Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li jirrevoka r-regolament tal-Kunsilli Nru 6/66/Euratom, 121/66/KEE, ir-regolament tal-Kunsilli Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE u r-regolament tal-Kunsilli Nru 174/65/KEE, 14/65/Euratom /* KUMM/2005/0289 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.6.2005 KUMM(2005) 289 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsilli Nru 6/66/Euratom, 121/66/KEE, ir-Regolament tal-Kunsilli Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE u r-Regolament tal-Kunsilli Nru 174/65/KEE, 14/65/Euratom (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | Motivazzjonijiet u għanijiet tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 emenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 li jwaqqaf ir-Regolamenti tal-Personal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għall-Impjegati l-Oħra ta’ dawn il-Komunitajiet. Dan irrevoka, fost oħrajn, l-Artikoli 14a u 14b ta' l-Anness VII kif ukoll l-Artikolu 39 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Personal Dawn l-Artikoli huma, rispettivament, dwar: L-għoti ta' konċessjoni għad-dar/post fejn wieħed joqgħod u konċessjoni għat-trasport. Biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 14a u 14b ta' l-Anness VII tar-Regolamenti ta-Personal, il-Kunsilli adottaw ir-Regolament Nru 6/66/Euratom, 121/66/KEE li stabilixxa l-lista tal-postijiet li għalihom tista' tingħata l-konċessjoni għad-dar/post fejn wieħed joqgħod, u t-total massimu u r-regoli li jiddeterminaw meta għandha tingħata din il-konċessjoni, u r-Regolament Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE li jistabbilixxi l-lista tal-postijiet li għalihom tkun tista' tingħata l-konċessjoni għat-trasport, kif ukoll it-total massimu tal-konċessjonijiet u r-regoli li jiddeterminaw meta tingħata din il-konċessjoni. L-adozzjoni, mill-awtoritajiet tal-baġit, tat-tabelli tal-mortalità u l-invalidità u l-liġi tal-varjazzjonijiet fis-salarji li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-valuri attwarji. Dawn il-parametri tal-kalkolu tal-valuri attwarji twaqqfu mir-Regolament tal-Kunsilli Nru 174/65/KEE, 14/65/Euratom, adottati għat-twettiq ta' l-Artikolu 39 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Personal. Peress li wara r-riforma tar-Regolament tal-Personal, is-suġġett ta’ dawn ir-Regolament ma baqgħalhomx iżjed użu, ir-Regolamenti msemmija ma baqgħux jintużaw. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ siġurtà ġuridika, jeħtieġ li dawn jiġu rrevokati espressament. | Kuntest ġenerali Il-proposta tagħmel parti minn qafas aktar ġenerali ta’ proċess li għandu l-għan li jirrevoka 84 dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li m'għadhomx jintużaw minħabba ir-riforma tar-Regolament tal-Personal. Id-dispożizzjonijiet ikkonċernati l-oħra huma Regolamenti komuni ta’ l-istituzzjonijiet, dispożizzjonijiet ġenerali ta’ twettiq, deċizjonijiet tal-Kummissjoni u konklużjonijiet tal-Kapijiet ta’ amministrazzjoni. | Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta M’hemmx dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta (minbarra dawk li għalihom ġiet proposta r-revoka). | Koerenza mal-politika l-oħra u l-għanijiet ta’ l-Unjoni Il-proposta hi konforma ma’ l-għan li titjieb it-trasparenza u s-sigurtà ġuridika permezz tar-revoka espressa ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li m’għadhomx jintużaw. | KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U ANALIżI TA’ IMPATT | Konsultazzjoni ma' partijiet interessati | Metodi ta’ konsultazzjoni użati, setturi ewlenin immirati u profil ġenerali ta’ min iwieġeb Il-proposta kienet suġġetta għal laqgħa ma’ l-organizzazzjonijiet sindikali u professjonali skond l-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Personal. Il-Kumitat tal-Personal tal-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Regolamenti tal-Personal (ara l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Personal) ġew ikkonsultati wkoll. | Sinteżi tat-tweġibiet irċevuti u tal-mod kif ġew meqjusa Il-partijiet ikkonsultati taw opinjonijiet pożittivi, mingħajr ma pproponew emendi. | Il-kisba u l-użu ta’ opinjoni ta’ espert | Ma kienx meħtieġ l-użu ta’ opinjoni ta’ espert estern. | Analiżi ta’ impatt L-għażla alternattiva tikkonsisti fiż-żamma tat-tliet Regolamenti msemmija, u din tmur kontra l-għan li tittejjeb is-sigurtà ġuridika u t-trasparenza. Il-proposta mressqa tikkontribwixxi għat-“tindif” ta’ l-acquis Komunitarju, li għandu jkollu biss dispożizzjonijiet li għandhom użu prattiku. | ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | Sommarju tal-miżuri proposti Revoka ta’ tliet