tapplika għal ftehimiet ta’ kreditu u ftehimiet ta’ garanzija.

2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ftehimiet ta’ kreditu segwenti u, fejn japplika, ftehimiet ta’ garanzija li jikkorrispondi magħhom:

(a) ftehimiet ta’ kreditu li l-għan tagħhom hu li jagħtu kreditu għax-xiri jew trasformazzjoni ta’ propjetà immobbli privata li l-konsumatur għandu jew qed ifittex li jixtri u li jkunu garantiti jew b’ipoteka fuq propjetà immobbli jew b’garanzija oħra komparabbli użata normalment fi Stat Membru għal dan il-għan;

(b) ftehimiet ta’ kreditu li jinvolvu total ta’ kreditu li jaqbeż EUR 50 000 ;

(c) ftehimiet ta’ kiri, ħlief meta jistipulaw li t-titolu għandu jgħaddi eventwalment għand il-kerrej ;li jeskludi t-trasferiment tat-titolu lill-kerrej jew lil persuni intitolati minnu;

(d) ftehimiet ta’ kiri li ma joħolqux l-ebda obbligu ta’ xiri ta’ l-oġġett tal-ftehimiet;

(e) ftehimiet ta’ kreditu li skond it-termini tagħhom il-konsumatur hu meħtieġ li jħallas lura l-kreditu permezz ta’ ħlas bin-nifs jew pagament wieħed fuq perjodu li ma jeċċedix tliet xhur, mingħajr ħlas ta’ mgħax jew xi spejjeż oħra;

(f) ftehimiet ta’ kreditu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet segwenti : i) jingħataw minn prinċipal lill-impjegati tiegħu bħala attività sekondarja u bla mgħaxijiet jew jingħataw mill-kreditur bħala attività sekondarja, i.e. barra l-isfera ta’ l-attività kummerċjali jew professjonali prinċipali tiegħu, ii) jingħataw b’rati perċentwali annwali ta’ l-imposta iktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq,

iii) humahuma u li m’humiex offruti lill-pubbliku ġenerali;

(g) ftehimiet ta’ kreditu konklużi ma’ ditti ta’ l-investimenti fil-parametri tat-tifsir kif definiti f’punt (2) ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE[16] bl-iskop li jippermettu li investitur jagħmel tranżazzjoni fir-rigward ta’ waħda jew iktar mill-istrumenti elenkati f’Sezzjoni B ta’ l-Anness ta’ dik id-Direttiva, fejn id-ditta li tagħti l-kreditu hija involuta fi tranżazzjoni bħal din;

(h) ftehimiet ta’ kreditu li huma r-riżultat ta’ ftehim milħuq barra mill-qorti jew quddiem awtorità statutorja oħra;

(i) ftehimiet ta’ kreditu li jirrigwardaw il-pagament differit, mingħajr imposti, ta’ dejn eżistenti;

(j) ftehimiet ta’ kreditu li mal-konklużjoni tagħhom il-konsumatur huwa mitlub li jiddepożita oġġett bħala garanzija fil-kustodja żgura tal-kreditur u fejn l-obbligu tal-konsumatur huwa strettament limitat għal dak l-oġġett mirhun;

(k) ftehimiet ta’ kreditu li jirrelataw ma’ self li ngħata lil pubbliku ristrett, b’rati ta’ interessi aktar baxxi minn dawk ta’ fuq is-suq jew mingħajr interessi, u fejn il-kreditur qiegħed jissodisfa dmir statwatorju b’għan ta’ interess ġenerali.

3. Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu li fuq il-bażi tagħhom l-kreditu jingħata f’forma ta’ facilità ta’ owverdraft, huma biss l-Artikoli 1 sa 4, 6, 7, u 8, l-Artikolu 9(1), l-Artikolu 9(2)(a) sa (d), (h) u (o), l-Artikolu 9(3), l-Artikoli 10 u 11, l-Artikolu 17 (1), u l-Artikoli 18 sa 29 li għandhom japplikaw .

L-informazzjoni li trid tiġi inkluża f’dawk il-ftehimiet ta’ kreditu għandha tinkludi wkoll informazzjoni fuq l-ispejjeż applikabbli mill-waqt tal-konklużjoni ta’ tali ftehimiet ta’ kreditu, u l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu emendati dawk l-imposti.

4. Fil-każ tal-ftehimiet ta’ kreditu segwenti, huma biss l-Artikoli 1 sa 4, 6, 7 u 8, l-Artikolu 9 (1), l-Artikolu 9(2) (a) sa (g) u (j), l-Artikolu 9(3), u l-Artikoli 10, 12 u 17 sa 29 li għandhom japplikaw:

(a) ftehimiet ta’ kreditu li fihom ammont totali ta’ kreditu li ma jaqbiżx l-EUR 300;

(b) ftehimiet ta’ kreditu konklużi minn assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi li m’humiex għall-profitt li jimmaniġġjaw it-tifdil ta’ u jipprovdu sorsi ta’ kreditu lill-membri tagħhom, fejn:

(i) ir-responsabbiltà aħħarija hija tal-voluntiera li jipprovdu l-kreditu fuq il-bażi ta’ rata perċentwali annwali ta’ l-imposta li hi soġġetta għal limitu massimu stabbilit mill-liġi nazzjonali; u

(ii) sħubija f’assoċjazzjonijiet bħal dawn hija ristretta għal persuni li huma residenti jew impjegati f’xi distrett partikolari jew ħaddiema u ħaddiema rtirati ta’ xi prinċipal partikolari;

(c) ftehimiet ta’ kreditu li jipprovdi għal arranġamenti li jiġu maqbula bejn il-kreditur u l-konsumatur fir-rigward ta’ pagament differit jew metodi ta’ ħlas lura, fejn il-konsumatur ikun diġà naqas mill-obbligi tal-ftehimiet ta’ kreditu inizjali] fejn:

(i) tali arranġamenti jkollhom il-probabbiltà li jevitaw il-possibbiltà ta’ proċeduri legali rigward nuqqas minn obbligu bħal dan; u

(ii) il-konsumatur ma jkunx b’hekk soġġett għal termini inqas vantaġġużi meta pparagunati mal-ftehim ta’ kreditu inizjali.

Madankollu, jekk il-ftehim ta’ kreditu jaqa’ fil-firxa ta’ applikazzjoni ta’ paragrafu 3, huma biss id-dispożizzjonijiet stipulati f’dak il-paragrafu li għandhom japplikaw.

Artikolu 2 3 Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Direttiva , id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw:

(a) “konsumatur” tfisser persuna naturali li, fi tranżazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva, qed taġixxi għall-finijiet li jistgħu jitqiesu bħala huma barra s-sengħa, negozju jew professjoni tagħha;

(b) “kreditur” tfisser persuna naturali jew legali li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu matul l-eżerċizzju tas-sengħa, negozju jew professjoni tagħha;

(c) “ftehim ta’ kreditu” tfisser ftehim li bih kreditur jagħti jew iwiegħed li jagħti kreditu lil konsumatur f’forma ta’ pagament differit, self jew faċilità finanzjarja oħra simili; minbarra f Ftehimiet għall-għoti ta’ servizzi (privati jew pubbliċi) fuq bażi kontinwa jew għall-provvista ta’ oġġetti ta’ l-istess tip u fl-istess kwantità , fejn il-konsumatur għandu d-dritt li iħallas għalihom servizzi u oġġetti bħal dawn għal tul iż-żmien tal-provvista tagħhom permezz ta’ ħlas bin-nifs, ma jitqisux bħala ftehimiet ta' kreditu għall-għanijiet ta' din id-direttiva;;

(d) “faċilità ta’ owverdraft” tfisser ftehim ta’ kreditu li bih kreditur jagħti lil konsumatur il-possibbiltà li jiddisponi minn fondi fil-kont kurrenti tiegħu li jaqbżu l-bilanċ kurrenti f’dak il-kont u fejn l-ammont ta’ kreditu jrid jitħallas lura fi żmien tliet xhur jew malli jintalab;

(e) “intermedjarju ta’ kreditu” tfisser persuna naturali jew legali li f’isem il-kreditur u għal onorarju , li jista’ jkun f’forma ta’ flus jew kwalunkwe forma oħra ta’ kumpens finanzjarju b’mod abitwali:

(i) taġixxi bħala intermedjarju billi tippreżentatippreżenta jew toffri toffri ftehimiet ta’ kreditu;

(ii) bl-għemil ta’tagħmel xogħol preparatorju ieħor għal tali ftehimiet ta’ kreditu minbarra dak imsemmi f’(i); jew

(iii) bil-konklużjoni ta tikkonkludi tali ftehimiet ta’ kreditu ; l-onorarju jista’ jkun f’forma ta’ kumpens finanzjarju jew kwalunkwe forma oħra maqbula;

(e) “ftehim ta’ garanzija” tfisser ftehim anċillari konkluż minn garanti u li jiggarantixxi jew iwiegħed li jiggarantixxi li jiġi onorat il-ftehim ta’ kreditu mogħti lil konsumatur u kopert minn din id-direttiva; kull forma ta’ kreditu mogħti lil persuni naturali jew legali;

(f) “garanti” tfisser konsumatur li jikkonkludi ftehim ta’ garanzija ;

(f) “l-ispiża kollha ta l- kreditu lill-konsumatur” tfisser l-ispejjeż kollha, inklużi mgħax ta’ self, indennitajiet, kummissjonijiet u kwalunkwe tip ta’ onorarji taxxi u kwalunkwe tip ieħor ta’ imposta li l-konsumatur irid iħallas għall-kreditu konnessi mal-ftehim ta’ kreditu bi qbil mat-termini tiegħu, u li huma magħrufa mal-kreditur; spejjeż konnessi ma’ servizzi anċillari relatati mal-ftehim ta’ kreditu, b’mod partikolari ħlas ta’ assigurazzjoni, huma inklużi jekk il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ servizz hi obbligatorja biex jinkiseb il-kreditu jew tar-rata ta’ mgħax rriklamata, u huwa konkluż mal-kreditur jew ma’ parti terza, jekk il-kreditur, jew, fejn japplika, l-intermedjarju ta’ kreditu jkunu kkonkludewh f’isem din il-parti terza jew ikunu ppreżentaw l-offerta jew is-servizz bħala tali lill-konsumatur; spejjeż pagabbli mill-konsumatur mal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu lil persuni li m’humiex il-kreditur jew l-intermedjarju ta’ kreditu, b’mod partikolari nutar jew awtoritajiet tat-taxxa, huma esklużi ;

(g) “rata perċentwali annwali ta’ l-imposta” tfisser kemm iqum b’kollox il-kreditu lill-konsumatur murija bħala perċentwali annwali ta’ l-ammont totali ta’ kreditu mogħti ;

(i) “ammonti miġbura mill-kreditur” tfisser l-ispejjeż obbligatorji kollha assoċjati mal-ftehim ta’ kreditu u mħallsa lill-kreditur mill-konsumatur;

(j) “rata totali ta’ self” tfisser l-ammonti miġbura mill-kreditur murija espressi bħala perċentwali annwali ta’ l-ammont totali ta’ kreditu ;

(h) “rata ta’ self” tfisser ir-rata ta’ mgħax murija bħala perċentwali perjodika fissa jew varjabbli applikata għal perjodu ta’ żmien speċifiku għall-ammont ta’ kreditu ġbid ta’ kreditu taħt il-ftehim ta’ kreditu ;

(h) “valur residwu” tfisser il-prezz tax-xiri ta’ l-oġġetti ffinanzjati applikabbli fil-ħin li-l-opzjoni ta’ xiri jew l-opzjoni ta’ trasferiment ta’ propjetà tiġi eżerċitata;

( i) “ġbid ta’ kreditu” tfisser l-ammont ta’ kreditu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur f’forma ta’ pagament differit, self jew faċilità finanzjarja oħra simili taħt ftehim ta’ kreditu;

(j) “ammont totali ta’ kreditu” tfisser il-limitu massimu jew is-somma ta’ l-ammont kollu tal-ġbid ta’ kreditu li probabbilment ikun miftiehem;

(k ) “mezz li jibqa’” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jaħżen informazzjoni indirizzata lilu personalment b’mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-fini ta’ l-informazzjoni u li tippermetti r-riproduzzjoni mhix mibdula ta’ l-informazzjoni maħżuna;

(p) “parti terza li tipprovdi kostituzzjoni ta’ kapital” tfisser kull persuna naturali jew legali, għajr il-kreditur jew il-konsumatur, li tagħti garanzija lill-konsumatur jew, fejn japplika, lill-kreditur, permezz ta’ ftehim anness mal-ftehim ta’ kreditu, li jikkostitwixxi l-kapital li jrid jitħallas lura taħt tali kuntratt ta’ kreditu.

(l) “ ftehim ta’ kreditu marbut” tfisser ftehim ta’ kreditu fejn

(i) il-kreditu in kwestjoni jservi esklussivament biex jiffinanzja ftehim li jirrigwarda l-provvista ta’ oġġetti jew l-għoti ta’ servizz u

(ii) dawn iż-żewġ ftehimiet jiffurmaw minn perspettiva oġġettiva unità kummerċjali; unità kummerċjali hija involuta meta l-fornitur jew dak li jipprovdi servizz innifsu jiffinanzja l-kreditu lill-konsumatur jew, jekk ikun iffinanzjat minn parti terza, jekk il-kreditur juża s-servizzi tal-fornitur jew ta’ dak li jipprovdi servizz b’konnessjoni mal-konklużjoni, jew preparazzjoni, ta’ ftehim ta’ kreditu, jew jekk il-ftehim ta’ kreditu jagħmel referenza għal oġġetti jew servizzi speċifiċi li jridu jkunu ffinanzjati mal-kreditu.

KAPITOLU II INFORMAZZJONI U PRATTIKI PRELIMINARI GħALL-FORMAZZJONI KONKLUżJONI TAL-FTEHIM TA’ KREDITU

Artikolu 4 Riklamar

Bla preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, kull riklamar jew kull offerta esposta f’post tan-negozju li tinkludi informazzjoni dwar ftehimiet ta’ kreditu, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata ta’ self, rata totali ta’ self u rata perċentwali annwali ta’ l-imposta, għandhom jingħataw b’mod ċar u li jinftiehem, bil-konsiderazzjoni dovuta, b’mod partikolari, għall-prinċipji ta’ bona fide fi tranżazzjonijiet kummerċjali. L-iskop kummerċjali ta’ din l-informazzjoni għandu jingħad b’mod ċar

Artikolu 4 Informazzjoni standard għal riklamar

1. Kull riklamar li jirrigwarda ftehimiet ta’ kreditu li jindikaw rata ta’ mgħax jew xi ċifri relatati ma’ l-ispiża tal-kreditu lill-konsumatur għandu jinkludi informazzjoni standard bi qbil ma’ dan l-Artikolu (‘l-informazzjoni standard’).

