[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 31.8.2005 KUMM(2005) 403 finali 2001/0004 COD KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-makkinarju u l-emenda tad-Direttiva 95/16/KE KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-makkinarju u l-emenda tad-Direttiva 95/16/KE 1. SFOND Data ta' meta l-proposta tressqet lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew [COM(2000) 899 – 2001/0004 (COD)] skond l-Artikolu 95 tat-Trattat | is-26 ta' Jannar 2001 | Data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali | it-12 ta' Settembru 2001 | Data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew - l-ewwel qari | l-4 ta' Lulju 2002 | Data ta’ meta tressqet il-proposta emendata (COM(2003) 48 - 2001/0004 COD) | il-11 ta' Frar 2003 | Data ta' l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni | it-18 ta' Lulju 2005 | 2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI L-għan tal-proposta inizjali kien li jassigura l-moviment ħieles tal-prodotti fi ħdan l-ambitu bis-saħħa tal-garanzija ta’ livell għoli ta’ protezzjoni fl-oqsma tas-saħħa, tas-sigurtà u tal-ħarsien tal-konsumatur. Il-prodotti fi ħdan l-ambitu huma essenzjalment makkinarju u prodotti użati flimkien mal-makkinarju. F’konformità mal-konklużjonijiet tar-rapport Molitor ta’ l-1994, l-għan tal-proposta inizjali kien li jipprovdi tifsiriet aħjar ta’ kunċetti varji, li jiċċara ċerti aspetti u li jassigura aħjar l-applikazzjoni uniformi. Għal dan l-għan, l-ispjegazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità u l-proċeduri tas-sorveljanza tas-suq kienu mtejba, sabiex ikunu evitati interpretazzjonijiet diverġenti ta' dawn il-proċeduri. Il-proposta inizjali għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Makkinarju tħejjiet fuq il-bażi ta' proposti mfasslin minn grupp ta’ livell għoli ta’ esperti indipendenti minn sfondi varji. Hija wkoll qiset l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni prattika tad-Direttiva 89/392/KEE emendata[1]. L-elementi ewlenintal-proposta kienu dawn li ġejjin: - Definizzjoni aħjar ta’ l-ambitu tad-direttiva, kjarifika tad-demarkazzjoni ma' direttivi oħra, partikolarment mad-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx[2] u dik dwar il-Lifts[3], u deskrizzjoni ċara tal-kunċett ta’ “Makkinarju Parzjalment Komplut”; - It-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet relatati mas-sorveljanza tas-suq u man-notifika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. - L-introduzzjoni ta’ proċedura ta' assikurazzjoni tal-kwalità sħiħa għal ċerti kategoriji ta’ makkinarju. Fil-proposta emendata tagħha, il-Kummissjoni daħħlet ħafna mis-suġġerimenti mill-Parlament Ewropew bl-għan li tkompli ttejjeb id-Direttiva. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI 3.1. Osservazzjonijiet ġenerali dwar il-pożizzjoni komuni Il-pożizzjoni komuni ġiet adottata mill-Kunsill b’mod unanimu. Iddaħħal numru ta’ bidliet lill-proposta emendata tal-Kummissjoni li jtejbu konsiderevolment it-test filwaqt li jżommu l-għanijiet inizjali ta’ kjarifika u simplifikazzjoni ta’ l-applikazzjoni tagħha. Emendi ewlenin proposti fl-ewwel qari mill-Parlament Ewropew, bħall-introduzzjoni ta’ l-awtoċertifikazzjoni, permezz tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-fabbrikant, minflok ċertifikazzjoni tal-partijiet terzi għal makkinarju li jippreżenta livell għoli ta’ riskju f’każ ta’ applikazzjoni sħiħa ta’ l-istandards armonizzati u t-tisħiħ tar-rekwiżiti dwar il-korpi notifikati jinsabu fil-pożizzjoni komuni. Ħafna mit-tibdiliet introdotti fil-pożizzjoni komuni għandhom x’jaqsmu ma’ titjib fit-tqassim tat-test jew jikkostitwixxu titjib editorjali li ma jbiddilx it-tifsira fundamentali jew l-applikazzjoni prattika tad-Direttiva. Partikolarment, it-tqassim ta’ l-Anness I dwar ir-rekwiżiti essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà ġie adattat sabiex jaqbel kemm jista’ jkun mat-tqassim ta’ din id-Direttiva. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-kapitoli 7 u 8 ta’ l-Anness I tal-proposta emendata ngħaqdu mal-kapitoli 4 u 6 dwar il-lifts u l-irfigħ ta’ persuni. 