Regolamenti tal-Kunsill li m’għadhomx jintużaw minħabba r-riforma tar-Regolamenti tal-Personal. | Bażi ġuridika Ir-Regolamenti tal-Personal ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. | Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam marbut mal-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk, il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma japplikax. | Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hi konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet. | Il-proposta għandha l-għan li tneħħi tliet Regolamenti, għan li ma jistax jintlaħaq permezz ta’ miżuri aktar sempliċi. | Il-proposta ma toħloqx piż finanzjarju jew amministrattiv għall-Komunitajiet jew l-Istati Membri. | Għażla ta’ l-istrumenti | Strument(i) propost(i): Regolament | Strumenti oħra ma kinux xierqa minħabba dawn ir-raġunijiet. Din hi revoka ta’ tliet Regolament, li għandhom jitwettqu bilfors taħt il-forma ta' Regolament. | KONSEGWENZI FUQ IL-BAġIT | Il-proposta m’għandhiex konsegwenzi fuq il-baġit tal-Komunità. | TAGħRIF SUPPLIMENTARI | Semplifikazzjoni | Il-proposta tintroduċi semplifikazzjoni tal-qafas leġiżlattiv. | Il-proposta tippermetti li jitnaqqas l-acquis Komunitarju. | Tneħħija ta’ dispożiżżjonijiet leġiżlattivi fis-seħħ L-adozzjoni tal-proposta sejra twassal għat-tneħħija ta’ ċerti dispożizzjonijiet leġiżlattivi. | 1. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsilli Nru 6/66/Euratom, 121/66/KEE, ir-Regolament tal-Kunsilli Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE u r-Regolament tal-Kunsilli Nru 174/65/KEE, 14/65/Euratom IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Personal tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem: ir-Regolamenti tal-Personal) u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet, imwaqqfa minn dan ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat għar-Regolamenti tal-Personal, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsilli Nru 6/66/Euratom, 121/66/KEE , tat-28 ta’ Lulju 1966, li jwaqqaf il-lista tal-postijiet fejn tista’ tingħata konċessjoni għad-dar/post fejn wieħed joqgħod, kif ukoll it-total massimu u r-regoli li jiddeterminaw meta tingħata din il-konċessjoni[2] , iwaqqaf ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14a ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Personal. Peress li dan l-Artikolu ġie rrevokat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li emenda r-Regolamenti tal-Personal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għall-Impjegati l-oħra tal-Komunitajiet[3], ir-Regolament Nru 6/66/Euratom, 121/66/KEE m’għadux jgħodd. (2) L-istess japplika għar-Regolament tal-Kunsilli Nru 7/66/Euratom, 121/66/KEE, tat-28 ta’ Lulju 1966, li jwaqqaf il-lista tal-postijiet fejn tista’ tingħata konċessjoni għad-dar/post fejn wieħed joqgħod, kif ukoll it-total massimu u r-regoli li jiddeterminaw meta tingħata din il-konċessjoni[4], u li jwaqqaf ir-regoli għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14a ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Personal. Dan l-Artikolu ġie rrevokat wkoll mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004. (3) L-istess sitwazzjoni teżisti għar-Regolament tal-Kunsilli Nru 174/65/KEE, 14/65/Euratom, tat-28 ta’ Diċembru 1965, li jwaqqaf tabelli ta’ mortalità u ta' invalidità u l-liġi ta’ varjazzjoni fis-salarji li għandha tintuża għall-kalkolu tal-valuri attwarji, imwaqqfa mir-Regolamenti tal-Personal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet[5], adottati biex jiżguraw it-twettiq ta' l-Artikolu 39 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Personal, li dan ukoll ġie rrevokat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004. (4) Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ sigurtà ġuridika, ir-Regolamenti tal-Kunsilli msemmija qabel, li m'għadhomx jgħoddu, għandhom jiġu rrevokati espressament, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament Nru 6/66/Euratom, 121/66/KEE, ir-Regolament Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE u r-Regolament Nru 174/65/KEE, 14/65/Euratom huma rrevokati. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 56 ta’ l-4.3.1968, p. 1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005 (ĠU L 8 tat-12.1.2005, p. 1). [2] ĠU 150 tat-12.8.1966, p. 2749. Regolament emedat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KE, Euratom) Nru 3358/94 (ĠU L 356 tal-31.12.1994, p. 1). [3] ĠU L 124 tas-27.4.2004, p. 1. [4] ĠU 150 tat-12.8.1966, p. 2751. Regolament emedat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, Euratom) Nru 2460/98 (ĠU L 307 tas-17.11.1998, p. 4). [5] ĠU 226 tal-31.12.1965, p. 3309.