2 L-informazzjoni standard għandha tinkludi, fl-ordni segwenti, u b’mod ċar, konċiż u prominenti permezz ta’ eżempju rappreżentattiv :

(a) l-ammont totali ta’ kreditu;

(b) ir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta;

(c) it-tul tal-ftehim ta’ kreditu;

(d) l-ammont, in-numru u l-frekwenza ta’ ħlasijiet li jridu jsiru; u

(e) kull tip ta’ ħlasijiet b’rabta mal-ftehim ta’ kreditu bi qbil mat-termini tiegħu u li huma magħrufa mill-kreditur.

3. Meta termini ta’ kreditu m’humiex disponibbli għall-pubbliku ġenerali, ir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta għandha tiġi ddikjarata permezz ta’ mill-inqas żewġ eżempji rappreżentattivi .

4. Meta rata aktar baxxa ta’ mgħax tiġi offruta għal tul limitat fil-bidu tal-ftehim ta’ kreditu, ir-riklam għandu jkun fih ir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta kkalkulata fuq il-perjodu totali tat-tul tal-ftehim ta’ kreditu.

5. Meta il-konklużjoni ta’ kuntratt li jirrigwarda servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu, b’mod partikolari assigurazzjoni, hi obbligatorja biex jingħata l-kreditu jew ir-rata ta’ mgħax rriklamata, u l-ispiża tiegħu ma tistax tiġi determinata minn qabel, l-obbligu li jinħareġ dan is-servizz għandu jissemma wkoll b’mod ċar, konċiż u prominenti, flimkien mar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta.

6. Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għad-Direttiva 2005/29/KE tal-11 ta' Mejju 2005

Artikolu 5

Projbizzjoni ta’ negozjar ta’ ftehimiet ta’ kreditu u ta’ garanzija barra mill-post ta’-negozjuIn-negozjar ta’ ftehim ta’ kreditu jew ta’ garanzija barra minn post ta’ negozju fiċ-ċirkustanzi msemmija fl- Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE għandu jiġi pprojbit.

Artikolu 5 Skambju ta’ informazzjoni bil-quddiem u dmir li jingħataw pariri Informazzjoni pre-kontrattwali

1. Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, il-kreditur u, fejn japplika, l-intermedjarju ta’ kreditu jistgħu jitolbu mingħand konsumatur li jkun qed ifittex ftehim ta’ kreditu, u lil kwalunkwe garanti, dik l-informazzjoni adegwata biss, rilevanti u mhux eċċessiva, bil-ħsieb li jevalwaw is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jħallsu lura. Il-konsumatur u l-garanti għandhom iwieġbu għal kull tali talba għal informazzjoni b’mod preċiż u komplet Il-kreditur u, fejn japplika, l-intermedjarju ta’ kreditu għandhom iżommu mal-prinċipju ta’ self responsabbli. Għalhekk, il-kreditur u, fejn japplika, l-intermedjarju ta’ kreditu, għandhom jikkonformaw ma’ l-obbligi tagħhom fir-rigward ta’ l-għoti ta’ informazzjoni pre-kontrattwali u l-ħtieġa tal-kreditur li jevalwa l-mezzi ta’ kreditu lill-konsumatur fuq il-bażi ta’ informazzjoni preċiża mogħtija minn dan ta’ l-aħħar u, fejn japplika, fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni tal-bażi tad-data relevanti.

Fejn il-ftehim ta’ kreditu jippermetti lill-kreditur li jibdel l-ammont totali ta’ kreditu wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, il-kreditur għandu jaġġorna l-informazzjoni finanzjarja g ħad-dispożizzjoni tiegħu dwar il-konsumatur u għandu jevalwa l-mezzi ta’ kreditu lill-konsumatur qabel kull żieda sinifikanti fl-ammont totali ta’ kreditu.

2. Fi żmien raġonevoli qabel ma l-konsumatur jintrabat b’xi ftehim ta’ kreditu jew offerta , I il-kreditur u , fejn japplika, l- intermedjarju ta’ kreditu għandhom jipprovdu lill- konsumatur , fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’, l-informazzjoni neċessarja u essenzjali meħtieġa għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu li jkun qed jiġi kkunsidrat. . lill-konsumatur l-informazzjoni eżatta u kompleta kollha meħtieġa fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu li jkun qed jiġi kkunsidrat. Il-konsumatur għandu jirċievi din l-informazzjoni fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’ qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu.

Bla ħsara għall-Artikolu 5 tad-Direttiva .../.../KE [dwar il-bejgħ tas-servizzi finanzjarji mill-bogħod lil konsumaturi u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 90/619/KEE, 97/7/KE u 98/27/KE], Dik l- informazzjoni mogħtija trid għandha tinkludi deskrizzjoni ċara konċiża u konċiża ċara tal-prodott il-vantaġġi tiegħu, u kwalunkwe żvantaġġi . B’mod partikolari L-informazzjoni trid għandha ssemmi:

(a) t-tul tal-ftehim ta’ kreditu;

(b) l-ammont totali ta’ kreditu u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta’ self tal-kreditu ;

(c) fejn japplika, ir-rata ta’ self, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta din i r-rata ta’ self , u , fejn hu disponibbli, kull indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għar-rata inizjali ta’ self, kif ukoll il-perjodi, kundizzjonijiet u proċeduri għal bidliet fir-rata ta’ self;

(d) r- rata perċentwali annwali ta’ l-imposta u r-rata totali ta’ self u kemm iqum b’kollox il-kreditu lill-konsumatur, permezz ta’ eżempju rappreżentattiv li jsemmi d-data finanzjarja kollha u s-suppożizzjonjiet użati fil-kalkolu ta’ tali din ir- ratai;

(e) l-ammont, numru u frekwenza ta’ ħlasijiet li jridu jsiru, fejn hu possibbli elenkati fi skeda ta’ ħlas;

(f) l-imposti rikorrenti u mhux rikorrenti, inklużi spejjeż addizzjonali mhux rikorrenti li l-konsumatur irid iħallas mal-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu, bħal m’huma taxxi, spejjeż amministrattivi, spejjeż legali u spejjeż ta’ evalwazzjoni fir-rigward ta’ garanziji meħtieġa fejn japplika, l-ispejjeż għaż-żamma ta’ kont li jżomm rendikont kemm ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas u kemm ta’ ġbid ta’ self, l-ispejjeż għall -użu ta’ mezz ta’ ħlas kemm għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas u kemm ta’ ġbid ta’ self, u spejjeż oħra relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas.

( f) fejn japplika, il-prezz ta’ ħlas fil-pront ta’ oġġetti u servizzi ffinanzjati, id-depożitu inizjali dovut u l-valur residwu;

(g) spejjeż pagabbli mill-konsumatur mal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu lil persuni għajr il-kreditur jew l-intermedjarju ta’ kreditu, b’mod partikolari nutar jew awtoritajiet ta’ taxxa;

(h) l-obbligu li jinħareġ servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu, b’mod partikolari assigurazzjoni, meta il-konklużjoni ta’ kuntratt li jirrigwarda dan is-servizz hi obbligatorja għall-otteniment tal-kreditu jew ir-rata ta’ mgħax rriklamata, u l-ispiża tiegħu ma tistax tkun determinata minn qabel ,

(i) l-imgħaxijiet f’każ ta’ ħlasijiet arretrati kif applikabbli fil-waqt li fih l-informazzjoni skond din id-dispożizzjoni tiġi mogħtija u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħhom, u l-imposti dovuti għal nuqqasijiet fl-osservanza fl-obbligi;

(j) l-garanziji u l-assigurazzjoni meħtieġa;

(k) l-eżistenza jew l-assenza ta’ dritt ta’ rtirar , il-perjodu li fih id- dak id- dritt ta’ rtirar jista’ jiġi eżerċitat;

(l) d-dritt ta’ ħlas lura kmieni, u fejn japplika, l-ispejjeż marbuta ma’ dan, b’indikazzjoni ta’ l-ammont jew il-metodu ta’ kalkolu ;

(m) d-dritt li wieħed jiġi infurmat bir-riżultat ta’ konsultazzjoni ta’ bażi ta’ data bil-għan li tiġi determinata l-kredibilità tas-sigurtà offruta skond l-Artikolu 8(2);

Madankollu, fil-każ ta’ komunikazzjoni ta’ telefonija bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE, dinl- informazzjoni pre-kontrattwali tridgħandha tinkludi minn ta’ l-inqas l-affarijiet imsemmija f’punti (b), (c), u (e) , u g) ta’ dan il-paragrafu u r-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta permezz ta’ eżempju rappreżentattiv u kemm iqum b’kollox il-kreditu lill-konsumatur.

L-informazzjoni pre-kontrattwali li trid tingħata lill-konsumatur skond dan il-paragrafu tista’ tiġi sodisfatta wkoll billi tingħata kopja ta’ l-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu inkluża l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 9.

3. Il-ħtiġijiet li hemm ipprovdut għalihom f’paragrafu 2 għandhom jiġu sodisfatti immedjatament wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, jekk dak il-ftehim ikun ġie konkluż fuq talba tal-konsumatur permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li ma tippermettix l-għoti ta’ l- informazzjoni kif stipulat f’paragrafu 2.

4. Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu meta ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat ta’ l-ammont totali ta’ kreditu, imma jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perjodi u taħt kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ kreditu jew fi ftehim anċillari, l-informazzjoni pre-kontrattwali meħtieġa skond paragrafu 2 għandha tinkludi dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehimiet ta’ kreditu ma jipprovdux għal garanzija ta’ ħlas lura ta’ l-ammont totali ta’ ġbid ta’ self taħt il-ftehim ta’ kreditu, jekk ma tingħatax garanzija bħal din.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u, fejn japplika, l-intermedjarji ta’ kreditu, jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur, sabiex il-konsumatur jitqiegħed f’pożizzjoni li jevalwa jekk il-ftehim ta’ kreditu propost hux adattat għall-bżonnijiet tiegħu u għas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, fejn hu xieraq billi tiġi spjegata lilu l-informazzjoni pre-kontrattwali li trid tingħata skond paragrafu 2 kif ukoll il-vantaġġi u l-iżvantaġġi assoċjati mal-prodotti proposti. L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-mod li bih u sa fejn trid tingħata din l-assistenza, u wkoll minn min trid tingħata, għaċ-cirkustanzi partikolari tas-sitwazzjoni li fiha jiġi offrut il-ftehim ta’ kreditu.

Il-kreditur jew, fejn japplika, l-intermedjarju ta’ kreditu għandhom jaħdmu biex jistabbilixxu, fost il-ftehimiet ta’ kreditu li soltu joffru li jagħmlu, l-iktar tip u ammont totali ta’ kreditu adattat meta titqies is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi assoċjati mal-prodott propost, u l-għan tal-kreditu.

4. Paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx għal fornituri ta’ oġġetti u servizzi li jkunu qed jaġixxu bħala intermedjarji ta’ kreditu f’kapaċità anċillari.

Artikolu 6 Rekwiżiti ta’ informazzjoni pre-kontrattwali għal ftehimiet ta’ kreditu f’forma ta’ faċilità ta’ owverdraft għal ċerti ftehimiet ta’ kreditu speċifiċi

1. Fi żmien raġonevoli qabel ma konsumatur jintrabat bi ftehim ta’ kreditu jew kwalunkwe offerta li tirrigwarda ftehim ta’ kreditu fl-ambitu tat-tifsir ta’ l-Artikolu 2(3) jew l-Artikolu 2(4), il-kreditur u, fejn japplika, l-intermedjarju ta’ kreditu għandhom jipprovdu, fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’, l-informazzjoni segwenti:

(a) l-ammont totali ta’ kreditu;

(b) ir-rata ta’ self;

(c) ir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta permezz ta’ eżempju rappreżentattiv li jsemmi d-data finanzjarja kollha u l-assunzjonijiet użati fil-kalkolu ta’ dik ir-rata;

(d) l-imposti applikabbli mill-waqt li l-ftehim ta’ kreditu jiġi konkluż, u l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu emendati dawk l-imposti; u

(e) il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għat-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu.

Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu fl-ambitu tat-tifsir ta’ l-Artikolu 2(3), l-informazzjoni mogħtija lill-konsumatur skond il-punt (e) ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi, fejn japplika, indikazzjoni li l-konsumatur jista’ jintalab iħallas lura l-ammont ta’ kreditu kollu kemm hu malli jintalab fi kwalunkwe ħin.

2. Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu fl-ambitu tat-tifsir ta’ l-Artikolu 2(4), l-informazzjoni mogħtija lill-konsumatur skond paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi wkoll:

(a) it-tul tal-ftehimiet ta’ kreditu; u

(b) l-ammont, numru u frekwenza ta’ ħlasijiet li jridu jsiru.

Madankollu, jekk il-ftehim ta’ kreditu jaqa’ fil-firxa ta’ applikazzjoni ta’ l- Artikolu 2(3), huma biss id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3) li għandhom japplikaw .

3. L-informazzjoni pre-kontrattwali li trid tingħata lill-konsumatur skond dan l-Artikolu tista’ tiġi sodisfatta wkoll billi tingħata kopja ta’ l-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu li tinkludi l-informazzjoni skond l-Artikolu 9 dment u safejn hu applikabbli dan l-Artikolu.

4. Ir-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu għandhom jiġu sodisfatti immedjatament wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, jekk dak il-ftehim ikun ġie konkluż fuq talba tal-konsumatur permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li ma tippermettix l-għoti ta’ l-informazzjoni kif stipulat f’dan l-Artikolu.

Artikolu 7 Eżenzjonijiet

Il-Paragrafi 1,2 u 3 L-Artikoli 5 u 6 ta’ din id-Direttiva m’għandhomx ma japplikawx għal fornituri ta’ oġġetti jew servizzi li jkunu qed jaġixxu ta’ intermedjarji ta’ kreditu f’kapaċità anċillari.

KAPITOLU III PROTEZZJONI TAL-PRIVATEZZA AċċESS GħAL BAżIJIET TA’ DATA

Artikolu 7 Ġbir u pproċessar ta’ data

Data personali miġbura mingħand konsumaturi, garanti jew xi persuna oħra fir-rigward tal-konklużjoni u l-immaniġġjar ta’ ftehimiet koperti minn din id-Direttiva, u b’mod partikolari mill-Artikolu 6 (1), tista’ tiġi pproċessata biss għal skop ta’ evalwazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawk il-persuni u tal-kapaċità tagħhom li jħallsu lura.