3.2. Emendi tal-Parlament Ewropew inklużi kollha kemm huma, parzjalment jew fil-prinċipju fil-proposta emendata u mdaħħla kollha kemm huma, parzjalment jew fil-prinċipju fil-pożizzjoni komuni. L-emendi li ġejjin iddaħħlu fil-pożizzjoni komuni, f’xi każi b'tibdiliet: 14 dwar l-ambitu u l-esklużjonijiet (parzjalment), 15 dwar id-definizzjonijiet (parzjalment), 16 f'referenza mad-Direttiva 92/59/KEE (kollha kemm huma), 17 u 82 dwar l-obbligi tat-tqegħid fis-suq u għas-servizz (parzjalment), 18 dwar il-moviment ħieles (kollha kemm huma), 22 dwar il-valutazzjoni tal-konformità (fil-prinċipju iżda mdaħħlin fl-Anness I, Prinċipji Ġenerali), 23 dwar il-valutazzjoni tal-konformità (kollha kemm huma), 27 dwar it-tikketta CE (parzjalment), 30 dwar il-korpi notifikati (fil-prinċipju), 36 u 45 dwar is-sigurtà u l-affidabilità ta’ sistemi ta' kontroll (parzjalment), 41 dwar id-definizzjonijiet fl-Anness I (parzjalment), 42 dwar il-prinċipji ta’ integrazzjoni tas-sigurtà (kollha kemm huma), 49 dwar ilqugħ imwaħħlin (parzjalment), 51 dwar il-provvista ta’ l-elettriku (fil-prinċipju), 56 dwar l-immarkar tal-makkinarju (parzjalment), 74 dwar id-dikjarazzjoni tal-konfomità (fil-prinċipju), 75 dwar id-dikjarazzjoni tal-konformità (parzjalment), 80 dwar il-kriterji minimi għan-notifika tal-korpi (parzjalment). 3.3. Emendi tal-Parlament Ewropew inklużi kollha kemm huma, parzjalment jew fil-prinċipju fil-proposta emendata u mhux mdaħħla fil-pożizzjoni komuni L-emendi li ġejjin iddaħħlu fil-pożizzjoni komuni, iżda ma ddaħħlux bħala tali fil-pożizzjoni komuni: 2 dwar il-premessa li tispjega l-esklużjoni tas-siti industrijali, 3 dwar il-premessa li tispjega t-tagħmir mediku, 47 dwar l-istabilità, 59 dwar l-istruzzjonijiet għall-makkinarju li jinġarr bl-idejn li jinżamm fl-idejn u/jew jiġi ggwidat bl-idejn, 62 dwar l-ittestjar tal-makkinarju ta’ l-irfigħ, 63 dwar il-kontroll taċ-ċaqliq tal-makkinarju ta’ l-irfigħ, 64 dwar tagħbija ggwidata ta’ makkinarju ta’ l-irfigħ, 66 dwar l-immarkar ta’ ktajjen u ħbula, 69 dwar l-immarkar tal-makkinarju ta’ l-irfigħ tal-persuni, 72 dwar it-tagħmir protettiv għall-għodod ta’ l-irfigħ tas-siti tal-kostruzzjoni, u 76 dwar it-tikkettar CE. 3.4. Emendi tal-Parlament Ewropew mhux inklużi fil-proposta emendata u mhux imdaħħla fil-pożizzjoni komuni L-emendi li ġejjin ma kinux inklużi la fil-proposta emendata u lanqas imdaħħlin fil-pożizzjoni komuni: 1 dwar il-premessa relatata mal-prestazzjoni ambjentali, 4 dwar il-premessa relatata mal-makkinarju mingħajr riskju, 5 dwar premessa relatata ma’ tagħmir użat f’postijiet tal-fieri u parks tad-divertiment;, 6, 7, 8, u 11 dwar premessi relatati mal-marki CE u ċertifikazzjoni u tikkettar volontarju, 9, 20, 32 dwar premessi relatati mal-komitoloġija, 10 dwar premessa relatata ma’ strumenti ta’ vultaġġ għoli, 12 dwar premessa dwar makkinarju antik, 13 dwar verżjonijiet kodifikati ta’ premessi ta’ atti legali, 19 dwar standards armonizzati, 24 dwar il-valutazzjoni tal-konformità, 25 dwar makkinarju parzjalment komplut, 26 dwar korpi notifikati, 28 u 29 dwar is-sorveljanza tas-suq, 31 dwar il-kunfidenzjalità, 33 u 37 dwar id-Direttiva tal-Lifts, 34 dwar l-evalwazzjoni tal-kunċett ta’ l-Approċċ il-Ġdid, 35 dwar id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, 40 dwar osservazzjonijiet preliminari fl-Anness I, 44 dwar iċ-ċaqliq u t-trasport ta' makkinarju;, 50 dwar is-sedili fil-makkinarju, 55 dwar iċ-ċaqliq bla xkiel ta' persuni esposti, 58 dwar l-istruzzjonijiet, 60 rekwiżit dwar il-vibrazzjoni, 65 dwar l-irfigħ, 67 dwar il-kontroll fuq l-irfigħ u ċ-ċaqliq ta’ persuni, 70 dwar makkinarju għall-irfigħ ta' persuni b’mobilità mnaqqsa, 71 u 73 dwar l-għodod ta’ l-irfigħ tas-siti tal-kostruzzjoni, 77 dwar il-fajl tekniku, 78 dwar l-Anness IX, 79 dwar l-Anness X, 83 dwar premessa relatata mat-twaqqif ta’ database . 3.5. Emendi tal-Parlament Ewropew mhux inklużi fil-proposta emendata u mhux imdaħħla fil-pożizzjoni komuni L-emendi li ġejjin ma kinux inklużi fil-proposta emendata, iżda mdaħħlin fil-pożizzjoni komuni: 48 dwar karatteristiċi meħtieġa ta’ lqugħ u l-apparat tal-protezzjoni u l-parti ta’ l-emenda 57 dwar l-istruzzjonijiet, li neħħiet ir-rekwiżit li "l-istruzzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-makkinarju inkwistjoni" . 