52005PC0393(02)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru /* KUMM/2005/0393 finali - CNS 2005/0161 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 26.8.2005

KUMM(2005) 393 finali

2005/0161 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Ir-relazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tat-trasport bl-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kienu sa llum immexxija minn ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru, l-Annessi tagħhom u arranġamenti oħra relatati, kemm bilaterali kif ukoll multilaterali.

Wara d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-kawżi C-466/98, C-467/98, C-468/98, C-471/98, C-472/98, C-475/98 u C-476/98 il-Komunità għandha l-kompetenza esklussiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti varji tal-politika dwar l-affarijiet barranin fil-qasam ta' l-avjazzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat ukoll id-dritt tal-kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità li jgawdu mid-dritt li jistabbilixxu ruħhom fil-Komunità, inkluż id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għas-suq.

Il-klawżoli ta’ deżinjazzjoni tradizzjonali fi ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru ta' l-Istati Membri jiksru l-liġi Komunitarja. Jagħtu l-lok lill-pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta' kumpanija ta' l-ajru li kienet ġiet iddeżinjata minn Stat Membru iżda li mhijiex sostanzjalment fil-proprjetà tiegħu jew ikkontrollata effettivament minn dan l-Istat Membru jew miċ-ċittadini tiegħu. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni fil-konfront tal-kumpaniji ta' l-ajru li, filwaqt li jkunu stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru, ikunu proprjetà ta' ċittadini ta' Stat Membru ieħor u jkunu kkontrollati minnhom. Dan imur kontra l-Artikolu 43 tat-Trattat li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li eżerċitaw id-dritt tagħhom li jistabbilixxu ruħhom b'mod ħieles, l-istess trattament fl-Istat Membru li jilqagħhom bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru.

Wara d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni f'Ġunju ta' l-2003 biex tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju[1].

Fi qbil mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Renju tal-Marokk li jieħu post ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru eżistenti bejn l-Istati Membri u r-Renju tal-Marokk. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jibdel il-klawżoli ta' deżinjazzjoni tradizzjonali bi klawżola ta' deżinjazzjoni Komunitarja, li tippermetti lill-kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità li jibbenefikaw mid-dritt ta' stabbiliment. L-Artikoli 4 u 5 tal-Ftehim fihom żewġ tipi ta' klawżoli li jikkonċernaw kwistjonijiet tal-kompetenza Komunitarja. L-Artikolu 4 jitratta t-tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni, kwistjoni li ġiet armonizzata mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni tal-prodotti ta' l-enerġija u l-elettriku, partikolarment il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 14 tiegħu. L-Artikolu 5 (Tariffi) isolvi kunflitti bejn ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru eżistenti u r-Regolament tal-Kunsill Nru2409/92 dwar tariffi u rati għas-servizzi ta' l-ajru li jipprojbixxu kumpaniji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi milli jkollhom pożizzjoni dominanti fil-qasam tal-prezzijiet tas-servizzi ta' l-ajru għall-ġarr magħmula kollha kemm huma fil-Komunità.

Il-Kunsill huwa mitlub japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja u dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru u jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-ftehim f'isem il-Komunità.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 80 (2) (a), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],

Billi:

(1) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta' Ġunju ta' l-2003 tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim mar-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru fi qbil mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(3) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

1. Suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-President tal-Kunsill b'dan qed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f'isem il-Komunità l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru.

2. Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim ser ikun applikat b'mod provviżorju mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

3. It-test tal-ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

2005/0161 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3],

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4],

Billi:

(1) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta' Ġunju ta' l-2003 tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim mar-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru fi qbil mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(3) Dan il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità nhar [...] suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar ‘il quddiem, bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill .../ .../KE ta’ [...][5].

(4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru huwa approvat f’isem il-Komunità.

2. It-test tal-ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8, paragrafu 1, tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

FTEHIM

bejn il-Komunità u r-Renju tal-Marokkdwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

minn naħa waħda, u

IR-RENJU TAL-MAROKK

min-naħa l-oħra

(minn hawn 'il quddiem 'il-Partijiet')

INNUTAW li ġew konklużi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja,

INNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta' bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

INNUTAW li, taħt il-liġi tal-Komunità Ewropea, kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għal rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà liċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f'kumpaniji ta' l-ajru liċenzjati bi qbil mal-liġi tal-Komunità Ewropea,

GĦARFU li ċerti dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali għas-servizzi ta’ l-ajru konklużi bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, li jiksru l-liġi Komunitarja Ewropea, iridu jinġiebu f’konformità sħiħa ma' din ta’ l-aħħar sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk u biex tiġi ppreservata it-tkomplija ta’ servizzi bħal dawn,

FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li żżid il-volum totali tat-traffiku bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn it-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji u t-trasportaturi ta’ l-ajru tar-Renju tal-Marokk, jew li tinnegozja emendi bilaterali għad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru fir-rigward tad-drittijiet tat-traffiku.