Artikolu 8 Aċċess għal B bażijiet ta’ data Ċentrali

1. Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tħaddim ta’ bażi ta’ data ċentrali fit-territorju tagħhom għall-fini ta’ reġistrazzjoni ta’ konsumaturi u garanti li jkunu naqsu mill-obbligi. Din il-bażi ta’ data tista’ tieħu l-għamla ta’ netwerk ta’ bażijiet ta’ data. Il-kredituri għandhom jikkonsultaw il-bażi ta’ data qabel kull impenn min-naħa tal-konsumatur jew garanti, soġġetti għar-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9. Il-konsumatur u, fejn hu xieraq, il-garanti għandhom, jekk jitolbu hekk, jiġu infurmati bir-riżultat ta’ kull konsultazzjoni immedjatament u mingħajr ħlas Fil-każ ta’ kreditu tranż-fruntiera, kull Stat Membru għandu jiżgura aċċess għal kredituri minn Stati Membri oħra għal bażijiet ta’ data f’dak l-Istat Membru taħt kundizzjonijiet li m’humiex diskriminatorji.

2. Aċċess għall-bażi ta’ data ċentrali fi Stat Membru ieħor għandu jiġi żgurat taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għal ditti u individwi f’dak l-Istat Membru, jew direttament jew permezz tal-bażi ta’ data ċentrali ta’ l-Istat Membru partikolari Il-konsumatur , u, fejn hu xieraq, il-garanti , jekk jitlob hekk, għandu jiġi infurmat bir-riżultat ta’ kull konsultazzjoni ta’ bażi ta’ data immedjatament u mingħajr ħlas.

3. Data personali miġbura taħt paragrafu 1 tista’ tiġi pproċessata biss għal skop ta’ evalwazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur u l-garanti u tal-kapaċità tagħhom li jħallsu lura. Id-data għandha tiġi meqruda immedjatament wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu jew garanzija jew ir-rifjut min-naħa tal-kreditur ta’ l-applikazzjoni għall-ftehim ta’ kreditu jew tal-garanzija proposta.

4. Il-bażi ta’ data ċentrali msemmija f’paragrafu 1 tista’ tinkludi r-reġistrazzjoni ta’ ftehimiet ta’ kreditu jew ftehimiet ta’ garanzija.

KAPITOLU IV FORMAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI U DRITTIJIET LI JIRRIGWARDAW FTEHIMIET TA’ KREDITU

Artikolu 9 Self responsabbli

Fejn il-kreditur jikkonkludi ftehim ta’ kreditu jew ftehim ta’ garanzija jew iżid l-ammont totali ta’ kreditu jew l-ammont garantit, hu assunt li hu jkun evalwa qabel, b’kull mezz għad-dispożizzjoni tiegħu, jekk il-konsumatur u, fejn hu xieraq, il-garanti jistgħux b’mod raġonevoli jkunu mistennija li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt il-ftehim.

Artikolu 9 Informazzjoni li għandha tkun inkluża fi ftehimiet ta’ kreditu u ta’ garanzija

1. Ftehimiet ta’ kreditu u ta’ garanzija għandhom isiru fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’.

Il-partijiet kontraenti kollha inklużi l-garanti u l-intermedjarju ta’ kreditu, għandhom jirċievu kopja tal-ftehim ta’ kreditu.Il-garanti għandu jirċievi kopja tal-ftehim ta’ garanzija.

Ftehimiet ta’ kreditu għandu jkun fihom informazzjoni dwar aċċess għal isemmu l-eżistenza jew nuqqas ta’ eżistenza ta’ proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti lment u rimedju u għandhom jispeċifikaw aċċessibbli għal konsumaturi li huma parti kontraenti u, jekk tali proċeduri jeżistu il-formalitajiet biex jinkiseb aċċess għalihom li jridu jiġu segwiti jekk kreditur jew intermedjarju ta’ kreditu jagħmel użu minn proċeduri bħal dawn.

2. Il-ftehim ta’ kreditu għandu jinkludi b’mod ċar u konċiż:

(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet kontraenti kif ukoll, jekk japplika , l-isem u l-indirizz ta’ l-intermedjarju ta’ kreditu involut;

(b) it-tul tal-ftehim ta’ kreditu;

(c) l-ammont totali ta’ kreditu u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta’ self mill-kreditu;

(d) ir-rata ta’ self, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ dik ir-rata u, fejn huma disponibbli, kull indiċi, jew rata ta’ referenza applikabbli għar-rata inizjali ta’ self, kif ukoll il-perjodi, kundizzjonijiet u proċeduri għal bidliet fir-rata ta’ self ;

(e) the rata perċentwali annwali ta’ l-imposta u kemm iqum b’kollox il-kreditu lill-konsumatur, ikkalkulati fil-waqt tal-konklużjoni tal-ftehim, u d-data finanzjarja u l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata għandhom jissemmew;

(f) l-ammont, numru u frekwenza ta’ ħlasijiet li jridu jsiru, fejn hu possibbli elenkati fi skeda ta’ ħlas;

(g) fejn hemm involut amortizzament ta’ kapital ta’ ftehim ta’ kreditu b’tul u rata ta’ mgħaxijiet fissi, rendikont fil-forma ta’ tabella ta’ amortizzament; il-ħlasijiet dovuti, u l-perjodi u l-kundizzjonijiet relatati mal-ħlas ta’ dawn tali ammonti; it-tabella għandu jkollha analiżi ta’ kull ħlas lura biex turi l-amortizzament ta’ kapital, l-imgħaxijiet kkalkulati fuq il-bażi tar-rata ta’ self u, fejn japplika, l-ispejjeż addizzjonali;

(h) jekk imposti u mgħaxijiet jkollhom jitħallsu mingħajr amortizzament ta’ kapital, dikjarazzjoni li turi l-perjodi u l-kundizzjonijiet tal-ħlas ta’ l-imgħaxijiet ta’ self u ta’ l-imposti rikorrenti u mhux rikorrenti assoċjati magħhom ;

(i) fejn japplika, l-ispejjeż taż-żamma ta’ kont li jirreġistra kemm tranżazzjoniet ta’ ħlas u kemm ta’ ġbid ta’ self, l-ispejjeż ta’ l-użu ta’ mezzi ta’ ħlas kemm għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas u kemm ta’ ġbid ta’ self, u spejjeż oħra relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas;

(j) rendikont ta’ l-ispejjeż, li jindika l-iskop tagħhom u l-ammonti, il-komponenti ta’ l-ispejjeż li m’humiex inklużi fil-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta imma li huma magħrufa għall-kreditur jew l-intermedjarju ta’ kreditu u jridu jitħallsu mill-konsumatur, taħt ċerti ċirkustanzi jiġifieri l- imgħaxijiet fil-każ ta’ pagamenti arretrati kif applikabbli fil-waqt tal-konklużjoni tal-ftehim u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħhom ħlasijiet ta’ l-impenn, pieni, l- imposti jew imgħaxijiet fuq arretrati relatati ma’ qbiż ta’ ġbid mhux awtorizzat li hu aktar mill -ammont totali ta’ kreditu, u imposti għal nuqqas fil-qadi ta’ l-obbligi, kif ukoll lista li tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi;

(k) il-garanziji u l-assigurazzjoni meħtieġa;

(l) l-eżistenza jew l-assenza ta’ dritt ta’ rtirar, il-perjodu li matulu dak id-dritt ta’ rtirar jista’ jiġi eżerċitat, u l-proċedura li biha dak id-dritt jiġi eżerċitat ;

(m) informazzjoni li tirrigwarda d-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 14 kif ukoll il-kundizzjonijiet biex dawn id-drittijiet jiġu eżerċitati;

(n) id-dritt ta’ dritt għal ħlas lura kmieni kif ukoll il-proċedura li trid tiġi applikata mill-konsumatur biex jeżerċita dan id-dritt , il-proċedura għal ħlas lura kmieni, u, fejn japplika, l-ispejjeż li joħorġu minnha, b’indikazzjoni ta’ l-ammont jew tal-metodu ta’ kalkolu;

(o) il-proċedura li trid tiġi segwita biex jiġi eżerċitat id-dritt ta’ terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

( b) id-data msemmija fl-Artikolu 6 (2), bir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta u r-rata ta’ self ikkalkulati fil-waqt tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu fuq il-bażi tad-data finanzjarja kollha u l-assunzjonijiet applikabbli għall-ftehim;

(p) fejn japplika, l-oġġetti u s-servizzi li qed jiġu ffinanzjati;

( g) dritt għal ħlas lura kmieni, kif ukoll il-proċedura li trid tiġi applikata mill-konsumatur biex jeżerċita dan id-dritt;

h) il-proċedura li trid tiġi segwita biex jiġi eżerċitat id-dritt ta’ rtirar.

It-tabella li tissemma f'c) għandha jkollha d-dettalji ta' kull ħlas lura sabiex tidher l-amortizzazzjoni tal-kapital, l-interess ikkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta' self u, fejn applikabbli, l-ispejjeż addizzjonali.

Jekk fil-każ imsemmi f'c), ġbid lura mhux possibbli mingħajr il-kunsens tal-kreditur, id-deċiżjoni tal-kreditur għandha tiġi kkomunikata fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa'. Għandu tkun disponibbli għall-konsumatur u għandu jkun fiha d-dejta emendata li għaliha jirreferi dan il-paragrafu.

Fejn l-ammont eżatt ta’ dawn il-komponenti msemmija f’e) huwa magħruf, dan għandu jintwera. Inkella, u bħala ħtieġa minima, dawn l-ispejjeż iridu jkunu jistgħu jiġu aċċertati fil-ftehim ta’ kreditu fuq il-bażi ta’ indikazzjoni tal-perċentwali marbuta ma’ rata ta’ referenza, metodu ta’ kalkolu jew l-iktar estimu realistiku possibbli. F’każijiet bħal dawn il-kreditur għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-konsumatur, fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’, analiżi ta’ l-ispejjeż mingħajr dewmien jew, sa mhux aktar tard minn meta jkunu se jiġu applikati.

3. Il-ftehim ta’ garanzija għandu jiddikjara l-ammont massimu ggarantit, kif ukoll l-imposti għal nuqqas fil-qadi ta’ l-obbligi li għandhom jiġu applikati skond il-proċedura msemmija f’paragrafu 2 (e).

3. Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu fejn il-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat ta’ l-ammont totali ta’ kreditu, imma jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perjodi u taħt kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ kreditu jew fi ftehim anċillari, l-informazzjoni pre-kontrattwali meħtieġa skond paragrafu 2 għandha tinkludi dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehimiet ta’ kreditu ma jipprovdux għal garanzija ta’ ħlas lura ta’ l-ammont totali ta’ ġbid ta’ self taħt dan il ftehim ta’ kreditu, jekk ma tingħatax garanzija bħal din

Artikolu 1410 Informazzjoni dwar ir- rata ta’ self

1. Ir-rata ta’ self tista’ tkun fissa jew varjabbli

2. Fejn waħda jew għadd ta’ rati ta’ self ikunu ġew stabbiliti, huma għandhom japplikaw għal tul il-perjodu speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu.

3. Rata ta’ self varjabbli ma tistax tvarja qabel it-tmiem tal-perjodi stipulati fil-ftehim ta’ kreditu u tista’ biss tagħmel hekk skond l-indiċi tar-rata ta’ referenza maqbul.

4. Il-konsumatur għandu jiġi infurmat perjodikament b’ kull tibdiliet fir-rata ta’ self, fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’.

Din l-informazzjoni għandha tinkludi r-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta l-ġdida, ir-rata l-ġdida ta’ self tal-kreditur u t-tabella ta’ l-amortizzament il-ġdida. Il-kalkolu tar- rata perċentwali annwali ta’ l-imposta l-ġdida għandu jiġi bbażat fuq Artikolu 12 (3) . Fejn il-bidla f’dik ir-rata hi sinifikanti, il-konsumatur għandu jiġi infurmat immedjatament wara d-data ta’ tali bidla.

Artikolu 2111 Ftehim ta’ kreditu fil-forma ta’ avvanz fuq kont kurrenti jew kont ta’ debitu faċilità ta’ owverdraft

Fejn ftehim ta’ kreditu jkopri kreditu fil-forma ta’ avvanz fuq kont kurrenti jew kont ta’ debitufaċilità ta’ owverdraft , il-konsumatur għandu jiġi infurmat regolarment dwar is-sitwazzjoni tad-debitu tiegħu permezz ta’ rendikont, fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’, li jkun fih l-informazzjoni segwenti:

(a) il-perjodu preċiż li għalih jirreferi r-rendikont;

(b) l-ammonti u d-dati ta’ ġbid ta’ self;

(c) fejn japplika, l-bilanċ dovut li jkun pendenti mir-rendikont ta’ qabel, u d-data tiegħu;

(d) fejn japplika, il-bilanċ il-ġdid pendenti ;

( d) id-data u l-ammont ta’ imposti dovuti;

(e) id-dati u l-ammonti ta’ ħlasijiet magħmula mill- konsumatur;

(f) l-aħħar rata ta’ self maqbula;

( g) l-ammont totali ta’ mgħaxijiet dovuti;

(g) fejn japplika, l-ammont minimu li jrid jitħallas;

(h) fejn japplika, il-bilanċ il-ġdid pendenti;

(j) l-ammont-totali pendenti l-ġdid, inklużi kull-mgħaxijiet fuq arretrati jew pieni.

Barra minn hekk, il-konsumatur għandu jiġi infurmat fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’ matul il-perjodu tal kuntratt dwar bidliet fir-rata ta’ self jew fl-ispejjeż pagabbli, immedjatament wara d-data ta’ bidliet bħal dawn.

Artikolu 2212 Ftehimiet ta’ kreditu bla skadenza fissa u ftehimiet ta’ kreditu għat-tul

1. Parti jew oħra tista’ tittermina ttemm b’mod standard ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa billi tagħti tliet xhur avviż fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’ skond il- proċeduri stipulati fil- ftehim ta’ kreditu u bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali rigward provi.

2. Il-kreditur jista’ mingħajr avviż minn qabel jittermina d-dritt tal-konsumatur li jiġbed self bis-saħħa ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa. Il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur b’tali deċiżjoni fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’ mingħajr dewmien.

