Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar deroga mill-Protokoll 4, rigward id-definizzjoni ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, lill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra /* KUMM/2005/0332 finali - ACC 2005/0134 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 18.7.2005 KUMM(2005) 332 finali 2005/0134 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar deroga mill-Protokoll 4, rigward id-definizzjoni ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, lill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | - Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Fil-kuntest tal-proċess ta’ Barċellona, il-Kummissjoni għamlet proposta lill-Kunsill għall-estensjoni ta’ akkumulazzjoni ta’ oriġini pan-Ewropea għall-pajjiżi Mediterranji, li se jagħti kontribut għall-ħolqien ta’ żona ta’ suq ħieles Ewro-Mediterranja sa l-2010. Fost l-oħrajn, l-akkumulazzjoni ta’ oriġini Pan-Ewro-Mediterranja se tippermetti li lbiesi manufatturati fil-Marokk se jingħataw oriġini preferenzjali biex jiġu esportati lejn il-Komunità jekk dawn ikunu magħmulin minn tessuti li ġejjin minn pajjiżi Pan-Ewro-Mediterranji oħrajn, bħat-Turkija. Kundizzjoni bażika għall-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni Pan-Ewro-Mediterranja hija l-eżistenza ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles bl-istess regoli ta’ oriġini, bejn il-pajjiżi taż-żona. Fis-7 ta’ April 2004, il-Marokk u t-Turkija ffirmaw ftehim ta’ kummerċ ħieles, li fih dikjarazzjoni li tistqarr li ż-żewġ Partijiet se jbiddlu l-protokoll ta’ oriġini kurrenti ma’ protokoll ta’ oriġini Pan-Ewro-Mediterranja permezz ta’ skambju ta’ ittri. Akkumulazzjoni Pan-Ewro-Mediterranja teħtieġ ukoll li r-regoli ta’ oriġini tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-KE u l-Marokk jiġu emendati. Bħalissa, il-Kunsill qed jiddiskuti proposta għal dan il-għan. - Kuntest ġenerali Ir-regola ta’ oriġini li tapplika għall-ilbiesi li għalihom id-deroga hija meħtieġa hi li t-tessuti kollha għandhom ikunu manufatturati minn għażel li hu diġà ta’ oriġini. Fi kliem ieħor, din ma tippermettix li jiġu użati tessuti mhux ta’ oriġini fil-manufattura ta’ dawn l-ilbiesi. Fuq il-bażi tad-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ l-Artikolu 39 tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim bejn il-KE u l-Marokk, tad-19 ta’ April 2005, il-Marokk talab deroga li tippermetti l-manufattura ta' lbiesi ta' oriġini fil-Marokk minn tessuti li joriġinaw mit-Turkija għall-esportazzjoni lejn l-UE. Din id-deroga għandha l-għan li tantiċipa l-effetti ta’ akkumulazzjoni ta’ oriġini Pan-Ewro-Mediterranja madwar il-Marokk, it-Turkija u l-UE. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ma hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta | Il-konsistenza ma' politika u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Il-konsistenza tal-proposta għad-deċiżjoni ma’ l-għanijiet varji tal-Politika Ewropea tal-Viċinat intlaħqet. | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | L-ebda konsultazzjoni mhi meħtieġa għaliex id-deċiżjoni li ġiet proposta timxi fuq talba mill-partijiet interessati, jiġifieri mill-awtoritajiet Marokkini. | Ġbir u użu ta' għarfien espert | Ma kienx hemm ħtieġa ta' għarfien espert estern. | Valutazzjoni ta' l-impatt Għażla 1: l-għotja tad-deroga. Din l-għażla għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp f’settur prinċipali ta’ l-ekonomija tal-Marokk, is-settur tat-tessuti, mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-industrija tat-tessuti tal-Komunità. Għażla 2: ir-rifjut tat-talba tad-deroga. Din l-għażla m’għandiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ l-ekonomija tal-Marokk u partikolarment ta’ l-industrija tat-tessuti li tinsab fi żmien ta’ diffikultà minħabba t-tneħħija tal-kwoti minn Jannar 2005. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | - Taqsira ta' l-azzjoni proposta Il-Proposta tistipula li d-deroga għandha tiġi mogħtija: - fir-rigward ta’ l-ilbies li jaqgħu taħt il-Kapitoli 61 u 62 tas-Sistema Armonizzata tad-Deskrizzjoni u l-Kodifikar tal-Prodotti; - għal kwantità ta’ 10 890 tunnellata ta’ lbies (tabella ddettaljata mehmuża fl-Anness 1); - sad-dħul fis-seħħ tal-protokoll Pan-Ewro-Mediterranju dwar ir-regoli ta’ oriġini fost il-Partijiet interessati, jiġifieri l-Marokk, it-Turkija u l-UE, iżda f’kull każ, mhux għal aktar minn perjodu ta’ sena; - sakemm il-Marokk iwettaq kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjoni tal-prodotti kkonċernati u jipprovdi fattura tal-kwantitajiet li għalihom ġew mogħtija ċertifikati ta’ ċirkolazzjoni; - sakemm il-ftehim tas-suq ħieles bejn il-Marokk u t-Turkija jkun fis-seħħ. Il-bażi legali L-Artikolu 133 flimkien ma’ l-Artikolu 300, paragrafu 2, it-tieni sottoparagrafu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-fatt ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tosserva l-prinċipju ta' proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet/din ir-raġuni li ġejja: | Ma hemm l-ebda għażla oħra f’dan il-każ. Għalhekk, din hija l-aktar miżura sempliċi possibbli. | Ma hemm l-ebda piż finanzjarju jew amministrattiv ieħor. | Għażla ta' strumenti | Strumenti proposti: oħrajn. | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejjin: Id-deroga timplika emenda tal-protokoll dwar ir-regoli ta’ oriġini. L-Artikolu 39 tal-protokoll jistipula li l-emendi jiġu deċiżi mill-Kunsill ta’ Assoċjażżjoni bejn il-KE u l-Marokk. | IMPLIKAZZJONIJIET TAL-BAġIT | Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja għall-baġit Komunitarju. | 2005/0134 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar deroga mill-Protokoll 4, rigward id-definizzjoni ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, lill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-Artikolu 300, paragrafu 2, sottoparagrafu 2 , Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni , Billi: 2. Skond l-Artikolu 78 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u r-Renju tal-Marokkk min-naħa l-oħra, iffirmat fis-26 ta’ Frar 1996[1], hemm stabbilit Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, 3. Skond l-Artikolu 39 tal-Protokoll 4 tal-Ftehim KE-Marokk, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, 4. Skond id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 39 fl-Anness VIII tal-Protokoll 4 il-Komunità eżaminat it-talba mill-Marokk għal deroga mir-regoli ta’ oriġini; 5. B’riżultat ta’ din l-eżaminazzjoni, il-Kunsill, f’isem il-Komunità, ikkunsidra li l-kundizzjonijiet kollha ġew milħuqa biex tingħata d-deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fil-Protokoll 4; IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu uniku Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa, u r-Renju tal-Marokk min-naħa l-oħra, dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stipulati fil-Protokoll 4, rigward id-definizzjoni tal-prodotti ta’ oriġini u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, hija dik iddefinita fl-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Marokk mehmuż. Magħmula fi Brussell, F'isem il-Kunsill Il-President Proposta għal DEĊIŻJONI Nru 1/2005 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI KE-MAROKK ta’ deroga mill-Protokoll 4, dwar id-definizzjoni ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, lill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI BEJN KE-MAROKK, Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Renju tal-Marokk magħmul fi Brussell fis-26 ta’ Frar 1996[2], minn hawn ‘il quddiem “Ftehim KE-Marokk”, u partikolarment l-Artikolu 39 tal-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni ta’ prodotti ta’ oriġini u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva ta’ dan, Billi: (1) Id-Dikjarazzjoni Konġunta fl-Artikolu 39 tiddikjara li l-Komunità hija ppreparata li teżamina kull talba mill-Marokk għal derogi mir-regoli ta’ oriġini wara l-iffirmar tal-Ftehim KE-Marokk; (2) Fid-19 ta’ April 2005, il-Marokk issottometta talba għal deroga mir-regoli ta’ oriġini għall-ilbies. Fis-7 ta’ Ġunju 2005, il-Marokk temm it-talba tiegħu billi bagħat il-lista ta’ prodotti u l-kwantitajiet relevanti, għal ammont totali ta’ 10 890 tunnellata ta’ lbies li jaqgħu taħt il-Kapitoli 61 u 62 tas-Sistema Armonizzata tad-Deskrizzjoni u l-Kodifikar tal-Prodotti; (3) Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Marokk-Turkija ffirmat fis-7 ta’ April u sakemm jiġi emendat il-Protokoll KE-Marokk dwar ir-regoli ta' oriġini, id-deroga għandha tħalli li ssir manufattura fil-Marokk ta' l-ilbies ta' oriġini minn tessuti li joriġinaw mit-Turkija għall-esportazzjoni lejn il-Komunità; (4) Din id-deroga tapplika wkoll għal tessuti li joriġinaw mit-Turkija u esportati lejn il-Marokk mill-Komunità; (5) Din id-deroga għandha tantiċipa l-effetti ta’ livell ogħla ta’ akkumulazzjoni mqabbel ma’ dak stipulat fil-protokoll ta’ oriġini kurrenti, u b’hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ l-ekonomija tal-Marokk, partikolarment is-settur tat-tessuti; (6) Għalhekk, din id-deroga għandha tiġi mogħtija bil-kundizzjoni li l-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn il-Marokk u t-Turkija, inkluż il-protokoll tiegħu dwar ir-regoli ta’ oriġini, ikun daħal fis-seħħ. (7) Id-deroga għandha tiġi mogħtija sakemm jidħol fis-seħħ il-protokoll il-ġdid dwar ir-regoli ta’ oriġini fost it-tliet Partijiet interessati, jiġifieri l-Marokk, it-Turkija u l-Komunità, iżda f’kull każ, mhux għal aktar minn perjodu ta’ sena; IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 B’deroga mill-Anness II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim KE-Marokk, l-ilbies imniżżel fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u miksub mill-Marokk minn tessuti li joriġinaw mit-Turkija għandu jitqies bħala li oriġina mill-Marokk. Artikolu 2 Id-deroga stipulata fl-Artikolu 1 tista’ tkun applikata biss jekk ir-regoli preferenzjali ta’ oriġini identiċi mar-regoli ta’ oriġini li jinsabu fil-Protokoll tal-Ftehim KE-Marokk jidħlu fis-seħħ bejn it-Turkija u l-Marokk sabiex jiġi ddeterminat l-istat ta’ oriġini tat-tessutti ġejjin mit-Turkija. Artikolu 3 Għall-għan ta’ din id-Deċiżjoni u b’deroga mill-Artikolu 18 (4) u (5) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim KE-Marokk, l-awtoritajiet tad-dwana ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea jistgħu jippubblikaw ċertifikati ta’ ċirkolazzjoni EUR1 għat-tessuti li joriġinaw fit-Turkija għall-esportazzjoni lejn il-Marokk. Artikolu 4 Il-kwantitajiet imsemmija fl-Anness għandhom jiġu mmexxija mill-Kummissjoni, li għandha tieħu l-azzjonijiet amministrattivi kollha li tqis li jkunu tajbin għat-tmexxija effiċjenti tagħhom. L-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2454/93[3] għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-treġija tal-kwantitajiet imsemmija fl-Anness. Artikolu 5 L-awtoritajiet tad-dwana tal-Marokk għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw il-kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1. Għal dan l-għan, iċ-ċertifikati