3.6. Bidliet oħra introdotti mill-pożizzjoni komuni tal-Kunsill imqabbla mal-proposta emendata Bidliet fil-premessi Il-premessa 1 fil-proposta emendata nbidlet ftit biex issir iktar ċara. Il-premessa 4 fil-proposta emendata tneħħiet minħabba li ma kinitx iktar valida fid-dawl tat-tibdil lit-test tal-pożizzjoni komuni. Il-premessi 6 u 7 fil-proposta emendata ma ddaħħlux fil-pożizzjoni komuni. Il-premessa 8 fil-proposta emendata nqasmet fil-premessi l-ġodda 5 u 6 fil-pożizzjoni komuni. Il-premessa l-ġdida 6 fil-pożizzjoni komuni nbidlet għal raġunijiet ta’ ċarezza. Il-premessa 9 fil-proposta emendata tqiesettqieset superfluwa u ġiet ikkanċellata. Premessa 7 ġdida li tiċċara r-relazzjoni mad-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE nżiedet fil-pożizzjoni komuni. Premessa 11 ġdida dwar l-Artikolu 9 nżiedet fil-pożizzjoni komuni. Il-premessa 13 fil-proposta emendata nbidlet ftit fil-pożizzjoni komuni. Il-premessa 14 fil-proposta emendata nbidlet ftit fil-pożizzjoni komuni. Il-premessa 19 inbidlet ftit biex tirrefletti t-tibdil ta' l-Artikolu 16 fil-pożizzjoni komuni. Il-premessa 24 fil-proposta emendata nbidlet u ġiet innumerata 28 fil-pożizzjoni komuni. Il-premessa 27 fil-proposta emendata nbidlet skond test standard maqbul inter-istituzzjonalment u nnumerata mill-ġdid għal 26 fil-pożizzjoni komuni. Premessa 27 ġdida li tħeġġeġ l-Istati Membri biex ifasslu tabelli pubbliċi li juru l-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ trażpożizzjoni tagħhom inżiedet fil-pożizzjoni komuni. Tibdil fl-artikoli L-Artikolu 1(1) fil-proposta emendata nbidel fil-pożizzjoni komuni biex jelenka mingħajr ambigwità l-kategoriji kollha tal-prodotti koperti mid-Direttiva. L-Artikolu 1(2) fil-proposta emendata nbidel fil-pożizzjoni komuni biex jiċċara l-ambitu tad-Direttiva billi: - ineħħi l-esklużjonijiet superfluwi ta’ kategoriji tal-prodotti bħall- “komponenti” ordinarji fi (a) “siti industrijali meqjusin f’daqqa” fi (m) u “tagħmir mediku” fi (n), l-ebda minn dawn ma jikkorrespondi għall-kategoriji elenkati fl-Artikoli 1(1); - fi (d), jeskludi l-armi kollha billi il-kriterji ta' sigurtà tad-Direttiva m'humiex xierqa għal dan it-tip ta' prodotti; - fi (e), jiddikjara li t-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija huma esklużi mir-riskji koperti mid-Direttiva 2003/37/KE[4], sabiex titjieb is-sigurtà ta’ dan il- makkinarju u jittieħed kont ta' l-atti leġiżlattivi l-ġodda; - tiddaħħal l-esklużjoni (h) “makkinarju ddiżinnjat u mibni speċifikament għal skopijiet ta’ riċerka għall-użu temporanju fil-laboratorji” li għaliha mhuwiex raġonevoli li tiġi applikata d-Direttiva; - ineħħi “muturi tat-tipi kollha” fi (l) tal-proposta emendata, billi huma inklużi fil-kategorija “makkinarju parzjalment komplut” . L-Artikolu 2 fil-proposta emendata nbidel fil-pożizzjoni komuni biex itejjeb iċ-ċarezza ġuridika, il-qari u biex jikseb aktar konsistenza mal-prinċipji ta’ l-Approċċ il-Ġdid: - it-tifsira tas-sentenza introduttorja ġiet iċċarata fis-sens li, għall-iskop tad-Direttiva “makkinarju” tfisser il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) sa (f); - it-tifsiriet (a) u (b) ta’ “makkinarju” tal-proposta emendata ttejbu editorjalment u ngħaqdu fit-tifsira (a) fil-pożizzjoni komuni; - it-tifsira (d) ta’ “makkinarju” fil-proposta emendata ttejbet editorjalment u nnumerata mill-ġdid bħala (a) fil-pożizzjoni komuni. Barra minn hekk, il-lista ta’ komponenti tas-sigurtà tmexxiet lejn Anness V ġdid u saret indikattiva fil-pożizzjoni komuni; - tifsira ġdida ta’ (e) ta’ “ktajjen, ħbula u ċineg” iddaħħlet fil-pożizzjoni komuni; - it-tifsira (f) ta’ “attrezzi li jistgħu jinqalgħu għat-trasmissjoni mekkanika” fil-proposta emendata ttejbet editorjalment; - it-tifsira (g) ta’ “ilqugħ ta’ mezzi li jistgħu jitneħħew ta’ trasmissjoni mekkanika” fil-proposta emendata tqieset superfluwa u tneħħiet mill-pożizzjoni komuni, billi hija waħda mill-ħafna kategoriji tal-komponenti ta’ sigurtà; - it-tifsira (h) ta’ “tagħmir li jaħdem permezz ta' skrataċ” fil-proposta emendata tqieset superfluwa u tneħħiet mill-pożizzjoni komuni, billi hija waħda mill-ħafna kategoriji tal-makkinarju; - it-tifsira (i) ta’ “makkinarju parzjalment komplut” fil-proposta emendata ttejbet editorjalment biex taqbel kemm jista’ jkun mal-kunċett ta’ “makkinarju” u nnumerata mill-ġdid bħala (g) fil-pożizzjoni komuni; - it-tifsira (j) ta’ “tqegħid fis-suq” fil-proposta emendata nbidlet sabiex tirrifletti aħjar ir-realtà tas-suq għall-prodotti koperti mid-Direttiva dwar il-Makkinarju u nnumerata mill-ġdid bħala (h) fil-pożizzjoni komuni; - it-tifsira (k) ta’ “fabbrikant” fil-proposta emendata ttejbet editorjalment u nnumerata mill-ġdid bħala (i) fil-pożizzjoni komuni; - it-tifsira (m) ta’ “tqegħid fis-servizz” fil-proposta