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Dispożizzjonijiet Ġenerali

1. Għall-għanjiet ta' dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea.

2. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 liċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li huwa parti tal-ftehim jinftiehmu bħala li qed jirreferu għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 lill-kumpaniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li huwa parti tal-ftehim ser jinftiehmu bħala li qed jirreferu għall-kumpaniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ddeżinjati mill-Istat Membru.

Artikolu 2 Deżinjazzjoni minn Stat Membru

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2, punti (a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mad-deżinjazzjoni ta' kumpanija ta' l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija lilu mir-Renju tal-Marokk, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta' l-ajru, rispettivament.

2. Malli jirċievi deżinjazzjoni mingħand Stat Membru, ir-Renju tal-Marokk jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, ipprovdut li:

i. il-kumpanija ta' l-ajru tkun stabbilita fit-territorju ta' l-Istat Membru li ddeżinja taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandu Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea;

ii. ikun eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ tal-Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika rilevanti tkun identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; kif ukoll li

iii. il-kumpanija ta' l-ajru tkun proprjetà, u ser tkompli tkun proprjetà, diretta jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, ta’ l-Istati Membri u/jew taċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, jew ta' stati oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew taċ-ċittadini ta' tali stati oħra, u tkun il-ħin kollu effettivament ikkontrollata minn dawn l-istati u/jew ċittadini.

3. Ir-Renju tal-Marokk jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpanija ta’ l-ajru ddeżinjata minn Stat Membru jekk:

i. il-kumpanija ta' l-ajru ma tkunx stabbilita fit-territorju ta' l-Istat Membru ddeżinjat taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma jkollhiex Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea; jew

ii. ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru tagħha, jew l-awtorità aeronawtika relevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; jew

iii. il-kumpanija ta' l-ajru ma tkunx proprjetà u ikkontrollata effettivament, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, jew minn stati oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' tali stati oħra.

Fit-tħaddim tad-dritt tiegħu taħt dan il-paragrafu, ir-Renju tal-Marokk m’għandux jiddiskrimina bejn il-kumpaniji ta’ l-ajru Komunitarji abbażi tan-nazzjonalità.

4. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2, il-punti (a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni ta' kumpanija ta' l-ajru mir-Renju tal-Marokk, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija lilu mill-Istat Membru kkonċernat, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta' l-ajru, rispettivament.

5. Malli jirċievi deżinjazzjoni mingħand ir-Renju tal-Marokk, l-Istat Membru kkonċernat jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, pprovdut li:

i. il-kumpanija ta’ l-ajru tkun stabbilita fit-territorju tar-Renju tal-Marokk u jkollha liċenzja operattiva valida jew kwalunkwe dokument ieħor ekwivalenti validu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Marokk;

ii. ikun eżerċitat u miżmum kontoll effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru mir-Renju tal-Marokk; u li

iii il-kumpanija ta' l-ajru tkun proprjetà, u ser tkompli tkun proprjetà, diretta jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, tar-Renju tal-Marokk u/jew taċ-ċittadini tiegħu, jew ta' l-Istati Membri u/jew taċ-ċittadini ta' ta’ l-Istati Membri, u tkun il-ħin kollu effettivament ikkontrollata minn dawn l-istati u/jew ċittadini, għajr jekk il-ftehim fl-Anness 1 fih dispożizzjonijiet iktar favorevoli fil-qasam.

6. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpanija ta’ l-ajru ddeżinjata mir-Renju tal-Marokk jekk:

i. il-kumpanija ta' l-ajru ma tkunx stabbilita fit-territorju tar-Renju tal-Marokk u ma jkollhiex liċenzja operattiva valida jew kwalunkwe dokument ekwivalenti validu ieħor konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Marokk;

ii. ma jkunx eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru mir-Renju tal-Marokk; jew

iii. il-kumpanija ta' l-ajru ma tkunx proprjetà, diretta jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, tar-Renju tal-Marokk u/jew taċ-ċittadini tiegħu, jew ta' l-Istati Membri u/jew taċ-ċittadini ta' ta’ l-Istati Membri, u ma tkunx effettivament ikkontrollata minn dawn l-istati u/jew ċittadini, għajr jekk il-ftehim elenkat fl-Anness 1 fih dispożizzjonijiet iktar favorevoli fil-qasam.

