52005PC0383

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità /* KUMM/2005/0383 finali - ACC 2005/0163 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 23.08.2005

KUMM(2005) 383 finali

2005/0163 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità

(PREżENTATA MILL-KUMMISSJONI)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-FSA”) kien iffirmat fil-Lussemburgu nhar id-9 ta’ April 2001 u daħal fis-seħħ nhar l-1 ta' April 2004.

Nhar it-28 ta’ Frar 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tidħol f’negozjati mar-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja sabiex jiġu emendati l-ftehimiet preferenzjali fir-rigward ta' l-importazzjonijiet taz-zokkor li jiġu mir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn l-Komunità taħt l-FSA, sabiex l-aċċess attwali bla ħlas ta’ dazju jiġi ssostitwit għal kwantitajiet bla limitu bi kwota tariffarja annwali bla ħlas ta' dazju.

Dawn in-negozjati ġew konklużi b’suċċess u l-emendi xierqa għall-FSA fl-għamla ta' Protokoll li jemenda l-FSA għandhom jiġu adottati mill-Kunsill. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tressaq quddiem il-Kunsill proposta għall-konklużjoni tal-Protokoll.

2005/0163 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklu żjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Nhar it-28 ta’ Frar 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tidħol f’negozjati mar-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja sabiex jiġu emendati l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward ta' l-importazzjoni taz-zokkor li joriġina mir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità skond il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra[1] (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ: FSA’).

(2) Dawn in-negozjati ġew konklużi b’suċċess u l-Protokoll li jemenda l-FSA għandu jiġu konkluż mill-Komunità Ewropea.

(3) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-istess proċedura bħal dik prevista fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor[2],

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), huwa permezz ta’ dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea.

2. It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill permezz ta’ dan huwa awtorizzat li jaħtar lill-persuna/i li jkollha/jkollhom il-jedd li jiffirma(w) il-Protokoll sabiex jesprimu l-kunsens tal-Komunità li tkun marbuta bih.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Protokoll skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor imwaqqaf permezz ta’ l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001.

2. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3. Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

PROTOKOLL

li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”,

fuq naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA EX-JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA,

fuq in-naħa l-oħra,

Billi:

(1) Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-FSA”) kien iffirmat fil-Lussemburgu nhar id-9 ta’ April 2001 u daħal fis-seħħ nhar l-1 ta' April 2004.

(2) Saru negozjati sabiex jinbidlu l-arranġamenti preferenzjali fl-FSA fir-rigward ta' l-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità.

(3) L-emendi xierqa għall-FSA għandhom jiġu adottati,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-FSA permezz ta’ dan huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu (1) l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-Komunità għandha tabolixxi l-ħlasijiet u d-dazji tad-dwana li għandhom effett ekwivalentì fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, għajr dawk bl-intestaturi Nri 0102, 0201, 0202, 1701, 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda.”

(b) Fil-paragrafu (2) għandu jinżied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Komunità għandha tapplika aċċess bla ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja bl-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-limitu ta’ kwota tariffarja annwali ta’ 7,000 tunnellata (piż nett).”

(2) Fit-tabella fl-Anness I għall-Protokoll 3, ir-referenzi għall-prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura 1702 tan-Nomenklatura Magħquda huma ingassati.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-FSA.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara d-data tal-firma.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll qiegħed isir f’żewġ kopji f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-partijiet kontraenti, b’kull wieħed minn dawn it-testi ikun awtentiku bl-istess mod.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Komunità Ewropea Għar-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja

[1] ĠU L 84, ta’ l-20.3.2004, p. 1.

[2] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, ta’ l-10.1.2004, p.16).