maħruġa b'konformità ma' din id-Deċiżjoni għandu jkollhom referenza għaliha. L-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull tliet xhur, fattura tal-kwantitajiet li għalihom ċertifikati ta' ċirkolazzjoni EUR 1 ingħataw bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni u n-numru tas-serje ta' dawn iċ-ċertifikati. Artikolu 6 Il-kaxxa 7 taċ-ċertifikati ta’ ċirkolazzjoni EUR1 maħruġa b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni għandha tinkludi l-indikazzjoni li ġejja, f’waħda mill-lingwi li fiha l-Ftehim KE-Marokk ġie mfassal, jiġifieri l-lingwi kollha tal-Komunità u l-Għarbi: “Deroga – Deċiżjoni Nru. 1/2005 Artikolu 7 Il-Marokk u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa min-naħa tagħhom biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni. Artikolu 8 Din id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Id-deroga għandha tapplika sad-dħul fis-seħħ tal-protokoll il-ġdid dwar id-definizzjoni tal-prodotti ta’ oriġini u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Marokk, it-Turkija u l-Komunità, iżda f’kull każ, mhux għal aktar minn perjodu ta’ sena. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni Il-President ANNESS I IL-MIŻURI KIF IMNIŻŻLA FL-ARTIKOLU 1 (prodotti li jibbenefikaw mid-deroga) HS Nru ta’ l-intestatura | Deskrizzjoni | Kwantitajiet(tunnellati) | 6203 42 u 6204 62 | Qliezet ta’ l-irġiel jew tas-subien, overols bil-bavalor u ċ-ċingi, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorts tal-qoton Qliezet tan-nisa jew tal-bniet, overols bil-bavalor u ċ-ċingi, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorts tal-qoton | 6400 | 6204 63 u 6204 69 | Qliezet tan-nisa jew tal-bniet, overols bil-bavalor u ċingi, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorts ta’ ħajt sintetiku Qliezet tan-nisa jew tal-bniet, overols bil-bavalor u ċingi, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorts ta’ tessuti oħrjan | 6207 6211 6212 | Flokkijiet ta' taħt taċ-ċingi u flokkijiet oħrajn ta’ l-irġiel jew tas-subien, qliezet ta' taħt, briefs, ilbies tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, blużi ta' ġewwa u oġġetti simili. Tracksuits, ilbies ta’ l-iskijar u malji ta’ l-għawm, ilbies ieħor Riċipetti, kurpetti, corsets, ċineg, ċinturini tas-suspenders, takkalji u oġġetti simili u partijiet tagħhom, sew jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ sew jekk le | 860 | 6203 41 | Qliezet ta’ l-irġiel jew tas-subien, overols bil-bavalor u ċingi, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorts tas-suf jew pil fin ta’ l-annimali | 700 | 6203 43 | Qliezet ta’ l-irġiel jew tas-subien, overols bil-bavalor u ċingi, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorts tal-ħajt sintetiku | 6203 49 | Qliezet ta’ l-irġiel jew tas-subien, overols bil-bavalor u ċingi, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorts ta’ tessuti oħrjan | 6205 u 6206 | Qomos ta’ l-irġiel jew tas-subien Blawsis tan-nisa jew tal-bniet, qomos u blawsis qomos | 800 | 6204 51 sa 6204 59 | Dbielet tan-nisa u tal-bniet u dbielet mifrudin | 800 | 6109 90 | T-shirts, flokkijiet ta' taħt taċ-ċingi u flokkijiet oħrajn, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ ta’ tessuti oħrajn | 450 | 6204 31 sa 6204 39 | Ġkieket u blejżers tan-nisa jew tal-bniet | 430 | 6111 30 | Ilbies tat-trabi u aċċessorji ta’ l-ilbies, maħduma bil-labar jew bil-ganċ b'ħajt sintetiku | 350 | 6204 42 | Ilbiesi tan-nista jew tal-bniet tal-qoton | 100 | TOTAL | 10.890 | [1] ĠU Nru L 70 tat-18.03.2000 [2] ĠU Nru L 70 tat-18.03.2000 [3] ĠU L25, 11.10.1993, p. 1 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 tal-Kummissjoni, ĠU L148, 11.6.2005, p. 5