Artikolu 3 Drittijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll regolatorju

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw l-artikoli elenkati fl-Anness2(c).

2. Meta Stat Membru jiddeżinja trasportatur ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Renju tal-Marokk taħt id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-ftehim konkluż bejn l-Istat Membru li jkun iddeżinja t-trasportatur ta’ l-ajru u r-Renju tal-Marokk għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew il-manteniment ta’ l-istandards tas-sigurtà minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-operat ta’ dak it-trasportatur ta’ l-ajru.

Artikolu 4 It-tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(d).

2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 2(d) ma għandu jżomm Stat Membru milli jimponi taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'vettura ta' l-ajru ta' kumpanija ta' l-ajru ddeżinjata tar-Renju tal-Marokk li topera bejn punt fit-territorju ta' dan l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 5 Tariffi

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw l-artikoli elenkati fl-Anness 2(e).

2. It-tariffi li għandhom jintalbu lill-kumpanija/i ta’ l-ajru ddeżinjata/i mir-Renju tal-Marokk taħt xi wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness1, li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness 2(e) għal trasportazzjoni kollha kemm hi fi ħdan il-Komunità Ewropea, għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.

3. It-tariffi li għandhom jintalbu lit-trasportatur(i) ta’ l-ajru ddeżinjati mill-Istati Membri taħt xi wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness1, li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness 2(e) għal trasportazzjoni kollha kemm hi fi ħdan il-Marokk, għandhom ikunu suġġetti għal-liġi Marokkina fis-seħħ.

Artikolu 6 Annessi għal dan il-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 7 Reviżjoni jew emenda

Il-Partijiet jistgħu, f'kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b'kunsens reċiproku.

Artikolu 8 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

1. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri rispettivi interni tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.

2. Minkejja l-paragrafu1, il-Partijiet qablu biex japplikaw b'mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

3. Il-ftehimiet u l-arranġamenti l-oħrajn bejn l-Istati Membri u r-Renju tal-Marokk li, dakinhar ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ u ma jkunux se jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness1(b). Dan il-Ftehim japplika għal dawn il-ftehimiet u arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew applikazzjoni provviżorja tagħhom.

Artikolu 9 Tmiem

1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim ikkonċernat jiġu tterminati fl-istess ħin.

2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.

B'XHIEDA TA' DAN, il-firmatarji hawn taħt, bl-awtorizzazzjoni meħtieġa, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul b'żewġ kopji fi [....], fi [...] fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Ungeriża, Taljana, Żvediża u [ Għarbija/Franċiża ]. F'każ ta' diverġenza, it-test Franċiż għandu jgħodd l-aktar fost it-testi bil-lingwi l-oħra.

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA: GĦAR-RENJU TAL-MAROKK:

Anness 1

(a) Ftehimiet ta’ servizzi bl-ajru bejn ir-Renju tal-Marokk u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

- Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-gvern tal-Maestà Tiegħu ir-Re tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul fir-Rabat fl-20 ta’ Jannar 1958, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Belġju” fl-Anness 2;

Issupplimentat mill-iskambju ta’ noti ta’ l-20 ta’ Jannar 1985;

Immodifikat l-aħħar mill-Memorandum ta’ Ftehim magħmul fir-Rabat fil-11 ta' Ġunju 2002.

- Ftehim bejn il-gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-gvern tal-Maestà Tiegħu ir-Re tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul fir-Rabat fit-8 ta’ Mejju 1961, li dwaru r-Repubblika Ċeka għamlet dikjarazzjoni ta’ suċċessjoni, minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim Marokk - Repubblika Ċeka" fl-Anness 2.

- Ftehim bejn il-gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-gvern tar-Renju tal-Marokk dwar is-servizzi ta’ l-ajru magħmul fir-Rabat fl-14 ta’ Novembru 1977, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Danimarka” fl-Anness 2;

- Issupplimentat mill-iskambju ta’ noti ta’ l-14 ta’ Novembru 1977.

- Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul f’Bonn fit-12 ta’ Ottubru 1961, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Ġermanja” fl-Anness 2;

- Immodifikat mill-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f'Bonn fit-12 ta’ Diċembru 1991.