emendata nbidlet billi l-aħħar parti tqieset superfluwa u nnumerata mill-ġdid bħala (k) fil-pożizzjoni komuni; - it-tifsira (n) ta’ “standard armonizzat" fil-proposta emendata ttejbet editorjalment u nnumerata mill-ġdid bħala (l) fil-pożizzjoni komuni. L-Artikolu 3 fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment. L-Artikolu 4 fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment. L-Artikolu 5 fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment. L-Artikolu 6 fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment. L-Artikolu 8 fil-proposta emendata nbidlet sabiex jitqiesu l-bidliet lil-lista ta’ komponenti ta’ sigurtà fi 8(1)(a), billi l-miżuri msemmija fi 8(1)(b) ġew trasferiti mill-proċeduri regolatorji għall-proċeduri konsultattivi fi 8(2) u billi tneħħew il-miżuri 8(1)(c) u 8(1)(d) li saru superfluwi wara t-tibdil lill-Anness I. Bħala riżultat tat-tibdil hawn imsemmi, il-paragrafu (1)(e) fl-Artikolu 8 tal-proposta emendata ġie nnumerat mill-ġdid bħala 1(b). L-Artikolu 9 fil-proposta emendata nbidel sabiex il-proċedura ssir aktar ċara. Partikolarment, il-pożizzjoni komuni tintroduċi, bħala kundizzjoni għall-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi, li l-Kummissjoni, skond il-proċedura biex tikkontesta standard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 10, tqis li standard armonizzat ma jissodisfax bi sħiħ ir-rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sigurtà li huwa jkopri, jew li, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11, il-Kummissjoni tqis li klawżola ta’ salvagwardja kontra prodott hija ġġustifikata. L-Artikolu 11 fil-proposta emendata nbidel sabiex dawk interessati jistgħu jkunu infurmati aħjar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni jekk il-miżuri meħuda mill-Istat Membru huma ġġustifikati jew le. L-Artikolu 12 fil-proposta emendata nbidel sabiex il-qari u l-applikazzjoni prattika ta' din id-Direttiva jittejbu: - il-paragrafu (1) tal-proposta emendata nbidel editorjalment billi tqiesu l-bidliet magħmula lill-proċeduri; - il-proċedura fil-paragrafu (2) tal-proposta emendata tneħħiet għax tqieset wisq burokratika; - il-paragrafu (3) fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment u nnumerat mill-ġdid bħala (2) fil-pożizzjoni komuni; - il-paragrafu (4) fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment, l-alternattiva (b) “proċedura għall-adattament ta’ standards armonizzati ipprovduti fl-Anness IX” tneħħa minħabba n-nuqqas ta’ valur miżjud u l-paragrafu ġie nnumerat mill-ġdid bħala (3) fil-pożizzjoni komuni; - il-paragrafu (5) fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment u nnumerat mill-ġdid bħala (4) fil-pożizzjoni komuni. L-Artikolu 13 fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment u r-rekwiżiti li jassiguraw traċċabilità aħjar u iktar ċertezza ġuridika nżdiedu fil-pożizzjoni komuni. L-Artikolu 14 fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment. L-Artikolu 15 fil-proposta emendata nbidel bit-tneħħija tat-tieni paragrafu. L-Artikolu 16 fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment sabiex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni prattika tiegħu. L-Artikolu 17 fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment. L-Artikolu 18 fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment. Fl-Artikolu 19, it-tieni paragrafu nżied fil-pożizzjoni komuni sabiex jenfasizza l-importanza tal-koordinament tas-sorveljanza tas-suq. L-Artikolu 22 fil-proposta emendata nbidel skond dispożizzjoni ta’ standard maqbul inter-istituzzjonalment. L-Artikolu 24 fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment u nbidel biex tkun stabbilita demarkazzjoni mhux ambigwa ma’ Direttivi oħra u titqabbel it-terminoloġija bejn il-Direttiva dwar il-Makkinarju u d-Direttiva dwar il-Lifts. L-Artikolu 25 fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment. L-Artikolu 26 fil-proposta emendata nbidel skond dispożizzjoni ta’ standard maqbul inter-istituzzjonalment. Artikolu 27 ġdid żdied fil-pożizzjoni komuni sabiex tkun iffaċilitata t-tneħħija ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar tagħmir li jaħdem permezz ta' skrataċ li jinġarr u makkinarju ieħor ta’ impatt. Tibdil fl-Annessi Fl-Anness I fil-proposta emendata, l-“Osservazzjonijiet Preliminari” ġew innominati mill-ġdid "Prinċipji Ġenerali" u editorjalment imtejba