3. Ftehimiet b’tul fiss ta’ aktar minn tliet snin ma jistgħux jiġġeddu mingħajr l-approvazzjoni espliċita tal-konsumatur

Artikolu 1113 Dritt ta’ rtirar

1. Il-konsumatur għandu jkollu perjodu ta’ erbatax-il jum kalendarji biex jirtira l-kunsens tal-mill - ftehim ta’ kreditu mingħajr ma jagħti raġuni.

Da k n il-perjodu ta’ rtirar għandu jibda:

(a) jew mill-jum tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, jew

(b) mill-jum li fih il-konsumatur jirċievi t-termini u l-kundizzjonijiet kontrattwali u l-informazzjoni skond l-Artikolu 9 (2), jekk dik id-data tiġi aktar tard mid-data msemmija f’punt (a). fil-jum li kopja tal-ftehim ta’ kreditu konkluż tiġi trasmessa lill-konsumatur.

2 . Qabel ma l-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar, jista’ jinforma lill-kreditur dwar l-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-ftehim ta’ kreditur. Din l-informazzjoni għandha tingħata f’perjodu ta’ seba’ ġranet tal-kalendarju wara l-bidu tal-perjodu ta’ rtirar skond paragrafu 1.

3. Jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rtirar, kif stipulat f’paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hu għandu, qabel tiskadi d-data ta’ l-għeluq imsemmija f’paragrafu 1, javża b’dan lill-kreditur wara l-informazzjoni mogħtija mill-kreditur skond l-Artikolu 9 (2)(l) b’mezz li jista’ jiġi ppruvat skond il-liġi nazzjonali. Il-konsumatur għandu javża lill-kreditur bl-irtirar tiegħu qabel jiskadi l-perjodu msemmi f’paragrafu 1 u bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali dwar provi.

Id-data ta’ l-għeluq għandha titqies li tkun ġiet osservata jekk dan l-avviż, jekk hu li jrid ikun fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’ li hu disponibbli u aċċessibbli għall-kreditur, ikun intbagħat qabel tiskadi d-data ta’ l-għeluq.

4. Wara l- eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar skond paragrafu 2 , il-kreditur għandu javża lill-konsumatur, fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’, bl-ammont ta’ flus li jrid jitħallas lura inklużi għandu jobbliga lill-konsumatur li fl-istess waqt jirritorna lill-kreditur is-somom ta’ flus jew oġġetti li jkun irċieva bis-saħħa tal-ftehim ta’ kreditu, sa fejn il-provvista tagħhom hi regolata mill-ftehim ta’ kreditu. Il-konsumatur għandu jħallas l- imgħaxijiet dovuti għall-perjodu li matulu kien hemm ġbid ta’ self mill-kreditu.

L- imgħaxijiet dovuti għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tar- r ata perċentwali annwali ta’ self ta’ l-imposta maqbula. Ebda indennità oħra ma tista’ tintalab fir-rigward ta’ eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar.

Il-konsumatur għandu jħallas lill-kreditur dak l-ammont ta’ flus avżat lilu taħt dan il-paragrafu. Kull depożitu inizjali magħmul mill-konsumatur taħt il-ftehim ta’ kreditu għandu jitħallas lura lill-konsumatur mingħajr dewmien.

5. Paragrafi 1, 2 u 3 sa 4 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw għal ftehimiet ta’ kreditu:

(a) konklużi permezz ta’ servizzi ta’ uffiċjal, sakemm l-uffiċjal jikkonferma li d-drittijiet skond Artikoli 5(2) u 9(2) huma garantiti għall-konsumatur. ftehimiet ta’ kreditu ggarantiti minn ipoteka fuq immobbli jew garanzija simili, ftehimiet ta’ kreditu għal skopijiet ta’ residenza

jew

(b) ftehimiet ta’ kreditu kkanċellati taħt:

(i) Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/65/KE [dwar promozzjoni ta’ bejgħ ta’ servizzi finanzjarji mill-bogħod lil konsumaturi u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 90/619/KE, 97/7/KE u 98/27/KE];

(ii) Artikolu 6 (4) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[17] ;

(iii) Artikolu 7 tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18] .

Artikolu 14Tranżazzjonijiet marbuta.

1. Fejn il-konsumatur ikun eżerċita dritt ta’ rtirar fir-rigward ta’ ftehim ta’ kreditu għall-provvista ta’ oġġetti jew servizzi minn negozjant, hu ma jkunx aktar marbut bi ftehim ta’ kreditu marbut.

2. Fejn:

(a) biex jixtri oġġetti jew j ikseb servizzi l-konsumatur jidħol fi ftehim ta’ kreditu ma’ persuna għajr il-fornitur tagħhom;

(b) il-kreditur u l-fornitur ta’ l-oġġetti jew servizzi jkollhom ftehim minn qabel li bih il-kreditu jingħata b’mod esklussiv minn dak il-kreditur lill-konsumaturi ta’ dak il-fornitur għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi mingħand dak il-fornitur;

(c) il-konsumatur imsemmi f’punt (a) jottjeni kreditu bis-saħħa ta’ dak il-ftehim minn qabel;

(d) l-oġġetti jew servizzi koperti mill-ftehim ta’ kreditu m’humiex fornuti, jew fornuti parzjalment biss, jew m’humiex konformi mal-kuntratt għall-provvista tagħhom;

(e) il-konsumatur ikun fittex lil fornitur għar-rimedji tiegħu imma ma rnexxilux jieħu s-sodisfazzjon li hu intitolat għalih,

il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jfittex lill-kreditur għal rimedji. Stati Membri għandhom jiddeterminaw sa fejn u taħt liema kundizzjonijiet dawn ir-rimedji għandhom ikunu eżerċitabbli.

3. Paragrafi 1 u 2 huma bla ħsara għal kwalunkwe regoli nazzjonali li taħthom kreditur għandu jinżamm responsabbli solidalment għal kull pretensjoni li l-konsumatur jista’ jkollu kontra l-fornitur fejn ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi mingħand il-fornitur ikun ġie ffinanzjat minn ftehim ta’ kreditu.

Artikolu 16 15 Ħlas lura kmieni

1. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jissodisfa kompletament jew parzjalment l-obbligi tiegħu taħt ftehim ta’ kreditu f’kull ħin qabel il-waqt iffissat fil-ftehim ta’ kreditu . F’każijiet bħal dawn, hu għandu jkun intitolat għal tnaqqis ġust mill-ispiża totali tal-kreditu .

2. Kull indennità mitluba mill- Il- kreditur għandu jkun intitolat li jitlob għandha tkun indennità ġusta u oġġettiva għal ħlas lura kmieni skond l-ammont jew il-metodu ta’ kalkolu u għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prinċipji attwarjali stipulati fil-ftehim ta’ kreditu.

Madankollu, eE bda indennità m’għandha tintalab mill-kreditur:

(a) għal ftehimiet ta’ kreditu fejn il-perjodu użat għall-iffissar tar-rata ta’ self hu ta’ inqas minn sena;

(b) jekk il-ħlas lura jkun sar taħt ftehim ta’ assigurazzjoni maħsub biex jipprovdi garanzija konvenzjonali ta’ ħlas lura ta’ kreditu.

(c) għal ftehimiet ta’ kreditu li jipprovdu għal ħlas ta’ imposti u mgħaxijiet mingħajr amortizzament ta’ kapital, bl-eċċezzjoni tal- ftehimiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 20 .

Artikolu 17 16 Assenjazzjoni ta’ drittijiet

Fejn id-drittijiet tal- kreditur taħt ftehim ta’ kreditu jew ftehim ta’ garanzija jew il-ftehim innifsu jiġu assenjati lil parti terza, il-konsumatur, u, fejn japplika, il-garanti, għandu jkun intitolat li jressaq kontra l-assenjatarju tad-drittijiet tal-kreditur taħt dak il-ftehim kull difiża li kienet disponibbli għalih kontra l-kreditur oriġinali, inkluża tpaċija akkont fejn din ta’ l-aħħar hi permessa fl-Istat Membru kkonċernat .

Il-konsumatur għandu jiġi infurmat fejn il-ftehim ta’ kreditu jkun ġie assenjat lil parti terza ħlief fejn l-assenjazzjoni ssir biss għal skopijiet ta’ konverżjoni f’titoli u fejn il-kreditur oriġinali, bi qbil ma’ l-assenjatarju, ikun għadu jaġixxi għan-nom ta’ l-assenjatarju bħala kreditur vis-à-vis l-konsumatur.

Artikolu 18 Projbizzjoni ta’ l-użu ta’ kambjali u titoli oħra

Il-kreditur jew assenjatarju tad-drittijiet tal-kreditur taħt ftehim ta’ kreditu jew ta’ garanzija m’għandux jitlob jew jistieden lill-konsumatur jew lill-garanti biex jiggarantixxu l-ħlas ta’ l-impenji tagħhom taħt dan il-ftehim permezz ta’ kambjala jew ċedola.

Madankollu, il-konsumatur m’għandux ikun meħtieġ li jiffirma ċekk li jiggarantixxi l-ħlas lura, kollu kemm hu jew parzjalment, ta’ l-ammont dovut.

Artikolu 2517 Qbiż ta’ l-ammont totali ta’ kreditu u owverdraft b’mod taċitu

1. Fil-każ ta’ qbiż temporanju awtorizzat ta’ l-ammont totali ta’ kreditu jew owverdraft taċitu, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien, bil-miktub jew b’mezz ieħor li jibqa’, dwar l-ammont involut u r-rata ta’ self applikabbli. Ebda pieni, imposti jew mgħaxijiet fuq arretrati m’għandhom jiġu inklużi.

1. Fil-każ ta’ qbiż sinifikanti ta’ l-ammont totali ta’ kreditu li jeċċedi perjodu ta’ xahar, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien , fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’

(a) li hu qabeż i l- kreditu ammont totali ta’ kreditu;

(b) jew li jkun qiegħed f’sitwazzjoni mhux awtorizzata ta’ owverdraft u għandu jinfurmah dwar l-ammont involut;

(c) tar- rata ta’ self; u

(d) ta’ kull piena, imposta jew mgħaxijiet fuq arretrati imposti jew pieni applikabbli.

2. Kull qbiż sinifikanti ta’ l-ammont totali ta’ kreditu jew owverdraft kif imsemmi f’dan l-artikolu li jeċċedi perjodu ta’ tliet xhur għandu jiġi rettifikat, fejn hu neċessarju permezz ta’ ftehim ta’ kreditu ġdid li jipprovdi għal ammont totali ta’ kreditu ogħla.

KAPITOLU V RATA PERċENTWALI ANNWALI TA’ L-IMPOSTA U RATA TA’ SELF

ARTIKOLU 12 18 Kalkolu tar- R rata perċentwali annwali ta’ l-imposta

1. Ir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta, li hi ekwivalenti, fuq bażi annwali, għal l-valur preżenti ta’ l-impenji kollha (ġbid ta’ self, ħlasijiet lura u imposti), futuri jew eżistenti, maqbula bejn il-kreditur u l- konsumatur min jissellef, għandha tiġi kkalkulata skond il-formola matematika mogħtija fl -Anness I .

Eżempji tal-metodu ta’ kalkolu huma mogħtija f’Anness II, bħala illustrazzjoni.

2. Għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta, kemm iqum b’kollox il-kreditu lill-konsumatur għandu jiġi determinat, bl-eċċezzjoni ta’ l- imposti pagabbli mill- konsumatur għal nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe impenn min-naħa tiegħu stipulat fil-ftehim ta’ kreditu u imposti barra mill-prezz tax-xiri li, għal xiri ta’ oġġetti u servizzi, hu obbligat iħallas irrispettivament minn jekk it-tranżazzjoni titħallasx fil-pront jew permezz ta’ kreditu.

L-ispejjeż biex jinżamm kont li jirreġistra kemm tranżazzjonijiet ta’ ħlas u kemm ta’ ġbid ta’ selftranżazzjonijiet ta’ kreditu , l-ispejjeż ta’ l-użu ta’ kard jew mezz ieħor ta’ ħlas kemm għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas u kemm għal ġbid ta’ self, u l-i spejjeż oħra relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas in ġenerali għandhom jiġu inklużi f’kemm iqum b’kollox il-kreditu lill-konsumatur sakemm m’humiex obbligatorji u jintwerew b’mod ċar u separatament fil-ftehim ta’ kreditu jew f’xi ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.

Spejjeż relatati ma’ primjums ta’ l-assigurazzjoni għandhom jiġu inklużi fl-ispiża totali tal-kreditu jekk l-assigurazzjoni tinħareġ meta jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu.

3. Il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta għandu jkun ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l- ftehim kuntratt ta’ kreditu jrid għandu jibqa’ validu għall-perjodu maqbul u l-kreditur u l-konsumatur iridu għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt it-termini u sad-dati maqbula fil-ftehim ta’ kreditu .

4. Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu li jkollhom klawsoli li jippermettu tibdiliet fir-rata ta’ self li hi inkluża fir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta imma li ma jistgħux jiġu kkwantifikati fil-ħin tal-kalkolu, ir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta għandha tinħadem fuq is-suppożizzjoni li r-rata ta’ self u imposti oħra jridu għandhom jibqgħu fissi mal-livell inizjali u jridu għandhom jibqgħu applikabbli sa tmiem il-ftehim ta’ kreditu.

5. Fejn hu neċessarju, l-assunzjonijiet segwenti jistgħu jiġu adottati fil-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta:

( a) jekk ftehim ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur libertà fil-ġbid ta’ self, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li jkun inġibed bħala self immedjatament u kompletament;

(b) jekk m’hemmx skeda fissa għal ħlas lura, u ma tkunx tista’ tiġi dedotta waħda mit-termini tal- ftehim ta’ kreditu u l-mezzi għall-ħlas lura tal-kreditu mogħti, it-tul tal-kreditu għandu jitqies li jkun ta’ sena;

(c) sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, fejn il- ftehim ta’ kreditu jipprovdi għal aktar minn data ta’ ħlas lura waħda, il-kreditu għandu jsir disponibbli u l-pagamenti jsiru fl-eqreb data stipulata fil-ftehim;

6. Fejn ftehim ta’ kreditu jitfassal fil-forma ta’ ftehim ta’ kiri b’opzjoni ta’ xiri u l-ftehim jipprovdi għal numru ta’ dati li fihom tista’ tiġi eżerċitata l-opzjoni ta’ xiri, ir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta għandha tiġi kkalkulata għal kull waħda minn dawn id-dati.

Fejn il-valur reżidwu ma' jistax jiġi determinat, l-oġġetti mikrija għandhom ikunu soġġetti għal amortizzazzjoni lineari sabiex b'hekk il-valur jinżel għal żero fl-aħħar tal-perjodu normali tal-kiri stipulat fil-ftehim ta' kreditu.