Immodifikat mill-iskambju ta’ noti tad-9 ta' April 1997 u s-16 ta' Frar 1998.

Immodifikat l-aħħar mill-Memorandum ta’ Ftehim magħmul fir-Rabat fil-15 ta' Lulju 1998.

- Ftehim bejn il-gvern tar-Repubblika Ellenika u l-gvern tar-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul f’Ateni fis-6 ta’ Ottubru 1998, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Greċja” fl-Anness 2;

- Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f'Ateni fis-6 ta’ Ottubru 1998.

- Ftehim bejn il-gvern ta’ Spanja u l-gvern tar-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul f’Madrid fis-7 ta’ Lulju 1970, minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim Marokk – Spanja” fl-Anness 2;

Issupplimentat l-aħħar mill-iskambji ta’ ittri tat-12 ta’ Awwissu 2003 u l-25 ta’ Awwissu 2003.

- Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-gvern tal-Maestà Tiegħu ir-Re tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul fir-Rabat fil-25 ta’ Ottubru 1957, minn hawn “il quddiem “il-Ftehim Marokk – Franza” fl-Anness 2;

- Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-gvern tal-Maestà Tiegħu ir-Re tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul f’Ruma fit-8 ta’ Lulju 1967, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Italja” fl-Anness 2;

Immodifikat mill-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Ruma it-13 ta’ Lulju 2000;

Immodifikat l-aħħar permezz ta’ l-Iskambju ta’ Noti tas-17 ta’ Ottubru 2001 u t-3 ta’ Jannar 2002.

- Ftehim bejn il-gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-gvern tar-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul f’Varsavja fid-19 ta’ Mejju 1999, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Latvja” fl-Anness 2;

- Ftehim bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-gvern tal-Maestà Tiegħu ir-Re tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul f’Bonn fil-5 ta’ Lulju 1961, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Lussemburgu” fl-Anness 2;

- Ftehim bejn ir-Repubblika Popolari Ungeriża u r-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul fir-Rabat fil-21 ta' Marzu 1967, minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim Marokk - Ungerija" fl-Anness 2.

- Ftehim bejn il-gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-gvern tal-Maestà Tiegħu ir-Re tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul fir-Rabat fis-26 ta’ Mejju 1983, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Malta” fl-Anness 2;

- Ftehim bejn il-Gvern tal-Maestà Tagħha r-Reġina ta’ l-Olanda u l-gvern tal-Maestà Tiegħu ir-Re tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul fir-Rabat fl-20 ta’ Mejju 1959, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Olanda” fl-Anness 2;

- Ftehim bejn il-Gvern Federali ta’ l-Awstrija u l-gvern tar-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul fir-Rabat fis-27 ta’ Frar 2002, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Awstrija” fl-Anness 2;

- Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Polonja u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul fir-Rabat fid-29 ta’ Novembru 1969, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Polonja” fl-Anness 2;

- Ftehim bejn il-Portugall u l-gvern tar-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul fir-Rabat fit-3 ta’ April 1958, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Marokk - Portugall" fl-Anness 2;

Issupplimentat mill-minuti magħmula f’Liżbona fid-19 ta’ Diċembru 1975;

Issupplimentat l-aħħar mill-proċess verbali magħmul f’Liżbona fis-17 ta’ Novembru 2003.

- Ftehim bejn il-gvern tar-Renju ta’ l-Iżvezja u l-gvern tar-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru magħmul fir-Rabat fl-14 ta’ Novembru 1977, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Żvezja” fl-Anness 2;

Issupplimentat mill-iskambju ta’ noti ta’ l-14 ta’ Novembru 1977.

- Ftehim bejn il-gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-gvern tar-Renju tal-Marokk dwar is-servizzi bl-ajru magħmul f’Londra fit-22 ta’ Ottubru 1965, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Marokk – Renju Unit” fl-Anness 2;

Immodifikat mill-iskambju ta’ noti ta’ l-10 u l-14 ta’ Ottubru 1968;

Issupplimentat mill-minuti magħmula f’Londra fl-14 ta’ Marzu 1997;

Issupplimentat mill-minuti magħmula fir-Rabat fis-17 ta’ Ottubru 1997;

(b) Ftehimiet ta’ servizzi bl-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Renju tal-Marokk u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ma kinux għadhom daħlu fis-seħħ u m'humiex qed jiġu applikati provviżorjament

- Ftehim bejn il-gvern tar-Renju ta’ l-Olanda u l-gvern tar-Renju tal-Marokk dwar is-servizzi bl-ajru anness, fil-forma ta’ l-Anness 1, għall-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’The Hague fl-20 ta’ Ġunju 2001, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Inizjalat Marokk – Olanda” fl-Anness 2.