fil-pożizzjoni komuni. Barra minn hekk, il-proċess iterattiv ta’ l-istima tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju ġie spjegat fil-paragrafu 1 tal-pożizzjoni komuni. Fl-Anness I, 1.1.1 tal-proposta emendata, it-tifsiriet nbidlu sabiex ikunu jaqblu ma’ termini stabbiliti użati fl-istandardizzazzjoni u tifsiriet ta’ “użu intiż” u previst b’mod raġonevoli” nżdiedu għal raġunijiet ta' ċarezza fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.1.2 - “Prinċipji ta' integrazzjoni ta' sigurtà” fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.1.3 - “Ergonomija” fil-proposta emendata ġie mmodifikat u nnumerat mill-ġdid 1.1.6 fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.1.5 – “Dawl” fil-proposta emendata ġie kemmxejn immodifikat u nnumerat mill-ġdid 1.1.4 fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.1.6 – “Id-disinn tal-makkinarju sabiex ikun faċilitat it-tqandil tiegħu” fil-proposta emendata ġie editorjalment immodifikat u nnumerat mill-ġdid 1.1.5 fil-pożizzjoni komuni. Fl-Anness I, 1.2.1 – “Is-sigurtà u l-affidabilità tas-sistemi ta' kontroll” fil-proposta emendata l-kunċett ġie spjegat aħjar fil-pożizzjoni komuni billi tqieset l-esperjenza ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva. Fl-Anness I, 1.2.2 – “Il-kontrolli manwali" fil-proposta emendata ngħata ismu l-oriġinali ta’ “Il-mezzi ta’ kontroll” u mibdul fil-pożizzjoni komuni billi tqieset l-esperjenza prattika ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva. L-Anness I, 1.2.3 - “L-istartjar” fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment fil-pożizzjoni komuni billi tqieset il-prattika industrijali. L-Anness I, 1.2.4 – “Twaqqif” fil-proposta emendata nbidel u 1.2.4.2 - “Waqfien mit-tħaddim” inżdied fil-pożizzjoni komuni sabiex ikunu ffaċilitati l-prattiċi industrijali ta’ sigurtà. L-Anness I, 1.2.5 - “Il-mezz li jagħżel l-arranġament tal-kontroll jew tat-tħaddim” fil-proposta emendata ssemma mill-ġdid “L-għażla ta’ l-arranġamenti tal-kontroll jew tat-tħaddim” u nbidel ftit fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.2.6 - “Telf tal-provvista ta’ l-enerġija” fil-proposta emendata ġie żviluppat f’iktar dettall fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.2.7 - “Waqfien fiċ-ċirkwit tal-kontroll” fil-proposta emendata tneħħa billi r-riskju tqis adegwatament kopert fil-1.2.1 il-ġdid - "Is-sigurtà u l-affidabilità tas-sistemi ta' kontroll" fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.2.8 - “ Software ” fil-proposta emendata tneħħa billi r-riskju tqis adegwatament kopert fil-1.7.1.1 il-ġdid - "Tagħrif u l-mezzi tat-tagħrif" fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.3 - “Il-protezzjoni kontra l-perikoli mekkaniċi” fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment għall-kjarifika fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.4 - “Karatteristiċi meħtieġa fil-mezzi li jilqgħu u fil-mezzi ta' protezzjoni” fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment għal raġunijiet ta’ ċarezza fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.5 - ”Karatteristiċi meħtieġa tal-pożizzjoni tat-tħaddim u/jew tas-sewqan” fil-proposta emendata nbidel u ċċarat billi xi partijiet tqisu koperti mill-1.2 il-ġdid - “Is-Sistemi ta' kontroll” fil-pożizzjoni komuni. It-test li ħareġ minn dan tmexxa lejn 1.1.7 - “Il-pożizzjonijiet tat-tħaddim” u 1.1.8 - “Postijiet bilqiegħda” fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.6 - “Riskji minħabba perikoli oħra” fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment u nnumerat mill-ġdid bħala 1.5 fil-pożizzjoni komuni. Barra minn hekk, 1.6.9 - “Storbju”, 1.6.10 - “Vibrazzjonijiet”, 1.6.11 – “Radjazzjoni”, 1.6.14 - “Emissjonijiet ta’ sustanzi perikolużi” u 1.6.16 - “Riskju ta' Żliq, ta' tgerbib jew li wieħed jaqa’” fil-proposta emendata nbidlu ftit fil-pożizzjoni komuni, sabiex jissimiplifikaw ruħhom u l-applikazzjoni tagħhom issir iktar effettiva. L-Anness I, 1.7 - “Manutenzjoni” fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment u nnumerat mill-ġdid bħala 1.6 fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 1.8 - “Tagħrif, twissijiet u sistemi ta’ twissija” u 1.9 - “Immarkar tal-makkinarju” fil-proposta emendata nbidlu u ngħaqdu fil-1.7 l-ġdid - “Informazzjoni” fil-pożizzjoni komuni, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u ċarezza. Fl-Anness I, 1.10 - “Istruzzjonijiet" fil-proposta emendata ttejjeb sostanzjalment u ċċarat, billi tqieset l-esperjenza ta’ l-applikazzjoni prattika tad-Direttiva, u ngħaqad ma’ 1.7 biex jifformaw 1.7.4 - “Istruzzjonijiet” fil-pożizzjoni komuni. Fl-Anness I, 2.1 – “Il-makkinarju ta' l-oġġetti ta’ l-ikel u l-makkinarju għall-industriji kosmetiċi u farmaċewtiċi" fil-proposta emendata nbidel ftit fil-pożizzjoni komuni fuq il-bażi ta’ l-esperjenza prattika ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva. L-Anness I, 2.2 - “Makkinarju li jinġarr bl-idejn li jinżamm fl-idejn u/jew jiġi ggwidat bl-idejn” fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 2.3 - “Mezzi li jaħdmu permezz ta' skrataċ li jinġarr” fil-proposta emendata nbidel u nnumerat mill-ġdid bħala 2.2.2 - “Tagħmir li jista’ jinġarr u makkinarju ieħor ta’ impatt” fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 2.4 - “Makkinarju li jaħdem l-injam u materjal analogu” fil-proposta emendata nbidel editorjament u nnumerat mill-ġdid bħala 2.3 – “Makkinarju li jaħdem l-injam u materjali b’karatteristiċi fiżiċi simili” fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 3.1 - “Ġenerali” fil-proposta emendata nbidel editorjalment fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 3.1.2 - “Dawl” fil-proposta emendata tneħħa, billi r-riskju tqis biżżejjed kopert mir-rekwiżit ġenerali 1.1.4 - “Dawl” fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 3.2 - “Postijiet tax-xogħol” fil-proposta emendata nbidel ftit fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 3.3 - “Kontrolli” fil-proposta emendata nbidel editorjalment fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 3.4 - “Il-protezzjoni kontra l-perikoli mekkaniċi” fil-proposta emendata nbidel fil-pożizzjoni komuni billi tqieset l-esperjenza ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva u sabiex tkun issimplifikata u tiffaċilita l-innovazzjoni. L-Anness I, 3.5 - “Il-protezzjoni kontra l-perikoli mekkaniċi” fil-proposta emendata ttejjeb editorjalment fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 3.6 - “Indikazzjonijiet” fil-proposta emendata nbidel fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 4.1 – “Ġenerali” fil-proposta emendata, għadd ta' bidliet editorjali twettqu fil-pożizzjoni komuni. Barra minn hekk, l-Anness I, 4.1.1 - “Tifsiriet” fil-proposta emendata nbidel fil-pożizzjoni komuni, sabiex ikun jaqbel ma’ termini stabbiliti użati fl-istandardizzazzjoni. It-tifsir ta’ “Tagħmir ta’ braga”, “Aċċessorju ta’ l-irfigħ separat” u “tagħbija nominali” fil-proposta emendata tqisu superfluwi u tneħħew, filwaqt li t-tifsira ta' "Karru" tmexxiet lejn 4.1.1 - “Tifsiriet” fil-pożizzjoni komuni minn 6.1.1 - “Tifsir” fil-proposta emendata. L-Anness I, 4.1.2.1 - “Riskji minħabba n-nuqqas ta' stabbilità” nżdied fil-pożizzjoni komuni, billi tqis utili fid-Direttiva 98/37/KE. Minbarra hekk, 4.1.2.8 - “Makkinarju li jservi żbarki fissi” nżdied fil-pożizzjoni komuni, li jipprovdi rekwiżiti ġenerali utili għal dan il-makkinarju ta’ l-irfigħ. L-Anness I, 4.1.3 - “L-adekwatezza għall-fini” nżdied fil-pożizzjoni komuni, billi tqis utili fid-Direttiva 98/37/KE. L-Anness I, 4.2.4 - “Riskji għall-persuni esposti” fil-proposta emendata tneħħa, billi tqis kopert minn 4.1.2.8 - “Makkinarju li jservi żbarki fissi” fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 4.3 - “Immarkar” fil-proposta emendata nbidel editorjalment fil-pożizzjoni komuni sabiex ikun jaqbel ma’ standards attwalment użati. L-Anness I, 4.4 - “Istruzzjonijiet” fil-proposta emendata nbidel editorjalment fil-pożizzjoni komuni sabiex ikun jaqbel ma’ standards attwalment użati. L-Anness I, 5 - “Rekwiżiti essenzjali supplimentari għas-saħħa u s-sigurtà għall-makkinarju intiż għax-xogħol taħt l-art” fil-proposta emendata nbidel editorjalment fil-pożizzjoni komuni u 5.3 - “Dawl” fil-proposta emendata tneħħa billi r-riskju tqis biżżejjed kopert mir-rekwiżit ġenerali 1.1.4 - “Dawl” fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 6.1 - “Ġenerali” fil-proposta emendata nbidel fil-pożizzjoni komuni, billi ngħaqdu r-rekwiżiti ġenerali mill-kapitolu 8 tal-proposta emendata u 6.1.1 - “Tifsir” fil-proposta emendata tmexxa lejn 4.1.1 - “Tifsiriet” fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 6.2 - “Kontrolli manwali” fil-proposta emendata nbidel ftit fil-pożizzjoni komuni. L-Anness I, 6.3 - “Riskji