7. Meta ftehim ta' kreditu jipprevedi kostituzzjoni minn qabel jew simultanja ta' tfaddil u r-rata ta' self tiġi ffissata f'relazzjoni ma' dan it-tfaddil, ir-rata perċentwali ta' imposta għandha tiġi kkalkulata skond il-proċedura stipulata fl-AnnessIII.

Artikolu 13 Rata totali ta' self

1. Għall-iskopijiet tal-kalkolu tar-rata totali ta' self, l-ammonti totali mitludba mill-kreditur għandhom jiġu determinati, bl-eċċezzjoni ta' l-imposti li għandhom jitħallsu mill-konsumatur għal nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe impenn li ħa taħt il-ftehim ta' kreditu u imposti oħra li mhumiex marbuta mal-prezz tax-xiri li, għax-xiri ta' prodotti jew servizzi, huwa obbligat li jħallas kemm jekk it-tranżazzjoni titħallas f'kontanti jew inkella bi kreditu

2. L-ispejjeż taż-żamma ta' kont li jżomm traċċi kemm tat-tranżazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll dawk ta' kreditu, l-ispejjeż ta' l-użu ta' kard jew mezzi oħra ta' ħlas kemm għal tranżazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll ta' ġbid lura, u l-ispejjeż marbuta ma' tranżazzjonijiet ta' ħlas b'mod ġenerali se jitqiesu bħala ċifri totali mitluba mill-krediur sakemm ma ntwerewx biċ-ċar u b'mod separat fil-ftehim ta' kreditu jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.

3. Dan li ġej għandu jiġi eskluż miċ-ċifri mitluba mill-kreditur għall-kalkolu tar-rata totali ta' self:

a) spejjeż marbuta ma servizzi anċillari għall-ftehim ta' kreditu, li l-konsumatur jista' jikseb mill-kreditu jew kull entità oħra li tipprovdi s-servizzi;

b) spejjeż pagabbli mill-konsumatur mal-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu lil persuni li mhumiex il-kreditur, partikolarment, in-nutar, l-awtoritajiet tat-taxxa u kwalunkwe spejjeż in ġenerali li huma imposti mill-awtorità responsabbli għar-reġistrazzjoni u għall-garanziji.

4. Ir-rata totali ta' self għandha tiġi kkalkulata skond il-proċeduri u l-assunzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12(3) – (7) u l-Annessi I u II.

KAPITOLU VI TERMINI INġUSTI

Artikolu 15 Termini inġusti

Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/13/KEE għall-ftehim fl-intier tiegħu, termini fi ftehim ta’ kreditu jew ftehim ta’ garanzija għandhom jitqiesu bħala inġusti jekk l-intenzjoni jew l-effett tagħhom hu li:

( a) jimponu fuq il-konsumatur, bħala kundizzjoni għal ġbid ta’ self, il-ħtieġa li jħallu bħala garanzija, interament jew parzjalment, is-somom missellfa jew mogħtija, jew jużawhom, interament jew parzjalment, biex jikkostitwixxu depożitu jew jinxtraw titoli jew strumenti finanzjarji oħra; ħlief fejn il- konsumatur jottjeni l-istess rata għal tali depożitu, xiri jew garanzija bħar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta maqbula ;

(b) jobbligaw lill-konsumatur, meta jkunu qed jikkonkludu ftehim ta’ kreditu, biex jidħol f’kuntratt ieħor mal-kreditur, intermedjarju ta’ kreditu jew parti terza appuntata minnhom, ħlief fejn l-ispejjeż ta’ dan ikunu inklużi fl-ispiża total tal-kreditu;

(c) jagħmlu bidliet fi kwalunkwe spejjeż kontrattwali, indennitajiet jew imposti ħlief fir-rata ta’ self;

(d) jintroduċu regoli fuq il-varjabilità tar-rata ta’ self li jiddiskriminaw kontra l-konsumatur

(e) jintroduċu sistema li tinvolvi rata ta’ self varjabbli li ma tirrelatax mar-rata netta inizjali ta’ self proposta meta jkun ġie konkluż il-ftehim ta’ kreditu u li tkun teskludi kull forma ta’ skont, tnaqqis jew vantaġġi oħra;

(c) jobbligaw lill-konsumatur li juża l-istess kreditur biex jiffinanzja mill-ġdid il-valur residwu u, b’mod ġenerali, kwalunkwe ħlas finali fuq ftehim ta’ kreditu għall- iffinanzjar ta’ xiri ta’ propjetà immobbli jew servizz;”

KAPITOLU VII EżEKUZZJONI TA’ FTEHIM TA’ KREDITU

Artikolu 18 Projbizzjoni fuq l-użu ta’ kambjali u titoli oħra

Il-kreditur jew assenjatarju tad-drittijiet tal-kreditur taħt ftehim ta’ kreditu jew ftehim ta’ garanzija m’għandux jobbliga jew jistieden lill-konsumatur jew garanti biex jiggarantixxu l-ħlas ta’ l-impenji tagħhom taħt dak il-ftehim permezz ta’ kambjala jew ċedola.

Barra minn hekk, il-konsumatur jew garanti m’għandhomx jiġu obbligati jiffirmaw ċekk li jiggarantixxi l-ħlas lura, kollu kemm hu jew parzjalment, ta’ l-ammont dovut.

Artikolu 19 Responsabbiltà solidali

1. Stati Membri għandhom jiżguraw li l-eżistenza ta’ ftehim ta’ kreditu bl-ebda mod m’għandha taffettwa d-drittijiet tal-konsumatur kontra l-fornitur ta’ oġġett u servizzi mixtrija permezz ta’ tali ftehim f’każijiet fejn l-oġġetti jew servizzi ma jkunux ġew fornuti jew inkella ma jkunux konformi mal-kuntratt tal-provvista tagħhom.

2. Jekk il-fornitur ta’ oġġetti jew servizzi jkun aġixxa bħala intermedjarju ta’ kreditu, il-kreditur u l-fornitur għandhom ikunu responsabbli solidalment għall-indennizz tal-konsumatur fejn l-oġġetti jew servizzi li x-xiri tagħhom ikun ġie ffinanzjat bil-ftehim ta’ kreditu ma jkunux ġew fornuti, jew fornuti parzjalment biss, jew ma jkunux konformi mal-kuntratt tal-provvista tagħhom

KAPITOLU VIII FTEHIMIET TA’ KREDITU SPEċIFIċI

Artikolu 20 Ftehim ta’ kreditu li jipprovdi kostituzzjoni ta’ kapital

1. Jekk ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat ta’ l-ammont totali ta’ kreditu, imma jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perjodi u taħt kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ kreditu, tali kostituzzjoni ta’ kapital għandha tiġi bbażata fuq ftehim anċillari mehmuż mal-ftehim ta’ kreditu.

2. Il-ftehim anċillari msemmi f’paragrafu 1 għandu jipprovdi għal garanzija inkondizzjonata ta’ ħlas lura ta’ l-ammont totali ta’ ġbid ta’ self mill-kreditu. Jekk il-parti terza li tipprovdi l-kostituzzjoni tal-kapital tonqos milli tikkonforma ma’ l-obbligi tagħha, il-kreditur għandu jassumi r-riskju.

3. Pagamenti, primjums u imposti rikorrenti jew mhux rikorrenti pagabbli mill- konsumatur ta ħt il-ftehim anċillari msemmi f’paragrafu 1, flimkien ma’ l-imgħaxijiet u l-imposti taħt il-ftehim ta’ kreditu, għandhom jikkostitwixxu l-ispiża totali tal-kreditu. Ir-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta u r-rata ta’ self għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ l-impenn totali sottoskritt mill-konsumatur.

KAPITOLU VII EżEKUZZJONI TA’ FTEHIM TA’ GARANZIJA

ARTIKOLU 21 EżEKUZZJONI TA’ FTEHIM TA’ GARANZIJA

1. Garanti jista’ jikkonkludi ftehim ta’ garanzija li jiggarantixxi ħlas lura taħt ftehim ta’ kreditu bla skadenza għal perjodu ta’ tliet snin biss. Din il-garanzija tista’ tiġi estiża biss bil-ftehim speċifiku mal-garanti fi tmiem dak il-perjodu.

2. Il-kreditur jista’ jieħu azzjoni kontra l-garanti fil-każ biss li l-konsumatur, billi jkun naqas fil-ħlas lura tal-kreditu, ikun naqas li jikkonforma ma’ avviz ta’ nuqqas fil-qadi ta’ l-obbligi fi żmien tliet xhur. Il-garanti jrid jiġi infurmat hekk kif l-avviz ta’ nuqqas fil-qadi ta’ l-obbligi jintbagħat lill-konsumatur.

3. L-ammont iggarantit jista’ jlaħħaq biss sal-bilanċ dovut mill-ammont totali ta’ kreditu u kull arretrati skond il-ftehim ta’ kreditu, bl-esklużjoni ta’ kull indennità oħra jew pieni stipulati fil-ftehim ta’ kreditu.

KAPITOLU X NUQQAS FIL-QADI TA’ L-OBBLIGI TA’ FTEHIM TA’ KREDITU

Artikolu 24 Avviz ta’ nuqqas fil-qadi ta’ l-obbligi u infurzar

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li

(a) kredituri, ir-rappreżentanti tagħhom u kull assenjatarju ieħor tad-drittijiet tal-kreditur taħt ftehim ta’ kreditu jew ftehim ta’ garanzija ma jistgħux jie ħdu miżuri disproporzjonati biex jirkupraw l-ammonti dovuti lilhom fil-każ ta’ nuqqas fil-qadi ta’ l-obbligi ta’ ftehimiet bħal dawn;

(b) il-kreditur jista’ jitlob ħlas immedjat fil-każ ta’ nuqqas fil-qadi ta’ l-obbligi jew jinvoka klawsola li tipprovdi għal kundizzjoni riżoluttiva espliċita permezz biss ta’ avviz ta’ nuqqas fil-qadi ta’ l-obbligi li jkun sar qabel li titlob lill- konsumatur jew, fejn japplika, lill-garanti biex jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu taħt il-ftehim f’perjodu ta’ żmiem raġonevoli jew biex japplika għal skeda ġdida tad-debitu;

(c) il-kreditur ma jistax jissospendi d-drittijiet tal-konsumatur dwar il-ġbid ta’ self jekk ma jiġġustifikax id-deċiżjoni tiegħu u hu meħtieġ li jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien.

d) fil-każ ta' nuqqasijiet fir-rigward ta' l-obbligi tagħhom jew fil-każ ta' ħlas lura kmieni, il-konsumatur u l-garanti huma intitolati, fuq talba u mingħajr dewmien, li jirċievu dikjarazzjoni dettaljata tal-kont, b'xejn, li tippermettilhom jivverifikaw l-ispejjeż u l-interessi mitluba.

2. Avviż ta' nuqqas ta' qadi ta' l-obbligi hekk kif jissemma fil-paragrafu 1(b) mhux meħtieġ:

a) fil-każ ta' frodi evidenti, il-provi għandhom jitressqu mill-kreditur jew minn min ġie assenjat bid-drittijiet tal-kreditur;

b) meta l-konsumatur ibigħ il-proprjetà ffinanzjata qabel ma jkun tħallas l-ammont totali tal-kreditu jew jekk juża l-proprjetà b'mod inkonsistenti mal-kundizzjonijiet tal-ftehim ta' kreditu, u fejn il-kreditur jew min hu assenjat bid-drittijiet tal-kreditu għandu klejm preferenzjali, id-dritt ta' pussess jew riżerva tat-titolu fuq il-proprjetà ffinanzjata, sakemm il-konsumatur ikun ġie infurmat bl-eżistenza ta' klejm preferenzjali bħal din, id-dritt ta' pussess jew ir-riżerva ta' titlu qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

Artikolu 26 Teħid lura ta’ oġġetti

Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu għall-akkwist ta’ oġġetti, Stati Membri għandhom jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom oġġetti jistgħu jittieħdu lura. Jekk il- konsumatur ma jkunx ta l-kunsens speċifiku tiegħu fil-mument li l-kreditur jgħaddi għat-teħid lura u jekk hu jkun digà għamel ħlasijiet li jikkorrispondu għal terz ta’ l-ammont totali ta’ kreditu, l-oġġetti ffinanzjati ma jistgħux jittieħdu lura jekk mhux bi proċeduri ġudizzjarji.

Stati Membri għandhom, aktar minn hekk, jiżguraw li, fejn il-kreditur jieħu lura l-oġġetti, il-kont ta’ bejn il-partijiet isir b’mod li jiżgura li t-teħid lura ma jwassalx għal profitt inġustifikat.

Artikolu 27Rkupru

1. Persuni naturali jew legali li jagħmlu, bħala l-attività prinċipali tagħhom jew bħala attività sekondarja, u mhux bħala parti minn xi proċedura tal-qorti, xogħol ta’ rkupru ta’ dejn li jirriżulta minn ftehim ta’ kreditu jew ta’ garanzija, jew li jintervjenu f’dan ir-rigward, ma jistgħux, fl-ebda forma hi liema hi, direttament jew indirettament, jitolbu xi ħlas jew indennità mingħand il-konsumatur jew il-garanti għall-intervent tagħhom, sakemm tali ħlasijiet jew indennitajiet ma jkunux speċifikament maqbula fil-ftehim ta’ kreditu jew ftehim ta’ garanzija.

2. Fil-kuntest ta’ l-irkupru tad-djun li jirriżultaw minn ftehim ta’ kreditu jew ftehim ta’ garanzija, is-segwenti għandhom jiġu pprojbiti:

a) kull dokument li, bħala riżultat ta’ l-apparenza tiegħu, jagħti l-impressjoni żbaljata li ġej minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità medjatriċi tad-dejn;

b) komunikazzjonijiet bil-miktub li jkun fihom informazzjoni inkorretta dwar il-konsegwenzi ta’ nuqqas fil-qadi ta’ l-obbligi tal-ħlas;

c) te ħid lura mhux awtorizzat ta’ oġġetti mingħajr proċeduri ġudizzjarji jew il-kunsens speċifiku msemmi fl-Artikolu 26;

d) kwakunkwe skrizzjoni fuq envelop li turi ċar li l-korrispondenza hi relatata ma’ rkupru ta’ dejn;

e) ġbir ta’ imposti li m’humiex stipulati mill-ftehim ta’ kreditu jew ta’ garanzija;

f) kull kuntatt ma’ ġirien, qraba jew prinċipal tal-konsumatur jew garanti, speċjalment kull komunikazzjoni ta’, jew talba għal, informazzjoni fuq is-solvibilità tal-konsumatur jew garanti, bla preġudizzju għal azzjonijiet li jiffurmaw parti minn proċeduri statutorji ta’ qbid kif stabbiliti mill-Istati Membri;

g) fastidju fiżiku jew psikoloġiku lil konsumatur jew garanti;

h) rkupru ta’ dejn preskritt.