Anness 2

Lista ta’ artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

a) Deżinjazzjoni minn Stat Membru:

- L-Artikolu 18 tal-Ftehim Marokk - Belġju;

- L-Artikolu 13 tal-Ftehim Marokk – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Danimarka;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Ġermanja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Greċja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Spanja;

- L-Artikolu 12 tal-Ftehim Marokk - Franza;

- L-Artikolu 14 tal-Ftehim Marokk - Italja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Latvja;

- L-Artikolu 14 tal-Ftehim Marokk - Lussemburgu;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Ungerija;

- L-Artikolu 16 tal-Ftehim Marokk - Malta;

- L-Artikolu 17 tal-Ftehim Marokk - Olanda

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim inizjalat Marokk – Olanda;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Awstrija;

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk - Polonja;

- L-Artikolu 13 tal-Ftehim Marokk - Portugall;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Żvezja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk – Renju Unit;

b) Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:

- L-Artikolu 5 tal-Ftehim Marokk - Belġju;

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Danimarka;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Ġermanja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Greċja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Spanja;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Franza;

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk - Italja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Latvja;

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk - Lussemburgu;

- L-Artikolu 8 tal-Ftehim Marokk - Ungerija;

- L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk - Malta;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Olanda

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Inizjalat Marokk - Olanda

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Awstrija;

- L-Artikolu 8 tal-Ftehim Marokk - Polonja;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Portugall;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Żvezja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk – Renju Unit;

c) Kontroll regolatorju

- L-Artikolu 9a tal-Ftehim Marokk - Ġermanja;

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk - Greċja;

- L-Artikolu 5bis tal-Ftehim Marokk - Italja;

- L-Artikolu 5 tal-Ftehim Marokk - Lussemburgu;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Ungerija;

- L-Artikolu 17 tal-Ftehim Inizjalat Marokk - Olanda

d) It-tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk - Belġju;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Danimarka;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Ġermanja;

- L-Artikolu 10 tal-Ftehim Marokk - Greċja;

- L-Artikolu 5 tal-Ftehim Marokk - Spanja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Franza;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Italja;

- L-Artikolu 14 tal-Ftehim Marokk - Latvja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Lussemburgu;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Ungerija;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Malta;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Olanda

- L-Artikolu 10 tal-Ftehim Inizjalat Marokk - Olanda

- L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk - Awstrija;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Polonja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Portugall;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Żvezja;

- L-Artikolu 5 tal-Ftehim Marokk – Renju Unit;

e) It-tariffi għat-trasportazzjoni fi ħdan il-Komunità Ewropea

- L-Artikolu 19 tal-Ftehim Marokk - Belġju;

- L-Artikolu 19 tal-Ftehim Marokk – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk - Danimarka;

- L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk - Ġermanja;

- L-Artikolu 13 tal-Ftehim Marokk - Greċja;

- L-Artikolu 11 tal-Ftehim Marokk - Spanja;

- L-Artikolu 17 tal-Ftehim Marokk - Franza;

- L-Artikolu 20 tal-Ftehim Marokk - Italja;

- L-Artikolu 10 tal-Ftehim Marokk - Latvja;

- L-Artikolu 20 tal-Ftehim Marokk - Lussemburgu;

- L-Artikolu 17 tal-Ftehim Marokk - Ungerija;

- L-Artikolu 19 tal-Ftehim Marokk - Malta;

- L-Artikolu 18 tal-Ftehim Marokk - Olanda

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Inizjalat Marokk – Olanda;

- L-Artikolu 13 tal-Ftehim Marokk - Awstrija;

- L-Artikolu 19 tal-Ftehim Marokk - Polonja;

- L-Artikolu 18 tal-Ftehim Marokk - Portugall;

- L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk - Żvezja;

- L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk – Renju Unit;

Anness 3

Lista ta’ l-Istati l-oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

a) Ir-Repubblika ta' l-Iżlanda (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

c) Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

d) Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta' Ġunju 2003 (dokument ristrett).

[2] ĠU C [...], ta’ [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], ta’ [...], p. [...].

[4] ĠU C [...], ta’ [...], p. [...].

[5] ĠU C [...], ta’ [...], p. [...].