tal-persuni fil-karru” fil-proposta emendata nbidel fil-pożizzjoni komuni u 6.3.3 - “Riskji minħabba merkanzija li taqa' fuq il-karru” tmexxa fil-pożizzjoni komuni minn 8.1 - “Il-kabina” tal-proposta emendata. L-Anness I, 6.4 - “Makkinarju li jservi żbarki fissi” fil-proposta emendata nżdied fil-pożizzjoni komuni billi daħħal rekwiżiti mill-kapitoli 7 u 8 tal-proposta emendata b'mod iktar ġenerali. L-Anness I, 6.5 - “Marki” fil-proposta emendata nbidel ftit fil-pożizzjoni komuni, billi jispeċifika informazzjoni essenzjali. Fl-Anness I, ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà fil-kapitoli 7 u 8 tal-proposta emendata nbidlu u ġew espressi f’rekwiżiti iktar ġenerali fil-kapitoli 4 u 5 tal-pożizzjoni komuni. L-Anness II - “Kontenut tad-dikjarazzjonijiet” fil-proposta emendata nbidel ftit u r-rekwiżiti fi 2 - “Kustodja” tal-pożizzjoni komuni tmexxew mill-Annessi VII, X u XI tal-proposta emendata. L-Anness III - “Marka CE” fil-proposta emendata nbidel ftit fil-pożizzjoni komuni u r-rekwiżit fl-aħħar paragrafu dwar in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat tmexxa mill-Anness XI tal-proposta emendata. L-Anness IV - “Kategoriji tal-makkinarju li għalihom għandha tkun applikata waħda mill-proċeduri msemmija fl-Artikoli 12(4) u (5)” fil-proposta emendata nbidel editorjalment fil-pożizzjoni komuni u tliet kategoriji diġà preżenti fid-Direttiva 98/37/KE - “21. Unitajiet tal-loġika li jiżguraw il-funzjonijiet tas-sigurtà”, “22. Strutturi protettivi għal kontra l-qlib (ROPS)” u “23. Strutturi ta' protezzjoni li jimpedixxu l-merkanzija milli taqa' (FOPS)” – tqisu utili u nżdiedu mal-lista. L-Anness V - “Lista indikattiva ta’ komponenti tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 2(ċ)” tmexxa mill-Artikolu 2 tal-proposta emendata u nbidel editorjalment fil-pożizzjoni komuni. Barra minn hekk, il-kategoriji “2. mezzi protettivi ddisinnjati biex tindika l-presenza ta' persuni”. “8. Mezzi ta’ monitoraġġ għat-tagħbija u l-kontroll taċ-ċaqliq f’makkinarju ta’ l-irfigħ”, “11. Sistemi ta’ ħruġ sabiex ikun evitat l-kostruzzjoni ta’ charges elettrostatiċi potenzjalment perikolużi”. “12. Mezzi li jillimitaw l-enerġija u mezzi ta’ soljev prevista mis-sezzjonjiet 1.5.7, 3.4.7 u 4.1.2.6 ta’ l-Anness I”, “13. Is-sistemi u l-mezzi sabiex jitnaqqsu l-emissjoni tal-ħoss u tal-vibrazzjonijiet”, “14. Struttura protettiva għal kontra l-qlib (ROPS)”, “15. Strutturi ta' protezzjoni li jimpedixxu l-merkanzija milli taqa' (FOPS)”, “16. Il-mezzi ta' kontroll b’żewġ idejn” u “17. Il-komponenti għall-makkinarju ddisinnjat għall-irfigħ u/jew sabiex ibaxxi persuni bejn żbarki differenti u mdaħħla fil-lista li ġejja...” nżdiedu mal-lista indikattiva fil-pożizzjoni komuni. L-Anness VI - “Fajl tekniku għall-makkinarju” fil-proposta emendata nbidel billi ntqieset l-esperjenza prattika ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva u nnumerat mill-ġdid bħala l-Anness VII fil-pożizzjoni komuni. Il-Parti B li tispjega r-rekwiżiti dwar “Dokumentazzjoni teknika rilevanti għall-makkinarju parzjalment komplut” nżdiedet fil-pożizzjoni komuni. L-Anness VII - “Stima tal-konformità permezz ta’ kontrolli interni fuq il-fabbrikazzjoni tal-makkinarju” fil-proposta emendata nbidel editorjalment u nnumerat mill-ġdid bħala l-Anness VIII fil-pożizzjoni komuni. Minbarra hekk, ċerti obbligi dwar id-dikjarazzjoni KE ta’ konformità, il-marka CE u l-fajl tekniku tneħħew billi kienu diġà koperti mill-Artikolu 5 u l-Anness VII l-ġdid fil-pożizzjoni komuni. L-Anness VIII - “Stima ta’ konformità għal magna li ma tippreżentax l-ebda riskju intrinsiku” fil-proposta emendata tneħħa billi l-proċedura ta’ l-istima ta’ konformità fl-Artikolu 12 li jirreferi għal dan l-Anness kien tneħħa. L-Anness IX - “L-adegwatezza fir-rigward ta' l-istandards armonizzati għall-makkinarju msemmija fl-Anness IV” fil-proposta emendata tħassret billi l-proċedura ta’ l-istima ta’ konformità fl-Artikolu 12 li jirreferi għal dan l-Anness kienet tħassret. L-Anness X - “Eżaminazzjoni tat-tip KE ta' magna msemmija fl-Anness IV” fil-proposta emendata nbidel u nnumerat mill-ġdid bħala Anness IX - “Eżaminazzjoni tat-tip KE” fil-pożizzjoni komuni. Ċerti obbligi dwar id-dikjarazzjoni KE ta’ konformità, il-marka CE u l-fajl tekniku tneħħew billi kienu diġà koperti mill-Artikolu 5. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti dwar il-validità taċ-ċertifikat ta’ l-eżaminazzjoni tat-tip KE u r-responsabilitajiet relatati tal-fabbrikant u tal-korp notifikat nżdiedu. L-Anness XI - “Assikurazzjoni tal-kwalità sħiħa msemmija fl-Anness IV” fil-proposta emendata nbidel u nnumerat mill-ġdid bħala Anness X - “Assikurazzjoni tal-kwalità sħiħa” fil-pożizzjoni komuni. Ċerti obbligi dwar id-dikjarazzjoni KE ta’ konformità, il-marka CE u l-fajl tekniku tneħħew billi kienu diġà koperti mill-Artikolu 5 u mill-Anness III l-ġdid. L-Anness XII - “Kriterji minimi li għandu jittieħed kont tagħhom mill-Istati Membri għan-notifika tal-korpi” fil-proposta emendata nbidel editorjalment u nnumerat mill-ġdid bħala Anness XI fil-pożizzjoni komuni. L-Anness XIII - “Tabella ta’ korrispondenza” fil-proposta emendata, li tindika r-relazzjoni bejn il-partijiet tad-Direttiva 98/37/KE u l-partijiet tad-Direttiva riveduta li jittrattaw l-istess suġġett ġie aġġornat u nnumerat mill-ġdid bħala Anness XII fil-pożizzjoni komuni. 4. KONKLUŻJONI Il-Kummissjoni tqis li l-pożizzjoni komuni adottata b’mod unanimu nhar it-18 ta’ Lulju 2005 tkompli tiċċara ċerti kwistjonijiet u kunċetti u ttejjeb il-formulazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti waqt li ma talterax l-għanijiet u l-approċċ tal-proposta tagħha. Il-Kummissjoni tista', għalhekk, tappoġġja l-pożizzjoni komuni. 5. DIKJARAZZJONIJIET Il-Kummissjoni għamlet id-dikjarazzjonijiet li ġejjin: Dwar l-Artikoli 1 (2) (e), l-ewwel inċiż, dwar l-esklużjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija mill-ambitu tad-Direttiva: “Il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li, sabiex l-aspetti kollha relatati mas-saħħa u s-sigurtà tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija jkunu koperti f’Direttiva waħda armonizzata, id-Direttiva 2003/37/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip tat- tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jinġibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati tekniċi teħtieġ tinbidel sabiex tindirizza ir-riskji kollha relevanti tad-Direttiva dwar il-Makkinarju. Dan it-tibdil tad-Direttiva 2003/37/KE għandu jinkludi emenda tad-Direttiva dwar il-Makkinarju, sabiex l-espressjoni "għar-riskji" titneħħa fl-Artikolu 1 (2) (3), l-ewwel inċiż". Dwar l-Artikolu 7 dwar il-presunzjoni ta’ konformità u standards armonizzati: “Il-Kummissjoni tiddikjara li se tagħmel kull sforz fil-kuntest tal-konklużjoni tal-mandati ta’ l-istandardizzazzjoni msemmija l-Artikolu 2 (l) li, għal kull standard li r-referenzi tiegħu jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, se jkun disponibbli t-tagħrif lill-utenti potenzjali ta’ l-i standard relevanti li jindika ir-relazzjoni bejn il-klawżoli tiegħu u r-rekwiżiti essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà. Fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ l-Approċċ il-Ġdid se jkun iktar ċċarat kif għandhom jkunu implimentati dawn ir-rekwiżiti armonizzati ta’ tagħrif fuq livell orizzontali għad-Direttivi ta' l-Approċċ il-Ġdid." Dwar l-Artikolu 16 (3) dwar il-marka CE: Bla ħsara għar-rispett tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni, fi ħdan il-kuntest tar-reviżjoni ta’ l-Approċċ il-Ġdid, se tiċċara l-kundizzjonijiet għat-tqegħid ta’ marki oħra fir-rigward tal-marka CE, sew jekk ikunu nazzjonali, Ewropej u privati”. [1] Id-Direttiva tal-Kunsill 89/392/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-makkinarju, ĠU L 183. tad-29.06.1989, p. 9. Din id-Direttiva ġiet ikkodifikata mid-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-makkinarju, ĠU L 331, tat-23.7.1998, p. 1. Direttiva emendata bid-Direttiva 98/79/KE (ĠU L 331, tas-7.12.1998, p. 1). [2] Id-Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE tad-19 ta' Frar 1973 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġjiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir elettriku mfassal għall-użu f'ċerti limiti ta' vultaġġ, ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva 93/68/KE (ĠU L 220, tat-30.8.2003, p. 1). [3] Id-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il- lifts , Ġ.U. L 213, 7.9.1995, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1). [4] Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jinġibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati tekniċi. ĠU L 171, tad-9.7.2003, p.1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE (ĠU L 168, ta’ l-1.5.2004, p. 35).