KAPITOLU VI REġISTRAZZJONI, STATUS U KONTROLL TA’ KREDITURI U INTERMEDJARJI TA’ KREDITU

ARTIKOLU 2819 Registration Regolamentazzjoni ta’ kredituri u intermedjarji ta’ kreditu

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri u intermedjarji ta’ kreditu japplikaw għar-reġistrazzjoni

L-obbligu ta’ reġistrazzjoni ma japplikax għal intermedjarji ta’ kreditu li għalihom jassumi r-responsabbiltà kreditur jew intermedjarju ta’ kreditu ieħor taħt it-termini tar-reġistrazzjoni tiegħu stess. Dan it-teħid ta’ responsabbiltà jrid isir ċar f’avviz fil-post tan-negozju ta’ intermedjarji ta’ kreditu li m’humiex meħtieġa jirreġistraw.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri u intermedjarji ta’ kreditu jkunu ssorveljati minn korp jew awtorità indipendenti minn istituzzjonijiet finanzjarji , jew regolati.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri u intermedjarji ta’ kreditu jkunu ssorveljati minn korp jew awtorità indipendenti minn istituzzjonijiet finanzjarji, jew regolati.

a) jiżguraw li l-attivitajiet ta’ kredituri u intermedjarji ta’ kreditu jkunu soġġetti għal spezzjonijiet u monitoraġġ minn istituzzjoni jew korp uffiċjali;

b) jistabbilixxu korpi appositi biex jirċievu lmenti dwar ftehimiet ta’ kreditu, ftehimiet ta’ garanzija u kundizzjonijiet ta’ kreditu u ta’ garanzija, u biex jipprovdu lill-konsumaturi u garanti informazzjoni relevanti jew pariri fuq is-suġġett .

3. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li reġistrazzjoni kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu ma tkunx meħtieġa fejn il- kreditur jew intermedjarju ta’ kreditu partikolari hu "istituzzjoni ta’ kreditu" fit-tifsir ta’ l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [19] u hu awtorizzat skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

Fejn kreditur jew intermedjarju ta’ kreditu hu, kemm irreġistrat taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, u kemm awtorizzat taħt id-dispożizzjonijiet tad- Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-aħħar awtorizzazzjoni tiġi sussegwentement irtirata, l-awtorità kompetenti li tkun irreġistrat il-kreditur jew l-intermedjarju ta’ kreditu għandha tiġi infurmata u għandha tiddeċiedi jekk il- kreditur jew l-intermedjarju ta’ kreditu jistgħux ikomplu jagħtu jew jagħmlu arranġamenti għal kreditu jew jekk ir-reġistrazzjoni tiegħu għandhiex tiġi kkanċellata.

Artikolu 2920 Obbligi ta’ intermedjarji ta’ kreditu

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li intermedjarju ta’ kreditu:

( a) jindika f’riklamar u dokumentazzjoni maħsuba għal klijenti, sa fejn jaslu l-poteri tiegħu, b’mod partikolari jekk jaħdimx esklussivament ma’ wieħed jew aktar kredituri jew bħala sensar indipendenti;

(b) jikkomunika lill-kredituri kollha li jkun ikkuntattja, l-ammont totali ta’ offerti oħra ta’ kreditu li jkun talab jew irċieva għall-istess konsumatur jew garanti fix-xahrejn preċedenti għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

(b) ma jirċevix, direttament jew indirettament, ebda ħlas, ikun f’liema forma jkun, mingħand konsumatur li jkun talab is-servizzi tiegħu, jekk ma jkunux sodisfatti l-kundizzjonijiet segwenti:

( i) l-ammont ta’ ħlas ikun imsemmi fil-ftehim ta’ kreditu maqbul bejn il-konsumatur u l-intermedjarju ta’ kreditu fuq il-karta jew mezz ieħor li jibqa’;

( ii) l-intermedjarju ta’ kreditu ma jirċevix ħlas mingħand il-kreditur;

(i ii) l-ftehim ta’ kreditu li dwaru jkun aġixxa jiġi fil-fatt konkluż;

(i v) l-intermedjarju ta’ kreditu jikkomunika l-ammont tal-ħlas lill-kreditur għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta.

KAPITOLU VII MIżURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

ARTIKOLU 3021 Armonizzazzjoni, għarfien reċiproku, u natura imperattiva ta’ din id-Direttiva Armonizzazzjoni totali u natura imperattiva tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva

1. Sa fejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet għajr dawk stipulati f’din id-Direttiva., ħlief fir-rigward ta’:

(a) reġistrazzjoni ta’ ftehimiet ta’ kreditu u ta’ garanzija skond l-Artikolu 8 (4);

(b) id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-piż tal-prova msemmija fl-Artikolu 33.

2. Waqt l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1), (2) u (5), l-Artikolu 13, l-Artikolu 14(1) u (2), l-Artikoli 15, 17, 19 u 20, u bla preġudizzju għal miżuri neċessarji u proporzjonati li Stati Membri jistgħu jieħdu għal raġunijiet ta’ politika pubblika, l-Istati Membri m’għandhomx jillimitaw l-attivitajiet ta’ kredituri stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li jkunu qed joperaw fit-territorju tagħhom bi qbil ma’ din id-Direttiva jew bis-saħħa tal-libertà li jistabbilixxu ruħhom jew il-libertà li jagħtu servizzi.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ftehimiet ta’ kreditu u ftehimiet ta’ garanzija ma jidderogawx, għad-detriment tal-konsumatur jew garanti, mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta jew tikkorrispondi ma’ din id-direttiva.

4. L-Istati Membri għandhom, barra minn hekk, jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jadottaw fl-implimentazzjoni ta’ din id-dDirettiva ma jagħtux lok għal logħob bil-liġi li jirriżulta mill-mod li bih jiġu fformulati ftehimiet, partikolarment billi jiġu integrati ġbid ta’ self jew ftehimiet ta’ kreditu li jaqgħu fil-firxa ta’ applikazzjonii ta’ din id-dDirettiva fi ftehimiet ta’ kreditu li n-natura u l-iskop tagħhom jagħmluha possibbli li tiġi evitata l-applikazzjoni tagħha.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li k onsumaturi u garanti ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet mogħtija lilhom minn din id- Direttiva .

6. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumatur i u l-garanti ma jitilfux il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva permezz illi tiġi magħżula l-liġi ta’ pajjiż li mhux membru pajjiz terz bħala l-liġi applikabbli għall- ftehim ta’ kreditu , jekk il- ftehim ta’ kreditu jkollu rabta mill-qrib mat-territorju ta’ wieħed jew aktar Stati Membri.

Artikolu 31 22 Pieni

L- Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar pieni applikabbli għal fuq ksur ta d- dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-applikazzjoni ta’ bi qbil ma’ din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati . dawn jiġu infurzati. Il-Dawn il-pieni stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u jikkostitwixxu deterrent dissważivi . Huma jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għat-telf ta’ mgħax u imposti mill-kreditur u l-kontinwazzjoni tad-dritt ta’ ħlas lura mill-konsumatur ta’ l-ammont totali ta’ kreditu permezz ta’ pagamenti bin-nifs, b’mod partikolari fejn il-kreditur ma jirrispettax id-dispożizzjonijiet dwar self responsabbli. Stati Membri għandhom jikkomunikaw dawn jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn […][sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] sa mhux aktar mid-data speċifikata fl-Artikolu 24 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’ kull emenda sussegwentili tirrigwarda li taffettwa lilhommingħajr dewmien.

Artikolu 3223 Soluzzjoni ta’ tilwim Riżarċiment barra mill-qorti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri adegwati u effettivi ta’ soluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti lmenti u riżarċiment barra mill-qorti għal tilwim tal-konsumatur li jirrigwardaw ftehimiet ta’ kreditu, billi fejn hu xieraq jutilizzaw korpi eżistenti.

Stati Membri għandhom jinkoraġġixxu lil dawk il- korpi responsabbli mis-soluzzjoni ta’ tilwim tal-konsumatur barra mill-qorti biex jikkooperaw bil-għan li jsolvu wkoll tilwim tranż-fruntiera li jirrigwardaw ftehimiet ta’ kreditu u ta' garanzija.

Artikolu 33 Piż tal-prova

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-piż tal-prova fir-rigward ta’ konformità ma’ l-obbligi ta’ informazzjoni lill-konsumatur imposti fuq il-kreditur u l-intermedjarju ta’ kreditu, fir-rigward tal-kunsens tal-konsumatur għall-konklużjoni tal-kuntratt u, fejn xieraq, it-tħaddim tiegħu, f’dawk li huma attivitajiet bi ħlas ta’ l-intermedjarju ta’ kreditu, jista’ jitqiegħed fuq il-kreditur jew l-intermedjarju ta’ kreditu. Kull terminu fi ftehim li jistipula li l-piż tal-prova fir-rigward ta’ konformità min-naħa tal-kreditur u, fejn japplika, l-intermedjarju ta’ kreditu ma’ parti minn jew l-obbligi kollha li għalihom huma responsabbli skond din id-Direttiva għandu jaqa’ fuq il-konsumatur u, fejn japplika, il-garanti, għandu jitqies bħala terminu inġust fit-tifsir tad-Direttiva 93/13/KEE.

Artikolu 34 Ftehimiet eżistenti

1. Din id-Direttiva ma tapplikax għal ftehimiet ta’ kreditu li jkunu jeżistu fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ il-miżuri implimentattivi nazzjonali, bl-eċċezzjoni ta’ ftehimiet ta’ kreditu bla skadenza fissa. id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1, 2, 3 u 22, 23 (1) u (2), 24 sa 27, u 30 sa 35. L-Artikolu 9 għandu japplika għal kuntratti bħal dawn sa fejn żieda fl-ammont totali ta’ kreditu jew l-ammont iggarantit issir wara li l-miżuri nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva jidħlu fis-seħħ.

2. Għal ftehimiet li jkunu jeżistu fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ il-miżuri implimentattivi nazzjonali, it-tabella ta’ amortizzament imsemmija fl-Artikolu 10 trid tiġi pprovduta lill-konsumatur mingħajr ħlas malli xi waħda mis-segwenti kundizzjonijiet tibda tgħodd:

(a) tħassir tal-ftehim ta’ kreditu jew ħlas lura kmieni

b) nuqqas fil-qadi ta’ l-obbligu tal-ħlas 3

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ftehimiet ta’ kreditu bla skadenza fissa li kienu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi nazzjonali jridu jiġu sostitwiti minn ftehimiet ġodda li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva permezz ta’ addendum għall-ftehim ta’ kreditu mibgħut mill-kreditur lill-konsumatur, sa mhux aktar tard minn [...][sentejn minn wara d-data ta’ l-għeluq tal-perjodu ta’ traspożizzjoni].

Artikolu 3524 Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [...][sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] sa mhux aktar tard minn [daħħal id-data][sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan immedjatament. minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [daħħal id-data] [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Meta Stati Membri jadottaw dawn k id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3. Il-Kummissjoni, kull ħames snin, u għall-ewwel darba [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] għandha tagħti ħarsa mill-ġdid lejn il-limiti ta’ din id-Direttiva biex tevalwahom fid-dawl tax-xejriet ekonomiċi fil-Komunità u s-sitwazzjoni tas-suq konċernat. Ir-riżultati ta’ din il-ħarsa mill-ġdid jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjati, fejn hu xieraq, minn proposta għall-modifika tal-limiti skond il-każ.

KAPITOLU VIII DISPOżIZZJONIJIET TRANżIZZJONALI U FINALI

ARTIKOLU 3625 Revoka

Id-Direttiva 87/102/KEE hija revokata b’effett mit-tmiem tal-perjodu ta’ traspożizzjoni għal din id-Direttiva] [daħħal id-data ] .

Artikolu 34 26 Miżuri tranżizzjonali

1. Din id-Direttiva ma m’għandhiex tapplika x għal ftehimiet ta’ kreditu li jkunu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi nazzjonali, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 1, 2, 3 u 22, 23(1) u (2), 24 sa 27, u 30 sa 35. ta’ ftehimiet ta’ kreditu bla skadenza fissa.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ftehimiet ta’ kreditu bla skadenza fissa li jkunu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi nazzjonali għandhom jiġu sostitwiti minn ftehimiet ġodda li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva permezz ta’ addendum għall-ftehim ta’ kreditu mibgħut mill-kreditur lill-konsumatur, sa mhux aktar tard minn [ daħħal id-data] [sentejn wara mit-tmiem d -data ta’ l-għeluq tal-perjodu ta’ traspożizzjoni].

Artikolu 15 27 Emenda għad-Direttiva 93/13/KEE

Fl-Anness tad-Direttiva 93/13/KEE, il-punt 3 segwenti hu miżjud:

‘3. Termini ta’ ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur kif definit fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva…/…/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill [dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ Stati Membri fir-rigward ta’ kreditu lill-konsumaturi] ( li għandhom l-intenzjoni jew l-effett li :

( a) jimponu jimponu fuq il-konsumatur, bħala kundizzjoni għal ġbid ta’ self, ħtieġa li jħallu bħala garanzija, interament jew parzjalment, is-somoml-ammonti missellfa jew mogħtija, jew jużawhom, interament jew parzjalment, biex jikkostitwixxu depożitu jew jinxtraw titoli jew strumenti finanzjarji oħra, ħlief fejn il-konsumatur jottjeni minn ta’ l-inqas l-istess rata għal tali depożitu, xiri jew garanzija bħar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta maqbula;

(b) jobbligaw lill-konsumatur, meta jkunu qed jikkonkludu ftehim ta’ kreditu, biex jidħol f’kuntratt ieħor mal-kreditur, intermedjarju ta’ kreditu jew parti terza appuntata minnhom, ħlief fejn l-ispejjeż ta’ dan ikunu inklużi f’kemm iqum b’kollox il-kreditu lill-konsumatur ;

(c) jobbligaw lill-konsumatur li juża l-istess kreditur biex jiffinanzja mill-ġdid il-valur residwu u, b’mod ġenerali, kwalunkwe ħlas finali fuq ftehim ta’ kreditu għall-iffinanzjar tax-xiri ta’ propjetà immobbli jew servizz;

Artikolu 37 28 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum li jiġi wara dak tal- pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-komunitajiet ta’ l-Unjoni Ewrope ja

Madankollu, fir-rigward ta’ l- Artikoli 15 u 17, l-Artikolu 21(2) għandu japplika minn [daħħal id-data][minn sitt snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 24].

Artikolu 38 29 Lil min indirizzata

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS L-ekwazzjoni bażika li tesprimi l-ekwivalenza ta’ ġbid ta’ self minn naħa waħda u ħlas lura u imposti fuq in-naħa l-oħra:

L-ekwazzjoni bażika, li tistabbilixxi r-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta (APR), iġġib indaqs, fuq bażi annwali, il-valur totali preżenti ta’ ġbid ta’ self fuq naħa waħda u t-total tal-valur preżenti ta’ ħlasijiet lura u ħlas ta’ imposti fuq in-naħa l-oħra, i.e.:

[pic]

fejn: X hija l-APR

- M hija n-numru ta’ l-aħħar ġbid ta’ self

- K hija n-numru ta’ ġbid ta’ self, għalhekk 1 ( k ( m ,

C k hija l-ammont ta’ ġbid ta’ self k ,

t k hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data ta’ l-ewwel ġbid ta’ self u d-data ta’ kull ġbid ta’ self sussegwenti, għalhekk t 1 = 0 ,

m’ hija n-numru ta’ l-aħħar ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

- l hija n-numru ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

D l hija l-ammont ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

s l hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data ta’ l-ewwel ġbid ta’ self u d-data ta’ kull ħlas lura jew ħlas ta’ imposti.

Rimarki

(a) L-ammonti mħallsa miż-żewġ partijiet fi żminijiet differenti mhux neċessarju li jkunu ndaqs u mhux neċessarju li jitħallsu f’intervalli ndaqs.

(b) Id-data tal-bidu għandha tkun dik ta’ l-ewwel ġbid ta’ self.

(c) Intervalli bejn id-dati użati fil-kalkolu għandhom ikunu espressi fi snin jew frazzjonijiet ta’ sena. Sena hija preżunta li fiha 365 jum (jew 366 jum fi snin biżestili), 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs. Xahar indaqs huwa preżunt li fih 30.41666 jum (i.e. 365/12) irrispettivament minn jekk hix sena biżestili jew le.

(d) Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi espress b’eżattezza ta’ mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk il-figura fil-punt deċimali li ssegwi hija akbar minn jew ugwali għal 5, iċ-ċifra f’dan il-post deċimali partikolari għandha tiżdied b’wieħed.

(e) L-ekwazzjoni tista’ tinkiteb mill-ġdid bl-użu ta’ somma waħda u l-kunċett ta’ flows ( A k ), li jkun pożittiv jew negattiv, fi kliem ieħor jew imħallas jew riċevut matul il-perjodi 1 sa k , espress fi snin, i.e.:

[pic]

S huwa l-bilanċ preżenti tal- flows . Jekk l-għan hu li tinzamm l-ekwivalenza tal- flows , il-valur ikun żero.

(f) L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-metodi ta’ soluzzjoni applikabbli jagħtu riżultat daqs dak ta’ l-eżempji ppreżentati fl-Annessi II u III.

ANNESS II Eżempji ta’ kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta

Rimarki Preliminari

Sakemm ma jingħadx xort’oħra, l-eżempji kollha jassumu ġbid ta’ self wieħed ta’ kreditu ugwali għall-ammont totali ta’ kreditu u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur hekk kif jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li jekk il-ftehim ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur il-libertà fil-ġbid ta’ self, l-ammont totali ta’ kreditu jiġi kkunsidrat li nġibed immedjatament u kompletament.

Xi Stati Membri, sabiex jesprimu r-rata ta’ self, għażlu li jużaw rata effettiva u l-metodu ta’ konverżjoni ekwivalenti, biex b’hekk evitaw sitwazzjoni fejn il-kalkolu ta’ l-imgħaxijiet perjodiċi jsir b’ħafna modi differenti li jużaw regoli pro rata temporis differenti li għandhom biss relazzjoni vaga ħafna man-natura lineari taż-żmien. Stati Membri oħra jippermettu rata perjodika nominali bl-użu ta’ metodu ta’ konverżjoni proporzjonali. Din id-direttiva tfittex li tissepara kull regolamentazzjoni ulterjuri ta’ rati ta’ self mir-regolamentazzjoni ta’ rati effettivi, billi sempliċement issemmi r-rata użata. L-eżempji f’dan l-Anness jirreferu għall-metodu li gie użat.

Eżempju 1

Ammont totali ta’ kreditu (kapital) ta’ € 6 000.00 li jitħallas lura f’erba’ pagamenti annwali indaqs ta’ € 1 852.00.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’ X = 9.00000%, i.e. APR ta’ 9.0%.

Eżempju 2

Ammont totali ta’ kreditu (kapital) ta’ € 6 000.00 li jitħallas lura fi 48 pagament indaqs ta’ € 149.31 kull xahar.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 9.380593%, i.e. APR ta’ 9.4%.

Eżempju 3

Ammont totali ta’ kreditu (kapital) ta’ € 6 000.00 li jitħallas lura fi 48 pagament indaqs ta’ € 149.31 kull xahar. Imposti amministrattivi ta’ € 60.00 għandhom jitħallsu mal-konklużjoni tal-kuntratt.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 9.954966%, i.e. APR ta’ 10%.

Eżempju 4

Ammont totali ta’ kreditu (kapital) ta’ € 6 000.00 li jitħallas lura fi 48 pagament indaqs ta’ € 149.31 kull xahar. Imposti amministrattivi ta’ € 60.00 jitqassmu fuq il-pagamenti. Il-pagament ta’ kull xahar għalhekk huwa (€ 149.31 + (€ 60/48)) = € 150.56.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 9.856689%, i.e. APR ta’ 9.9%.

Eżempju 5

Ammont totali ta’ kreditu (kapital) ta’ € 6 000.00 li jitħallas lura fi 48 pagament indaqs ta’ € 149.31 kull xahar. Imposti amministrattivi huma ta’ € 60.00 u assigurazzjoni € 3.00 fix-xahar. L-ispejjeż assoċjati mal-primjums ta’ l-assigurazzjoni jridu jiġu inklużi ma’ l-ispiża totali tal-kreditu jekk l-assigurazzjoni tinħareġ malli jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu. Il-pagament għalhekk hu €152.31.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 11.1070115%, i.e. APR ta’ 11.1%.

Eżempju 6

Ftehim ta’ kreditu tat-tip balloon ta’ ammont totali ta’ kreditu ta’ € 6 000.00 (prezz tax-xiri ta’ karozza għall-iffinanzjar), jitħallas lura f’47 pagament indaqs ta’ € 115.02 kull xahar b’żieda ta’ pagament finali ta’ € 1 915.02 li jirrappreżenta l-valur residwu ta’ 30% tal-kapital (ftehim tat-tip balloon ), biż-żieda ta’ assigurazzjoni ta’ € 3.00 fix-xahar. Għal darb’oħra, l-ispejjeż assoċjati ma’ primjums ta’ l-assigurazzjoni jridu jiġu inklużi fl-ispiża totali tal-kreditu jekk l-assigurazzjoni tinħareġ mal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu. Il-pagament għalhekk huwa € 118.02, u l-pagament finali jammonta għal € 1 918.02.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]li tirriżulta f’X = 9.381567%, i.e. APR ta’ 9.4%.

Eżempju 7

Ftehim ta’ kreditu għal ammont totali ta’ kreditu (kapital) ta’ € 6 000.00, b’imposti amministrattivi ta’ € 60.00 li jitħallsu mal-konklużjoni tal-kuntratt, u żewġ perjodi ta’ ħlas ta’ 22 u 26 xahar rispettivament. Il-pagament tat-tieni perjodu jikkorrispondi għal 60% tal-pagament ta’ l-ewwel perjodu. Il-pagamenti rispettivi ta’ kull xahar huma € 186.36 u € 111.82.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 10.04089%, i.e. APR ta’ 10.0%.

Eżempju 8

Ftehim ta’ kreditu għal ammont totali ta’ kreditu (kapital) ta’ € 6 000.00, b’imposti amministrattivi ta’ € 60.00 li jitħallsu mal-konklużjoni tal-kuntratt, u żewġ perjodi ta’ ħlas ta’ 22 u 26 xahar rispettivament, bil-pagament ta’ l-ewwel perjodu jikkorrispondi għal 60% tal-pagament tat-tieni perjodu. Il-pagamenti rispettivi ta’ kull xahar jiġu € 112.15 u € 186.91.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 9.888383%, i.e. APR ta’ 9.9%.

Eżempju 9

Ftehim ta’ kreditu għal ammont totali ta’ kreditu (prezz ta’ oġġetti) ta’ € 500.00, li jitħallas lura fi tliet pagamenti indaqs ta’ kull xahar ikkalkulati bl-applikazzjoni ta’ rata ta’ self T ta’ 18% (rata nominali), b’żieda ta’ imposti amministrattivi ta’ € 30.00 mifruxa fuq il-pagamenti. Il-pagament ta’ kull xahar għalhekk huwa ta’ € 171.69 + € 10.00 imposti = € 181.69.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 68.474596%, i.e. APR ta’ 68.5%.

Dan l-eżempju huwa tipiku tal-prattiċi li għadhom jintużaw minn ċerti stabbilimenti speċjalizzati fil-“kreditu lill-venditur”.

Eżempju 10

Ftehim ta’ kreditu għal ammont totali ta’ kreditu (kapital) ta’ € 1 000 li jitħallas lura f’żewġ pagamenti jew wieħed ta’ € 700.00 wara sena u ieħor ta’ € 500.00 wara sentejn, jew € 500.00 wara sena u € 700.00 wara sentejn

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

li tirriżulta f’X = 13.898663%, i.e. APR ta’ 13,9%.

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 12.321446%, i.e. APR ta’ 12.3%.

Dan l-eżempju juri li r-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta tiddependi fuq il-perjodi ta’ ħlas. u li d-dikjarazzjoni ta’ kemm iqum b’kollox il-kreditu fl-informazzjoni pre-kontrattwali jew fil-ftehim ta’ kreditu m’hi ta’ l-ebda benefiċċju għall-konsumatur. Minkejja li l-ispiża totali tal-kreditu hija € 200 fiż-żewġ każijiet, hemm żewġ APRs differenti (dipendenti fuq il-ħeffa tal-ħlas lura).

Eżempju 11

Ftehim ta’ kreditu għal ammont totali ta’ € 6 000, b’rata ta’ self ta’ 9%, ħlas lura f’erba’ pagamenti annwali indaqs ta’ € 1 852.01, u imposti amministrattivi ta’ € 60.00 pagabbli mal-konklużjoni tal-ftehim.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 9.459052%, i.e. APR ta’ 9.5%.

Fil-każ ta’ ħlas lura kmieni, l-ekwazzjonijiet isiru:

Wara sena:

[pic]

fejn 6540 hija s-somma dovuta, mgħaxijiet inklużi, qabel il-ħlas ta’ l-ewwel pagament skedat skond it-tabella ta’ amortizzament,

li tirriżulta f’X = 10.101010%, i.e. APR ta’ 10.1%.

Wara sentejn:

[pic]

fejn 5109.91 hija s-somma dovuta, mgħaxijiet inklużi, qabel il-ħlas tat-tieni pagament skedat skond it-tabella ta’ amortizzament,

li tirriżulta f’X = 9.640069%, i.e. APR ta’ 9.6%.

Wara tliet snin:

[pic]

fejn 3551.11 hija s-somma dovuta, mgħaxijiet inklużi, qabel il-ħlas tat-tielet pagament skedat fit-tabella ta’ amortizzament,

li tirriżulta f’X = 9.505315%, i.e. APR ta’ 9.5%

Dan juri kif l-APR proviżorja tonqos matul iż-żmien, speċjalment meta l-imposti huma pagabbli mal-konklużjoni tal-ftehim.

Dan l-eżempju jista’ jservi wkoll biex juri l-każ ta’ kreditu fuq propjetà immobbli ipotekata maħsub biex jiffinanzja mill-ġdid ftehimiet ta’ kreditu kurrenti fejn l-ispejjeż (ħlasijiet ta’ nutar, reġistrazzjoni u taxxi) huma dovuti meta l-att awtentikat jiġi konkluż u l-fondi jsiru disponibbli għall-konsumatur mill-istess data

Eżempju 12

Ftehim ta’ kreditu għal ammont totali ta’ € 6 000, b’rata ta’ self T ta’ 9% (rata nominali), ħlas lura fi 48 pagament ta’ € 149.31 kull xahar (ikkalkulat proporzjonatament), u imposti amministrattivi ta’ € 60.00 pagabbli mal-konklużjoni tal-ftehim.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 9.9954957%, i.e. APR ta’ 10%.

Madankollu, fil-każ ta’ ħlas lura kmieni, din issir:

Wara sena:

[pic]

fejn 4844.64 hija s-somma dovuta, mgħaxijiet inklużi, qabel il-ħlas tat-12-il pagament skedati skond it-tabella ta’ amortizzament,

li tirriżulta f’X=10.655907%, i.e. APR ta’ 10.7%.

Wara sentejn:

[pic]

fejn 3417.58 hija s-somma dovuta, mgħaxijiet inklużi, qabel il-ħlas ta’ l-24 pagament ta’ kull xahar skond it-tabella ta’ amortizzament,

li tirriżulta f’X = 10.136089%, i.e. APR ta’ 10.1%.

Wara tliet snin:

[pic]

fejn 1856.66 hija s-somma dovuta, mgħaxijiet inklużi, qabel is-36 pagament ta’ kull xahar skond it-tabella ta’ amortizzament,

li tirriżulta f’X = 9.991921%, i.e. APR ta’ 10%.

Eżempju 13

Ammont totali ta’ kreditu (kapital) ta’ € 6 000.00 li jitħallas lura f’erba’ pagamenti annwali indaqs ta’ € 1 852.00. Issa ejja nassumu li r-rata ta’ self (rata nominali) hija varjabbli u tiżdied minn 9.00% għal 10.00% wara t-tieni pagament annwali. Dan jirriżulta f’pagament annwali ġdid ta’ € 1 877.17. Ftakru li l-kalkolu ta’ l-APR normalment jassumi li r-rata ta’ self u spejjeż oħra jibqgħu fissi fil-livell inizjali u japplikaw sa tmiem il-ftehim ta’ kreditu. F’dak il-każ (eżempju 1), l-APR tkun 9%.

Fil-każ ta’ xi bidla fir-rata, l-APR il-ġdida trid tiġi kkomunikata u kkalkulata bl-assunzjoni li l-ftehim ta’ kreditu se jibqa’ jgħodd għall-kumplament tat-tul ta’ żmien maqbul, u li l-kreditur u l-konsumatur se jonoraw l-obbligi taħt it-termini u sad-dati maqbula.

L-ekwazzjoni ssir:[pic]jew

[pic]

li tirriżulta f’X = 9.741569, i.e. APR ta’ 9.7%.

Eżempju 14

Ammont totali ta’ kreditu (kapital) ta’ € 6 000.00 li jitħallas lura fi 48 pagament ta’ € 149.31 kull xahar indaqs, b’imposti amministrattivi ta’ € 60.00 pagabbli mal-konklużjoni tal-ftehim, b’żieda ta’ assigurazzjoni ta’ € 3.00 fix-xahar. L-ispejjeż assoċjati ma’ primjums ta’ assigurazzjoni jridu jiġu inklużi f’kemm iqum b’kollox il-kreditu jekk l-assigurazzjoni tinħareġ fil-waqt tal konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu. Il-pagament għalhekk hu € 152.31 u l-kalkolu, bħal f’eżempju 5, jagħti X = 11.107112, i.e. APR ta’ 11.11%.

Issa ejja nassumu li r-rata ta’ self (nominali) hija varjabbli u tiżdied għal 10% wara s-17 –il-pagament. Din il-bidla teħtieġ APR ġdida li trid tiġi kkomunikata u kkalkulata bl-assunzjoni li l-ftehim ta’ kreditu se jibqa’ jgħodd għall-kumplament tad-dewmien maqbul, u li l-kreditur u l-konsumatur se jonoraw l-obbligi taħt it-termini u sad-dati maqbula. L-ekwazzjoni ssir:

[pic]jew:

[pic] [pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 11.542740%, i.e. APR ta’ 11,5%.

Eżempju 1 5

Ftehim ta’ kreditu tat-tip "kiri" għal karozza ta’ valur ta’ € 15 000.00. Il-ftehim jistipula 48 pagament ta’ € 350 kull xahar. L-ewwel pagament ta’ kull xahar huwa pagabbli malli l-karozza titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur. Fl-aħħar tat-48 xahar l-opzjoni ta’ xiri tista’ tittieħed billi jitħallas il-valur residwu ta’ € 1 250.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 9.541856%, i.e. APR ta’ 9.5%.

Eżempju 1611

Ftehim ta’ kreditu tat-tip “iffinanzjar”, “kreditu lill-venditur” jew “xiri bin-nifs” għal oġġetti b’valur ta’ € 2 500. Il-ftehim ta’ kreditu jistipula depożitu inizjali ta’ € 500 b’żieda ta’ 24 pagament ta’ € 100 kull xahar, li l-ewwel wieħed minnhom irid jitħallas fi żmien 20 jum minn meta l-oġġetti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur.

F’każijiet bħal dawn id-depożitu inizjali m’hu qatt parti mill-operazzjoni finanzjarja.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 20.395287, jew APR ta’ 20.4%.

Eżempju 17

Ftehim ta’ linja ta’ kreditu ta’ € 2 500 għal perjodu ta’ sitt xhur. Il-ftehim ta’ kreditu jistipula li l-ispiża totali tal-kreditu titħallas kull xahar u l-ħlas lura ta’ l-ammont totali ta’ kreditu jitħallas fi tmiem il-ftehim. Ir-rata annwali ta’ self (rata effettiva) hi 8 %, u l-imposti jammontaw għal 0.25 % fix-xahar. Hawn tapplika l-assunzjoni li l-ammont ta’ kreditu jinġibed immedjatament u kompletament.

Il-pagament ta’ l-imgħax fuq is-self hu kkalkulat abbażi ta’ rata ekwivalenti ta’ kull xahar, billi tintuża l-ekwazzjoni:

[pic]

jew:

[pic]

Din issir:

[pic]

jew:

[pic]

li tirriżulta f’X = 11.263633 i.e. APR ta’ 11.3%.

Eżempju 13

Ftehim ta’ kreditu għal linja ta’ kreditu bla skadenza fissa fissa ta’ € 2 500. Il-ftehim jistipula pagament minimu ta’ kull sitt xhur ta’ 25% tal-bilanċ pendenti (kapital u mgħax), b’minimu ta’ € 25. Ir-rata annwali ta’ self (rata effettiva) hi 12%, u l-imposta amministrattiva pagabbli mal-konklużjoni tal-ftehim hija € 50.

(Ir-rata ekwivalenti ta’ kull xahar tinstab b’din l-ekwazzjoni:

[pic]

jew 5.83%).

Id-19-il ħlas lura ta’ kull sitt xhur (Dl) jistgħu jinkisbu minn tabella ta’ amortizzament, li tirriżulta f’D1 = 661.44; D2 = 525; D3 = 416.71; D4 = 330.75; D5 = 262.52; D6 = 208,37 ; D7 = 165.39; D8 = 208.37; D9 = 104.20; D10 = 82.70; D11 = 65.64; D12 = 52.1; D13 = 41.36; D14 = 32.82; D15 = 25; D16 = 25; D17 = 25; D18 = 25; D19 = 15.28.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]li tirriżulta f’X = 13.151744%, i.e. APR ta’ 13.2%.

Eżempju 19

Ftehim ta’ kreditu għal linja ta’ kreditu bla skadenza fissa fissa li jinvolvi l-użu ta’ kard għal ġbid ta’ self. Ammont totali ta’ kreditu: € 700. Il-ftehim jistipula minimu ta’ pagament ta’ 5% kull xahar tal-bilanċ pendenti (kapital u mgħax), u l-pagament skedat (a) ma jistax ikun inqas minn € 25. L-ispiża annwali tal-kard hija € 20. Ir-rata annwali ta’ self (rata effettiva) hi 0% għall-ewwel pagament u 12% għall-pagamenti sussegwenti.

Il-31 ħlas lura ta’ kull xahar (Dl) jistgħu jinkisbu minn tabella ta’ amortizzament, li jirriżultaw f’D1 = 55.00; D2 = 33.57; D3 = 32.19; D4 = 30.87; D5 = 29.61; D6 = 28.39; D7 = 27.23; D8 = 26.11; D9 = 25.04; D10 à D12 = 25.00; D13 = 45; D14 à D24 = 25,00 ; D25 = 45 ; D26 à D30 = 25.00; D31 = 2.25.

L-ekwazzjoni ssir:

[pic]

li tirriżulta f’X = 18.470574, i.e. APR ta’ 18.5%

Eżempju 20

Linja ta’ kreditu bla skadenza fissa fissa fil-forma ta’ avvanz ta’ owverdraft fuq kont kurrenti. Ammont totali ta’ kreditu: € 2 500. Il-ftehim ta’ kreditu ma jimponi ebda ħtieġa f’termini ta’ ħlas lura ta’ kapital, imma jistipula l-ħlas ta’ l-ispiża totali tal-kreditu. Ir-rata annwali ta’ self hi 8% (rata effettiva). L-imposti ta’ kull xahar jammontaw għal € 2.50.

L-assunzjoni hi li l-ammont kollu ta’ kreditu jinġibed f’self, u l-ħlas lura jkun teoretikament wara sena.

Qabel xejn, l-iskeda teoretika ta’ ħlas ta’ mgħax u imposti (a) hija kkalkulata

[pic],

imbagħad:

[pic]

i.e.:

[pic]

li tirriżulta f’X = 9.295804, i.e. APR ta’ 9.3%

ANNESS III – Kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ l-imposta għal kuntratt li jeħtieġ avvanz jew tifdil li jakkumpanjah u li għalih ir-rata ta’ self tiġi stabbilita b’mod li tirrifletti l-livell ta’ tifdil

Simboli użati:

- C = Kapital

- N = tul ta’ snin

- T = rata annwali ta’ self

- A = annwalità

- F = perjodiċità

- n = perjodiċità

- t = rata ta’ self perjodika

- a = ħlas lura perjodiku

- M = perjodu ta’ tifdil

1. FTEHIM TA’ KREDITU MħALLAT B’TIFDIL (OBBLIGATORJU) BIL-QUDDIEM

L-ewwel eżempju

L-għoti ta’ kreditu C b’total ta’ € 6000 fuq N = sentejn hu soġġett għal tifdil bil-quddiem fuq M = sentejn fuq nofs l-ammont imsemmi, i.e. € 3000 b’kollox, li minnu l-ammont finali ta’ tifdil huwa € 125 u huwa ddepożitat xahar qabel il-ġbid tas-self tal-kreditu. It-tifdil imsemmi ma jaqla’ ebda mgħax imma r-rata ta’ self għall-ftehim ta’ kreditu tiġi tammonta għal mhux aktar minn T = 6% fil-waqt li l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu qed jistabbilixxu rata ta’ 9% minflok. L-ammont imfaddal kull xahar huwa e = € 125.00, il-ħlas lura ta’ kull xahar, a = € 140.91, l-APR, eskluż it-tifdil, hi 6.17% jew 6.2%.

Biex tinstab ir-rata perċentwali annwali applikabbli għat-tranżazzjoni fit-totalità tagħha l-formula hija kif ġej

[pic]

jew:

[pic]

Biex issolvi l-ekwazzjoni bl-użu ta’ metodu li jirrikorri, ħu X 1 = 0.062, u l-valur ta’ l-ewwel membru kkalkulat bħala 170.5,

imbagħad X 2 = 0.063 u l-valur ta’ l-ewwel membru hu kkalkulat bħala 163.3

u ibqa’ sejjer hekk

imbagħad X 26 = 0.087 u l-valur ta’ l-ewwel membru hu kkalkulat bħala 6.0

imbagħad X 27 = 0.088 u l-valur ta’ l-ewwel membru hu kkalkulat bħala 0.1

imbagħad X 28 = 0.089 u l-valur ta’ l-ewwel membru hu kkalkulat bħala 5.7.

Is-soluzzjoni korretta hi X = 8.802245%, jew 8.8%, u din hi l-APR li trid tingħata lill-konsumatur bħala l-APR għall-ftehim ta’ kreditu li jinvolvi ammont li jrid jitfaddal bil-quddiem.

It-tieni eżempju

L-għoti ta’ kreditu C b’total ta’ € 6000 fuq N = sentejn hu soġġett għal tifdil bil-quddiem fuq M = sentejn ta’ nofs l-ammont imsemmi, i.e. € 3000 b’kollox, li minnu l-ammont finali ta’ tifdil huwa € 125 u jiġi ddepożitat xahar qabel il-ġbid tas-self tal-kreditu. Dan it-tifdil jaqla’ rata ta’ tislif ta’ S = 3% u r-rata ta’ self hija biss T = 6% fil-waqt li l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu qed jistabbilixxu rata ta’ 9%.

L-ammont imfaddal kull xahar hu e = € 125.00, il-ħlas lura ta’ kull xahar, a = € 140.91, l-APR, eskluż it-tifdil, hi 6.17% jew 6.2%.

Il-valur futur aġġornat ta’ M ikun M’ ikkalkulat skond il-formula li ġejja:

[pic], fejn

[pic]

u n = 24 xahar

jew:

[pic]u

[pic]

fejn t 0 = żmien tal-ġbid ta’ self tal-kreditu

Biex issib l-APR għat-tranżazzjoni fit-totalità tagħha:

[pic]jew:

[pic]Biex isolvi l-ekwazzjoni jista’ għal darb’oħra jintuża metodu li jirrikorri fejn X = 7.484710, jew APR ta’ 7.5%.

2. Ftehim imħallat akkompanjat b’tifdil

2.1. Ftehim ta’ kreditu mħallat b’opzjoni ta’ tifdil (avvanzi f’kont kurrenti)

Ara Anness II, eżempju 20. Tifdil ma jagħmilx parti mill-kalkolu ta’ l-APR2.2. Ftehim ta’ kreditu mħallat b’assigurazzjoni fuq il-ħajja

Dawn huma tipi ta’ ipoteki fuq immobbli marbuta ma’ assigurazzjoni fuq il-ħajja bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva, fejn tifdil jagħmel parti mill-ftehim.

Ħu l-ammont totali ta’ kreditu bħala € 6000, li jrid jitħallas f’erba’ annwalitajiet b’rata ta’ self ta’ 9% imma strutturati bħala ħlasijiet lura in fine . Nassumu li l-maniġer tal-fond ikun ħallas, fi tmiem kull waħda mill-ewwel tliet snin, ammont ta’ € 1200.00 u li dan l-ammont imfaddal qala’ mgħax ta’ 4%. Il-bilanċ ta’ dan il-kont, qabel l-aħħar ħlas lura jsir dovut, ikun € 3895.76. Imbagħad ikun jeħtieġlu li jżid ammont addizzjonali ta’ € 2104.24. L-iskeda tiegħu għal kapital ta’ € 6000 tkun ta’ tliet annwalitajiet ta’ € 1740.00 u waħda ta’ € 2644.24.

Il-formula:

[pic]

jew:

[pic]

u X = 10.955466, jew APR ta’ 10.96%

[1] Minn €942 fi Spanja, €3,000 sa €3,500 fil-Belgju, Ġermanja jew Franza, sa €9,408 fl-Isvezja u kważi €18,000 fir-Renju Unit (Ċifri ta’ l-2002).

[2] Minn 7% fil-Greċja, 10% fi Spanja jew Franza, 16% fil-Ġermanja u l-Portugall, sa 26% u 28% fl-Isvezja u r-Renju Unit rispettivament (Ċifri ta’ l-2002).

[3] ĠU C , p. .

[4] ĠU C , , p. .

[5] Opinjoni.

[6] ĠU L 42, tat-12.2.1987, p. 48. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 98/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, ta’ l-1.4.1998, p. 17).

[7] COM(95) 117 finali.

[8] COM(97) 465 finali

[9] COM(96) 79 finali.

[10] ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17. Direttiva emendate mid-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 23.10.1997, p.18).

[11] ĠU L 149, tal-11.6.2005, p.22.

[12] ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31.

[13] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[14] ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16.

[15] ĠU L 95, tal-21.4.1993, p. 29.

[16] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27.

[17] ĠU L 144, ta’ l-4.6.1997, p. 19.

[18] ĠU L 280, tad-29.10.1994, p. 83.

[19] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1.

( *ĠU L […], jj/xx/ssss, p. […].

4107.06

+

+

+

+

+

+

X

X

X

153

,

06

1

(

1

)

153

,

06

1

(

1

)

..........

153

,

06

1

(

1

)

1

/

12

2

/

12

31

/

12

4107,06

X

X

+

+

1

/

12

31

1

/

12

153.

,

06

1

1

1

(

1

)

1

]

[

)

(